EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1078

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1078 tal-14 ta’ April 2021 li jissupplementa r-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-linji gwida għall-investiment għall-Fond InvestEU

C/2021/2633

ĠU L 234, 2.7.2021, p. 18–66 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/1078/oj

2.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/18


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1078

tal-14 ta’ April 2021

li jissupplementa r-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-linji gwida għall-investiment għall-Fond InvestEU

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(9)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-għan tal-Programm InvestEU huwa li jappoġġa operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi ta’ politika tal-Unjoni stipulati fl-Artikoli 3 u 8 tar-Regolament (UE) 2021/523.

(2)

Bis-saħħa tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2021/523, il-Fond InvestEU jopera taħt erba’ twieqi ta’ politika li jirriflettu l-prijoritajiet ta’ politika tal-Unjoni, jiġifieri, l-infrastruttura sostenibbli, ir-riċerka, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni, l-intrapriżi żgħar u medji, u l-investiment soċjali u l-ħiliet.

(3)

Bis-saħħa tal-Artikolu 14(1)(d) tar-Regolament (UE) 2021/523, l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment taħt kull waħda minn dawk is-sezzjonijiet ta’ politika jridu jkunu konsistenti mal-linji gwida għall-investiment stabbiliti mill-Kummissjoni, sabiex ikunu eliġibbli taħt il-Fond InvestEU. Għal dan il-għan, bis-saħħa tal-Artikolu 24(1)(b) tar-Regolament (UE) 2021/523, il-Kumitat tal-Investiment irid jivverifika li l-proposti għal operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment ippreżentati mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-linji gwida dwar l-investiment.

(4)

Il-linji gwida għall-investiment jikkonsistu minn parti orizzontali, li tapplika għall-operazzjonijiet kollha ta’ finanzjament u ta’ investiment taħt il-Fond InvestEU, u parti għat-“twieqi ta’ politika”, li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment taħt kull tieqa ta’ politika.

(5)

Bis-saħħa tal-Artikolu 8(9) tar-Regolament (UE) 2021/523, il-Kummissjoni ħejjiet il-linji gwida għall-investiment fi djalogu mill-qrib mal-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment u sħab inkarigati mill-implimentazzjoni potenzjali oħrajn.

(6)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-linji gwida għall-investiment għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment skont il-Fond InvestEU stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/523, kif stipulati fl-Anness, huma b’dan adottati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ April 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30.


ANNESS

LINJI GWIDA GĦALL-INVESTIMENT GĦALL-FOND INVESTEU

Kontenut

1.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI 22

2.

DISPOŻIZZJONIJIET ORIZZONTALI 22

2.1.

Kontribut għall-objettivi ta’ politika tal-Unjoni u għall-valur miżjud tal-Unjoni 22

2.2.

Fallimenti tas-suq, sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali u addizzjonalità 23

2.3.

Rekwiżiti komuni għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment 23

2.3.1.

Sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, intermedjarji finanzjarji u riċevituri finali 23

2.3.2.

Tipi ta’ prodotti finanzjarji u rekwiżiti għall-iżgurar tal-interess komuni mas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u l-intermedjarji finanzjarji 25

2.3.3.

Attivitajiet esklużi 26

2.3.4.

Kunsiderazzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat 26

2.4.

Valutazzjoni tar-riskju 26

2.5.

Munita tal-finanzjament 27

2.6.

Prinċipji tal-allokazzjoni għal kull tieqa ta’ politika 28

2.7.

Diversifikazzjoni ġeografika u settorjali 28

2.8.

Kompartimenti tal-Istati Membri fit-twieqi ta’ politika 29

2.9.

Operazzjonijiet ta’ taħlit li jirċievu appoġġ mill-Fond InvestEU 29

2.10.

Investimenti strateġiċi 30

3.

PROMOZZJONI TAL-INVESTIMENTI SOSTENIBBLI 31

3.1.

Traċċar u rappurtar tal-klima u l-ambjent 32

3.2.

Verifika tas-sostenibbiltà 33

3.3.

Skema għal Tranżizzjoni Ġusta fil-qafas tal-InvestEU 33

4.

UŻU TAL-GARANZIJA TAL-UE 34

4.1.

Prodotti finanzjarji ġenerali 35

4.1.1.

Użu tal-garanzija tal-UE għal operazzjonijiet tat-tip ta’ dejn 35

4.1.2.

L-użu tal-garanzija tal-UE għal operazzjonijiet tat-tip ta’ ekwità 36

4.2.

Prodotti finanzjarji tematiċi 36

4.2.1.

Użu tal-garanzija tal-UE għal operazzjonijiet tat-tip ta’ dejn 36

4.2.2.

L-użu tal-garanzija tal-UE għal operazzjonijiet tat-tip ta’ ekwità 36

5.

FINANZJAMENT IPPROVDUT MIS-SIEĦEB INKARIGAT MILL-IMPLIMENTAZZJONI 36

5.1.

Prodotti finanzjarji ġenerali 37

5.1.1.

Finanzjament b’dejn ipprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni 37

5.1.2.

Finanzjament mill-ekwità mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni 37

5.2.

Prodotti finanzjarji tematiċi 38

5.2.1.

Finanzjament b’dejn ipprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni 38

5.2.2.

Finanzjament mill-ekwità mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni 38

6.

TWIEQI TA’ POLITIKA 39

6.1.

Tieqa għall-Infrastruttura Sostenibbli 39

6.1.1.

Oqsma ta’ politika ta’ intervent 39

6.1.2.

Karatteristiċi ta’ prodotti finanzjarji potenzjali 47

6.2.

It-tieqa tar-Riċerka, l-Innovazzjoni u d-Diġitalizzazzjoni: 49

6.2.1.

Oqsma ta’ politika ta’ intervent 49

6.2.2.

Karatteristiċi ta’ prodotti finanzjarji potenzjali 52

6.3.

Tieqa għall-SMEs 55

6.3.1.

Oqsma ta’ politika ta’ intervent 55

6.3.2.

Karatteristiċi ta’ prodotti finanzjarji potenzjali 56

6.4.

It-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet 58

6.4.1.

Oqsma ta’ politika ta’ intervent 58

6.4.2.

Karatteristiċi ta’ prodotti finanzjarji potenzjali 62

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dawn il-linji gwida għall-investiment jistabbilixxu r-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà għall-prodotti finanzjarji u għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment taħt it-twieqi ta’ politika tal-Fond InvestEU skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (1) (ir-“Regolament InvestEU”):

(a)

il-prodotti finanzjarji li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 2(9) tar-Regolament InvestEU u l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment imsemmija fl-Artikolu 2(10) ta’ dak ir-Regolament iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament InvestEU u f’dawn il-linji gwida dwar l-investiment;

(b)

il-Kumitat tal-Investiment, meta jiddeċiedi f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament InvestEU, għandu jivverifika l-konformità ma’ dawn il-linji gwida għall-investiment.

Dawn il-linji gwida għall-investiment jikkonċernaw kemm il-kompartimenti tal-UE kif ukoll dawk tal-Istati Membri stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament InvestEU, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dawn il-linji gwida. Id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament InvestEU japplikaw ukoll għal dawn il-linji gwida għall-investiment.

2.   DISPOŻIZZJONIJIET ORIZZONTALI

2.1.   Kontribut għall-objettivi ta’ politika tal-Unjoni u għall-valur miżjud tal-Unjoni

L-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment appoġġati skont il-Fond InvestEU għandhom jiffukaw fuq investimenti li jipprovdu valur miżjud tal-Unjoni. In-natura tal-valur miżjud tal-Unjoni tista’ tvarja fil-każ ta’ operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment skont prodotti finanzjarji speċifiċi kif stabbilit f’kull tieqa ta’ politika fit-Taqsima 6 ta’ dawn il-linji gwida għall-investiment. Il-valur miżjud tal-Unjoni tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment taħt prodotti finanzjarji jista’ jirriżulta wkoll mid-diversifikazzjoni tar-riskju fil-livell tal-prodotti finanzjarji madwar diversi setturi jew ġeografiji. Barra minn hekk, il-valur miżjud tal-Unjoni jista’ jinbet ukoll mill-kontribut għar-reżiljenza tal-Unjoni f’oqsma ta’ importanza strateġika kif stabbilit ulterjorment fit-Taqsima 2.10.

Biex jinkisbu l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni fl-oqsma ta’ politika appoġġati minn InvestEU, kif stabbilit fl-Artikolu 3 u l-Anness II tar-Regolament InvestEU fir-rigward tas-setturi ttrattati fihom, l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment jistgħu jikkomplementaw l-għotjiet ta’ finanzjament u appoġġ ieħor b’mod partikolari permezz ta’ operazzjonijiet ta’ taħlit u kombinazzjonijiet. Il-Fond InvestEU jista’, b’mod partikolari, jikkomplementa objettivi relevanti ta’ politika ta’ Orizzont Ewropa (2), il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (3) (FNE), il-programm Ewropa Diġitali (4), il-programm għas-Suq Uniku (5), il-programm spazjali Ewropew (6), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) (7), il-Fond ta’ Koeżjoni (8), il-Fond Soċjali Ewropew+ (FSE+) (9), il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) (10), il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (11), il-programm Ewropa Kreattiva (12), il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil (13), il-Fond għas-Sigurtà Interna (14), il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) (15), il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) (16), il-Fond għall-Innovazzjoni tal-ETS (17), il-programm l-UE għas-Saħħa (18), il-Fond għat-Tranżizzjoni Ġusta (JTF) (19) u l-Fond Ewropew għad-Difiża (20).

2.2.   Fallimenti tas-suq, sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali u addizzjonalità

F’konformità mal-Artikolu 209(2)(a) u (b) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-“Regolament Finanzjarju” (21)), il-garanzija tal-UE għandha tindirizza fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali u tikseb addizzjonalità, kif stabbilit fit-Taqsima A tal-Anness V tar-Regolament InvestEU (22).

2.3.   Rekwiżiti komuni għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment

2.3.1.   Sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, intermedjarji finanzjarji u riċevituri finali

Skont l-Artikolu 2(13) tar-Regolament InvestEU, is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni huma kontropartijiet eliġibbli, bħalma huma istituzzjonijiet finanzjarji, li magħhom il-Kummissjoni tkun ikkonkludiet ftehim ta’ garanzija.

Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jistgħu jipprovdu finanzjament direttament (23) lir-riċevituri finali jew indirettament permezz ta’ intermedjarji finanzjarji privati jew pubbliċi.

Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jistgħu wkoll isiru sħab konsultattivi biex jipprovdu, direttament jew indirettament, assistenza teknika u appoġġ għall-bini tal-kapaċità lill-intermedjarji finanzjarji u lir-riċevituri finali taħt iċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU. L-intermedjarji finanzjarji jistgħu jipprovdu wkoll assistenza teknika u appoġġ għall-bini tal-kapaċità lir-riċevituri finali jew jistgħu jibbenefikaw minnha huma stess.

L-operazzjonijiet diretti jikkonċernaw il-finanzjament dirett mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni lir-riċevituri finali (24).

Għal operazzjonijiet indiretti, is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jistgħu jikkonkludu ftehimiet ma’ intermedjarji finanzjarji skont l-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju. Fil-każ ta’ finanzjament intermedjat, skont l-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju dawn l-intermedjarji finanzjarji jridu jintgħażlu mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni skont proċeduri ekwivalenti għal dawk applikati mill-Kummissjoni. Dawn il-proċeduri jridu jirrispettaw il-prinċipji ta’ proċeduri miftuħa, trasparenti, proporzjonati u mhux diskriminatorji, u jridu jevitaw il-kunflitt ta’ interessi. Dawn jistgħu pereżempju jieħdu l-forma ta’ sejħa għal espressjoni ta’ interess. L-operazzjonijiet indiretti jistgħu jikkonsistu wkoll fil-forniment ta’ finanzjament permezz ta’ pjattaformi ta’ investiment kif definit fl-Artikolu 2 (18) tar-Regolament InvestEU.

F’konformità mal-Artikoli 209(2)(a) u 219(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment għandhom jipprovdu appoġġ biss lir-riċevituri finali li huma meqjusa ekonomikament vijabbli skont standards aċċettati internazzjonalment fiż-żmien tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni.

Ir-riċevituri finali eliġibbli jridu jkunu persuni fiżiċi jew ġuridiċi inklużi:

(a)

entitajiet privati bħalma huma veikoli bi skop speċjali (special-purpose vehicles - SPVs) jew kumpaniji ta’ proġetti, korporattivi kbar, kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja, inklużi kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja (25), u SMEs

(b)

Entitajiet tas-settur pubbliku (dawk territorjali u dwak li mhumiex, iżda bl-esklużjoni ta’ operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment ma’ entitajiet (26) li joħolqu riskju dirett għall-Istat Membru) u entitajiet tat-tip tas-settur pubbliku.

(c)

entitajiet imħalltin, bħal sħubijiet pubbliċi-privati (PPPs) u kumpaniji privati bi skop pubbliku; jew

(d)

organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ.

Ir-riċevituri finali fil-mira taħt prodott finanzjarju se jiġu definiti fil-ftehim ta’ garanzija.

Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni ma jridux ikunu f’xi waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 136(1) jew (4)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju. Fir-rigward tal-intermedjarji finanzjarji u r-riċevituri finali, l-applikazzjoni tal-Artikolu 136 trid tiġi speċifikata fil-ftehimiet ta’ garanzija. Meta operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment ikunu ta’ benefiċċju għal dawk ir-riċevituri finali li jkunu korporazzjonijiet kbar, entitajiet tas-settur pubbliku u entitajiet tat-tip tas-settur pubbliku li jibbenefikaw minn aċċess aktar faċli għas-swieq kapitali jew għall-finanzjament mill-banek jew li juru livelli aktar baxxi ta’ riskju, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jrid juri li hemm valur miżjud għoli ta’ politika.

Abbażi tal-informazzjoni rċevuta mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni, il-Kumitat tal-Investiment għandu jivverifika li operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment appoġġata minn InvestEU ppreżentata minn xi sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jew taħlita ta’ tali operazzjonijiet ippreżentati minn aktar minn sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni wieħed:

(a)

fil-każ ta’ operazzjonijiet diretti, ma għandhiex taqbeż il-50 % (27)tal-ispiża totali tal-proġett;

(b)

fil-każ ta’ operazzjonijiet indiretti ta’ ekwità, ma għandhiex taqbeż il-50 % tad-daqs tal-fond (28);

(c)

fil-każ ta’ operazzjonijiet ta’ dejn indirett, mill-inqas 20 % tal-iskopertura għandha tinżamm mill-intermedjarju finanzjarju.

Dawn ir-rekwiżiti japplikaw sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dawn il-linji gwida għall-investiment skont it-Taqsima 5.

Fil-każ ta’ operazzjonijiet indiretti, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu jeżiġi kuntrattwalment li intermedjarju finanzjarju ma jkunx jista’ jinkludi l-istess tranżazzjoni ma’ riċevituri finali jew intermedjarji oħra f’aktar minn portafoll wieħed appoġġat minn InvestEU.

Fil-każ ta’ operazzjonijiet ta’ ekwità indiretta, fir-rigward tar-rekwiżit fil-punt (b) hawn fuq, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu jitlob li l-intermedjarji finanzjarji potenzjali jinfurmawh dwar l-intenzjoni tagħhom li jfittxu investiment minn sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni ieħor u/jew intermedjarju finanzjarju ieħor li jibbenefika mill-garanzija tal-UE, soġġett għal rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità vinkolanti fuq l-intermedjarji finanzjarji potenzjali.

Ir-riċevituri finali għandhom ikunu obbligati kuntrattwalment li jikkonfermaw li t-taħlita ta’ appoġġ mill-Fond InvestEU u minn programmi oħra tal-Unjoni ma taqbiżx il-kost totali tal-proġett, fejn applikabbli, u li l-finanzjament appoġġat minn InvestEU ma jintużax għall-prefinanzjament ta’ għotja mill-programmi tal-Unjoni jew li għotja minn programm tal-Unjoni mhux se tintuża biex jiġi rimborżat l-appoġġ mill-InvestEU.

Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom jiggarantixxu l-viżibbiltà tal-appoġġ InvestEU f’konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament InvestEU kif speċifikat ulterjorment fil-ftehimiet ta’ garanzija filwaqt li titqies in-natura tal-prodott finanzjarju u tar-riċevituri finali.

2.3.2.   Tipi ta’ prodotti finanzjarji u rekwiżiti għall-iżgurar tal-interess komuni mas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u l-intermedjarji finanzjarji

2.3.2.1.   Prijoritizzazzjoni tal-objettivi ta’ politika

Se jiġu stabbiliti indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li juru l-kisba tal-prijoritajiet ta’ politika sabiex jiġu prijoritizzati l-objettivi ta’ politika taħt kull prodott finanzjarju. Barra minn hekk, se jintuża wieħed jew aktar mill-mezzi li ġejjin:

(a)

ammonti fil-mira għall-finanzjament mogħti lil ċerti prijoritajiet ta’ politika;

(b)

kriterji speċifiċi ddedikati immirati lejn ir-riċevituri finali rilevanti;

(c)

kopertura differenti mill-garanzija tal-UE tar-riskji għal prijoritajiet speċifiċi ta’ politika;

(d)

limiti ta’ konċentrazzjoni għal kull settur/ġeografija;

(e)

mekkaniżmu debitament ġustifikat ibbażat fuq il-prestazzjoni biex jirrifletti t-twettiq ta’ prijoritajiet speċifiċi ta’ politika;

(f)

definizzjoni ta’ stadji importanti u miri marbuta mal-allokazzjoni ta’ segmenti ta’ garanzija addizzjonali tal-UE għal prodotti finanzjarji ġodda jew eżistenti ta’ sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni; jew

(g)

kwalunkwe mezz ieħor xieraq.

Il-prijoritizzazzjoni u l-mezzi applikabbli se jiġu speċifikati fil-ftehim ta’ garanzija.

Barra minn hekk, se jiġi stabbilit djalogu mill-qrib bejn il-Kummissjoni u kull sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni biex jipprovdi direzzjoni politika u janalizza s-sensiela ta’ operazzjonijiet previsti taħt il-Fond InvestEU.

Sabiex jiġu żgurati l-flessibbiltà u r-rispons għall-ħtiġijiet tas-suq u ta’ politika li potenzjalment jinbidlu kif meħtieġ taħt kull tieqa ta’ politika, il-Kummissjoni u l-korpi ta’ governanza rilevanti tal-InvestEU jistgħu jagħtu prijorità lill-oqsma eliġibbli għall-finanzjament stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament InvestEU abbażi tal-mezzi deskritti f’din it-taqsima. Il-Kummissjoni tista’ b’mod partikolari:

(a)

minn żmien għal żmien tanalizza riżerva ta’ proġetti pprovduta mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni flimkien magħhom. Ir-riżerva ta’ proġetti tikkonsisti f’informazzjoni aggregata (jew informazzjoni dettaljata, soġġetta għal impenji ta’ kunfidenzjalità fis-seħħ bejn is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni u r-riċevitur finali, jekk ikun hemm qbil dwar dan fil-ftehim ta’ garanzija) dwar l-ammont ipprojettat ta’ finanzjament skont l-oqsma ta’ politika rilevanti, fil-livell tas-sottosettur, u l-kopertura ġeografika tal-operazzjonijiet. Ikun meħtieġ li tiġi pprovduta informazzjoni aktar granulari għall-prodotti tematiċi definiti fit-Taqsima 2.3.2.2 u għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment li jibbenefikaw mit-taħlit definit fit-Taqsima 2.9.

(b)

l-għoti ta’ gwida dwar l-interpretazzjoni tal-kriterji ta’ eliġibbiltà u l-mezzi ta’ prijoritizzazzjoni msemmija f’dawn il-linji gwida.

(c)

l-analiżi tal-prestazzjoni u l-ambitu tal-prodotti finanzjarji rilevanti sabiex tiġi ottimizzata l-kisba tal-prijoritajiet ta’ politika msemmija f’dawn il-linji gwida.

Fi ħdan il-qafas stabbilit f’din it-Taqsima 2.3.2.1, jistgħu jiġu stabbiliti miri indikattivi li jiffukaw fuq objettivi ta’ politika speċifiċi taħt prodotti finanzjarji ġenerali.

2.3.2.2.   Prodotti finanzjarji

Il-prodotti finanzjarji jistgħu jieħdu l-forma ta’ prodotti finanzjarji ġenerali, prodotti finanzjarji tematiċi, u prodotti finanzjarji konġunti ġenerali jew tematiċi.

Il-prodotti finanzjarji ġenerali għandhom ikunu ta’ appoġġ għal xi qasam ta’ politika wieħed jew aktar koperti taħt kull tieqa ta’ politika kif definit ulterjorment fit-Taqsima 6 ta’ dawn il-linji gwida għall-investiment.

F’każijiet debitament ġustifikati, skont il-profil tar-riskju tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment immirati lejn objettivi ta’ politika speċifiċi, jistgħu jinħolqu prodotti finanzjarji tematiċi taħt it-twieqi ta’ politika.

Prodott finanzjarju tematiku għandu jiffoka fuq qasam ta’ politika ta’ valur miżjud ogħla tal-Unjoni definit b’mod ċar meta l-falliment tas-suq jew is-sitwazzjoni ta’ investiment subottimali ma tkunx tista’ tiġi indirizzata minn prodotti finanzjarji ġenerali minħabba li tiddevja b’mod sinifikanti mit-termini u l-kundizzjonijiet ta’ dawn il-prodotti finanzjarji ġenerali disponibbli. Dan jista’ jkun b’mod partikolari minħabba l-profil ta’ riskju għoli tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment li jirrekjedu kopertura ogħla ta’ garanzija tal-UE permezz ta’ kondiviżjoni tar-riskji asimmetrika, limitata jew l-ebda kondiviżjoni tar-riskju mas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni. Fi kwalunkwe każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandha tkun konformi mal-Artikoli 13(4) u (5) tar-Regolament InvestEU fuq bażi ta’ portafoll.

Prodott finanzjarju tematiku għandu jkun ibbażat fuq valutazzjoni ta’ falliment tas-suq jew ta’ sitwazzjoni ta’ investiment subottimali, li għandha tkun proporzjonata għall-karatteristiċi tal-prodott finanzjarju tematiku propost, sal-punt li tali prodott ma kienx diġà kopert minn valutazzjonijiet u studji eżistenti.

Minbarra l-analiżi tar-riżerva, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu jipprovdi informazzjoni speċifika dwar l-eliġibbiltà lill-Kummissjoni dwar kull operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment taħt prodott tematiku, kif stabbilit fil-ftehim ta’ garanzija.

Prodott finanzjarju ġenerali jew tematiku konġunt jista’ jiġi żviluppat biex jindirizza l-objettivi ta’ politika li jaqgħu taħt aktar minn tieqa ta’ politika waħda b’mod aktar effiċjenti. Dawn il-prodotti għandhom jikkombinaw riżorsi minn żewġ twieqi jew aktar.

2.3.3.   Attivitajiet esklużi

Il-Fond InvestEU ma għandux jappoġġa l-attivitajiet imsemmija fil-punt B tal-Anness V tar-Regolament InvestEU.

2.3.4.   Kunsiderazzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat

Ir-riżorsi tal-Istati Membri involuti f’operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment appoġġati taħt il-Fond InvestEU taħt kompartimenti tal-UE u tal-Istati Membri jistgħu f’ċerti każijiet jikkwalifikaw bħala għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). Madankollu, huma eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika għall-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat stabbilit fl-Artikolu 108(3) tat-TFUE jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti, li huma stabbiliti fir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (29), b’mod partikolari t-taqsima speċifika ta’ InvestEU tiegħu (30), jew f’xi regolament ieħor ta’ eżenzjoni ta’ kategorija (31). Kwalunkwe għajnuna mill-Istat li ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti f’wieħed mir-regolamenti ta’ eżenzjoni ta’ kategorija trid tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-TFUE.

2.4.   Valutazzjoni tar-riskju

Fil-każ tal-operazzjonijiet kollha tat-tip ta’ dejn dirett, is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom iwettqu l-valutazzjoni tar-riskju standard tagħhom, li tinvolvi l-komputazzjoni tal-probabbiltà ta’ inadempjenza u r-rata ta’ rkupru mistennija u l-klassifikazzjoni skont is-sistema interna ta’ klassifikazzjoni jew ta’ gradazzjoni tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni, u jirrapportaw lill-Kummissjoni skont dan.

Sabiex jiġi rifless ir-riskju ġenerali tal-operazzjoni, tali komputazzjoni għandha titwettaq mingħajr ma titqies il-garanzija tal-UE u l-kontribuzzjoni finanzjarja mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni. Madankollu, trid tqis il-fatt li xi operazzjonijiet taħt prodotti tematiċi jistgħu, skont ir-regoli u l-proċeduri tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni, jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-metrika tar-riskju regolari tiegħu. F’każijiet bħal dawn, għandha tiġi żviluppata valutazzjoni tar-riskju adegwata mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat rappurtar adegwat tar-riskju.

L-informazzjoni dwar il-profil tar-riskju mistenni tal-operazzjonijiet tat-tip ta’ dejn għandha tiġi ppreżentata wkoll lill-Kumitat tal-Investiment bħala parti mill-applikazzjoni għall-appoġġ mill-Fond InvestEU. Operazzjoni tat-tip ta’ dejn hija operazzjoni li għandha l-karatteristiċi tar-riskju tad-dejn, li tista’ tinkludi strumenti fil-forma ġuridika tad-dejn. Eżempji ta’ dejn jinkludu self, lokazzjonijiet finanzjarji, ipoteki, ittri ta’ kreditu, garanziji, faċilitajiet ta’ kreditu standby, u titoli maħruġa fis-swieq kapitali bħal bonds; dawn jistgħu jkunu superjuri, intermedji jew subordinati u garantiti jew mhux garantiti.

Fil-każ ta’ operazzjonijiet tat-tip ta’ ekwità, il-garanzija tal-UE tista’ tintuża biex tappoġġa investimenti f’entitajiet jew proġetti individwali (investimenti tat-tip ta’ ekwità) mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jew permezz ta’ investimenti f’fondi (inklużi fondi ta’ fondi, veikoli ta’ koinvestiment jew tipi oħra ta’ intermedjarji) jew tipi oħra ta’ vetturi ta’ finanzjament li jippreżentaw riskji tal-portafoll tat-tip tal-ekwità (portafoll tat-tip ta’ ekwità).

Operazzjoni tat-tip ta’ ekwità hija operazzjoni li għandha l-karatteristiċi tar-riskju ta’ ekwità. Din tista’ jinkludi strumenti fil-forma legali ta’ ekwità, bħal investimenti f’ishma komuni jew preferuti, u ta’ strumenti ta’ kważi-ekwità jew strumenti ibridi, bħal self subordinat ħafna b’kondiviżjonijiet tal-profitt, finanzjament intermedju, self ta’ riskju, strumenti konvertibbli, warrants jew forom oħra ta’ inċentivi ta’ ekwità meta jesponu lid-detentur għal riskju tat-tip ta’ ekwità. Fil-każ ta’ operazzjonijiet diretti tat-tip ta’ ekwità, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu jwettaq il-valutazzjoni standard tiegħu u jirrapporta dwar dan lill-Kummissjoni. Fil-każ ta’ operazzjonijiet li jaqgħu barra l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ metrika regolari tal-ekwità, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu jiżviluppa metodu adegwat ta’ valutazzjoni f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni sabiex jiżgura rapportar adegwat.

Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu juża l-valutazzjoni tar-riskju standard tiegħu biex jiddetermina jekk operazzjoni hijiex ikklassifikata bħala tip ta’ ekwità jew tip ta’ dejn, irrispettivament mill-forma ġuridika u n-nomenklatura tagħha, u għandu jirrapportah skont dan lill-Kummissjoni.

Fil-każ ta’ operazzjonijiet intermedjati, is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jistgħu jiddependu fuq il-proċeduri standard tal-intermedjarji finanzjarji fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riskju tar-riċevituri finali jew il-valwazzjoni tal-operazzjoni, skont kif ikun applikabbli. Il-ftehim ta’ garanzija se jipprevedi li l-eżitu tal-analiżi mwettqa mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, abbażi tal-input riċevut mill-intermedjarji finanzjarji fil-livell tal-portafoll, għandu jiġi rrappurtat lill-Kummissjoni sabiex tkun tista’ tivvaluta l-impatt ta’ tali operazzjonijiet fuq ir-riskju merfugħ mill-garanzija tal-UE u l-adegwatezza tal-ħtiġijiet ta’ proviżjonament.

L-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment għandhom jiġu kklassifikati skont sistema ta’ klassifikazzjoni komuni stabbilita skont l-Artikolu 11(1)(b)(ii) tar-Regolament InvestEU. L-informazzjoni rilevanti dwar il-valutazzjoni tar-riskju ta’ operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment għandha tkun disponibbli, għal fini tar-rappurtar, għall-Kumitat tal-Investiment f’konformità mal-Artikolu 24(4) tar-Regolament InvestEU u għall-Kummissjoni. Ir-rekwiżiti dettaljati għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehimiet ta’ garanzija, filwaqt li jitqiesu l-interessi tal-UE bħala l-garanti u jiġi żgurat li tingħata protezzjoni xierqa lill-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni privata u/jew kummerċjalment sensittiva.

2.5.   Munita tal-finanzjament

Il-garanzija tal-UE lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandha tingħata f’EUR.

Il-finanzjament lir-riċevituri finali taħt operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment jista’ jiġi pprovdut fi kwalunkwe munita li jkollha l-istatus ta’ valuta legali f’xi Stat Membru. Tali finanzjament jista’ jikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp ta’ swieq kapitali lokali.

Il-finanzjament jista’ jiġi pprovdut ukoll f’muniti negozjabbli oħra. Madankollu, is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u l-intermedjarji finanzjarji għandhom jagħmlu ħilithom biex jevitaw li jesponu lir-riċevituri finali għar-riskju tal-kambju. Bħala regola, il-finanzjament jista’ jiġi pprovdut lir-riċevituri finali f’muniti oħra apparti l-valuta legali tal-Istat fejn ikun stabbilit ir-riċevitur, imma biss meta jkun hemm raġunament ekonomiku sod biex isir dan. F’tali każijiet, il-finanzjament preferebbilment jingħata f’EUR.

2.6.   Prinċipji tal-allokazzjoni għal kull tieqa ta’ politika

Il-prodotti finanzjarji għandhom jiġu stabbiliti taħt it-tieqa ta’ politika xierqa, f’konformità mal-prinċipji stabbiliti hawn taħt:

(a)

il-prodotti finanzjarji li jappoġġaw l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment li l-objettiv ewlieni tagħhom jkun li jinkiseb impatt soċjali pożittiv jew l-iżvilupp tal-ħiliet, jaqgħu taħt it-tieqa tal-Investiment Soċjali u l-Ħiliet;

(b)

il-prodotti finanzjarji għall-appoġġ ta’ portafolli li jikkonsistu esklussivament minn SMEs u kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja fuq bażi intermedjata fil-forma ta’ dejn jew ekwità jaqgħu taħt it-tieqa għall-SMEs, ħlief għal dawk li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt (a). Fil-każ ta’ operazzjonijiet diretti, il-prodotti finanzjarji li jappoġġaw portafolli li jikkonsistu esklussivament minn SMEs u kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja bħala qasam ta’ politika ġenerali kif imsemmi fl-Artikolu 8(1)(c) tar-Regolament InvestEU għandhom jiġu allokati lit-tieqa tal-SMEs, filwaqt li prodotti finanzjarji mmirati lejn oqsma ta’ politika speċifiċi oħra għandhom jiġu allokati għat-tieqa li tkopri dak il-qasam;

(c)

il-prodotti finanzjarji li jappoġġaw l-attivitajiet ta’ riċerka, innovazzjoni jew diġitalizzazzjoni jaqgħu taħt it-tieqa tar-Riċerka, l-Innovazzjoni u d-Diġitalizzazzjoni (RID), ħlief għal dawk imsemmija fil-punti (a) u (b);

(d)

il-prodotti finanzjarji għall-appoġġ tal-operazzjonijiet tal-infrastruttura, l-assi mobbli relatati, l-użu ta’ teknoloġiji innovattivi li għalihom ir-riskju huwa prinċipalment fuq it-talba u l-iżvilupp tas-suq speċifiku għas-settur għandhom jaqgħu taħt it-tieqa tal-Infrastruttura Sostenibbli, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

il-prodotti finanzjarji relatati mal-infrastruttura soċjali (32) għandhom jiġu allokati għat-tieqa tal-Investiment Soċjali u l-Ħiliet;

(ii)

il-prodotti finanzjarji relatati mal-infrastruttura li għalihom ir-riskju ewlieni jinsab fl-iżvilupp tat-teknoloġija u l-attivitajiet ta’ innovazzjoni għandhom jiġu allokati għat-tieqa tal-RID. Madankollu, il-prodotti finanzjarji relatati ma’ proġetti li li jaħdmu favur objettivi rilevanti tal-politika tal-infrastruttura sostenibbli jistgħu jiġu implimentati u żviluppati wkoll mill-SMEs u kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja taħt it-tieqa tal-Infrastruttura Sostenibbli sakemm il-portafolli ma jaqgħux taħt il-punt (b).

L-appoġġ kapitali lill-SMEs f’konformità mal-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament InvestEU jista’ jiġi pprovdut permezz ta’ prodotti finanzjarji li jaqgħu taħt kwalunkwe tieqa ta’ politika.

Il-prodotti finanzjarji konġunti jaqgħu taħt żewġ twieqi jew aktar skont il-mekkaniżmu ta’ allokazzjoni ta’ garanzija rilevanti kif stabbilit fil-ftehimiet ta’ garanzija. Tali mekkaniżmu ta’ allokazzjoni ta’ garanzija jista’ jikkonsisti f’kondiviżjoni prorata ta’ kull operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment definita minn qabel fost it-twieqi ta’ politika rilevanti jew ta’ xi mekkaniżmu ieħor.

Kull operazzjoni individwali ta’ finanzjament jew ta’ investiment proposta mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandha tiġi allokata lill-prodott finanzjarju rispettiv li jikkorrespondu miegħu. Fil-każ ta’ operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment li tissodisfa l-kriterji ta’ aktar minn prodott finanzjarju stabbilit wieħed, tali operazzjoni għandha tiġi allokata lill-prodott finanzjarju li taħtu jaqa’ l-objettiv ewlieni tagħha, f’konformità mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament InvestEU.

Fis-sottomissjoni tiegħu ta’ operazzjoni speċifika ta’ finanzjament jew ta’ investiment, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu jipproponi l-prodott finanzjarju rilevanti taħt it-tieqa ta’ politika li lilha għandha tiġi allokata l-operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment.

2.7.   Diversifikazzjoni ġeografika u settorjali

Il-volum tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment koperti mill-garanzija tal-UE fi kwalunkwe tliet Stati Membri jenħtieġ li ma jkunx jirrappreżenta aktar minn 45 % tal-ammont tal-finanzjament appoġġat mill-Fond InvestEU fost is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni kollha, b’mod aggregat fi tmiem il-perjodu ta’ investiment. Dan jeskludi l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment jew il-partijiet rilevanti tagħhom koperti taħt il-kompartimenti tal-Istati Membri.

Barra minn hekk, irid isir kull sforz biex jiġi żgurat li fi tmiem il-perjodu ta’ investiment tiġi koperta firxa wiesgħa ta’ oqsma eliġibbli elenkati fl-Anness II tar-Regolament InvestEU. Dan se jinkludi b’mod partikolari swieq ġodda jew sottożviluppati, u se jqis il-prodotti finanzjarji pprovduti mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni. Kwalunkwe qasam eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament InvestEU jista’ jkun kopert minn prodott finanzjarju.

Jistgħu jiġu stabbiliti pjattaformi ta’ investiment biex jippromwovu diversifikazzjoni ġeografika li tikkombina l-isforzi u l-għarfien espert tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni ma’ banek u istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali b’esperjenza limitata fl-użu ta’ strumenti finanzjarji.

Taħt il-kompartimenti tal-Istati Membri, l-ambitu ġeografiku u d-delimitazzjoni speċifika se jiġu inklużi fil-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni rispettivi.

2.8.   Kompartimenti tal-Istati Membri fit-twieqi ta’ politika

Jistgħu jiġu stabbiliti kompartimenti tal-Istati Membri biex ikopru xi tieqa ta’ politika applikabbli waħda jew aktar. Dawn se jikkostitwixxu allokazzjonijiet delimitati mill-Istati Membri kontribwenti biex jiġi żgurat it-twettiq tal-objettivi ta’ politika tal-fondi taħt ġestjoni kondiviża, tal-RRF jew għall-finijiet stabbiliti fil-ftehim ta’ kontribuzzjoni, skont l-oriġini tal-ammont kontribwit. Il-kompartimenti tal-Istati Membri jistgħu, fost affarijiet oħra, jipprovdu appoġġ kapitali għall-SMEs skont l-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament InvestEU.

L-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment taħt il-kompartimenti tal-Istati Membri għandhom jitwettqu f’konformità mar-regoli tal-Fond InvestEU u jikkonformaw ma’ dawn il-linji gwida ta’ investiment u ma’ ftehim ta’ kontribuzzjoni skont l-Artikolu 10 tar-Regolament InvestEU, inklużi l-objettivi tal-programmi kontribwenti.

Kull kompartiment tal-Istati Membri (33) jista’ jipprovdi appoġġ fix-xenarji li ġejjin fir-rigward tal-prodotti finanzjarji stabbiliti fit-Taqsima 2.3.2.2:

(a)

xi prodott finanzjarju eżistenti mfassal għall-kompartiment tal-UE jista’ wkoll jiġi implimentat taħt il-kompartiment tal-Istat Membru. Il-kontribuzzjoni għandha tkun delimitata għall-Istat(i) Membru/i jew reġjun(i) tal-oriġini.

(b)

jistgħu jiġu żviluppati prodotti finanzjarji mfassla apposta biex jindirizzaw ħtiġijiet speċifiċi u riċevituri finali speċifiċi tal-Istat Membru jew reġjun tal-oriġini. Tali prodott finanzjarju jista’ jkun tip ġdid ta’ prodott finanzjarju jew jista’ jvarja b’mod sinifikanti minn prodott finanzjarju eżistenti żviluppat għall-kompartiment tal-UE;

(c)

prodott finanzjarju jista’ jikkombina l-appoġġ mill-kompartimenti tal-UE u tal-Istati Membri b’mod komplementari.

Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jikkonkludu ftehim ta’ kontribuzzjoni konġunta mal-Kummissjoni skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament InvestEU.

2.9.   Operazzjonijiet ta’ taħlit li jirċievu appoġġ mill-Fond InvestEU

L-operazzjonijiet ta’ taħlit (34) definiti fl-Artikolu 2(5) u msemmija fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament InvestEU jinvolvu appoġġ mill-Fond InvestEU. Proposta għal operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment li tikkostitwixxi parti minn tali operazzjoni ta’ taħlit għandha tiġi ppreżentata mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għall-approvazzjoni tal-Kumitat tal-Investiment.

L-implimentazzjoni tal-operazzjoni ta’ taħlit għandha sseħħ skont ir-regoli tal-InvestEU. L-element imħallat ipprovdut mill-programm settorjali (35) jista’ jieħu l-forma ta’ għotja jew strument finanzjarju u għandu jikkonforma mar-regoli ta’ eliġibbiltà tal-programm settorjali. L-element imħallat li jieħu l-forma ta’ strument finanzjarju jista’ jiġi kkombinat u jikkondividi r-riskju mal-garanzija InvestEU kif speċifikat ulterjorment fil-ftehim ta’ garanzija. Il-programm ta’ ħidma rilevanti (36) se jikkostitwixxi d-deċiżjoni ta’ finanzjament dwar l-element imħallat tal-programm settorjali u se jsemmi l-forma, l-objettivi, l-ammont baġitarju tal-programm settorjali li għandu jiġi allokat għall-operazzjonijiet ta’ taħlit u l-lista tal-entitajiet involuti fl-operazzjoni ta’ taħlit. Deċiżjoni dwar l-element imħallat minn programm settorjali hija mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Investiment dwar il-garanzija tal-UE skont ir-Regolament InvestEU.

Fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ operazzjoni ta’ taħlit għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-effiċjenza u l-proporzjonalità tal-appoġġ ikkombinat tal-Unjoni. Il-ftehim ta’ garanzija se jindika l-prodott(i) finanzjarju/i li taħtu/hom jistgħu jiġu sottomessi l-operazzjonijiet ta’ taħlit u d-dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-operazzjonijiet ta’ taħlit. Dawn jistgħu jinkludu limiti massimi indikattivi jew obbligatorji tas-segmenti rispettivi tal-appoġġ tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-informazzjoni aggregata (jew jekk ikun hemm qbil dwar dan fil-ftehim ta’ garanzija, l-informazzjoni dettaljata) dwar l-operazzjonijiet ta’ taħlit tista’ tiġi rieżaminata matul id-diskussjonijiet dwar is-sensiela ta’ proġetti mal-Kummissjoni. It-tabella ta’ valutazzjoni għandha tirrifletti jekk operazzjoni ta’ taħlit tibbenefikax minn komponent ta’ għotja jew strument finanzjarju minn programmi oħra tal-Unjoni.

Minbarra l-analiżi tar-riżerva, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu jipprovdi informazzjoni speċifika dwar l-eliġibbiltà lill-Kummissjoni dwar kull operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment taħt xi prodott finanzjarju, kif definit fil-ftehim ta’ garanzija. Fil-każ ta’ operazzjonijiet ta’ finanzjament jew investiment indiretti omoġenji, jistgħu jiġu definiti kriterji speċifiċi ta’ eliġibbiltà għal tranżazzjonijiet ma’ riċevituri finali fil-ftehim ta’ garanzija, li jistgħu jissostitwixxu l-ħtieġa ta’ tali informazzjoni speċifika.

2.10.   Investimenti strateġiċi

L-operazzjonijiet ta’ finanzjament jew ta’ investiment taħt InvestEU jistgħu jikkontribwixxu għal attivitajiet li huma ta’ importanza strateġika għall-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament InvestEU. Attivitajiet bħal dawn jitqiesu bħala investimenti strateġiċi jekk:

(i)

ikunu jikkonċernaw proġetti u riċevituri finali assoċjati ma’ riskji għas-sigurtà jew l-ordni pubbliku tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, b’mod partikolari investimenti fis-setturi tad-difiża u tal-ispazju u ċ-ċibersigurtà:

għad-difiża, l-investimenti fit-teknoloġiji u l-prodotti tad-difiża identifikati fil-programm ta’ ħidma annwali għall-Fond Ewropew għad-Difiża;

fil-każ tal-ispazju, investimenti fil-prodotti li ġejjin:

arloġġi atomiċi (eż. għas-sistemi ta’ pożizzjonament ta’ Galileo);

vetturi strateġiċi tal-isparar fl-ispazju (jiġifieri vetturi tal-isprar fl-ispazju għal sistemi spazjali kkontrollati mill-Unjoni); kif ukoll

prodotti spazjali definiti f’lista deċiża mill-Kummissjoni fuq bażi annwali u kkomunikati lill-Bord ta’ Tmexxija;

fil-każ taċ-ċibersigurtà, investimenti li jiffukaw biss fuq l-iżvilupp u l-użu ta’ għodod u soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà, inkluż meta dawn ikunu parti mill-introduzzjoni jew l-aġġornament ta’ netwerks diġitali u infrastruttura tad-data;

jew

(ii)

jikkontribwixxi għar-reżiljenza tal-Unjoni f’oqsma ta’ importanza strateġika għall-Unjoni, kif definit fit-taqsimiet 6.1.1.8, 6.2.1.1 u 6.4.1.1, billi jsostni u jsaħħaħ il-ktajjen tal-valur strateġiċi u jżomm u jsaħħaħ l-attivitajiet ta’ importanza strateġika għall-Unjoni, inklużi Proġetti Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni (Projects of Common European Interest - IPCEI), fl-oqsma tal-infrastruttura kritika, it-teknoloġiji trasformattivi, l-innovazzjonijiet li jbiddlu l-pass tal-iżvilupp u l-inputs għan-negozji u l-konsumaturi.

Għal operazzjonijiet diretti, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu jiżgura li l-investimenti strateġiċi jirrispettaw il-limitazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi ta’ hawn taħt. Għal operazzjonijiet indiretti, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu jesiġi kuntrattwalment li l-intermedjarju finanzjarju jiżgura l-konformità mal-istess limitazzjonijiet.

Japplikaw limitazzjonijiet għar-riċevituri finali li jaqgħu taħt il-punt (i) fl-ewwel paragrafu, ħlief fil-każ ta’ operazzjonijiet diretti ta’ inqas minn EUR 10 000 000 u tranżazzjonijiet taħt operazzjonijiet indiretti ta’ inqas minn EUR 10 000 000.

Għall-finijiet tal-limitazzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima:

(a)

“kontroll” tfisser il-kapaċità li tkun eżerċitata influwenza deċiżiva fuq entità ġuridika b’mod dirett jew indirett permezz ta’ entità ġuridika intermedja waħda jew aktar;

(b)

“struttura maniġerjali eżekuttiva” tfisser korp ta’ entità ġuridika maħtur f’konformità mad-dritt nazzjonali, u, fejn applikabbli, li jirrapporta lill-uffiċjal kap eżekuttiv, jew lil kwalunkwe persuna oħra b’setgħa deċiżjonali komparabbli, li jkollu s-setgħa jistabbilixxi l-istrateġija, l-objettivi u d-direzzjoni ġenerali tal-entità ġuridika, u li jissorvelja u jimmonitorja t-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-maniġment;

(c)

entità ta’ “pajjiż terz” tfisser entità stabbilita f’pajjiż terz jew li, fejn tkun stabbilita fl-Unjoni, ikollha l-istruttura eżekuttiva maniġerjali tagħha f’pajjiż terz; Il-post tal-istabbiliment tal-entità ġuridika huwa ddeterminat mill-post tal-uffiċċju rreġistrat tagħha.

Riċevitur finali li jaqa’ taħt il-punt (i) ma għandux ikun ikkontrollat minn xi pajjiż terz jew minn entitajiet ta’ pajjiż terz u għandu jkollu l-ġestjoni eżekuttiva tiegħu fl-Unjoni.

Jekk ir-riċevitur finali li jaqa’ taħt il-punt (i) ikun involut f’investiment strateġiku fil-qasam tal-konnettività 5G, il-miżuri u l-pjanijiet ta’ mitigazzjoni tar-riskju, skont l-Għodod taċ-Ċibersigurtà tal-5G (37) għandhom japplikaw ukoll għall-fornituri tiegħu. Tali fornituri, partikolarment bejjiegħa u manifatturi ta’ apparat tat-telekomunikazzjoni u fornituri terzi oħra, bħall-fornituri tal-infrastruttura tal-cloud, fornituri ta’ servizzi ġestiti, integraturi tas-sistemi, il-kuntratturi tas-sigurtà u tal-manutenzjoni, il-manifatturi tat-tagħmir tat-trażmissjoni.

Meta r-riċevitur finali li jaqa’ taħt il-punt (i) ikun involut f’investiment strateġiku fil-qasam tad-difiża, din il-limitazzjoni għandha tapplika wkoll għall-fornituri u s-sottokuntratturi tiegħu.

Il-limitazzjonijiet li jikkonċernaw in-nuqqas ta’ kontroll minn pajjiż terz jew entità ta’ pajjiż terz stabbiliti fit-tliet paragrafi ta’ hawn fuq ma japplikawx għal xi operazzjoni partikolari ta’ finanzjament u investiment fejn ir-riċevitur finali li jaqa’ taħt il-punt (i) ikun jista’ juri li huwa entità ġuridika li għaliha l-Istat Membru li fih ikun stabbilit ikun approva garanzija f’konformità mal-prinċipji dwar l-entitajiet eliġibbli stabbiliti fid-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament dwar il-Fond Ewropew għad-Difiża (“EDF”) (38) jew l-eżenzjoni tal-Kummissjoni mogħtija f’konformità mal-prinċipji dwar l-entitajiet eliġibbli stabbiliti fid-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament dwar l-Ispazju (39). Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jrid jinnotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deroga mogħtija għal-limitazzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima 2.10.

Ir-riċevituri finali li jaqgħu taħt il-punt (i) ma għandhomx jilliċenzjaw jew jittrasferixxu b’mod esklussiv id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għal teknoloġiji ta’ importanza kritika u teknoloġiji strumentali għas-salvagwardja tal-interess essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha li jirriżultaw direttament minn dawk l-investimenti strateġiċi lil pajjiżi terzi jew entitajiet ta’ pajjiżi terzi, sakemm ma jkunux approvati mill-Istat Membru li fih ikun stabbilit ir-riċevitur finali.

Din il-limitazzjoni għandha tieqaf tapplika ħames (5) snin wara d-data tal-iżborż finali tal-finanzjament.

3.   PROMOZZJONI TAL-INVESTIMENTI SOSTENIBBLI

InvestEU, bħala parti importanti tal-Pjan ta’ Investiment għal Ewropa Sostenibbli/il-Pjan ta’ Investiment għall-Patt Ekoloġiku (40), se jgħin fit-twettiq tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u il-Mekkaniżmu ta’ Tranżizzjoni Ġusta. Se jikkontribwixxi wkoll għall-bini tad-dimensjoni soċjali tal-Unjoni.

Ir-Regolament InvestEU fih rekwiżiti legali speċifiċi li jikkonċernaw il-kontribut għall-objettivi klimatiċi u ambjentali, kif ukoll għas-sostenibbiltà tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment li jirċievu l-appoġġ tal-garanzija tal-UE. Fil-kuntest InvestEU, is-sostenibbiltà tirreferi għall-impatt fuq it-tliet dimensjonijiet imsemmija fir-Regolament InvestEU: il-klima, l-ambjent u s-soċjetà.

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 8(5) tar-Regolament InvestEU, il-proġetti inkonsistenti mal-objettivi klimatiċi, skont il-prinċipji stabbiliti fil-gwida dwar il-verifika tas-sostenibbiltà, ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-appoġġ.

L-għamla tal-prodotti finanzjarji taħt InvestEU għandha tqis il-kontribut għall-objettivi tas-sostenibbiltà inkluż permezz taż-żieda fis-suq tal-bonds ekoloġiċi u tal-bonds ta’ sostenibbiltà; l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi u sostenibbli fl-oqsma tal-ekonomija ċirkolari, il-bijoekonomija, l-ekonomija blu, l-ikel u t-tibdil fil-klima; il-protezzjoni tal-ambjent u l-kapital naturali (l-arja, l-ilma, in-natura, l-art u l-bijodiversità); it-tranżizzjoni u d-dekarbonizzazzjoni tal-industriji intensivi fl-enerġija, inkluż permezz ta’ investimenti f’teknoloġiji diġitali u sistemi ċirkolari; setturi li jeħtieġu appoġġ biex jiġu allinjati mal-objettivi tal-klima tal-Unjoni Ewropea għall-2030 u l-2050; il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-impatti negattivi relatati li jista’ jkollhom effett negattiv b’mod partikolari fuq iċ-ċittadini vulnerabbli, inklużi dawk li jeħtieġu titjib tal-ħiliet jew taħriġ mill-ġdid u adattament għal forom ġodda ta’ xogħol u reġjuni li għadhom lura f’termini ta’ ħolqien ta’ industriji u servizzi sostenibbli; kif ukoll il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-ugwaljanza għal raġunijiet oħra.

Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni huma mħeġġa jappoġġaw attivitajiet ekonomiċi li huma allinjati mal-kriterji tar-Regolament (UE) 2020/852 (41).

Jistgħu jiġu pprovduti servizzi ta’ konsulenza dedikati lill-promoturi tal-proġetti, lill-intermedjarji finanzjarji jew lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni (42), speċjalment biex tinbena l-kapaċità li jiġu ttrattati r-rekwiżiti ta’ verifika tas-sostenibbiltà u biex tinbena sensiela ta’ proġetti li jindirizzaw l-objettivi ta’ hawn fuq.

3.1.   Traċċar u rappurtar tal-klima u l-ambjent

F’konformità mal-Premessa 10 tar-Regolament InvestEU, il-volum aggregat tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment huwa mistenni li jikkontribwixxi mill-inqas 30 % tal-pakkett finanzjarju kumplessiv tal-Programm InvestEU għall-għanijiet klimatiċi. Barra minn hekk, mira speċifika ta’ mill-inqas 60 % tal-volum aggregat tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment fuq objettivi relatati mal-klima u l-ambjent taħt it-tieqa tal-Infrastruttura Sostenibbli hija stabbilita fl-Artikolu 8(8) tar-Regolament InvestEU għall-kompartiment tal-UE. L-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment huma mistennija wkoll li jikkontribwixxu għall-objettivi ġenerali tal-Unjoni għall-bijodiversità.

Il-miri klimatiċi u ambjentali għandhom japplikaw kemm għall-kompartiment tal-UE kif ukoll għal dak tal-Istati Membri tal-Fond InvestEU. Madankollu, il-kisba tal-miri (43) għandha tiġi kkalkulata u mmonitorjata separatament għall-kompartimenti tal-UE u tal-Istati Membri.

Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom ikejlu l-kontribut għall-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment li jippreżentaw lill-Kumitat tal-Investiment, f’konformità mal-gwida tal-Kummissjoni dwar it-traċċar tal-klima u tal-ambjent imsemmija fl-Artikolu 8(7) tar-Regolament InvestEU. It-traċċar tal-klima u tal-ambjent skont il-Fond InvestEU se jibni fuq sistema koerenti għall-ġbir, l-immarkar u l-aggregazzjoni tal-informazzjoni rilevanti mis-sħab kollha inkarigati mill-implimentazzjoni, filwaqt li jiżgura l-kompatibbiltà ma’ metodoloġija usa’ ta’ traċċar tal-klima applikabbli għall-programmi rilevanti kollha ffinanzjati mill-baġit tal-UE. Din is-sistema se jkollha tuża b’mod xieraq il-kriterji biex jiġi ddeterminat jekk attività ekonomika tkunx ambjentalment sostenibbli f’konformità mar-Regolament dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli (44).

Sabiex tiġi mmonitorjata l-kisba tal-mira klimatika ta’ 30 % u l-mira klimatika u/jew ambjentali kumulattiva ta’ 60 % għat-tieqa tal-Infrastruttura Sostenibbli, fil-mument tal-preżentazzjoni ta’ proposta lill-Kummissjoni, is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġi ttraċċat il-kontribut għal dawn il-miri, f’konformità mal-gwida maħruġa mill-Kummissjoni. L-istess informazzjoni tiġi ppreżentata wkoll lill-Kumitat tal-Investiment bħala parti mill-applikazzjoni għall-appoġġ mill-Fond InvestEU.

Il-ftehimiet ta’ garanzija se jirrikjedu li s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jirrappurtaw kull sena lill-Kummissjoni, f’livell aggregat, dwar l-operazzjonijiet li jikkontribwixxu għall-miri klimatiċi u ambjentali u, jekk applikabbli, b’mod separat għal kull fond kontribwenti b’ġestjoni kondiviża fil-kompartiment tal-Istati Membri. Dan ir-rappurtar se jinkludi indikaturi rilevanti, fejn applikabbli.

3.2.   Verifika tas-sostenibbiltà

F’konformità mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament InvestEU, l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment għandhom jiġu skrinjati mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni biex jiġi ddeterminat jekk jappoġġawx proġetti li jaqbżu ċertu daqs (45) u, f’tali każ, jekk għandhomx xi impatt ambjentali, klimatiku jew soċjali sinifikanti. Jekk dan ikun il-każ, huma għandhom ikunu soġġetti għal verifika tas-sostenibbiltà f’konformità mal-gwida żviluppata mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mas-sħab potenzjali inkarigati mill-implimentazzjoni. Fejn is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jikkonkludi li ma għandha titwettaq l-ebda verifika tas-sostenibbiltà, għandu jipprovdi ġustifikazzjoni lill-Kumitat tal-Investiment.

Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se jkun responsabbli għat-twettiq tal-verifika tas-sostenibbiltà abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-promoturi tal-proġetti u f’konformità mal-gwida tal-Kummissjoni. Meta japplikaw għall-appoġġ tal-InvestEU, is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom jipprovdu sommarju ta’ verifika tas-sostenibbiltà, kif applikabbli. B’kunsiderazzjoni xierqa għar-regoli u l-prattiki rigward informazzjoni kunfidenzjali u kummerċjalment sensittiva, inkluża l-proprjetà intellettwali, is-sommarju dwar il-verifika tas-sostenibbiltà għandu jsir pubbliku wara li l-Kumitat tal-Investiment ikun approva l-użu tal-garanzija tal-UE għal operazzjoni speċifika.

Il-gwida tal-Kummissjoni se tiġi żviluppata b’mod li jkun konsistenti mal-gwida żviluppata għal programmi oħra tal-Unjoni, u abbażi tal-leġiżlazzjoni eżistenti (46), ta’ linji gwida, għodod u l-aħjar prattiki eżistenti biex tiġi żgurata r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima u jiġu vvalutati l-esternalitajiet ambjentali (47), u billi jitqiesu, b’mod xieraq, il-kriterji biex jiġi ddeterminat jekk attività ekonomika hijiex ambjentalment sostenibbli, kif definit mir-Regolament (UE) 2020/852, inkluż il-prinċipju ta’ “tagħmilx ħsara sinifikanti”. Il-verifika għandha tikkontribwixxi wkoll biex jiġi vverifikat li l-operazzjonijiet ta’ investiment ta’ InvestEU jenħtieġ li jkollhom l-għan li jeliminaw l-inugwaljanzi, jew tal-inqas ma jikkontribwux biex jinżammu jew jiżdiedu l-inugwaljanzi eżistenti.

3.3.   Skema għal Tranżizzjoni Ġusta fil-qafas tal-InvestEU

Bħala parti mill-Pjan ta’ Investiment għal Ewropa Sostenibbli/mill-Pjan ta’ Investiment għall-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-InvestEU se jikkontribwixxi għall-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta, bi skema ddedikata għal tranżizzjoni ġusta fil-qafas tal-InvestEU (InvestEU Just Transition Scheme, InvestEU JTS), implimentata permezz ta’ prodotti finanzjarji tal-InvestEU. L-InvestEU JTS għandha tappoġġa investimenti li jindirizzaw l-isfidi soċjali, ekonomiċi u ambjentali li jirriżultaw mit-tranżizzjoni lejn l-ilħuq tal-mira tal-Unjoni għall-klima għall-2030 u l-mira tagħha li tikseb newtralità klimatika sal-2050. Sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-InvestEU JTS, fil-pjan territorjali għal tranżizzjoni ġusta rilevanti l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu s-setturi u l-attivitajiet previsti li għandhom jirċievu għajnuna, f’konformità mal-prinċipji li jikkonċernaw il-pjanijiet territorjali għal tranżizzjoni ġusta stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament dwar il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (ir-Regolament dwar il-JTF) (48).

L-InvestEU JTS għandha tappoġġa investimenti ekonomikament vijabbli minn entitajiet tas-settur privat u tas-settur pubbliku allinjati mal-objettivi ta’ tranżizzjoni ġusta. Il-proġetti jew ir-riċevituri finali għandhom ikunu jinsabu f’territorji koperti minn pjan territorjali għal tranżizzjoni ġusta approvat fil-qafas tar-Regolament dwar il-JTF. Barra minn hekk, il-proġetti jew ir-riċevituri finali li ma jinsabux f’dawn it-territorji imma li jikkontribwixxu biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-iżvilupp tagħhom jistgħu jiġu appoġġati, dment li l-finanzjament għal tali proġetti jkun kruċjali għat-tranżizzjoni tat-territorji bi pjan territorjali għal tranżizzjoni ġusta. Pereżempju, jistgħu jiġu koperti proġetti ta’ infrastruttura li jtejbu l-konnettività tar-reġjuni tat-tranżizzjoni ġusta.

L-InvestEU JTS għandha tappoġġa investimenti f’konformità mal-objettivi (l-Artikolu 3 tar-Regolament InvestEU) u mal-prijoritajiet tal-investiment (l-Artikolu 8(1) u l-Anness II tar-Regolament InvestEU) stabbiliti fir-Regolament InvestEU u f’dawn il-linji gwida għall-investiment.

L-InvestEU JTS tista’ tiġi implimentata permezz ta’ kwalunkwe prodott finanzjarju tal-InvestEU fil-qafas tal-erba’ twieqi ta’ politika. Minħabba l-ispeċifiċitajiet tat-territorji tat-tranżizzjoni ġusta (eż. inugwaljanzi ekonomiċi, l-istruttura tas-suq tax-xogħol, il-kapaċità tal-assorbiment eċċ.) u l-impatt fuq il-prospettiva ekonomika minħabba l-pandemija tal-COVID-19, hi mistennija domanda ogħla għall-finanzjament fil-qafas ta’ xi prodotti finanzjarji u l-ebda domanda jew waħda limitata f’oħrajn. Meta jitqiesu dawn il-fatturi, jistgħu jiġu offruti inċentivi ddedikati lis-sħab ta’ implimentazzjoni u lill-intermedjarji finanzjarji. Jekk ikun ġustifikat, dawn jistgħu jkunu fil-forma ta’ arranġamenti ta’ kondiviżjoni tar-riskju aktar vantaġġużi għall-portafolli tal-investiment bejn l-UE u s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni, remunerazzjoni aktar baxxa tal-garanzija tal-UE jew kopertura parzjali tal-kostijiet amministrattivi fil-qafas tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment li jikkontribwixxu għall-InvestEU JTS skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament InvestEU jew forma oħra miftiehma fi ftehim ta’ garanzija fil-kuntest ta’ prodott finanzjarju wieħed jew aktar. Fejn ikun xieraq jista’ jiġi offrut appoġġ ta’ konsulenza dedikat lill-promoturi rilevanti tal-proġetti jew lill-intermedjarji finanzjarji insostenn tal-iżvilupp ta’ riżerva vijabbli ta’ proġetti.

Kull tnaqqis tar-remunerazzjoni tal-garanzija tal-UE għandu jibbenefika għalkollox lir-riċevituri finali.

Il-kontribuzzjoni mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni biex jintlaħqu l-objettivi ta’ investiment għall-InvestEU JTS tista’ tvarja skont in-natura tal-prodott finanzjarju kkonċernat.

Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom jittraċċaw u jirrapportaw dwar l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment, jew il-komponenti rilevanti tagħhom, li jappoġġaw lill-proġetti jew lir-riċevituri finali fil-qafas tal-InvestEU JTS. Wara l-adozzjoni ta’ pjan territorjali għal tranżizzjoni ġusta rilevanti, dawn l-operazzjonijiet jew il-komponenti rilevanti tagħhom għandhom jgħoddu bħala investiment mobilizzat fil-qafas tal-InvestEU JTS anki jekk ikunu ġew approvati qabel l-adozzjoni tal-pjan, dment li s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jivverifika li jikkonformaw mal-objettivi tal-pjan territorjali għal tranżizzjoni ġusta rilevanti.

Il-finanzjament fil-qafas tal-InvestEU JTS ma għandux jiġi kkombinat mal-faċilità ta’ self għas-settur pubbliku (49) (pilastru 3), ħlief għall-appoġġ konsultattiv.

4.   UŻU TAL-GARANZIJA TAL-UE

Il-garanzija tal-UE tista’ tintuża biex tkopri segmenti differenti ta’ riskju tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament jew ta’ investiment fil-qafas tal-prodotti finanzjarji differenti jew portafolli ta’ operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment fil-qafas tal-prodotti finanzjarji. Id-dettalji tal-użu tal-garanzija tal-UE għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehim tal-garanzija.

Il-garanzija tal-UE tista’ tkun pari passu mal-pożizzjoni ta’ riskju meħuda mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jew tista’ tkopri segment tal-ewwel telf, pereżempju biċċa tal-ewwel telf (first loss piece, FLP) jew segment intermedju. Għall-ftehimiet ta’ garanzija li jkopru aktar minn tieqa ta’ politika waħda, it-telf imġarrab fil-qafas tal-prodotti finanzjarji jista’ jiġi mutwalizzat fi ħdan tieqa ta’ politika waħda jew aktar, b’kont meħud tal-istruttura tal-kondiviżjoni tar-riskju definita fil-ftehim ta’ garanzija.

Is-sehem tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni fl-FLP jgħodd għall-kontribuzzjoni finanzjarja tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni kif definit fl-Artikolu 2(7) tar-Regolament InvestEU. Il-kondiviżjoni tar-riskju f’forom oħra, bħas-sehem tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni f’segment intermedju, tista’ titqies fil-kontribuzzjoni finanzjarja tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni, soġġetta għall-kundizzjonijiet u għall-metodoloġija tal-kalkolu stipulati fil-ftehimiet ta’ garanzija.

It-tul tal-ħajja ta’ prodott finanzjarju u l-kundizzjonijiet għat-terminazzjoni tiegħu għandhom jiġu definiti fil-ftehim ta’ garanzija. Jekk ikun xieraq, fil-qafas ta’ prodott finanzjarju fil-livell tal-operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment tista’ tkun prevista l-possibbiltà ta’ ħruġ mill-investimenti jew taċ-ċediment ta’ skoperturi qabel tmiem il-ħajja tal-investimenti sottostanti jekk il-kisba tal-objettivi ta’ politika tista’ tiġi ggarantita, waqt li jiġu osservati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni.

Mingħajr preġudizzju għall-prinċipji stabbiliti f’din it-Taqsima 4 li għandhom japplikaw mutatis mutandis, il-ħxuna tas-segment subordinat jew intermedju tista’ tiġi stabbilita wkoll permezz ta’ mekkaniżmu tar-rata ta’ trasferiment, li jiġi speċifikat fil-ftehim ta’ garanzija. Dan jikkonsisti fl-applikazzjoni ta’ rata ta’ trasferiment individwali għal kull operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment biex jiġi ddeterminat il-livell ta’ kontribuzzjoni, għal dik l-operazzjoni, għal tali segment subordinat jew intermedju mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni u mill-garanzija tal-UE.

Il-prinċipji li ġejjin għandhom japplikaw għall-użu tal-garanzija tal-UE, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dawn il-linji gwida għall-investiment taħt it-Taqsima rilevanti tat-tieqa ta’ politika. Għall-kompartiment tal-Istat Membru, il-ħxuna tal-FLP jew tas-segment intermedju tista’ tkun differenti mill-prinċipji stabbiliti f’din it-Taqsima 4, kif speċifikat fil-ftehim ta’ kontribuzzjoni rilevanti ffirmat bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru.

4.1.   Prodotti finanzjarji ġenerali

4.1.1.   Użu tal-garanzija tal-UE għal operazzjonijiet tat-tip ta’ dejn

Bħala prinċipju, skont id-dispożizzjonijiet fit-Taqsimiet minn 4.1.1.1 sa 4.1.1.3, għall-portafolli li jappoġġaw operazzjonijiet tat-tip ta’ dejn fil-qafas tal-prodotti finanzjarji, jekk il-garanzija tal-UE tkopri FLP, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu jkollu sehem ta’ mill-inqas 5 % fl-FLP.

4.1.1.1.   Kopertura tal-operazzjonijiet individwali

Din it-Taqsima 4.1.1.1 tapplika biss għall-operazzjonijiet diretti.

Il-garanzija tal-UE tista’ tintuża biex tkopri parzjalment operazzjoni individwali fuq bażi pari passu. F’dan il-każ, il-garanzija tal-UE fuq operazzjoni individwali ma tistax taqbeż il-50 % tal-finanzjament ipprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni. Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu jkun obbligat li jżomm sehem pari passu ta’ mill-inqas 20 % fuq operazzjoni individwali għall-fini tal-allinjament tal-interessi.

Il-garanzija tal-UE jista’ jkollha wkoll forma oħra, fosthom pożizzjoni subordinata fir-rigward ta’ operazzjoni individwali. F’dan il-każ, il-garanzija tal-UE fuq operazzjoni individwali tkun limitata għal 25 % tal-ammont totali tal-finanzjament ipprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni (50). Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jrid ikollu sehem ta’ mill-inqas 5 % fil-pożizzjoni subordinata.

4.1.1.2.   Kopertura ta’ portafolji tal-operazzjonijiet għajr dawk imsemmija fit-Taqsima 4.1.1.3

Il-garanzija tal-UE tista’ tkopri wkoll FLP jew segment intermedju fir-rigward tal-portafoll rilevanti tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment iffinanzjati mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni. Jekk il-garanzija tal-UE tkun tkopri l-FLP, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jrid ikollu sehem ta’ mill-inqas 5 % fl-FLP.

Il-ħxuna tal-FLP tkun ibbażata fuq il-profil tar-riskju mistenni tal-operazzjonijiet fil-qafas tal-portafoll iggarantit. Għandha tkun limitata għal 30 % tal-ammont totali tal-finanzjament ipprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni fil-qafas ta’ prodott finanzjarju. Fil-qafas tat-tieqa ta’ Investiment Soċjali u Ħiliet, il-ħxuna tal-FLP tista’ tiżdied b’referenza għal porzjon xieraq tal-ammont totali tal-finanzjament.

4.1.1.3.   Kopertura tal-portafolji ta’ garanziji limitati u mhux limitati

Għall-finanzjament intermedjat b’dejn, kemm fil-forma ta’ garanziji limitati kif ukoll fil-forma ta’ garanziji mhux limitati, meta r-remunerazzjoni mill-intermedjarji finanzjarji ma tkunx biżżejjed għal remunerazzjoni adegwata tar-riskju tal-finanzjament ipprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni, il-garanzija tal-UE jista’ jkollha sehem ta’ massimu ta’ 100 % fl-FLP iffissat fil-livell tat-telf mistenni. Għal tali finanzjament intermedjat tad-dejn fil-forma ta’ garanziji limitati, il-ħxuna tal-FLP koperta mill-garanzija tal-UE tista’ tkun stabbilita sa 100 % tal-finanzjament ipprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni.

F’każijiet debitament ġustifikati, il-garanzija tal-UE tista’ tkopri telf ’il fuq mit-telf mistenni għal garanziji mhux limitati offruti mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni. F’dawn il-każijiet, il-porzjon tat-telf mhux mistenni kopert mill-garanzija tal-UE għandu jiġi pprezzat, kif speċifikat fil-ftehim ta’ garanzija.

F’każijiet eċċezzjonali ta’ valur politiku għoli, il-ħxuna tal-FLP koperta mill-garanzija tal-UE tista’ tiġi stabbilita f’livell ogħla mit-telf mistenni f’każ ta’ garanziji limitati offruti mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni. F’dawn il-każijiet, il-porzjon tat-telf mhux mistenni kopert mill-garanzija tal-UE għandu jiġi pprezzat, kif speċifikat fil-ftehim ta’ garanzija.

4.1.2.   L-użu tal-garanzija tal-UE għal operazzjonijiet tat-tip ta’ ekwità

Fil-prinċipju, fir-rigward tal-portafolji li jappoġġaw operazzjonijiet tat-tip ta’ ekwità, is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jridu jinvestu fuq bażi pari passu f’kull operazzjoni tal-finanzjament jew tal-investiment b’riskju proprju għal sehem li jiżgura allinjament suffiċjenti tal-interessi, kif definit ex ante taħt kull prodott finanzjarju. Bħala aggregat, il-parti tal-finanzjament koperta mill-garanzija tal-UE għandha tirrappreżenta sa 70 % tal-finanzjament totali fil-forma ta’ ishma azzjonarji pprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni (li jista’ jitqies fil-livell tal-grupp) fuq bażi pari passu fil-qafas tal-prodotti finanzjarji differenti u l-finanzjament ta’ riskju proprju għandu jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-finanzjament totali fil-forma ta’ ishma azzjonarji pprovdut pari passu mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni fil-qafas ta’ kwalunkwe operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment.

F’każijiet debitament ġustifikati, il-ftehimiet tal-kondiviżjoni tar-riskju bejn is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u l-Kummissjoni jistgħu jkunu fuq bażi li mhijiex pari passu. Pereżempju, għall-beni pubbliċi b’fallimenti sistemiċi tas-suq jew biex il-falliment jipprezza b’mod xieraq l-esternalitajiet, bħal operazzjonijiet tal-ewwel tip jew il-ħolqien ta’ suq ġdid, jista’ jkun permess użu subordinat tal-garanzija tal-UE.

F’każijiet eċċezzjonali biss, fosthom jekk ikun hemm konċentrazzjoni għolja tar-riskju, il-garanzija tal-UE tista’ tkopri sa 100 % tal-FLP (li mhux se tkun ogħla minn 50 % tal-finanzjament globali pprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni fil-qafas ta’ portafoll bħal dan). Fil-każijiet kollha, il-qsim tal-profitti bejn is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni u l-Kummissjoni għandu jkun proporzjonat għall-iskopertura tagħhom għar-riskju.

4.2.   Prodotti finanzjarji tematiċi

4.2.1.   Użu tal-garanzija tal-UE għal operazzjonijiet tat-tip ta’ dejn

Il-garanzija tal-UE tista’ tkopri FLP fir-rigward tal-portafoll rilevanti ta’ operazzjonijiet tat-tip ta’ dejn iffinanzjati mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni. Minħabba l-karatteristiċi ta’ prodotti finanzjarji bħal dawn, il-ħxuna tal-FLP tista’ tkun ogħla minn 50 % tal-finanzjament fil-mira pprovdut mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni. Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu jkollu sehem ta’ mill-inqas 5 % fl-FLP biex ikun żgurat l-allinjament tal-interessi. F’każijiet debitament ġustifikati, l-allinjament tal-interessi jista’ jiġi ggarantit permezz ta’ mezzi finanzjarji oħra speċifikati fil-ftehim relevanti ta’ garanzija.

F’każijiet debitament ġustifikati, il-kontribuzzjoni tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għall-kopertura tat-telf żgurata mill-FLP tista’ tiġi pprovduta b’mod progressiv, waqt li l-portafoll jimmatura u jitnaqqaslu r-riskju. Din il-kontribuzzjoni tista’ tiġi pprovduta permezz tad-dħul li joriġina mill-portafoll/portafolji ggarantit(i) jew oħrajn, jew permezz ta’ mekkaniżmi xierqa u innovattivi oħrajn.

4.2.2.   L-użu tal-garanzija tal-UE għal operazzjonijiet tat-tip ta’ ekwità

Il-garanzija tal-UE tista’ tkopri FLP fir-rigward tal-portafoll rilevanti ta’ operazzjonijiet tat-tip ta’ ekwità ffinanzjati mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni; il-ħxuna tal-FLP tista’ tkun akbar minn 50 % fir-rigward tal-portafoll rilevanti ta’ operazzjonijiet iffinanzjati mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni. Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu jkollu sehem ta’ mill-inqas 5 % fl-FLP biex ikun żgurat l-allinjament tal-interessi. F’każijiet debitament ġustifikati, l-allinjament tal-interessi jista’ jiġi ggarantit permezz ta’ mezzi finanzjarji oħra speċifikati fil-ftehim relevanti ta’ garanzija.

F’każijiet debitament ġustifikati, il-kontribuzzjoni tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għall-kopertura tat-telf żgurata mill-FLP tista’ tiġi pprovduta b’mod progressiv, waqt li l-portafoll jimmatura u jitnaqqaslu r-riskju. Din il-kontribuzzjoni tista’ tiġi pprovduta permezz tad-dħul li joriġina mill-portafoll/portafolji ggarantit(i) jew oħrajn, jew permezz ta’ mekkaniżmi xierqa u innovattivi oħrajn.

5.   FINANZJAMENT IPPROVDUT MIS-SIEĦEB INKARIGAT MILL-IMPLIMENTAZZJONI

Il-prinċipji li ġejjin għandhom japplikaw għall-finanzjament ipprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dawn il-linji gwida għall-investiment taħt it-Taqsima rilevanti tat-tieqa ta’ politika.

5.1.   Prodotti finanzjarji ġenerali

5.1.1.   Finanzjament b’dejn ipprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni

5.1.1.1.   Finanzjament b’dejn ġenerali

Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jista’ jipprovdi finanzjament direttament lir-riċevituri finali, jiġifieri fil-forma ta’ self dirett jew forom oħra ta’ finanzjament dirett b’dejn, jew permezz ta’ intermedjarji finanzjarji.

5.1.1.2.   Garanziji limitati u mhux limitati

Il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-operazzjonijiet tal-finanzjament u tal-investiment magħmula fil-qafas tal-kompartiment tal-UE:

(a)

il-garanzija tal-UE tista’ tkun offruta lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni biex dawn jipprovdu garanzija limitata jew mhux limitata għal portafoll ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament stabbiliti ġodda li joriġinaw minn intermedjarju finanzjarju. It-tranżazzjonijiet b’riċevituri finali li huma soġġetti għal proċeduri kollettivi ta’ insolvenza jew li jissodisfaw il-kriterji skont il-liġi domestika tagħhom biex ikunu inklużi fi proċeduri kollettivi ta’ insolvenza fuq talba tal-kredituri tagħhom, ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-inklużjoni f’dawn il-portafolli;

(b)

fil-każ ta’ garanzija tal-portafoll limitata, ir-rata tal-limitu massimu għandha tkun stabbilita fil-livell tat-telf mistenni tal-portafoll il-ġdid u għandha tkun iddeterminata individwalment għal kull ftehim ta’ garanzija tal-portafoll iffirmat mal-intermedjarju finanzjarju (51). It-telf mistenni għandu jiġi ddeterminat u ddokumentat fuq il-bażi ta’ data storika u stimi li jħarsu ’l quddiem. Jekk ma tkunx teżisti data rilevanti, ir-rata tal-limitu massimu għandha tiġi stabbilita f’livell miftiehem minn qabel u tiġi stipulata fil-ftehim ta’ garanzija bejn il-Kummissjoni u s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni. Ir-rata tal-limitu massimu permissibbli għandha tkun ta’ 25 %. Għat-tieqa tal-Investiment Soċjali u l-Ħiliet, ir-rata tal-limitu massimu permissibbli tista’ tkun ogħla;

(c)

f’każijiet debitament ġustifikati, il-kopertura tal-garanzija sal-livell tat-telf mistenni tista’ tiġi pprovduta mingħajr ħlas (kemm għal garanziji limitati kif ukoll għal dawk mhux limitati) filwaqt li t-teħid ta’ riskju ’l fuq mit-telf mistenni jrid jiġi pprezzat mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni kif jista’ jiġi definit fil-ftehim ta’ garanzija bejn il-Kummissjoni u s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni. Fiż-żewġ każijiet, it-tnaqqis tar-remunerazzjoni tal-garanzija tal-UE għandu jibbenefika għalkollox lir-riċevituri finali;

(d)

ir-rata tal-garanzija għat-tranżazzjonijiet individwali tal-finanzjament inklużi fil-portafoll il-ġdid għandha tipikament tkun 50 % imma dan il-perċentwal jista’ jiżdied għal tranżazzjonijiet li għandhom valur politiku speċifiku;

(e)

l-intermedjarju finanzjarju għandu jkun obbligat iżomm minimu ta’ 20 % tal-iskopertura b’rabta ma’ kull tranżazzjoni ta’ finanzjament li tikklassifika pari passu mal-garanzija pprovduta mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni. F’każijiet debitament ġustifikati, jista’ jiġi speċifikat perċentwal aktar baxx fil-ftehim ta’ garanzija bejn il-Kummissjoni u s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jekk dan ikun konsistenti jew konformi mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Fit-tieqa tal-Investiment Soċjali u l-Ħiliet, l-iskopertura minima tista’ titnaqqas għal 5 % f’każijiet debitament ġustifikati;

(f)

fir-rigward tal-irkupru tat-telf, il-garanzija pprovduta mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandha tikklassifika pari passu mal-intermedjarju finanzjarju. Fil-każ ta’ garanziji limitati, jekk l-ammont tat-telf jaqbeż l-ammont tal-limitu massimu tal-garanzija, ammont korrispondenti ta’ rkupru ta’ telf jistal-ewwel jiġi allokat għall-iskoperturi aktar superjuri; b’mod alternattiv tista’ tiġi applikata rata ta’ rkupru stmata ex-ante;

(g)

il-maturità minima tat-tranżazzjonijiet ta’ finanzjament li jistgħu jiġu inklużi fil-portafolji hija ffissata għal 12-il xahar, ħlief fil-qafas tat-tieqa tal-Investiment Soċjali u l-Ħiliet fejn tista’ tkun inqas.

5.1.2.   Finanzjament mill-ekwità mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni

Il-finanzjament mill-ekwità u ta’ kważi ekwità jista’ jiġi pprovdut mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni lir-riċevituri finali direttament (52) jew permezz ta’ intermedjarji finanzjarji, bħal fondi dedikati u strumenti ta’ investiment, inklużi strumenti ta’ koinvestiment. Il-fondi intermedjarji jew l-istrumenti ta’ investiment għandhom tipikament jimmiraw parteċipazzjonijiet minoritarji fir-riċevituri finali.

Il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin għandhom japplikaw għall-investimenti magħmula fl-ambitu tal-kompartiment tal-UE għal intermedjarji finanzjarji, kif stabbilit aktar fil-ftehimiet ta’ garanzija mas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u, biex jiġi evitat kull dubju, japplikaw għall-finanzjament ipprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni fil-qafas tal-InvestEU (operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment), inklużi l-partijiet koperti mill-garanzija tal-UE u mill-kontribuzzjoni finanzjarja tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni:

(a)

intermedjarju finanzjarju li jirċievi investiment fil-qafas tal-InvestEU (operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment) għandu, bħala parti mill-istrateġija tal-investiment tiegħu, jimpenja ruħu li jinvesti f’riċevituri finali li huma eliġibbli skont ir-Regolament InvestEU ammont li hu ugwali mill-inqas għall-ogħla wieħed minn dawn:

(i)

50 % tal-ammonti investiti aggregati tal-intermedjarju; u

(ii)

darbtejn l-ammont prelevat taħt l-investiment appoġġat mill-UE għal skopijiet ta’ investiment, b’limitu massimu ta’ 80 % tal-ammonti investiti aggregati tal-intermedjarju.

(b)

l-investimenti f’fondi mwettqa mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom tipikament ma jirrappreżentawx aktar minn 25 % tad-daqs tal-fond. F’każijiet b’valur miżjud politiku għoli, jistgħu jiġu permessi investimenti li jirrappreżentaw sa 50 % tad-daqs tal-fond, ħlief fil-qafas tat-tieqa tal-Investiment Soċjali u l-Ħiliet jew f’każijiet eċċezzjonali ta’ fondi tat-trasferiment tat-teknoloġija fil-qafas ta’ twieqi ta’ politika oħra, fejn dawn jistgħu jkunu sa 75 % tad-daqs tal-fond. F’każ ta’ fond ta’ fondi, dawn il-limiti japplikaw fil-livell tal-fondi tad-destinatarji ta’ investiment;

(c)

investimenti f’fondi ddedikati għall-investimenti ekoloġiċi u diġitali fil-livell Ewropew minn tliet sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jew aktar jistgħu jkunu aggregati sa 75 % tad-daqs tal-fond;

(d)

għal strumenti u skemi ta’ koinvestiment, fil-ftehimiet ta’ garanzija mas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni se tiġi stipulata ġabra speċifika ta’ regoli;

(e)

l-investimenti mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni fil-qafas tal-InvestEU għandhom isiru fuq bażi pari passu ma’ investituri pubbliċi u privati oħra u fuq bażi ta’ konformità mas-suq. Il-konformità mas-suq teħtieġ li minimu ta’ 30 % tal-investimenti kollha f’fond jew fil-proġetti sottostanti tal-fond għandhom isiru minn investituri privati f’sitwazzjoni komparabbli mal-investituri li jifdal u fuq bażi pari passu (53) Ir-rekwiżiti f’dan il-paragrafu ma jistgħux japplikaw għall-fini ta’ investiment f’oqsma ta’ rilevanza politika speċifika għall-UE, kif elaborat aktar fil-ftehim ta’ garanzija rilevanti ma’ sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni;

(f)

l-investiment f’fondi mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni fil-qafas tal-InvestEU għandu normalment isir fl-ewwel għeluq tal-fond; investimenti f’għeluq sussegwenti huma possibbli biss fejn ikun debitament ġustifikat;

(g)

l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment għandhom ikunu fit-tul u jkollhom durata tipika ta’ bejn 5 snin u 20 sena;

(h)

l-investimenti f’riċevituri finali li huma eliġibbli f’konformità mal-prodott finanzjarju rilevanti għandhom jieħdu l-forma ta’ investimenti primarji (54). L-investimenti sekondarji jistgħu wkoll jitqiesu eliġibbli fejn debitament ġustifikat, kif speċifikat fil-ftehim ta’ garanzija.

5.2.   Prodotti finanzjarji tematiċi

5.2.1.   Finanzjament b’dejn ipprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni

Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jista’ jipprovdi finanzjament lir-riċevituri finali fil-forma ta’ self dirett jew forom oħra ta’ finanzjament dirett b’dejn jew permezz ta’ intermedjarji tal-finanzjament biex jiġi mmirat il-qasam ta’ politika b’valur miżjud ogħla għall-Unjoni.

5.2.2.   Finanzjament mill-ekwità mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni

Il-finanzjament mill-ekwità u ta’ kważi ekwità jista’ jiġi pprovdut mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni lir-riċevituri finali direttament (55) jew permezz ta’ fondi dedikati u strumenti ta’ investiment. F’każijiet debitament ġustifikati, l-investiment f’fondi jew strumenti oħra ta’ investiment, u pjattaformi appoġġati mill-garanzija tal-UE jistgħu jikklassifikaw ukoll b’mod subordinat meta mqabbla ma’ investituri oħra.

6.   TWIEQI TA’ POLITIKA

6.1.   Tieqa għall-Infrastruttura Sostenibbli

6.1.1.   Oqsma ta’ politika ta’ intervent

It-tieqa għall-infrastruttura sostenibbli għandha l-għan li tappoġġa l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment fl-infrastruttura sostenibbli fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament InvestEU. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar l-attivitajiet esklużi (it-Taqsima 2.3.3 ta’ dawn il-linji gwida għall-investiment) u l-prinċipji tal-allokazzjoni tal-Fond InvestEU stabbiliti fit-Taqsima 2.6, kwalunkwe qasam rilevanti marbut mal-infrastruttura sostenibbli elenkat fl-Anness II tar-Regolament InvestEU huwa eliġibbli għall-appoġġ fil-qafas tat-tieqa ta’ politika għall-infrastruttura sostenibbli. Dak l-appoġġ huwa prinċipalment relatat mal-punti 1, 2, 3, 4, 9, 10, 11, 13(d), 14 u 15 tal-Anness II tar-Regolament InvestEU, u wħud minnhom huma deskritti aktar b’mod mhux eżawrjenti u indikattiv fit-Taqsimiet 6.1.1.1 sa 6.1.1.8. L-oqsma eliġibbli jistgħu jingħataw prijorità skont it-Taqsima 2.3.2.1.

Filwaqt li jirrispetta l-mira ġenerali li 60 % tal-investiment jikkontribwixxi għall-objettivi tal-Unjoni dwar il-klima u l-ambjent, il-finanzjament ipprovdut mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandu jfittex li jiżgura livell suffiċjenti ta’ diversifikazzjoni bejn is-setturi waqt li jqis il-prodotti finanzjarji implimentati mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni.

It-tieqa ta’ politika għall-infrastruttura sostenibbli tista’ wkoll tidderieġi l-appoġġ mill-programmi settorjali (it-Taqsima 2.9 dwar il-finanzjament imħallat). Barra minn hekk, l-appoġġ għall-investimenti fil-qafas tat-tieqa ta’ politika għall-infrastruttura sostenibbli jista’ jiġi kkombinat b’appoġġ minn fondi taħt ġestjoni kondiviża jew mill-RRF.

L-appoġġ fil-qafas tat-tieqa ta’ politika għall-infrastruttura sostenibbli mistenni jżid il-valur billi jipprovdi aċċess għall-finanzjament f’xi waħda minn dawn l-istanzi:

(a)

il-ksib tal-miri u tal-objettivi politiċi relatati mal-iżvilupp sostenibbli definiti fuq skala Ewropea. Pereżempju, dan jirrigwarda l-promozzjoni simultanja ta’ objettivi ekonomiċi, ambjentali u soċjali, bħall-konformità mal-prinċipji ambjentali, soċjali u ta’ governanza (environmental, social, and governance, ESG) (56);

(b)

appoġġ għall-iżvilupp tal-infrastruttura bħala klassi tal-assi permezz tal-promozzjoni tal-applikazzjoni konsistenti ta’ standards għoljin ta’ sostenibbiltà (inkluża l-aċċessibbiltà (57)), it-trasparenza u l-komparabbiltà fl-oqsma tat-tħejjija tal-proġetti, tekniki u prodotti ta’ finanzjament, il-monitoraġġ u d-data;

(c)

il-promozzjoni ta’ proġetti li għandhom impatt makroreġjonali u/jew transfruntier, fejn il-kostijiet u l-benefiċċji jitqassmu fost bosta Stati Membri jew fejn il-kostijiet jiġġarrbu f’livell nazzjonali jew lokali, filwaqt li l-benefiċċji jitwettqu b’mod transkonfinali jew fuq skala tal-Unjoni;

(d)

appoġġ għall-proġetti li jinternalizzaw il-kostijiet u l-benefiċċji ambjentali u soċjoekonomiċi li jirriżultaw mill-prijoritajiet tal-politika tal-UE. Dan ikun jirrelata, pereżempju, ma’ kontribuzzjonijiet għall-bidla modali u l-użu ta’ karburanti sostenibbli fit-trasport, il-kontribuzzjoni għall-effiċjenza tal-materjali u tal-enerġija, l-enerġija rinnovabbli, titjib fil-kwalità tal-arja jew tal-ilma, il-ħarsien tal-ambjent, il-promozzjoni tal-ħarsien fit-tul u tar-restawr tal-bijodiversità, l-infrastruttura sostenibbli u soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, appoġġ għall-bijoekonomija, tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, il-ġestjoni tal-wirt kulturali, it-turiżmu, il-prestazzjoni enerġetika tal-bini, eċċ. Dan ikun jinkludi wkoll appoġġ għat-tiġdid u l-modifika tas-soluzzjonijiet għall-mezzi mobbli tat-trasport;

(e)

il-promozzjoni tal-infrastruttura tan-network trans-Ewropew, tagħmir u teknoloġiji innovattivi li jservu pereżempju, bħala ben pubbliku għas-sistema tal-enerġija u tat-trasport eċċ. Proġetti bħal dawn jistgħu wkoll ikunu faċilitaturi ewlenin għal livelli ogħla ta’ investiment fis-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, fl-effiċjenza enerġetika u fir-rispons tad-domanda, fil-kura tas-saħħa (eż. is-soluzzjonijiet tas-saħħa u tal-kura elettronika), l-amministrazzjoni pubblika (bħas-servizzi pubbliċi elettroniċi) u l-mobbiltà kooperattiva, konnessa u awtomatizzata u b’sorsi ta’ enerġija alternattivi;

(f)

il-promozzjoni tal-konnettività diġitali sostenibbli u pjattaformi u infrastrutturi tad-data madwar l-Unjoni u proġetti li jappoġġaw firxa wiesgħa ta’ prodotti u servizzi relatati mat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, li jippromwovu l-konnettività internazzjonali tal-UE jekk ikun meħtieġ, fejn is-sostenibbiltà tinkludi attenzjoni għaċ-ċirkolarità tal-infrastruttura u tat-tagħmir;

(g)

il-promozzjoni tal-iżvilupp u tat-tħaddim ta’ infrastruttura spazjali sostenibbli (fl-orbitu u bbażata fuq l-art) li tippermetti servizzi u applikazzjonijiet spazjali;

(h)

il-promozzjoni ta’ proġetti fejn il-benefiċċji jiddependu fuq investimenti oħra fil-katina jew fin-network tal-valur jew tal-provvista u/jew jinvolvu riskju għoli għal “min jidħol l-ewwel”;

(i)

il-promozzjoni tal-interoperabbiltà fl-infrastruttura u fis-servizzi transfruntieri, fosthom fil-pjattaformi u fis-servizzi diġitali;

(j)

il-promozzjoni tal-varar ta’ infrastruttura tar-riċerka, u s-sinerġiji magħha, fosthom l-infrastruttura elettronika, madwar l-Unjoni. Din trid tiffoka fuq l-iżvilupp tas-suq ta’ faċilitajiet, riżorsi u servizzi li jintużaw mill-komunitajiet għat-trawwim tal-innovazzjoni;

(k)

l-indirizzar tal-funzjonament effiċjenti tas-suq intern billi jiġi promoss l-investiment ibbażat fuq is-suq taħt diversi reġimi regolatorji (58);

(l)

il-ksib ta’ massa kritika kif ukoll gruppi u proġetti aggregati biex jiġu attirati investituri privati.

L-appoġġ għall-oqsma ta’ politika deskritti fit-Taqsimiet 6.1.1.1 sa 6.1.1.8 jista’ jiġi kkomplementat minn miżuri ta’ akkumpanjament li għandhom l-għan li jgħinu lill-awtoritajiet pubbliċi u lill-awtoritajiet pubbliċi u lill-promoturi tal-proġetti biex jiżviluppaw il-kapaċità għad-definizzjoni tal-istrateġiji tal-investiment, il-finanzjament imħallat, l-ippjanar u r-raggruppament tal-proġetti.

6.1.1.1.   Żvilupp tas-settur tal-enerġija

L-appoġġ għall-ġenerazzjoni, għall-provvista jew għall-użu ta’ enerġija rinnovabbli sostenibbli u nadifa għandu jiffoka fuq proġetti b’riskju perċepit u intensità ta’ kapital għoljin li jippermettu l-integrazzjoni ulterjuri tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fis-setturi kollha (il-ġenerazzjoni tal-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ, it-trasport) kif ukoll sorsi u soluzzjonijiet tal-enerġija oħrajn b’livell ta’ emissjonijiet baxxi jew żero. B’mod indikattiv jista’ jinkludi proġetti ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli ta’ natura transfruntiera jew offshore (ara wkoll it-Taqsima 6.1.1.7), proġetti li jimmiraw lejn id-dekarbonizzazzjoni tal-binjiet, l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fi proċessi industrijali, il-produzzjoni u l-provvista (fuq skala kummerċjali) ta’ gass b’karbonju baxx (bħall-idroġenu jew il-bijometan nadif u b’karbonju baxx, b’mod konformi mal-Istrateġija dwar l-Idroġenu (59)), il-bijokarburanti avvanzati, il-bijomassa u proġetti oħra ta’ karburanti alternattivi sostenibbli kif ukoll il-ħżin fuq is-sit. Jenħtieġ li jingħata wkoll appoġġ lil proġetti lokali ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, bħal dawk immexxija minn komunitajiet tal-enerġija, li spiss ikunu integrati ma’ titjib fl-effiċjenza enerġetika. L-appoġġ għas-settur tal-enerġija jista’ jikkontribwixxi, fejn ikun xieraq, għall-objettivi tad-Direttiva (UE) 2018/2001 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (“RED II” (60)) u r-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika (“ir-Regolament dwar il-Governanza” (61)), kif ukoll jippromwovi l-effiċjenza enerġetika f’deċiżjonijiet tal-investiment, inkluż permezz tal-mekkaniżmu tal-Unjoni ta’ finanzjament tal-enerġija rinnovabbli (62).

L-appoġġ fil-qafas tal-effiċjenza enerġetika u tal-iffrankar tal-enerġija se jinkludi proġetti f’konformità mal-impenji tal-Unjoni skont l-Aġenda 2030 u l-Ftehim ta’ Pariġi, u jsegwi l-objettivi fid-Direttiva 2012/27/UE (63) (it-tnaqqis tad-domanda tal-enerġija permezz ta’ miżuri għall-iffrankar tal-enerġija u l-ġestjoni tad-domanda, l-applikazzjoni ta’ prinċipji tal-ekonomija ċirkolari, l-appoġġ għat-tisħin distrettwali u l-ġenerazzjoni tal-enerġija fi proġetti tal-koġenerazzjoni li jnaqqsu l-konsum tal-enerġija u li jipprevjenu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u ta’ sustanzi niġġiesa oħra). L-appoġġ se jinkludi proġetti konformi mal-Istrateġija Mewġa ta’ Innovazzjoni (64), b’mod partikolari t-tliet oqsma ta’ prijorità tagħha: l-indirizzar tal-faqar enerġetiku u l-bini bl-agħar prestazzjoni; ir-rinnovazzjoni ta’ binjiet pubbliċi, bħal faċilitajiet amministrattivi, edukattivi u tal-kura tas-saħħa u d-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ. Jenħtieġ li jiġu appoġġati proġetti li jimmodernizzaw is-sistemi tat-tisħin u tat-tkessiħ tal-bini billi dawn huma essenzjali għad-dekarbonizzazzjoni tal-istokk tal-bini fl-UE. L-iżvilupp tal-potenzjal lokali tal-enerġija rinnovabbli wkoll huwa kruċjali biex tonqos id-dipendenza tal-UE fuq il-karburanti fossili importati. Fosthom se jkun hemm ir-rinnovazzjoni tal-binjiet eżistenti għall-effiċjenza enerġetika li tikseb jew timmira li tikseb titjib fir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija kif iddeterminat permezz ta’ xi kriterju wieħed jew aktar minn wieħed stipulati fl-Artikolu 10(6) tad-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (65), eż. permezz tat-titjib miksub bis-saħħa ta’ rinnovazzjoni bħal din billi jitqabblu ċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ta’ qabel u ta’ wara r-rinnovazzjoni, u l-kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda b’effiċjenza għolja fl-użu tal-enerġija dment li jkunu jeċċedu l-istandards nazzjonali tal-binjiet b’użu ta’ kważi żero enerġija (minħabba l-iskadenza legali biex il-binjiet il-ġodda kollha fl-UE jkunu binjiet b’użu ta’ kważi żero enerġija mill-31 ta’ Diċembru 2020), inkluża l-modernizzazzjoni tal-binjiet bis-saħħa ta’ teknoloġiji smart ready u l-integrazzjoni tagħhom f’sistema konnessa tal-enerġija, tal-ħżin, diġitali u tat-trasport, fosthom bil-varar ta’ infrastruttura għall-elettromobbiltà skont id-Direttiva 2010/31/UE (66). L-appoġġ jinkludi wkoll proġetti li jindirizzaw ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom kif ukoll proġetti li japplikaw Level(s), il-qafas ta’ indikaturi Ewropej għall-binjiet sostenibbli (67). Jimmira wkoll lejn tnaqqis fl-intensità enerġetika tal-intrapriżi permezz ta’ effiċjenza mtejba tal-proċessi jew bil-produzzjoni ta’ prodotti b’impronta tal-karbonju iżgħar kif ukoll bl-iżvilupp ta’ sistemi innovattivi tal-provvista tas-sħana b’emissjonijiet żero u baxxi, u bil-produzzjoni kkombinata tal-elettriku u tas-sħana.

L-iżvilupp u l-modernizzazzjoni tal-infrastruttura tal-enerġija sostenibbli u l-interventi li jrenduha intelliġenti għandhom jimmiraw lejn il-livell ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni. Se jinkludu wkoll appoġġ għal proġetti ta’ interess komuni, kif stabbiliti fir-Regolament dwar il-linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea (68), id-diġitalizzazzjoni u l-immodernizzar tal-grilji tal-enerġija għall-faċilitazzjoni ta’ adozzjoni akbar tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, kif ukoll proġetti relatati mal-flessibbiltà tad-domanda u l-ħżin tal-enerġija.

L-appoġġ mill-InvestEU se jippromwovi wkoll l-użu ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet baxxi: proġetti li jinkludu teknoloġiji għall-qbid, it-trasport, il-ħżin u/jew l-użu tad-diossidu tal-karbonju (CCUS) u l-infrastruttura għall-produzzjoni tal-elettriku rinnovabbli, is-sħana u l-kesħa, gassijiet b’livell baxx ta’ karbonju (bħall-idroġenu) jew proċessi industrijali, kif ukoll l-impjanti tal-bijoenerġija u l-faċilitajiet tal-manifattura għat-tranżizzjoni enerġetika jew it-tneħħija tal-karbonju.

6.1.1.2.   Żvilupp ta’ infrastrutturi tat-trasport sostenibbli, tagħmir u teknoloġiji innovattivi

L-appoġġ għall-iżvilupp ta’ infrastrutturi tat-trasport, ta’ tagħmir u teknoloġiji innovattivi sostenibbli se jiġi dirett għall-iżvilupp ta’ infrastrutturi tat-trasport sostenibbli u sikuri, ta’ sovrastrutturi, ta’ soluzzjonijiet u tagħmir għall-mobbiltà u ta’ teknoloġiji innovattivi, f’konformità mal-prijoritajiet tat-trasport tal-Unjoni, mal-Istrateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti (69) u mal-impenji tal-Ftehim ta’ Pariġi. Dan se jinkludi proġetti li jappoġġaw l-iżvilupp tal-infrastruttura tan-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T), ir-riabilitazzjoni u l-aġġornament tal-infrastruttura eżistenti u tal-komponenti tal-livelli ta’ interkonnessjoni fil-modi kollha, fosthom in-nodi urbani, il-portijiet marittimi u interni, l-ajruporti, it-terminals multimodali u l-konnessjoni tagħhom man-networks ewlenin u l-applikazzjonijiet telematiċi stipulati fir-Regolament tat-TEN-T (70);

Bħala prijorità, l-appoġġ se jiġi assenjat għal proġetti fin-network ewlieni TEN-T identifikati fil-pjanijiet ta’ ħidma b’rabta mal-kurituri tan-network ewlieni li jindirizzaw ir-rabtiet neqsin, l-effetti lembut jew il-konnessjonijiet transfruntieri. Meta jkun rilevanti, dan se jinkludi: ir-riabilitazzjoni u l-aġġornament tal-infrastruttura ferrovjarja, tat-toroq, marittima u tal-avjazzjoni eżistenti, aġġornamenti tas-sikurezza, l-użu tal-proċeduri xierqa ta’ ġestjoni tas-sikurezza, u aġġornamenti tal-prestazzjoni ambjentali, fosthom l-iskjerament ta’ sistemi diġitali tal-ġestjoni tat-trasport bħall-ITS (71), l-RIS (72), l-ERTMS (73), is-SESAR, inkluż it-tagħmir abbord, u l-infrastruttura diġitali tat-trasport għall-kondiviżjoni interoperabbli tad-data u r-rapportar fil-modi u s-setturi kollha. Se jinkludi wkoll l-iżvilupp u l-varar ta’ teknoloġiji u servizzi ġodda tat-trasport, eż. f’relazzjoni ma’ modi tat-trasport konnessi u awtonomi, mal-ħruġ ta’ biljetti integrat u ma’ mezzi tat-trasport interni u marittimi li jniġġsu inqas (inkluża l-prevenzjoni ta’ tixrid ta’ żejt mill-vapuri). Se jinkludi wkoll appoġġ biex in-network TEN-T jiġi adattat għall-ħtiġijiet tal-mobbiltà militari, sal-punt li din l-infrastruttura tkun tissodisfa l-ħtiġijiet tal-iskopijiet ċivili kif ukoll militari (użu doppju).

L-appoġġ se jkun assenjat ukoll għal proġetti infrastrutturali tat-TEN-T li jipprevedu l-użu ta’ mill-inqas żewġ modi differenti ta’ trasport, b’mod partikolari terminals tal-merkanzija multimodali u pjattaformi loġistiċi, u ċentri tat-trasport tal-passiġġieri. L-appoġġ se jindirizza wkoll il-konnessjonijiet multimodali u s-sezzjonijiet tal-aħħar mil li jippermettu li t-traffiku tal-merkanzija jew tal-passiġġieri jitmexxa għal modi tat-trasport aktar sostenibbli bħat-trasport bil-ferrovija, it-trasport pubbliku/kollettiv, in-navigazzjoni interna jew it-trasport marittimu fuq distanzi qosra.

Jista’ jingħata appoġġ għal proġetti tal-mobbiltà urbana intelliġenti u sostenibbli, b’mod partikolari ċentri multimodali għat-trasport tal-passiġġieri, modi attivi, passaġġi fuq l-ilma interni u soluzzjonijiet tal-mobbiltà innovattivi, l-infrastruttura diġitali tat-trasport diġitali għall-konnessjoni bla xkiel u effettiva tal-modi tal-ivvjaġġar, l-infrastruttura għall-mobbiltà attiva u mingħajr emissjonijiet. Il-proġetti li jimmiraw li jippromwovu l-bidla għal modi sostenibbli ta’ trasport iridu jiffokaw fuq it-titjib tas-sikurezza tal-utenti u l-aċċessibbiltà mhux diskriminatorja, fosthom fir-rigward tal-passiġġieri b’mobbiltà mnaqqsa. Il-proġetti se jimmiraw ukoll li jtejbu s-sikurezza fit-toroq, b’mod konformi mal-objettiv tal-Unjoni li jiġu eliminati l-imwiet u l-korrimenti serji fit-toroq Ewropej sal-2050, b’attenzjoni partikolari mogħtija lill-utenti vulnerabbli tat-triq bħaċ-ċiklisti u l-persuni mexjin.

It-tiġdid u l-modifika retroattiva tal-assijiet mobbli tat-trasport iridu jagħtu prijorità lill-proġetti mhux diskriminatorji għax-xiri ta’ vetturi ferrovjarji u bastimenti għall-użu fit-trasport ferrovjarju, fil-passaġġi fuq l-ilma interni u marittimu. Għan-navigazzjoni interna u ferrovjarja se jkunu inklużi wkoll investimenti fil-vetturi ferrovjarji u l-bastimenti eżistenti, eż. tagħmir diġitali tal-RIS, it-tnaqqis tal-istorbju, l-attrezzatura bl-ERTMS u b’akkoppjaturi awtomatiċi diġitali. Se jinkludi wkoll proġetti fl-avjazzjoni, fit-tbaħħir, fil-passaġġi fuq l-ilma marittimi u interni, f’setturi li jqisu l-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u bl-iskop tat-tranżizzjoni lejn karburanti alternattivi sostenibbli, tat-tnaqqis tat-tniġġis ta’ kwalunkwe tip u li jgħinu lill-industrija tikkonforma mal-impenji li ġejjin relatati mal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, fosthom il-backup għall-vapuri b’emissjonijiet żero u s-sostituzzjoni ta’ inġenji tal-ajru u bastimenti qodma b’oħrajn tal-ġenerazzjoni l-ġdida, li jiksbu tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet, fuq il-bażi tal-emissjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ. Barra minn hekk huma eliġibbli bastimenti u vetturi tat-triq b’emissjonijiet żero jew baxxi (ara l-paragrafu hawn taħt dwar l-infrastruttura tal-karburanti alternattivi).

Jista’ jingħata appoġġ għall-infrastruttura ferrovjarja, proġetti ferrovjarji oħra, għall-infrastruttura tal-passaġġi fuq l-ilma interni, għal proġetti ta’ tranżitu tal-massa u għal portijiet marittimi u awtostradi tal-baħar jekk dawn l-investimenti jipprevjenu jew inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u tas-sustanza niġġiesa, jew inaqqsu l-istorbju. Dawn l-investimenti jistgħu jimmiraw ukoll il-faċilitajiet portwarji ta’ akkoljenza u mezzi oħra li jippermettu miżuri ta’ ħarsien tal-ambjent, u investimenti f’infrastruttura sostenibbli kkombinata, inkluż il-varar ta’ infrastruttura fuq skala żgħira għal karburanti alternattivi u soluzzjonijiet oħra li jnaqqsu l-impronta tal-karbonju totali tal-portijiet. Jistgħu jiġu appoġġati investimenti fl-ekoloġizzazzjoni tal-infrastruttura tal-ajruporti u tas-servizzi relatati (bħas-servizzi u l-operazzjonijiet tat-traffiku fuq l-art, l-inġenji tal-ajru fuq l-art) li jipprevjenu jew inaqqsu l-emissjonijiet jew l-istorbju.

Jista’ jingħata appoġġ għall-varar ta’ infrastruttura tal-iċċarġjar u tar-riforniment bl-elettriku, bl-idroġenu u b’gass naturali kkompressat jew likwifikat imħallat ħafna mal-bijometan (> 50 %) għall-modi kollha tat-trasport, l-iskjerament ta’ vetturi tat-trasport bit-triq b’emissjonijiet baxxi jew żero, u pjattaformi għall-konnettività intelliġenti u għas-servizzi interoperabbli. Meta jiġġeddu l-flotot tal-vetturi tat-triq, jenħtieġ li dawn ikunu jissodisfaw ukoll l-istandards għoljin ta’ sikurezza applikabbli. Meta jiġu varati permezz ta’ modifika retroattiva, dawn il-vetturi jridu jiġu modifikati b’mod retroattiv għall-istandard ta’ emissjonijiet żero fl-iżbokk tal-egżost. Jista’ jingħata appoġġ għall-varar ta’ bastimenti u flotot b’livell ta’ emissjonijiet baxxi u żero li jużaw karburanti alternattivi sostenibbli (inkluż l-LNG) u inġenji tal-ajru li jużaw sorsi tal-enerġija sostenibbli. Il-modifika retroattiva tal-bastimenti se tippermetti li t-tbaħħir marittimu u intern juża karburanti alternattivi sostenibbli jew l-elettriku. Il-prijorità għal investimenti relatati se tingħata (i) lill-varar ta’ infrastruttura tar-riforniment u tal-iċċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku, waqt li jitqiesu l-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari; (ii) lill-infrastruttura tar-riforniment u tal-iċċarġjar biex tintuża mill-flotot tal-awtoritajiet pubbliċi jew tal-operaturi għat-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku fil-qafas ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi; u (iii) lill-varar, fil-flotot tas-servizz pubbliku u privati, ta’ vetturi ħfief jew tqal b’emissjonijiet żero jew baxxi, bastimenti u flotot b’emissjonijiet żero jew baxxi li jaħdmu b’karburanti alternattivi sostenibbli, jew inġenji tal-ajru b’emissjonijiet baxxi li jaħdmu b’sorsi tal-enerġija sostenibbli. L-infrastruttura tat-toroq trid tkun aċċessibbli għall-pubbliku mingħajr limitazzjoni u se tkun prevista l-possibbiltà ta’ pagamenti ad hoc faċli (eż. pagamenti bil-karta tal-bank) biex l-utenti jkunu jistgħu jiċċarġjaw mingħajr ma jkollhom għalfejn jidħlu f’kuntratt ta’ servizz mal-operatur ikkonċernat. Barra minn hekk, id-data statika u dinamika se tkun disponibbli permezz ta’ punti ta’ aċċess komuni jew nazzjonali. Dawn ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà pubblika mhux se japplikaw fil-każ ta’ infrastruttura tal-iċċarġjar jew tal-mili f’depożiti ġestiti jew operati privatament li jaqdu flotta ristretta. Jista’ jingħata appoġġ għall-infrastruttura tal-iżvilupp, tal-produzzjoni u tal-forniment ta’ karburanti alternattivi sostenibbli għall-avjazzjoni, għat-trasport fuq l-art u fuq l-ilma, bl-implimentazzjoni ta’ politiki tal-UE tad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport (bħal ReFuelEU Aviation jew FuelEU Maritime).

Jista’ jingħata appoġġ għal proġetti oħra tal-mobbiltà intelliġenti u sostenibbli f’żoni urbani u rurali, li jindirizzaw is-sikurezza fit-toroq; l-aċċessibbiltà; l-emissjonijiet u t-tnaqqis tal-istorbju; u l-iżvilupp u l-varar ta’ teknoloġiji u servizzi ġodda tat-trasport, pereżempju fir-rigward ta’ modi tat-trasport konnessi u awtonomi, jew il-ħruġ ta’ biljetti integrat.

L-appoġġ tal-Fond InvestEU jista’ jingħata għal miżuri mfassla biex jaġġornaw, jiksbu jew iżommu konformità mal-istandards, fosthom mal-istandards ambjentali u tas-sikurezza, u proġetti għall-manutenzjoni jew għall-aġġornament tal-infrastruttura tat-trasport eżistenti, għar-riabilitazzjoni tal-infrastruttura tat-trasport eżistenti jew żoni u faċilitajiet ta’ parkeġġ sikuri.

6.1.1.3.   Ambjent u riżorsi

Il-Fond InvestEU mistenni li jimmobilizza investimenti relatati mal-kapital naturali u mal-ekonomija ċirkolari (74). F’dan ir-rigward, minbarra l-ekoloġizzazzjoni tal-investimenti f’oqsma tradizzjonali tal-infrastruttura elenkati f’din it-Taqsima 6.1.1.3, l-investimenti jinkludu pereżempju proġetti tal-mobbiltà li jindirizzaw it-tniġġis tal-arja u l-istorbju, in-natura, il-konsum tal-enerġija u l-aċċidenti.

Appoġġ għall-ilma, fosthom il-provvista u s-sanitazzjoni tal-ilma tax-xorb, il-protezzjoni kontra l-għargħar, l-effiċjenza tan-networks, it-tnaqqis tat-tnixxijiet, l-infrastruttura għall-ġbir u għat-trattament tal-ilma mormi, l-infrastruttura kostali u infrastruttura ħadra oħra relatata mal-ilma, inklużi proġetti tal-investiment u servizzi assoċjati li jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-politiki ambjentali tal-Unjoni dwar ir-riżorsi tal-ilma fuq l-art u marini u s-servizzi tal-ekosistema relatati li huma stabbiliti, pereżempju, fid-Direttivi 2008/56/KE (75), 2000/60/KE (76) u 2007/60/KE (77), fid-Direttivi tal-Kunsill 98/83/KE (78), 91/271/KEE (79) u 91/676/KEE (80), fir-Regolament (UE) 2019/1009 (81) u fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (82). Trid tingħata importanza partikolari (i) lill-iżgurar tal-aċċess għall-provvista tal-ilma u s-sanità għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni bit-tlestija u bil-manutenzjoni tal-infrastruttura għall-ilma tax-xorb u għat-trattament tal-ilma mormi, li tikkonforma mal-kriterji tal-effiċjenza enerġetika u mal-kriterji tal-prevenzjoni tat-tnixxija, u (ii) lill-iżgurar tal-konformità mad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (2000/60/KE) u mad-Direttiva dwar l-Għargħar (2007/60/KE), inklużi l-miżuri previsti fil-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara u fil-pjanijiet tal-ġestjoni tar-riskju ta’ għargħar, speċjalment investimenti li jiżguraw status ekoloġiku tajjeb tax-xmajjar, ir-rinnovazzjoni jew l-aġġornament tal-enerġija idroelettrika eżistenti biex tiżdied l-effiċjenza u jonqos l-impatt ekoloġiku, u t-tnaqqis tat-tniġġis diffuż mill-agrikoltura, mill-akkwakultura u mis-sorsi industrijali, soluzzjonijiet tal-effiċjenza tal-ilma, tal-użu mill-ġdid tal-ilma f’kull settur u soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura biex jonqsu r-riskji ta’ għargħar.

Appoġġ għall-infrastruttura għall-immaniġġjar tal-iskart, jiġifieri l-infrastruttura meħtieġa biex tiġi sostnuta t-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar ċirkolari fl-Istati Membri, speċjalment l-aċċellerazzjoni tal-implimentazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart tal-UE, bil-prevenzjoni tal-iskart fil-qofol tagħha. Mingħajr preġudizzju għall-kriterji ta’ esklużjoni stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament InvestEU, jenħtieġ li l-proġetti tal-investiment ikunu jkopru l-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-ġestjoni tal-iskart u tal-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart (fuq il-bażi tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart 2008/98/KE emendata (83)), l-istabbiliment u s-sostenn ta’ networks tal-użu mill-ġdid u tat-tiswija, u t-twaqqif ta’ skemi funzjonali għas-separazzjoni u għall-ġbir tal-iskart u ta’ faċilitajiet tar-riċiklaġġ (anki għall-iskart organiku u tat-tessuti muniċipali għall-ġbir separat tagħhom).

Investiment fit-titjib u fir-restawr tal-ekosistemi u tas-servizzi tagħhom, li jrid jiffoka fuq proġetti li jippromwovu l-konservazzjoni, ir-restawrazzjoni, il-ġestjoni u t-titjib tal-kapital naturali għall-bijodiversità u l-benefiċċji tal-adattament, fosthom permezz ta’ proġetti tal-infrastruttura ħodor u blu. Se jinkludi soluzzjonijiet għall-isfidi fuq il-bażi tal-ekosistemi, bħal dawk relatati mas-sistemi tal-arja u tal-klima, mal-baħar, mal-art, mal-ħamrija, mal-forestrija, mal-agrikoltura, mal-ilma u mal-iskart, u mat-trasport u mal-enerġija. L-appoġġ se jinkludi wkoll miżuri li għandhom l-għan li jaħdmu fuq il-miri tal-istrateġiji tal-“bijodiversità” (84) u “mill-għalqa sal-platt” (85) permezz tat-titjib tal-ktajjen tal-valur tal-produzzjoni tal-ikel (jekk dawn ma jkunux jaqgħu fl-ambitu tat-tieqa għall-SMEs). Għandhom jiġu mħeġġa b’mod partikolari l-proġetti transfruntieri kif ukoll proġetti li jippromwovu l-wirt kulturali sostenibbli. L-appoġġ jista’ jinkludi wkoll ir-riabilitazzjoni ta’ siti industrijali (inklużi siti kontaminati) u r-restawrazzjoni għall-użu sostenibbli.

Appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli f’żoni urbani, rurali, kostali, ’l barra fuq il-baħar u l-bijoekonomija aktar wiesgħa – dan għandu jinvolvi proġetti infrastrutturali mhux koperti f’oqsma oħra u ffokati fuq żona ġeografika, inkluż investimenti fin-natura f’soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura li jkollhom l-għan li jipprevjenu jew li jikkontrollaw l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, ta’ sustenzi tossiċi li jniġġsu, l-istorbju u impatti oħra jew dipendenzi kapitali naturali filwaqt li jippromwovu t-trasformazzjoni lejn ekonomija ċirkolari. Dan se jinkludi proġetti ta’ infrastruttura mmirati lejn il-promozzjoni ta’ bliet intelliġenti inklużivi u aċċessibbli u n-networks, ir-reġjuni u s-setturi tagħhom. Dan se jinkludi wkoll proġetti mmirati lejn it-trawwim tal-bijoekonomija permezz ta’ investiment f’industriji bbażati fuq il-prodotti bijoloġiċi, soluzzjonijiet tal-baħar u terrestri li jissostitwixxu l-materjali intensivi fl-enerġija jew fossili, l-akkwakultura u l-bijoteknoloġija blu u ħadra. L-appoġġ jista’ jikkonċerna wkoll l-ibħra u l-oċeani, permezz tal-qasam tal-ekonomija blu u l-prinċipji ta’ finanzjament tagħha, b’mod partikolari permezz tal-enerġija tal-baħar rinnovabbli u l-ekonomija ċirkolari.

L-appoġġ taħt l-azzjonijiet tat-tibdil fil-klima, l-adattament u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, inkluż it-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri naturali, se jinkludi proġetti ta’ infrastruttura mmirati lejn l-adattament għat-tibdil fil-klima u ż-żieda tar-reżiljenza għall-klima attwali u futura. Dan se jinkludi, fost l-oħrajn, il-protezzjoni ta’ żoni baxxi, żoni kostali u miżuri oħra relatati maż-żieda fil-livell tal-baħar, il-prevenzjoni tal-għargħar, l-użu mtejjeb u sostenibbli tal-provvista tal-ilma u l-prevenzjoni tan-nixfa, u l-adattament tal-infrastruttura għal temperatura estrema. Dan jista’ jinkludi wkoll teknoloġiji innovattivi li jikkontribwixxu għall-objettivi tar-reżiljenza klimatika ambjentali jew tas-sostenibbiltà soċjali tal-Unjoni, jew għat-tnejn li huma, u li jissodisfaw l-istandards ta’ sostenibbiltà ambjentali jew soċjali tal-Unjoni.

Appoġġ għal proġetti u intrapriżi li jimplimentaw sistemi tal-ekonomija ċirkolari, inkluż l-użu sostenibbli tal-materja prima, f’konformità mal-għanijiet tal-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari (86). Dan l-appoġġ se jinkludi, fost l-oħrajn, proġetti li jintegraw aspetti tal-effiċjenza fir-riżorsi fil-produzzjoni u fil-ħajja tal-prodott u l-istrateġiji kollha mmirati biex jiżguraw li l-valur u t-tul tal-ħajja ta’ prodotti, tal-assi u tar-riżorsi materjali jiġu massimizzati, kif ukoll infrastruttura u servizzi li jrawmu simbjożi industrijali u kondiviżjoni tal-assi bejn l-impjanti industrijali fis-setturi u fil-komunitajiet urbani u rurali kollha. Dan għandu jinkludi wkoll l-applikazzjoni ta’ mudelli ta’ negozju ċirkolari li jwasslu għad-dematerjalizzazzjoni, is-servitizzazzjoni u użu aktar intensiv u effiċjenti ta’ prodotti u riżorsi, l-internalizzazzjoni jew l-eliminazzjoni ta’ esternalitajiet negattivi. Il-proġetti ta’ investiment jenħtieġ li jinkludu wkoll azzjonijiet li jkopru l-katina tal-valur kollha tal-materja prima sekondarja, inklużi sistemi b’ ċirku magħluq, l-eliminazzjoni ta’ sustanzi kimiċi u sustanzi tossiċi u problematiċi antiki mill-ipproċessar tal-materja prima sar-riċiklaġġ. Se tingħata attenzjoni partikolari lis-setturi li jużaw l-aktar riżorsi u fejn il-potenzjal għaċ-ċirkolarità huwa għoli, jiġifieri l-elettronika u t-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT), il-batteriji u l-vetturi, l-imballaġġ, il-plastik, it-tessuti, il-kostruzzjoni u l-binjiet, u l-ikel, l-ilma u n-nutrijenti.

Appoġġ għall-operazzjonijiet li jappoġġaw id-dekarbonizzazzjoni u t-tnaqqis sostanzjali tal-emissjonijiet tal-industriji intensivi fl-enerġija, inkluż is-sistemi b’ċirku magħluq u l-użu ta’ teknoloġiji innovattivi b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju inkluż il-ħżin tal-enerġija, il-qbid, it-trasport, il-ħżin u/jew l-użu tal-karbonju (CCUS) kif ukoll operazzjonijiet li jippromwovu d-dekarbonizzazzjoni tal-produzzjoni tal-enerġija u tal-katina tad-distribuzzjoni billi jeliminaw gradwalment l-użu tal-faħam u ż-żejt, u s-sostituzzjoni gradwali tal-gass naturali b’gassijiet b’livell baxx ta’ karbonju. Dan għandu jippromwovi wkoll sistemi ċirkolari b’ċirku magħluq fl-ipproċessar intensiv tal-enerġija ta’ materjali, bħall-azzar, l-aluminju, il-plastik u s-siment, biex jiġu eliminati impuritajiet li jirriżultaw f’telf ta’ valur f’materjali riċiklati.

6.1.1.4.   Żvilupp ta’ infrastruttura ta’ konnettività diġitali sostenibbli u sigura

L-appoġġ għall-iżvilupp ta’ infrastruttura ta’ konnettività diġitali sostenibbli u sigura jrid jiffoka fuq proġetti li jappoġġaw firxa wiesgħa ta’ prodotti u servizzi relatati mat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni. Dan l-appoġġ jista’ jinkludi, pereżempju, proġetti li jappoġġaw l-introduzzjoni ta’ infrastruttura universali (jiġifieri li jinkludu żoni rurali/periferali), l-implimentazzjoni ta’ networks diġitali b’kapaċità għolja ħafna, inkluż permezz tal-użu ta’ sistemi ta’ konnessjoni bil-fili u bla fili, inklużi sistemi ta’ konnessjoni tal-fibra u tal-5G, u investimenti meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi strateġiċi tal-konnettività diġitali tal-Unjoni kif definiti fil-Komunikazzjoni dwar il-Konnettività għal Suq Uniku Diġitali Kompetittiv (87).

Dan se jimmira wkoll lejn proġetti li għandhom l-għan li jżidu l-kapaċità u r-reżiljenza tan-networks tal-Unjoni (eż. networks ta’ komunikazzjoni b’sigurtà kbira, konnettività interreġjonali u internazzjonali, inkluż permezz ta’ kejbils terrestri u sottomarini, sistemi satellitari, ċentri tad-data u networks tal-protezzjoni pubblika u tal-għajnuna f’każ ta’ diżastru), u li jappoġġaw it-trasformazzjoni diġitali tas-servizzi pubbliċi ewlenin.

Dan se jimmira wkoll għall-introduzzjoni ta’ infrastrutturi tal-cloud interkonnessi sostenibbli u ta’ kapaċità għolja fl-UE (bħall-iskjerament ta’ infrastrutturi definiti mis-softwer għall-ibbilanċjar tal-ammont ta’ xogħol tal-ottimizzazzjoni fost il-clouds u; networks ta’ konnettività ekoloġika għall-interkonnessjoni tal-infrastrutturi tal-cloud) kif ukoll irawmu ċentri tad-data Ewropej li huma effiċjenti fl-użu tal-enerġija bl-aħjar kwalità appoġġati mill-modifika ta’ ċentri tad-data kemm għall-kumpaniji l-kbar kif ukoll għal dawk żgħar (bħal sistemi ġodda ta’ tkessiħ u soluzzjonijiet ta’ ġestjoni tal-enerġija).

L-infrastrutturi tal-konnettività diġitali, pereżempju dawk li jimmiraw lejn l-ottimizzazzjoni tal-infrastrutturi tat-trasport u tal-enerġija, li jottimizzaw il-konsum tal-enerġija fil-bini, inaqqsu l-iskart u t-tniġġis u jottimizzaw l-użu tar-riżorsi naturali permezz ta’ soluzzjonijiet diġitali, se jikkostitwixxu wkoll miri ta’ investiment xierqa.

Meta jsir dan, jenħtieġ li jimmira lejn proġetti li għandhom l-għan li jnaqqsu jew jevitaw l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u li jimplimentaw infrastruttura li tkun imfassla biex tkun durabbli, tissewwa, aġġornabbli u riċiklabbli, f’konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew.

6.1.1.5.   Żvilupp ta’ infrastruttura spazjali sostenibbli

Appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli u l-modernizzazzjoni ta’ infrastruttura ġdida u eżistenti fl-orbita u fl-art. Dan se jippermetti li l-industrija spazjali ssir aktar ekoloġika għal lanċjaturi u inġenji spazjali (eż. satelliti) u segmenti terrestri assoċjati. Dan jinkludi l-faċilitajiet ta’ manifattura, assemblaġġ, ittestjar, tħaddim, manutenzjoni u llanċjar lejn l-iżvilupp ta’ vetturi spazjali, sistemi ta’ llanċjar u faċilitajiet assoċjati aktar ekoloġiċi. Użu aktar nadif tal-ispazju permezz tat-tneħħija mill-orbita u d-dekummissjonar tal-inġenji spazjali huwa inkluż ukoll.

Appoġġ għall-komponenti tal-programm spazjali tal-Unjoni u servizzi relatati, kif ukoll appoġġ għall-objettivi tal-Istrateġija Spazjali għall-Ewropa (88) biex jiġu massimizzati l-benefiċċji għas-soċjetà u l-ekonomija tal-Unjoni. Dan se jippermetti l-iżvilupp ta’ servizzi u applikazzjonijiet iddedikati li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-utenti eżistenti u emerġenti inkluż fl-oqsma prijoritarji tat-tibdil fil-klima, l-iżvilupp sostenibbli, il-konnettività u s-sigurtà.

6.1.1.6.   Żvilupp ta’ infrastruttura turistika sostenibbli

L-appoġġ għall-iżvilupp ta’ infrastruttura u servizzi tat-turiżmu sostenibbli jrid jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kompetittività fit-tul tas-settur billi jappoġġa proġetti li jrawmu l-bidla lejn turiżmu sostenibbli, innovattiv u diġitali.

6.1.1.7.   Żvilupp offshore għad-dekarbonizzazzjoni

L-appoġġ f’dawn l-oqsma jrid jikkontribwixxi għall-ġenerazzjoni tal-elettriku offshore biex tiġi ssodisfata d-domanda futura għall-enerġija. Irid ukoll ittaffi d-domandi multipli fuq ir-riżorsi tal-art tal-UE billi jtejjeb il-produttività tar-riżorsi akkwatiċi u tal-baħar bħal pereżempju, il-produzzjoni u l-użu tal-alka, u sorsi ġodda oħra ta’ proteina li għandhom il-potenzjal li jtaffu l-pressjoni fuq l-art agrikola.

L-appoġġ irid jiffoka fuq il-varar ta’:

(a)

parks eoliċi li jżommu f’wiċċ l-ilma;

(b)

l-iżviluppi għall-konverżjoni ta’ portijiet minn nodi tat-trasport għal ċentri ta’ manutenzjoni tal-industrija offshore;

(c)

il-kejbils għal sistema ta’ distribuzzjoni fil-baħar b’enfasi partikolari fuq il-konnessjonijiet AC mit-turbini sal-hubs li mbagħad jużaw interkonnetturi DC sal-kosta;

(d)

apparat għall-enerġija mill-mewġ u mill-marea;

(e)

akkwakultura offshore.

6.1.1.8.   Investiment strateġiku fl-infrastruttura kritika

L-investiment strateġiku taħt it-tieqa għall-Infrastruttura Sostenibbli jista’ jimmira lejn proġetti li jikkontribwixxu għall-istabbiltà, is-sigurtà operazzjonali u r-reżiljenza tal-partijiet tal-infrastruttura kritika, kemm fiżiċi kif ukoll virtwali, jew il-ktajjen tal-provvista għall-infrastruttura kritika, jew direttament għall-elementi kritiċi tal-infrastruttura, b’mod partikolari fid-dawl tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali tal-Unjoni.

L-operazzjonijiet appoġġati jistgħu wkoll ikunu mmirati lejn kumpaniji, inklużi SMEs, li jipproduċu prodotti u servizzi strumentali għat-tħaddim u l-manutenzjoni ta’ kwalunkwe waħda mill-prijoritajiet tal-infrastruttura kritika kif elenkati f’din it-Taqsima 6.1.1.8.

L-operazzjonijiet ta’ investiment li jikkonċernaw l-infrastruttura kritika jistgħu jkunu mmirati lejn l-operazzjonijiet definiti bħala Infrastrutturi Kritiċi Ewropej skont id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE (89), kif magħżula mill-Istati Membri skont l-Artikolu 3 tagħha. L-appoġġ jista’ jimmira lejn il-ktajjen tal-provvista għall-enerġija nadifa, jiġifieri l-kapaċità tal-manifattura tat-tagħmir għat-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli (bħall-enerġija solari fotovoltajka, l-enerġija mir-riħ, l-enerġija idroelettrika, l-idroġenu rinnovabbli, eċċ.).

L-operazzjonijiet appoġġati jistgħu wkoll ikunu mmirati lejn il-ktajjen tal-provvista għall-avjazzjoni Ewropea, għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq, fl-ilmijiet navigabbli interni u t-tbaħħir marittimu, inkluż l-appoġġ għall-investiment fl-integrazzjoni tal-modi u l-kapaċitajiet ta’ produzzjoni.

Għall-infrastruttura diġitali, l-investimenti strateġiċi huma dawk marbuta mill-qrib mal-objettivi ta’ forniment reżiljenti u sigur ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni diġitali, inklużi elementi kritiċi ta’ konnettività b’kapaċità għolja ħafna u networks 5G, il-komunikazzjoni kwantistika, l-Internet tal-oġġetti, il-midja, il-pjattaformi ta’ servizzi online, il-cloud computing sigur, l-ipproċessar u ħżin tad-data, u mal-ktajjen ta’ valur sottostanti wara dawn l-infrastrutturi u s-servizzi. Minħabba d-diversi arkitetturi u s-soluzzjonijiet teknoloġiċi li qed jevolvu b’mod kostanti, inklużi dawk rilevanti għaċ-ċibersigurtà (90), huwa meħtieġ li jiġu skrinjati l-ħtiġijiet li qed jevolvu tat-tranżizzjoni diġitali u d-dimensjonijiet rilevanti tas-sigurtà u tal-awtonomija teknoloġika u tar-reżiljenza ta’ tali tranżizzjoni relatati mat-trasferimenti, l-użu u l-ħżin tad-data. L-appoġġ għal proġetti relatati mal-infrastruttura elettorali diġitali u l-faċilitajiet sensittivi għandu jkollu bħala l-objettiv ewlieni s-sigurtà, ir-reżiljenza u l-protezzjoni msaħħa tagħhom kontra azzjonijiet malizzjużi u fixkiela, inkluż b’mod partikolari d-diżinformazzjoni, is-serq tad-data, u l-attakki ċibernetiċi.

L-investimenti fl-infrastruttura tal-komunikazzjoni u tal-midja huma wkoll meqjusa strateġiċi sal-punt li jikkontribwixxu għall-produzzjoni indipendenti Ewropea tal-kontenut f’konformità mal-objettiv li jiġu protetti l-valuri demokratiċi tal-Unjoni u s-sovranità tal-Istati Membri fl-era diġitali, kif ukoll il-produzzjoni, il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali u l-monetizzazzjoni tal-kontenut Ewropew globalment.

Il-proġetti relatati mal-infrastruttura kritika għall-ispazju jridu jappoġġaw l-aġġornament tal-komponenti eżistenti tal-programm spazjali tal-Unjoni u l-iżvilupp ta’ infrastruttura u servizzi spazjali ġodda tal-Unjoni. Din għandha b’mod partikolari timmira lejn: (i) aċċess awtonomu, affidabbli u kosteffettiv għall-ispazju u l-użu tiegħu permezz ta’ lanċaturi Ewropej, inklużi kunċetti innovattivi bħall-użu mill-ġdid, il-manifattura avvanzata, u sistemi ġodda ta’ trasport fl-ispazju; (ii) is-sorveljanza tal-ispazju u l-protezzjoni tal-assi, (iii) il-komunikazzjoni u l-konnettività bis-satellita, (iv) ħtiġijiet oħra li qed jevolvu.

L-operazzjonijiet appoġġati jistgħu wkoll ikunu mmirati lejn ir-reżiljenza u l-kompetittività tas-sistemi u t-teknoloġiji spazjali, u jindirizzaw il-vulnerabbiltà tal-ktajjen tal-valur.

L-appoġġ għall-infrastruttura tal-industrija tad-difiża jista’ jinkludi t-titjib ta’ infrastrutturi eżistenti jew l-installazzjoni ta’ infrastrutturi ġodda meħtieġa biex jappoġġaw minn perspettiva teknoloġika u industrijali ċ-ċiklu tal-ħajja ta’ teknoloġiji u prodotti tad-difiża jew faċilitajiet ta’ taħriġ. Dawn l-infrastrutturi jirreferu mhux biss għall-oqsma tradizzjonali tal-ajru, tal-art u tal-baħar, iżda wkoll għal dawk emerġenti bħall-informazzjoni, l-ispazju u ċ-ċibernetika. Dawn jistgħu jintużaw ukoll għar-R&Ż, id-dimostrazzjoni, l-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni ta’ sistemi jew teknoloġiji tad-difiża, inkluż dawk żviluppati fil-kuntest tal-Fond Ewropew għad-Difiża, kif ukoll sistemi u teknoloġiji b’użu doppju. Jenħtieġ li jiġu appoġġati proġetti multinazzjonali miftuħa għal utenti minn Stati Membri oħra.. L-appoġġ jista’ jkun immirat ukoll lejn proġetti orjentati għall-implimentazzjoni ta’ kapaċitajiet diġitali u ċibernetiċi u l-infrastruttura pan-Ewropej relatati, pereżempju, mal-ambjenti ta’ żvilupp tal-inġinerija virtwali, bankijiet tat-testijiet u laboratorji diġitali, ambjent ġdid ta’ kumbatt kollaborattiv, supercomputing, intelliġenza artifiċjali (IA) u ħiliet diġitali avvanzati relatati mad-difiża (eż. tarzna diġitali; mudell jew tewmi diġitali, ta’ sistemi militari).

Fil-qasam tal-materja prima kritika (CRM - Critical Raw Materials) l-investimenti appoġġati jistgħu jinkludu proġetti u benefiċjarji li jikkontribwixxu għal aktar awtonomija u reżiljenza tal-Unjoni fl-ekosistemi industrijali għall-mobbiltà elettronika, il-batteriji, l-enerġiji rinnovabbli, il-farmaċewtiċi, l-applikazzjonijiet diġitali u d-difiża. L-oqsma ta’ investiment prijoritarji marbuta mas-CRM jistgħu jinkludu l-iżvilupp tal-kalamiti, l-irkupru ta’ materjali tal-art rari mill-kalamiti użati, l-irfinar tal-materjali tal-art rari, minerali primarji u l-iskart tal-minjieri riċiklat (boksajt, mineral tal-ħadid, skart tal-faħam). Fil-futur jistgħu jitfaċċaw ħtiġijiet oħra ta’ CRM.

Sabiex tiġi żgurata provvista tal-ikel sikura u sostenibbli, jistgħu jiġu appoġġati investimenti rilevanti pereżempju fit-trasport, il-loġistika, l-infrastruttura deċentralizzata tal-katina alimentari u l-istabbiliment ta’ raggruppamenti fil-qasam tal-provvista tal-ikel.

6.1.2.   Karatteristiċi ta’ prodotti finanzjarji potenzjali

L-appoġġ taħt it-tieqa tal-Infrastruttura Sostenibbli se joffri finanzjament superjuri u subordinat fil-forma ta’ dejn, garanziji, kwalunkwe forma oħra ta’ finanzjament jew titjib tal-kreditu, kważi-ekwità u finanzjament mill-ekwità. Dan se jkollu l-għan li jiffaċilita l-aċċess għal proġetti eliġibbli u l-finanzjament korporattiv. Il-prodotti finanzjarji jridu jkunu disponibbli orizzontalment għad-diversi oqsma koperti minn din is-sezzjoni ta’ politika jew jistgħu jiġu ddedikati għal prijoritajiet ta’ politika speċifiċi inkluż taħt prodotti finanzjarji tematiċi.

Il-prodotti finanzjarji jridu jiġu żviluppati skont il-prijoritizzazzjoni tal-politika u l-ħtiġijiet tas-suq.

6.1.2.1.   Intermedjarji finanzjarji li għandhom ikunu involuti

(a)    għall-finanzjament tad-dejn:

Jista’ japplika kwalunkwe tip ta’ intermedjarju finanzjarju, inklużi banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali u intermedjarji oħra bi sjieda pubblika, banek kummerċjali, soċjetajiet ta’ garanzija, fondi ta’ dejn diversifikati li jipprovdu finanzjament superjuri u subordinat, u kumpaniji ta’ lokazzjoni, li jkunu kapaċi jipprovdu finanzjament fl-oqsma koperti mit-tieqa tal-Infrastruttura Sostenibbli f’konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli u mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament Finanzjarju.

(b)    għal finanzjament ta’ ekwità:

Jistgħu japplikaw intermedjarji finanzjarji pubbliċi jew privati, jew entitajiet li għandhom jiġu inkorporati, fondi ta’ fondi, fondi ta’ ekwità privata, fondi ta’ kapital ta’ riskju, strumenti ta’ koinvestiment, fondi ta’ dejn b’riskju, li huma kapaċi jipprovdu finanzjament ta’ ekwità fl-oqsma koperti mit-tieqa tal-Infrastruttura Sostenibbli f’konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE applikabbli u mar-rekwiżit rilevanti tar-Regolament Finanzjarju.

Il-maniġers, il-konsulenti jew persuni simili oħra assoċjati ma’ tali intermedjarji (inklużi maniġers jew konsulenti debuttanti) jridu juru l-kapaċità u l-ħiliet biex iwettqu investimenti bħal dawn fl-oqsma li fihom beħsiebhom jinvestu taħt it-tieqa tal-Infrastruttura Sostenibbli, l-abbiltà li jiġbru fondi u jattiraw kapital privat, u l-kapaċità li jipproduċu redditi, li jattiraw aktar investimenti privati f’din il-klassi ta’ assi.

6.1.2.2.   Riċevituri finali fil-mira

L-enfasi tat-tieqa tal-Infrastruttura Sostenibbli hija li tappoġġa l-investiment fl-infrastruttura u fit-tagħmir relatat promoss, fost l-oħrajn, minn:

(a)

promoturi awtonomi;

(b)

intrapriżi privati, pubbliċi u semipubbliċi;

(c)

SPVs.

6.1.2.3.   Prodotti finanzjarji ġenerali

Il-prodotti finanzjarji ġenerali jrid ikollhom l-għan li jtejbu l-aċċess għall-finanzjament għal proġetti individwali jew proġetti iżgħar raggruppati, permezz ta’ finanzjament ipprovdut direttament jew indirettament (pereżempju permezz ta’ strumenti ta’ investiment) mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni.

Il-prodotti finanzjarji ġenerali jistgħu jappoġġaw firxa diversifikata ta’ riċevituri finali bi profili tar-riskju differenti, bħal pereżempju dan li ġej:

(a)

proġetti minn entitajiet regolati fuq bażi korporattiva jew mhux ta’ rikors, inklużi PPPs (eż. enerġija, trasport, skart, ilma u utilitajiet tal-ilma mormi u maniġers tal-infrastruttura kbar) jew minn intrapriżi pubbliċi jew semipubbliċi, li tipikament jippreżentaw riskju baxx.

(b)

proġetti minn entitajiet mhux regolati fuq bażi korporattiva jew mhux ta’ rikors, inklużi l-PPPs (eż. il-ġenerazzjoni tal-enerġija, il-ħżin tal-enerġija, l-effiċjenza enerġetika għall-industriji intensivi fl-enerġija, il-konċessjonarji tal-awtostradi, l-operaturi tat-terminals tal-ajruporti/portijiet u tal-linji ferrovjarji, it-trasport marittimu ekoloġiku, l-infrastruttura tal-broadband u tal-ispazju) li tipikament jippreżentaw riskju medju sa għoli.

(c)

l-użu ta’ proġetti li jappoġġaw il-beni pubbliċi, inklużi proġetti implimentati mill-SMEs fl-oqsma tal-mobbiltà elettronika, l-effiċjenza enerġetika, il-kapital naturali jew soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura mill-awtoritajiet lokali jew l-investituri filantropiċi, u l-ispazju, li tipikament jippreżentaw riskju għoli.

(d)

portafolli ta’ tranżazzjonijiet f’oqsma bħall-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli għall-unitajiet domestiċi jew l-SMEs, l-ekoloġizzazzjoni tal-assi mobbli.

Għall-finanzjament tad-dejn ipprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni:

 

Il-garanzija tal-UE tista’ tiġi pprovduta għal operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment inkluż fil-forma ta’:

(a)

self superjuri, bonds, kuntratti ta’ lokazzjoni u linji ta’ kreditu, inkluż dejn superjuri għal proġetti b’riskors limitat;

(b)

self subordinat inkluż f’forma ta’ finanzjament intermedju;

(c)

garanziji (iffinanzjati jew mhux iffinanzjati) lil finanzjaturi terzi u arranġamenti oħra ta’ kondiviżjoni tar-riskju ma’ intermedjarji finanzjarji;

(d)

titjib tal-kreditu għal investimenti ġodda (għal bonds tal-proġetti, self bankarju jew kombinazzjoni tat-tnejn), inkluż fil-forma ta’ prodotti subordinati.

Il-finanzjament subordinat jista’ jintuża wkoll sabiex jingrana l-finanzjament privat u d-diversifikazzjoni mill-banek għall-finanzjament tas-suq kapitali.

Il-garanzija tal-UE tista’ tintuża għall-iżvilupp ta’ prodotti finanzjarji li jappoġġaw l-użu ta’ bonds ekoloġiċi.

6.1.2.4.   Prodotti finanzjarji tematiċi

L-appoġġ minn prodotti finanzjarji tematiċi se jkun immirat lejn, fost l-oħrajn:

(a)

fil-qasam tat-trasport, proġetti ta’ riskju għoli fil-qasam tal-mobilità sostenibbli, it-trasport intelliġenti u aktar sikur.

(b)

fil-qasam tas-sorsi rinnovabbli, attivitajiet speċifiċi ta’ riskju għoli bħal:

(i)

garanziji innovattivi personalizzati taħt il-kompartiment tal-Istati Membri li jkollhom l-għan li jnaqqsu l-kost tal-kapital tal-investiment fl-enerġija rinnovabbli f’tali Stat Membru;

(ii)

prodotti ta’ garanzija b’riskju għoli biex jitrawwem is-suq tal-Ftehim dwar ix-Xiri tal-Enerġija Korporattiva minn Sorsi Rinnovabbli, li jgħinu biex jiġu żgurati livelli ogħla ta’ finanzjament privat fit-tul għall-investimenti fl-enerġija rinnovabbli;

(c)

fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, l-attivitajiet speċifiċi ta’ riskju għoli bħal:

(i)

binjiet residenzjali: l-istrument ta’ garanzija jista’ jiġi kkombinat ma’ għotjiet biex jiġi sfruttat il-finanzjament privat u biex l-unitajiet domestiċi jiġu xprunati biex jindirizzaw id-diskrepanza sinifikanti fil-finanzjament fir-rinnovazzjoni ta’ bini residenzjali, b’mod partikolari rinnovazzjonijiet estensivi;

(ii)

ikkuntrattar għall-prestazzjoni tal-enerġija u Kumpaniji tas-Servizzi tal-Enerġija (ESCOs): strument ta’ garanzija u fond rotanti għall-ESCOs biex jiġu indirizzati l-ostakli u jiġi sfruttat il-finanzjament għall-iżvilupp ta’ kuntratti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għal proġetti tal-effiċjenza enerġetika;

(iii)

irrispettivament mir-riċevitur finali, it-tisħiħ tal-kreditu b’rabta ma’ bonds ekoloġiċi biex jinkludi lill-investituri istituzzjonali f’finanzjament ġdid għall-effiċjenza enerġetika, u fl-istess ħin jippromwovi l-espansjoni tad-daqs tas-suq tal-bonds ekoloġiċi, li bħalissa huwa limitat;

(d)

fil-modernizzazzjoni tal-infrastruttura tal-elettriku u f’interventi li jagħmluha intelliġenti, proġetti li jippromwovu:

(i)

mudelli kummerċjali ġodda għall-iskjerament ta’ sorsi ta’ flessibbiltà bħar-rispons tad-domanda u l-ħżin tal-enerġija;

(ii)

sorsi tal-enerġija deċentralizzati u fuq skala żgħira żviluppati minn parteċipanti ġodda u komunitajiet tal-enerġija fi swieq ġodda.

(e)

proġetti li jippromwovu l-użu fis-suq ta’ teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju: proġetti li jinkludu l-qbid, it-trasport, il-ħżin u/jew l-użu tal-karbonju (CCUS) relatati mal-produzzjoni tal-elettriku, it-tisħin jew it-tkessiħ, gassijiet b’livell baxx ta’ karbonju (bħall-idroġenu) jew proċessi industrijali, il-ħżin tal-enerġija, kif ukoll impjanti tal-bijoenerġija u faċilitajiet tal-manifattura li jippermettu t-tranżizzjoni tal-enerġija u s-sostituzzjoni ta’ prodotti intensivi fl-użu tal-karbonju;

(f)

proġetti jew programm ta’ investiment ekoloġiku sostenibbli b’riskju għoli li jippromwovi approċċ komprensiv ibbażat fuq il-kapital naturali relatat mal-protezzjoni u r-restawrazzjoni tal-ambjent u l-ġestjoni tat-tranżizzjoni lejn bijoekonomija ċirkolari, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u b’emissjonijiet baxxi u t-tkattir ta’ tneħħija tal-karbonju;

(g)

fis-settur diġitali, proġetti b’riskju finanzjarju għoli, b’mod partikolari l-iskjeramenti tal-konnettività f’żoni bojod u griżi (jiġifieri bl-ebda vijabbiltà kummerċjali immedjata) jew li jippreżentaw avvanz teknoloġiku sinifikanti (eż. mhux aġġornamenti inkrimentali iżda l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji tal-aħħar ġenerazzjoni, inkluż l-użu ta’ networks sostenibbli u infrastrutturi tad-data);

(h)

portafolli b’riskju għoli fl-oqsma tal-effiċjenza enerġetika, l-enerġija rinnovabbli u l-ekoloġizzazzjoni tal-assi mobbli;

(i)

fis-settur spazjali, proġetti b’riskju għoli jew b’użu estensiv tal-kapital marbuta mal-infrastruttura spazjali u servizzi relatati, kif ukoll kunċetti ġodda għall-infrastruttura spazjali u soluzzjonijiet fl-ispazju u fuq l-art.

6.2.   It-tieqa tar-Riċerka, l-Innovazzjoni u d-Diġitalizzazzjoni:

6.2.1.   Oqsma ta’ politika ta’ intervent

L-appoġġ taħt it-tieqa tar-Riċerka, l-Innovazzjoni u d-Diġitalizzazzjoni (RID) għandu jiffaċilita u jaċċellera l-aċċess għall-finanzjament għall-proġetti, il-promoturi, in-negozji tar-riċerka u l-innovazzjoni (R&I), u entitajiet innovattivi oħra u jistimula t-trasformazzjoni diġitali tan-negozji, tas-swieq u tal-Istati Membri skont l-Artikoli 3(2)(b) u 8(1)(b) tar-Regolament InvestEU. F’konformità mal-objettiv InvestEU li jippromwovi l-kompetittività tal-Unjoni, it-tieqa tar-RID se jkollha impatt xjentifiku, teknoloġiku, ekonomiku u soċjali billi ssaħħaħ il-bażi xjentifika u teknoloġika tal-Unjoni bl-għan aħħari li twettaq il-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni u tipprovdi appoġġ għat-tkabbir ta’ kumpaniji innovattivi u l-introduzzjoni fis-suq ta’ teknoloġiji. L-investimenti taħt it-tieqa tar-RID se jipprovdu l-mezzi biex l-Ewropa tiżviluppa r-reżiljenza f’setturi industrijali ewlenin.

L-oqsma eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment taħt it-tieqa tar-RID huma elenkati fl-Anness II tar-Regolament InvestEU, u b’mod partikolari fil-punti 5 u 6 tiegħu. Kwalunkwe qasam rilevanti ieħor għal operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment elenkati fl-Anness II tar-Regolament InvestEU, bħall-punti 13 u l-14, u li jaqgħu taħt attivitajiet tar-RID ukoll huma eliġibbli għall-finanzjament taħt it-tieqa tar-RID. Dawn l-oqsma jistgħu jinkludu attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp tal-prodotti, tad-dimostrazzjoni, tal-innovazzjoni u diġitalizzazzjoni fis-setturi li jkopru s-setturi tal-enerġija, tal-industrija intensiva fl-enerġija, tal-ambjent, tal-ekonomija blu, marittimu, tat-trasport, tas-saħħa, tax-xjenzi tal-ħajja, tal-bijoteknoloġija, agroalimentari, tad-difiża, tal-ispazju u kulturali u kreattivi, fost l-oħrajn. L-oqsma eliġibbli jistgħu jingħataw prijorità f’konformità mat-Taqsima 2.3.2.1 ta’ dawn il-linji gwida għall-investiment.

L-ambitu tal-investiment tat-tieqa jkopri l-attivitajiet ta’ riċerka, innovazzjoni, dimostrazzjoni u diġitalizzazzjoni, inklużi investimenti relatati mat-tnedija ta’ prodotti u teknoloġiji ġodda fis-suq, li għaddew mill-istadju tar-riċerka u żvilupp (R&Ż), kif ukoll l-innovazzjoni organizzattiva u tal-proċessi, inklużi mudelli ta’ negozju ġodda u innovattivi. Dan jinkludi wkoll operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment fil-qasam tar-riċerka fundamentali u applikata għas-sistema attwali ppruvata f’ambjent operattiv (91).

Ir-R&Ż huma definiti bħala ħidma sistematika mwettqa biex tiżdied il-ħażna tal-għarfien u biex jitfasslu applikazzjonijiet ġodda għall-għarfien disponibbli. L-attività trid tkun ġdida, kreattiva, inċerta fl-eżitu tagħha, u ssegwi metodi sistematiċi, trasferibbli u riproduċibbli (92).

L-innovazzjoni tirreferi għall-innovazzjoni tal-prodott, tal-proċessi u tal-organizzazzjoni, li tinkludi l-iżvilupp, id-dimostrazzjoni, l-implimentazzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, u l-adozzjoni ta’ prodott jew proċess ġdid jew imtejjeb b’mod sinifikanti (inkluż il-mudell tan-negozju) jew servizz, li joħloq valur għall-konsumatur u/jew għas-soċjetà.

Id-diġitalizzazzjoni tirreferi għar-R&I, id-dimostrazzjoni, l-ittestjar, l-iskjerament u l-adozzjoni ta’ teknoloġiji u servizzi diġitali u għall-investimenti, li jikkontribwixxu għat-trasformazzjoni diġitali tal-intrapriżi, l-industriji u l-oqsma ta’ interess pubbliku tal-Unjoni.

Barra minn hekk, l-appoġġ taħt it-tieqa tar-RID se jkollu l-għan li jikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-Patt Ekoloġiku Ewropew, li jkun immirat lejn proġetti b’benefiċċji klimatiċi u ambjentali. Fost l-oħrajn, din it-tieqa tista’ timmira lejn proġetti li għandhom l-għan li jevitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u t-tniġġis minn industriji intensivi fl-enerġija, u mill-ekonomija diġitali u l-effiċjenza materjali tagħhom. Se tkun immirata lejn proġetti li jużaw teknoloġiji, servizzi u soluzzjonijiet diġitali biex jevitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, it-tniġġis u l-iskart f’setturi oħra tal-ekonomija, inkluż (iżda mhux limitat għal) l-industrija, it-trasport, l-enerġija u l-agrikoltura. Se jingħata wkoll appoġġ għal investimenti b’kontribut sostanzjali għall-ekonomija ċirkolari, b’mod partikolari f’setturi ewlenin li jużaw l-aktar riżorsi u fejn il-potenzjal għaċ-ċirkolarità huwa għoli.

L-investimenti fl-ekosistema spazjali għandhom jappoġġaw l-objettivi tal-istrateġija spazjali għall-Ewropa li jiġu massimizzati l-benefiċċji għas-soċjetà u l-ekonomija tal-Unjoni billi jkun hemm mira fuq proġetti li: (i) jaċċelleraw l-iskjerament ta’ applikazzjonijiet u servizzi diġitali bbażati fuq data spazjali; (ii) jintegraw data u servizzi spazjali fi prodotti innovattivi f’segmenti oħra tas-suq, eż. vetturi awtonomi jew networks ta’ konnettività; u (iii) iżidu l-użu kummerċjali u l-manifattura tat-teknoloġija spazjali, inkluż l-aċċess għall-ispazju (93).

It-tieqa tar-RID tista’ tikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp tal-industrija tad-difiża, b’mod partikolari permezz ta’ appoġġ għall-kumpaniji li jipparteċipaw fi proġetti ta’ innovazzjoni fis-settur tad-difiża u teknoloġiji b’użu doppju relatati mill-qrib u permezz ta’ appoġġ għall-katina tal-provvista tas-settur tad-difiża.

It-tieqa tar-RID se tappoġġa wkoll il-prijoritajiet ta’ politika tal-Unjoni kif stabbiliti fi programmi oħra bħal Orizzont Ewropa, il-programm Ewropa Diġitali, il-programm Ewropa Kreattiva, il-programm spazjali Ewropew, il-Fond Ewropew għad-Difiża, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali eċċ.

It-tieqa tar-RID tista’ wkoll tidderieġi fondi minn programmi settorjali, bħall-Fond għall-Innovazzjoni stabbilit taħt l-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) u programmi u fondi oħra tal-Unjoni u nazzjonali. Investimenti bħal dawn jistgħu jiġu kkombinati ma’ finanzjament ipprovdut taħt programmi tal-UE jew dawk stabbiliti taħt il-politika ta’ koeżjoni (ġestjoni kondiviża) jew programmi nazzjonali.

L-appoġġ taħt it-tieqa tar-RID huwa stabbilit biex iżid il-valur tal-politika billi jipprovdi aċċess għall-finanzjament għar-RID fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

il-promozzjoni tal-investiment fir-R&I biex tissaħħaħ il-bażi xjentifika u teknoloġika tal-Unjoni, tiġi aċċellerata t-trasformazzjoni industrijali, inklużi investimenti f’teknoloġiji ewlenin, u jitwettqu l-objettivi u l-missjonijiet ta’ Orizzont Ewropa;

(b)

l-appoġġ tat-trasformazzjoni diġitali tal-SMEs u tal-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja;

(c)

l-appoġġ ta’ proġetti ta’ diġitalizzazzjoni u innovazzjoni li jżidu l-interoperabbiltà u jindirizzaw id-diskrepanzi fil-livell ta’ diġitalizzazzjoni u innovazzjoni madwar l-Istati Membri, il-kumpaniji u s-setturi kollha;

(d)

il-promozzjoni tal-iżvilupp u l-iskjerament ta’ kapaċitajiet u teknoloġiji diġitali strateġiċi, inkluż soluzzjonijiet diġitali siguri ċibernetiċi li jirriżultaw f’mudelli ta’ negozju innovattivi u mhux ippruvati li jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà (pereżempju soluzzjonijiet diġitali għas-sostenibbiltà) u li jikkontribwixxu għar-reżiljenza, iċ-ċirkolarità u l-awtonomija;

(e)

l-appoġġ ta’ investimenti fi prodotti, teknoloġiji, soluzzjonijiet jew mudelli ta’ negozju li jwasslu benefiċċji ambjentali u klimatiċi meta mqabbla ma’ soluzzjonijiet alternattivi, b’mod li jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u t-tnaqqis tal-impatt ambjentali;

(f)

l-appoġġ ta’ investimenti ta’ riskju, inklużi dawk transfruntiera, marbuta mat-teknoloġija, mas-suq, mad-dimostrazzjoni, mal-implimentazzjoni u man-negozju, li jinvolvu riskju ogħla minħabba l-inċertezza tas-suċċess tal-eżitu tagħhom, jew tal-benefiċċju finanzjarju finali għall-entità kkonċernata;

(g)

il-promozzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ dimostrazzjoni bikrija li għalihom l-investituri privati huma avversi għar-riskju, jiffaċċjaw redditi imprevedibbli jew volatilità tas-suq;

(h)

il-promozzjoni ta’ operazzjonijiet li jingranaw l-investiment privat fir-RID biex jinkisbu l-objettivi ta’ politika tal-UE;

(i)

il-promozzjoni tat-trasferiment u l-amplifikar tar-riżultati tar-R&I kif ukoll tat-teknoloġiji għas-suq u l-appoġġ tal-iskjerament industrijali tagħhom, b’mod li jiġu appoġġati l-faċilitaturi tas-suq u l-kooperazzjoni bejn l-intrapriżi;

(j)

l-appoġġ ta’ investimenti tar-R&I minn istituti ta’ riċerka, universitajiet u organizzazzjonijiet ta’ riċerka, b’mod li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ Orizzont Ewropa u Erasmus+ u jsaħħu l-konnessjonijiet bejn il-fornituri tas-servizzi tar-R&Ż (istituzzjonijiet akkademiċi, ċentri ta’ riċerka, eċċ.) u l-intrapriżi;

(k)

l-appoġġ ta’ kumpaniji innovattivi li qed jikbru malajr u li qed ifittxu finanzjament biex jikkummerċjalizzaw innovazzjonijiet lil hinn mill-fattibbiltà teknika u ekonomika tal-passat;

(l)

il-provvista ta’ ekonomiji ta’ skala u l-ikkomplementar tal-investimenti fil-livell nazzjonali, interreġjonali u reġjonali fir-RID, inkluż l-adozzjoni ta’ prodotti, teknoloġiji jew mudelli ta’ negozju ġodda fir-reġjuni kollha fi ħdan l-Istati Membri;

(m)

l-appoġġ għal pjattaformi ta’ investiment tematiku u prodotti finanzjarji innovattivi oħra (b’kunsiderazzjoni xierqa tal-ekonomiji ta’ skala); jew

(n)

il-promozzjoni ta’ finanzjament alternattiv u soluzzjonijiet ta’ finanzjament innovattivi bħall-finanzjament kollettiv, l-investimenti informali, u l-filantropija ta’ riskju, b’mod li jitrawwem it-trasferiment tal-aħjar prattiki bejn l-intermedjarji finanzjarji bil-għan li jitħeġġeġ il-ħolqien ta’ offerta wiesgħa ta’ prodotti għall-attivitajiet tar-RID.

L-azzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (n) tat-12-il paragrafu ta’ din it-Taqsima 6.2.1 jistgħu jiġu kkomplementati:

(a)

mill-ġbir ta’ data madwar l-UE dwar il-fallimenti tas-suq tar-RID jew sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali, it-traċċar ta’ bidliet teknoloġiċi u industrijali, l-identifikazzjoni ta’ ktajjen tal-valur strateġiċi emerġenti futuri, u t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ta’ tali intelligence; kif ukoll

(b)

bl-għoti ta’ assistenza teknika u t-titjib tal-bankabbiltà tal-proġetti tar-RID f’setturi differenti.

6.2.1.1.   Investimenti strateġiċi taħt it-tieqa tar-RID

L-investimenti strateġiċi taħt it-tieqa tal-RID jistgħu jappoġġaw l-iskjerament industrijali ta’ teknoloġiji ppruvati tal-UE, irawmu s-swieq tagħhom u jippromwovu l-industrija tal-UE bħala mexxejja globali f’konformità mal-objettivi tal-“istrateġija industrijali ġdida għall-Ewropa” (94) u l-istrateġiji sottostanti speċifiċi għas-settur, inkluża l-istrateġija diġitali (“Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa (95)), il-White Paper dwar l-IA (96), “l-istrateġija Ewropea dwar id-data (97)” (inklużi l-ispazji komuni Ewropej tad-data pereżempju għas-saħħa u l-finanzi) u “l-istrateġija Ewropea għall-vaċċini” (98). Dawn iridu jkunu mmirati lejn it-espansjoni industrijali u l-manifattura ta’ dawn it-teknoloġiji u innovazzjonijiet abilitanti, trasformattivi, ekoloġiċi u diġitali fis-setturi koperti mit-tieqa tar-RID lil hinn mill-istadju tar-riċerka, l-innovazzjoni u d-dimostrazzjoni.

Jista’ jingħata appoġġ għall-investiment f’faċilitajiet ta’ riċiklaġġ u tal-manifattura għall-produzzjoni ta’ komponenti u apparat tal-ICT fl-Unjoni li jikkontribwixxu għall-innovazzjoni, is-sostenibbiltà, ir-reżiljenza u l-awtonomija tal-industrija Ewropea tal-ICT u s-subsetturi u l-ktajjen tal-valur tagħha. Proġetti bħal dawn jistgħu jkunu relatati ma’ kwalunkwe wieħed mill-oqsma tal-manifattura tal-ICT li ġejjin: komponenti elettroniċi (semikondutturi u mikroproċessuri), kompjuters u tagħmir periferali, tagħmir tal-komunikazzjoni, elettronika għall-konsumatur, mezzi manjetiċi u ottiċi, tagħmir u partijiet elettroniċi u tat-telekomunikazzjoni, softwer, ipprogrammar, ipproċessar tad-data, hosting u attivitajiet relatati u oħrajn.

Fil-qasam tal-kura tas-saħħa, l-operazzjonijiet appoġġati jridu jkunu mmirati lejn prodotti tal-kura tas-saħħa ġodda effettivi u aċċessibbli, inklużi r-RID u l-manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi, vaċċini, apparat mediku, dijanjostika u prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata, prodotti antimikrobiċi ġodda u proċess tal-iżvilupp innovattivi li ma jinvolvux l-ittestjar fuq l-annimali, u l-kompetittività tal-industrija farmaċewtika tal-Unjoni kollha kemm hija, inkluża l-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi u ingredjenti farmaċewtiċi attivi.

Fil-qasam tad-difiża, l-investiment relatat mat-teknoloġija u/jew l-investiment produttiv (eż. il-modernizzazzjoni, id-diġitalizzazzjoni u l-estensjoni ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni eżistenti jew l-istabbiliment ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni ġodda), il-proġetti jistgħu jkunu relatati ma’ oqsma strateġiċi, fejn l-investimenti se jikkontribwixxu għall-awtonomija teknoloġika u industrijali tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni u b’hekk jikkontribwixxu għall-awtonomija strateġika u r-reżiljenza tagħha. Jista’ jingħata appoġġ għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji tad-difiża kritiċi u fixkiela mill-kumpaniji innovattivi. L-investimenti jistgħu jgħinu wkoll biex iġibu b’suċċess proġetti ewlenin li għalihom il-fażi R&Ż diġà tkun ġiet appoġġata pereżempju taħt il-FEŻ u l-programmi prekursuri tiegħu fil-fażijiet ta’ wara r-R&Ż jew jappoġġaw il-ktajjen tal-provvista involuti fi proġetti bħal dawn.

Il-proġetti jistgħu jinvolvu wkoll is-salvagwardja u l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet kritiċi fil-ktajjen tal-provvista tad-difiża tal-Unjoni b’rabta ma’ oqsma strateġiċi u t-tnaqqis tad-dipendenza fuq pajjiżi terzi.

6.2.2.   Karatteristiċi ta’ prodotti finanzjarji potenzjali

6.2.2.1.   Intermedjarji finanzjarji li għandhom ikunu involuti

(a)    għall-finanzjament tad-dejn:

Jista’ japplika kwalunkwe tip ta’ intermedjarju finanzjarju, inklużi banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali u intermedjarji oħra bi sjieda pubblika, banek kummerċjali, soċjetajiet ta’ garanzija, fondi ta’ dejn diversifikati li jipprovdu finanzjament superjuri u subordinat, u kumpaniji ta’ lokazzjoni, li jkunu kapaċi jipprovdu finanzjament fl-oqsma koperti mit-tieqa tar-RID f’konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli u mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament Finanzjarju.

(b)    Għal finanzjament ta’ ekwità:

Jistgħu japplikaw intermedjarji finanzjarji pubbliċi jew privati, jew entitajiet li għandhom jiġu inkorporati, fondi ta’ fondi, fondi ta’ ekwità privata, fondi ta’ kapital ta’ riskju, strumenti ta’ koinvestiment, fondi ta’ dejn b’ riskju, fondi ta’ investiment informali, fondi ta’, fondi għat-trasferiment tat-teknoloġija li huma kapaċi jipprovdu finanzjament ta’ ekwità fl-oqsma koperti mit-tieqa tar-RID f’konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli u mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament Finanzjarju.

Il-maniġers, il-konsulenti jew persuni simili oħra assoċjati ma’ tali intermedjarji (inklużi maniġers jew konsulenti għall-ewwel darba) jridu juru l-kapaċità u l-ħiliet biex iwettqu investimenti bħal dawn fl-oqsma li fihom beħsiebhom jinvestu taħt it-tieqa tar-RID, l-abbiltà li jiġbru fondi u jattiraw kapital privat, u l-kapaċità li jipproduċu redditi, li jattiraw aktar investimenti privati f’din il-klassi ta’ assi.

6.2.2.2.   Riċevituri finali fil-mira

L-enfasi tat-tieqa tar-RID hija li tappoġġa l-attivitajiet tar-riċerka, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni promossi permezz ta’:

(a)

promoturi awtonomi;

(b)

intrapriżi privati, pubbliċi u semipubbliċi, inklużi l-SMEs u l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja;

(c)

SPVs;

(d)

universitajiet, uffiċċji għat-trasferiment tat-teknoloġija u ċentri ta’ edukazzjoni għolja;

(e)

ċentri tar-riċerka;

(f)

infrastrutturi tar-riċerka u t-teknoloġija;

(g)

aġenziji ta’ innovazzjoni u diġitalizzazzjoni, aċċeleraturi, inkubaturi, ċentri, raggruppamenti;

(h)

promoturi oħrajn xprunati minn RID (eż. persuni fiżiċi, fondazzjonijiet li jiffinanzjaw ir-riċerka).

Is-segmentazzjoni tas-suq u l-identifikazzjonijiet tal-gruppi fil-mira se jsiru fuq bażi settorjali (marbuta mal-oqsma li fihom se jiġu implimentati l-prijoritajiet ta’ politika) u fuq il-bażi taċ-ċiklu tal-ħajja tal-proġett jew tal-kumpanija (abbażi tal-valutazzjoni tas-suq).

L-operazzjonijiet taħt il-Fond InvestEU li huma appoġġati permezz ta’ kontribuzzjoni tal-Fond għall-Innovazzjoni tal-EU ETS għandhom jirrispettaw ir-regoli tal-eliġibbiltà u l-kriterji tal-għażla li jinsabu fl-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2003/87/KE (99) u l-atti delegati adottati dwar dik id-dispożizzjoni.

6.2.2.3.   Prodotti finanzjarji ġenerali

L-appoġġ mogħti taħt din it-tieqa tar-RID se joffri finanzjament superjuri u subordinat fil-forma ta’ dejn jew garanziji, kwalunkwe forma oħra ta’ finanzjament inkluż dejn u lokazzjoni b’riskju jew titjib tal-kreditu, kważi-ekwità u finanzjament ta’ ekwità, biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzjament għal proġetti u kumpaniji tar-RID. Il-prodotti finanzjarji jistgħu jkunu disponibbli orizzontalment għad-diversi oqsma koperti mit-tieqa ta’ politika jew jistgħu jiġu ddedikati għal prijoritajiet speċifiċi taħt prodotti finanzjarji tematiċi.

L-appoġġ minn prodotti finanzjarji ġenerali jista’ fost l-oħrajn ikun dirett lejn:

(a)

infrastrutturi ta’ riċerka u teknoloġija: promossa minn organizzazzjonijiet tar-riċerka pubbliċi jew privati (pereżempju istituti ta’ riċerka u universitajiet), inklużi l-faċilitajiet relatati direttament mar-R&I u l-attività diġitali, bħal laboratorji jew ċentri tal-computing ta’ prestazzjoni għolja.

(b)

proġetti kbar tar-RID: it-titjib tal-aċċess għall-finanzjament ta’ riskju għal proġetti RID kbar li joriġinaw minn ditti akbar; PPPs; u SPVs jew proġetti individwali.

(c)

SMEs innovattivi, kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja u kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja sabiex jappoġġaw l-attivitajiet tar-RID li jikkontribwixxu għat-tkabbir.

(d)

intrapriżi li qed jikbru malajr jew xprunati mir-RID, infrastrutturi tar-riċerka u t-teknoloġija, investimenti fir-R&I minn organizzazzjonijiet tar-riċerka pubbliċi jew privati (bħall-istituti tar-riċerka u l-universitajiet) li jinsabu fl-Istati Membri, li huma mmarkati bħala “innovaturi moderati” u “innovaturi modesti” fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Ewropea.

(a)    għall-finanzjament tad-dejn ipprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni

Il-garanzija tal-UE tista’ tiġi pprovduta għal operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment inkluż fil-forma ta’:

(a)

self dirett (inkluż self subordinat), self mhux garantit, self mhux kollateralizzat, finanzjament intermedju, self superjuri u linji ta’ kreditu;

(b)

(kontro)garanziji, garanziji fuq self ta’ fondi mislufa, garanziji ffinanzjati u arranġamenti oħra ta’ kondiviżjoni tar-riskju għal skemi ta’ garanzija implimentati minn intermedjarji finanzjarji jew sħab inkarigati mill-implimentazzjoni;

(c)

garanziji diretti u arranġamenti oħra ta’ kondiviżjoni tar-riskju għal intermedjarji finanzjarji jew sħab inkarigati mill-implimentazzjoni;

(d)

titjib tal-kreditu għal investimenti ġodda (għal bonds tal-proġetti, self bankarju jew kombinazzjoni tat-tnejn);

(e)

investiment dirett f’intermedjarju finanzjarju jew flimkien miegħu, kemm jekk ikun fond ta’ investiment, skema ta’ (ko)investiment jew veikolu bi skop speċjali li jinvesti direttament jew indirettament f’dejn superjuri jew subordinat jew ekwità ta’ dejn ibrida.

Il-garanzija tal-UE se timmira li tnaqqas id-diffikultajiet partikolari li l-entitajiet vijabbli jaffaċċaw fl-aċċess għall-finanzjament prinċipalment minħabba r-riskju ogħla perċepit tagħhom jew in-nuqqas ta’ kollateral suffiċjenti jew il-kapaċità limitata tal-fornituri finanzjarji kummerċjali biex jivvalutaw il-proġett sottostanti jew il-mudell kummerċjali.

(b)    għall-finanzjament tal-ekwità pprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni

L-investimenti ta’ ekwità u kważi ekwità għandhom isiru b’mod partikolari fil-forma ta’:

(a)

ekwità diretta fir-riċevituri finali;

(b)

koinvestimenti u skemi ta’ koinvestiment (inklużi pjattaformi ta’ investiment);

(c)

ekwità u garanziji lil intermedjarji finanzjarji li jinvestu direttament f’entitajiet fi kwalunkwe stadju tal-iżvilupp tagħhom jew garanziji għall-investituri f’tali intermedjarji finanzjarji;

(d)

investiment u/jew arranġament ta’ kondiviżjoni tar-riskju fi strutturi ta’ fondi ta’ dejn;

(e)

investiment fi strutturi ta’ fond ta’ fondi.

6.2.2.4.   Prodotti finanzjarji tematiċi

L-appoġġ minn prodotti finanzjarji tematiċi jista’ jkun immirat lejn:

(a)

faċilitajiet finanzjarji tematiċi li jipprovdu finanzjament ta’ dejn u/jew ekwità għal oqsma bħal:

(i)

proġetti innovattivi ta’ dimostrazzjoni bikrija u proġetti ta’ diġitalizzazzjoni ta’ oqsma tematiċi ta’ riskju għoli bħall-industrija b’livell baxx ta’ karbonju, it-trasport, l-enerġija u l-ispazju;

(ii)

l-iżvilupp kliniku, il-validazzjoni u d-dħul fis-suq fil-qasam tal-mard infettiv, il-mard rari u kumpless, il-mard newrodeġenerattiv u mard ieħor;

(iii)

l-ekonomija blu sostenibbli u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar, pereżempju l-akkwakultura u l-bijoteknoloġija blu;

(iv)

is-sistemi tal-ikel, sistemi b’bażi bijoloġika, u bijoekonomija usa’;

(v)

l-ekonomija ċirkolari, soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura u l-kapital naturali;

(vi)

it-teknoloġiji, is-servizzi u l-adattament b’rabta mat-tibdil fil-klima.

L-oqsma tematiċi se jintgħażlu abbażi tal-prijoritajiet ta’ politika u l-valutazzjoni msemmija fit-Taqsima 2.3.2.2 ta’ dawn il-linji gwida ta’ investiment.

(b)

arranġamenti oħra ta’ kondiviżjoni tar-riskju bħal pjattaformi ta’ investiment biex jikkatalizzaw il-finanzjament minn partijiet terzi f’oqsma speċifiċi ta’ importanza strateġika tal-politika tar-RID f’komplementarjetà u f’sinerġija ma’ investiment mis-sistemi ta’ finanzjament nazzjonali, lokali u pubbliċi eżistenti. Dawn il-pjattaformi għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

jipprovdu aċċess għall-finanzjament permezz ta’ prodotti ta’ dejn u/jew ekwità għal proġetti f’oqsma tematiċi speċifiċi u għandhom jiġu ġestiti minn intermedjarji finanzjarji jew maniġers ta’ fondi magħżula permezz ta’ proċeduri kif deskritti fit-Taqsima 2.3.1;

(ii)

jipprovdu appoġġ għad-diġitalizzazzjoni ġenerali tal-industrija u t-teknoloġiji tal-Unjoni definiti fl-Anness II, il-punt 6 tar-Regolament InvestEU, u oqsma eliġibbli oħra;

(iii)

jappoġġaw teknoloġiji, prodotti jew mudelli ta’ negozju li jaffaċċaw riskju akbar minħabba l-innovazzjoni teknoloġika tagħhom jew minħabba li qed jaħdmu fuq swieq ġodda jew minħabba tfixkil sinifikanti fis-suq;

(iv)

jimmiraw lejn l-istabbiliment ta’ faċilitajiet ta’ dimostrazzjoni bikrija u ta’ produzzjoni industrijali li għandhom l-għan li jimplimentaw proċessi rivoluzzjonarji, li joħolqu swieq u li jkunu innovattivi ħafna jew il-produzzjoni ta’ prodotti ġodda b’kontenut għoli ta’ innovazzjoni li joħloq is-suq fil-qasam speċifiku.

6.3.   Tieqa għall-SMEs

6.3.1.   Oqsma ta’ politika ta’ intervent

L-appoġġ fil-qafas tat-tieqa għall-SMEs irid jiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament u d-disponibbiltà tiegħu primarjament għall-SMEs, iżda wkoll għall-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja, u jtejjeb il-kompetittività globali tagħhom, f’kull stadju tal-iżvilupp tagħhom, b’mod partikolari għal dawk li huma perċepiti bħala ta’ riskju għoli u li ma għandhomx biżżejjed kollateral, speċjalment fl-istadji bikrija tal-iżvilupp tagħhom.

L-appoġġ fil-qafas tat-tieqa għall-SMEs irid ikollu l-għan ukoll li jipprovdi sorsi aktar diversifikati ta’ finanzjament, inkluż dejn subordinat, ekwità u finanzjament ta’ kważi-ekwità, sabiex tiżdied il-kapaċità tal-SMEs u tal-kumpaniji ż-żgħar b’kapitalizzazzjoni medja biex jiffinanzjaw il-ħolqien, it-tkabbir, l-iżvilupp u t-trasferiment tagħhom, ikunu jifilħu għal reċessjonijiet ekonomiċi, u jikkontribwixxu għar-reżiljenza tal-ekonomija u tas-sistema finanzjarja matul ir-reċessjonijiet jew ix-xokkijiet. Dan jista’ jipprovdi appoġġ għall-investiment u għall-kapital operatorju, kif ukoll għall-finanzjament tar-riskju mill-istadji tal-bidu sal-espansjoni biex tiġi ggarantita tmexxija teknoloġika f’setturi innovattivi u sostenibbli, b’mod partikolari billi jiġu mmirati l-SMEs li l-attivitajiet tagħhom jiffokaw fuq assi intanġibbli minħabba attivitajiet tal-RID jew minħabba speċifiċitajiet tas-settur bħas-settur kulturali u kreattiv (100). Meta jkun meħtieġ jista’ jipprovdi finanzjament għall-akkwist ta’ negozju jew għall-parteċipazzjoni f’negozju mill-impjegati. Iż-żoni eliġibbli jistgħu jingħataw prijorità kif deskritt fit-taqsima 2.3.2.1 ta’ dawn il-linji gwida għall-investiment. Il-prodotti fil-qafas tat-tieqa għall-SMEs se jiġu żviluppati f’konformità mal-prijoritajiet u l-oqsma deskritti fl-lstrateġija għall-SMEs għal Ewropa sostenibbli u diġitali (101).

L-appoġġ fil-qafas tat-tieqa għall-SMEs se jkun komplementari għall-inizjattivi tal-Unjoni meħuda fil-kuntest tal-unjoni tas-swieq kapitali.

L-appoġġ fil-qafas tat-tieqa għall-SMEs mistenni li jżid il-valur billi jappoġġa l-finanzjament tad-dejn primarjament lill-SMEs (kif ukoll kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja) f’kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investimenti subottimali ma jkunux qed jiġu indirizzati b’mod adegwat (f’termini ta’ volumi, kopertura jew predispożizzjoni għar-riskju jew perjodu ta’ żmien) permezz ta’ strumenti finanzjarji stabbiliti fil-livell reġjonali jew nazzjonali; dan jista’ jinkludi l-istabbiliment ta’ skemi li jipprovdu effettività, effiċjenza jew ekonomiji ta’ skala akbar peress li jista’ jkun li l-Istati Membri joqogħdu lura milli joħolqu skemi ta’ appoġġ waħedhom minħabba kunsiderazzjonijiet ta’ kosteffiċjenza;

(b)

intrapriżi li joperaw f’setturi ekonomiċi definiti b’mod ċar li mhumiex moqdijin tajjeb (eż. f’xi każijiet is-setturi kulturali u kreattivi, inkluż is-settur tal-media), u b’hekk jikkontribwixxu biex jinkisbu l-prijoritajiet ta’ politika tal-UE;

(c)

il-ħtieġa li jitħaffef l-aġġustament tal-intrapriżi għal bidliet strutturali identifikati b’mod ċar u b’hekk jikkontribwixxu biex jinkisbu l-prijoritajiet ta’ politika tal-UE;

(d)

soluzzjonijiet ta’ finanzjament li jgħinu biex jinkisbu l-objettivi tal-unjoni tas-swieq kapitali, fosthom dawk li jingħataw fuq bażi transfruntiera;

(e)

it-trasferiment tal-aħjar prattiki fl-Unjoni kollha (li jista’ jinkludi wkoll l-provvediment ta’ assistenza teknika) li jsir bejn l-intermedjarji finanzjarji bil-ħsieb li tingħata spinta lill-ħolqien ta’ offerta wiesgħa ta’ prodotti għal tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tal-SMEs b’riskju ogħla li jkunu adattati għall-ħtiġijiet ta’ finanzjament speċifiċi tagħhom.

Barra minn hekk, l-appoġġ fil-qafas tat-tieqa għall-SMEs huwa mistenni li jżid il-valur tal-politika billi jappoġġa fondi li jipprovdu soluzzjonijiet speċifiċi għall-finanzjament tad-dejn u l-finanzjament ta’ ekwità jew kważi-ekwità għall-SMEs u għal kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja f’xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

l-intermedjarji finanzjarji jiġġeneraw fondi jew jinvestu jew jipprovdu finanzjament fuq bażi transfruntiera, li jappoġġa d-diversifikazzjoni tar-riskju u jattira l-kapital privat;

(b)

l-investiment jappoġġa l-ħolqien ta’ fondi akbar li għandhom il-kapaċità li jirrealizzaw redditi suffiċjenti sabiex jattiraw investituri privati;

(c)

fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investimenti subottimali ma jkunux qed jiġu indirizzati b’mod adegwat (f’termini ta’ volumi, kopertura tal-istadju tal-iżvilupp jew perjodu ta’ żmien) permezz ta’ strumenti finanzjarji stabbiliti fil-livell reġjonali jew nazzjonali. Dan jista’ jinkludi l-istabbiliment ta’ skemi li jipprovdu effettività, effiċjenza jew ekonomiji ta’ skala msaħħa peress li jista’ jkun li l-Istati Membri joqogħdu lura milli joħolqu skemi ta’ appoġġ waħedhom minħabba kunsiderazzjonijiet ta’ kosteffiċjenza;

(d)

l-intervent għandu effetti ta’ dimostrazzjoni u/jew katalitiċi u jikkontribwixxi għall-objettivi tal-politika tal-UE, fosthom dawk tal-unjoni tas-swieq kapitali;

(e)

l-intervent iżid id-disponibbiltà ta’ soluzzjonijiet ta’ finanzjament ibbażati fuq is-suq u speċifiċi għall-SMEs u l-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja;

(f)

it-trasferiment tal-aħjar prattiki fl-Unjoni kollha, bil-ħsieb li jibdew joħorġu maniġers/timijiet ta’ ġestjoni ġodda tal-fondi biex iwessgħu u japprofondixxu s-suq tal-kapital ta’ riskju fl-UE. Dan jista’ jinkludi appoġġ għal finanzjament alternattiv u soluzzjonijiet ta’ finanzjament innovattivi bħall-finanzjament kollettiv, l-investituri informali u l-filantropija ta’ riskju.

6.3.2.   Karatteristiċi ta’ prodotti finanzjarji potenzjali

6.3.2.1.   Intermedjarji finanzjarji li għandhom ikunu involuti

(a)    għall-finanzjament tad-dejn:

Jista’ japplika kull tip ta’ intermedjarju finanzjarju, inklużi banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali u intermedjarji oħra bi sjieda pubblika, banek kummerċjali, soċjetajiet ta’ garanzija, fondi ta’ dejn diversifikati li jipprovdu finanzjament superjuri u subordinat, u kumpaniji ta’ lokazzjoni, li jkollu l-mira li jiġġenera portafolli ġodda ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament ta’ SMEs b’riskju ogħla u/jew ta’ kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja, inklużi tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tad-dejn speċifiċi li jimmiraw lejn setturi ekonomiċi li mhumiex moqdijin biżżejjed, f’konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE applikabbli u mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament Finanzjarju.

(b)    għall-finanzjament tal-ekwità:

Jistgħu japplikaw intermedjarji finanzjarji stabbiliti, jew entitajiet li għadhom se jiġu stabbiliti, inklużi fondi ta’ ekwità privata u dawk intermedji, strumenti ta’ investiment konġunt, fondi ta’ dejn b’riskju, fondi ta’ kapital b’riskju, fondi ta’ investituri informali, fond ta’ fondi, fondi crossover, li huma kapaċi jipprovdu finanzjament ta’ ekwità u kważi ekwità f’oqsma koperti mit-tieqa għall-SMEs f’konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli u mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament Finanzjarju.

Il-maniġers, il-konsulenti jew entitajiet simili oħra assoċjati ma’ tali intermedjarji, li għandhom jinkludu wkoll maniġers jew konsulenti debuttanti, iridu juru l-kapaċità u l-ħiliet biex iwettqu investimenti bħal dawn, l-abbiltà li jiġġeneraw fondi u jattiraw kapital privat, u l-abbiltà prospettiva li jipproduċu redditi, inkluż permezz ta’ strateġija ta’ investiment soda, li tattira aktar investimenti privati f’din il-klassi ta’ assi.

6.3.2.2.   Riċevituri finali previsti

(a)    għall-finanzjament tad-dejn:

L-appoġġ għall-finanzjament tad-dejn se jsir disponibbli permezz ta’ intermedjarji jew direttament mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni biex jiffinanzja l-aktar lill-SMEs, kif ukoll lill-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja kif definit fir-Regolament InvestEU, li ma jirċevux finanzjament mis-suq jew li ma jirċevux appoġġ sal-istess punt minħabba, fost l-oħrajn, ir-riskju ogħla perċepit, in-nuqqas ta’ kollateral (suffiċjenti) jew minħabba li n-negozju huwa attiv f’qasam ekonomiku definit b’mod li mhuwiex moqdi tajjeb jew huwa involut f’attivitajiet ta’ prijoritajiet ta’ politika tal-UE.

Fejn ikun ġustifikat, jista’ jingħata aktar appoġġ dedikat lil negozji f’settur speċifiku jew li jkunu involuti f’qasam ta’ orjentazzjoni politika speċifika, inkluża t-tranżizzjoni ġusta. F’każijiet bħal dawn, se jiġu fformulati kriterji ta’ eliġibbiltà ċari u mhux ambigwi fil-prodotti finanzjarji rispettivi għall-SMEs innovattivi u l-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti ta’ rappurtar operazzjonali se jagħmluha possibbli li jiġi identifikat l-appoġġ ipprovdut għal tali settorjali jew orjentazzjoni ta’ politika.

(b)    għall-finanzjament tal-ekwità:

Fil-kompartiment tal-UE, l-appoġġ għall-finanzjament tal-ekwità għandu jkun disponibbli permezz ta’ intermedjarji (inkluż permezz ta’ strumenti ta’ investiment konġunt) għall-SMEs u għall-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja skont id-definizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament InvestEU, u b’mod aktar speċifiku għal dawk l-attivitajiet li jgħinu biex jintlaħqu l-objettivi ta’ politika tal-UE msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament InvestEU.

L-immirar jista’ jsir abbażi tal-istrateġija ta’ investiment tal-maniġer tal-fond b’attenzjoni fuq setturi jew attivitajiet ta’ prijoritajiet tal-politika tal-Unjoni u skont iċ-ċiklu tal-ħajja tal-kumpanija, abbażi ta’ valutazzjonijiet tas-suq.

6.3.2.3.   Karatteristiċi tal-prodotti finanzjarji

Il-prodotti finanzjarji jkunu komplementari għall-użu li l-Istati Membri jagħmlu mill-istrumenti finanzjarji għall-SMEs fil-livell nazzjonali u reġjonali f’konformità mar-rekwiżiti tal-addizzjonalità f’konformità mal-Anness V tar-Regolament InvestEU.

(a)    għal finanzjament tad-dejn ipprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni

Il-garanzija tal-UE tista’ tingħata għal operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment li jieħdu l-forma ta’:

(a)

self dirett mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni;

(b)

kontrogaranziji, garanziji fuq self ta’ fondi u arranġamenti oħra ta’ kondiviżjoni tar-riskju għal skemi ta’ garanzija implimentati minn intermedjarji finanzjarji jew minn sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni;

(c)

garanziji diretti u arranġamenti oħra ta’ kondiviżjoni tar-riskju għal intermedjarji finanzjarji jew sħab inkarigati mill-implimentazzjoni;

(d)

investiment dirett f’intermedjarju finanzjarju, jew flimkien miegħu, li jkun fond ta’ investiment, skema ta’ (ko)investiment jew entità bi skop speċjali li tinvesti direttament jew indirettament f’dejn superjuri jew subordinat.

Permezz ta’ tali arranġamenti, il-garanzija tal-UE għandha timmira li tnaqqas id-diffikultajiet partikolari li jiffaċċaw l-intrapriżi vijabbli biex ikollhom aċċess għall-finanzjament minħabba r-riskju ogħla perċepit tagħhom jew in-nuqqas ta’ (biżżejjed) kollateral. Dan jista’ jinkiseb permezz ta’ appoġġ, fost l-oħrajn, għat-tranżazzjonijiet li ġejjin:

(a)

finanzjament tal-bidu;

(b)

tranżazzjonijiet ta’ finanzjament b’rekwiżiti ta’ kollateral imnaqqsa b’mod sinifikanti jew mingħajr rekwiżiti (għoti ta’ self mhux garantit);

(c)

finanzjament subordinat;

(d)

tranżazzjonijiet ta’ finanzjament b’kundizzjonijiet jew ta’ ripagament li mhumiex tipikament ma jipprovduhomx l-intermedjarji finanzjarji.

L-eliġibbiltà tal-proposta ta’ intermedjarju finanzjarju għall-bini ta’ portafoll ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament se tiġi ddeterminata għal kull intermedjarju u, fil-każ ta’ finanzjament dirett, għal kull sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni, fir-rigward tal-attivitajiet kummerċjali eżistenti tiegħu. Fil-prinċipju, il-garanzija tal-UE hija maħsuba li twassal biex l-intermedjarju finanzjarju jew is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jwessa’ l-attività tan-negozju tiegħu billi jiffinanzja tranżazzjonijiet li ma kienx jiffinanzja fin-nuqqas tal-garanzija tal-UE minħabba l-profil ta’ riskju ogħla ta’ portafoll bħal dan. Meta intermedjarju finanzjarju diġà jkollu stabbilit prodott ta’ finanzjament iddedikat għall-SMEs b’riskju ogħla iżda l-kapaċità tiegħu li jaqdi d-domanda tas-suq tkun ristretta, il-garanzija tal-UE tista’ tintuża biex tappoġġa żieda sinifikanti fil-volumi ta’ tali prodott ta’ finanzjament għall-SMEs b’riskju ogħla.

It-tranżazzjonijiet ta’ finanzjament, li jistgħu jiġu inklużi fil-portafolli se jinkludu, fost l-oħrajn, self għal investiment, faċilitajiet ta’ kapital operatorju (fosthom dawk ċirkolanti), faċilitajiet ta’ finanzjament tal-kummerċ, self (inkluż dak inkorporat f’kont kurrenti jew marbut miegħu), garanziji bankarji, tranżazzjonijiet ta’ lokazzjoni, self subordinat, u self ta’ ħruġ ta’ dejn superjuri u subordinat.

(b)    għal finanzjament mill-ekwità pprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni

Il-garanzija tal-UE se tintuża biex tiggarantixxi investimenti f’fondi intermedjarji ta’ kapital ta’ riskju, fosthom fondi ta’ fondi u strumenti ta’ investiment konġunt li jipprovdu ekwità u kważi-ekwità lill-SMEs u lill-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja f’kull stadju tal-iżvilupp tagħhom u fondi li jipprovdu finanzjament tad-dejn lill-SMEs u lill-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja.

Żviluppi ta’ prodotti addizzjonali possibbli:

It-tieqa għall-SMEs se tkun disponibbli wkoll għall-ħolqien ta’ prodotti finanzjarji pilota biex jiġu indirizzati l-fallimenti tas-suq u sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali jew biex jiġi attirat aktar investiment privat (eż. billi jingħataw garanziji għall-investituri). Tali skemi pilota, jekk jirnexxu, jistgħu sussegwentement jiġu estiżi fuq bażi kompleta. F’każijiet debitament ġustifikati, abbażi ta’ valutazzjonijiet tas-suq, dawn il-proġetti pilota jistgħu jiddevjaw mill-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsimiet 4 u 5 ta’ dawn il-linji gwida għall-investiment.

6.4.   It-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet

6.4.1.   Oqsma ta’ politika ta’ intervent

L-appoġġ fil-qafas tat-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet irid jiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ proġetti li jsaħħu d-dimensjoni soċjali tal-Unjoni kif enfasizzat fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. L-enfasi fil-qafas tat-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet huwa li jiġi ġġenerat impatt soċjali pożittiv. B’mod partikolari, l-azzjonijiet fil-kuntest ta’ din it-tieqa għandhom l-għan ta’ konverġenza ’l fuq, li jnaqqsu l-inugwaljanzi, li jżidu r-reżiljenza u l-inklużività permezz tal-promozzjoni tal-impjiegi u l-iżvilupp tal-ħiliet fosthom l-imprenditorija u l-impjieg indipendenti, l-intrapriżi soċjali, l-ekonomija soċjali u l-inklużjoni soċjali, u li jtejbu s-saħħa, il-benessri u l-kwalità ġenerali tal-ħajja taċ-ċittadini; li jagħtu spinta lill-eżiti tal-edukazzjoni u l-provvediment tal-ħiliet u jappoġġaw tranżizzjoni ġusta lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. L-azzjonijiet għandhom ukoll l-għan li l-intrapriżi soċjali jkollhom aktar aċċess għall-mikrofinanzjament u għall-finanzjament u dawn ikunu aktar disponibbli għalihom, li jappoġġaw l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment relatati mal-investiment soċjali, mal-kompetenzi u mal-ħiliet, u li jiżviluppaw u jikkonsolidaw is-swieq tal-investiment soċjali, fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 8(1)(d) u f’konformità mal-Artikolu 3(2)(d) tar-Regolament InvestEU. It-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet se tiffaċilita l-iżvilupp tal-ħiliet u tal-kompetenzi ewlenin, it-tlaqqigħ, l-implimentazzjoni u l-użu akbar ta’ ħiliet permezz tal-edukazzjoni, it-taħriġ, inkluż it-taħriġ fuq il-post tax-xogħol u attivitajiet relatati bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi ta’ politika stabbiliti fl-“Aġenda Ewropea għall-Ħiliet” (102), ir-“Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali” (103), iż-“Żona Ewropea tal-Edukazzjoni” (104) u l-“Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027” (105).

L-oqsma eliġibbli għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment fil-qafas tat-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet, huma elenkati fl-Anness II tar-Regolament InvestEU, b’mod partikolari fil-punt 12. Iż-żoni eliġibbli jistgħu jingħataw prijorità f’konformità mat-Taqsima 2.3.2.1 ta’ dawn il-linji gwida għall-investiment.

It-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet se tappoġġa lill-mikrofinanzjament u lill-intrapriżi soċjali. Fil-każ tal-mikrofinanzjament, il-mikroself (jew il-mikrokreditu) ifisser self sa EUR 50 000. Se jiġi inkoraġġit b’mod partikolari l-provvediment ta’ ammonti ta’ investiment sa EUR 500 000 għall-impriżi soċjali, filwaqt li ammonti akbar sa EUR 2 000 000 se jkunu destinati wkoll biex jintużaw għat-trawwim tal-espansjoni u t-tkabbir tagħhom.

L-appoġġ se jinkludi wkoll miżuri għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-ugwaljanza għal raġunijiet oħra, l-inklużjoni soċjali, il-provvista u d-domanda għall-ħiliet, l-edukazzjoni, it-taħriġ u s-servizzi relatati inkluż għall-iżvilupp ta’ infrastruttura soċjali sostenibbli f’żoni urbani kif ukoll rurali. It-tieqa se tappoġġa wkoll l-infrastruttura soċjali (inkluż l-infrastruttura tas-saħħa u tal-edukazzjoni kif ukoll l-akkomodazzjoni soċjali u tal-istudenti), il-proġetti li jinvolvu l-innovazzjoni soċjali, is-servizzi tas-saħħa, it-tixjiħ u l-kura fit-tul, l-aċċess għall-prevenzjoni, it-trattamenti innovattivi u l-opzjonijiet tas-saħħa elettronika, l-inklużjoni u l-aċċessibbiltà, kif ukoll l-attivitajiet kulturali u kreattivi b’għan soċjali.

It-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet se tiffoka wkoll fuq il-provvediment ta’ finanzjament sostenibbli u etiku għall-benefiċjarji finali li jkunu qed jiffaċċaw restrizzjonijiet jew ostakli li jaffettwaw id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali tagħhom. B’mod partikolari, se timmira lejn proġetti li jinvolvu livell raġonevoli ta’ vijabbiltà finanzjarja (prospettiva), iżda li ma jitwettqux (jew ma jitwettqux b’mod suffiċjenti) mis-suq minħabba riskji ogħla, nuqqas ta’ kollateral, li ma jilħqux skala ottimali mingħajr sostenn mis-settur pubbliku jew ostakli oħra għas-suq. Il-proġetti appoġġati jridu jikkontribwixxu biex jattiraw investiment privat biex jissodisfa eżiġenzi li altrimenti jibqgħu mingħajr ma jiġu ssodisfati.

L-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment se jkollhom l-għan li jipprovdu infrastruttura soċjali u servizzi konnessi li jistgħu jappartjenu għal:

(a)

edukazzjoni u taħriġ inklużivi, fosthom l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, u l-infrastruttura u s-servizzi edukattivi relatati magħhom, l-indukrar tat-tfal alternattiv u inklużiv, l-akkomodazzjoni tal-istudenti u t-tagħmir diġitali, li jkunu aċċessibbli għal kulħadd, il-promozzjoni tal-profiċjenza diġitali mis-snin bikrija tal-edukazzjoni, l-iskjerament universali tal-ICT u l-aċċess għalihom fl-istituzzjonijiet kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ kif ukoll l-għodod u l-pjattaformi għall-aċċess remot u tat-tagħlim mill-bogħod;

(b)

akkomodazzjoni soċjali affordabbli;

(c)

il-kura tas-saħħa u l-kura fit-tul, inklużi l-kliniċi, l-isptarijiet, il-kura tas-saħħa primarja, is-servizzi fid-djar u l-kura bbażata fil-komunità;

(d)

proġetti ta’ infrastruttura tas-saħħa li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ network strateġiku u ġeografikament ibbilanċjat ta’ infrastruttura ta’ prevenzjoni u ta’ kura tas-saħħa modernizzata, diġitalizzata u reżiljenti, li kapaċi tiggarantixxi aċċess universali għall-infrastruttura u s-servizzi tal-kura tas-saħħa kritiċi madwar l-UE. Il-proġetti appoġġati jistgħu jindirizzaw ukoll ħtiġijiet speċifiċi urġenti ta’ kura tas-saħħa u rispons ta’ emerġenza (106) permezz tal-iżvilupp ta’ stazzjonijiet mediċi mobbli u fuq il-post jew trasport mediku;

(e)

l-iffaċilitar tas-servizzi soċjali pprovduti fil-livell komunitarju u, fejn fattibbli, b’mod integrat.

L-infrastruttura soċjali, tipikament iffinanzjata minn entitajiet tas-settur pubbliku jew entitajiet dipendenti, qed tiffaċċa diskrepanzi kbar fil-finanzjament. Il-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 komplew jaggravaw dawn il-ħtiġijiet.

L-investimenti fl-infrastruttura soċjali, skont it-tifsira tal-punt 12(d) tal-Anness II tar-Regolament InvestEU, immirati biex jindirizzaw il-fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali jistgħu jinkludu operazzjonijiet ma’ entitajiet tas-settur pubbliku. F’tali sitwazzjoni, jista’ jsir qbil fuq prodott finazjarji ddedikat lejn l-investiment fl-infrastruttura soċjali promoss minn entitatjiettas-settur pubbliku skont it-Tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet fi ftehim ta’ garanzija biex jiġu indirizzati l-fallimenti tas-suq li ssir referenza għalihom fil-punt 2(f) tat-Taqsima A tal-Anness V tar-Regolament InvestEU. L-operazzjoni ta’ finanzjar u investiment skont tali prodott finanzjarju jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 209(2) tar-Regolament Finanzjarju u fl-Anness V tar-Regolament InvestEU.

Il-konformità mal-leġiżlazzjoni soċjali rilevanti tal-Unjoni, nazzjonali jew reġjonali, kif applikabbli, hija rekwiżit għall-appoġġ tal-operazzjonijiet fil-qafas tal-Fond InvestEU. Jenħtieġ li l-interventi jirrispettaw għalkollox il-prinċipju tas-sussidjarjetà, billi jikkomplementaw, fejn dawn ikunu jeżistu, l-iskemi ta’ appoġġ nazzjonali u reġjonali. Fejn applikabbli, is-servizzi li jipprovdu l-proġetti appoġġati jridu jingħataw fil-livell lokali bbażat fil-komunità. Fir-rigward tal-infrastruttura fil-qasam tas-saħħa, l-enfasi trid tkun fuq l-iżvilupp ta’ mudelli li jimxu mill-kura istituzzjonali għall-prevenzjoni, il-kura primarja u l-kura bbażata fil-komunità u s-servizzi li jappoġġaw il-kura integrata ċċentrata fuq il-persuna u l-għajxien indipendenti, f’konformità mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà.

Fir-rigward tal-investimenti fl-akkomodazzjoni soċjali affordabbli, se tingħata attenzjoni partikolari lill-offerta ta’ soluzzjonijiet ta’ akkomodazzjoni li jsegwu l-objettiv li joħorġu liċ-ċittadini mill-esklużjoni soċjali f’komplementarjetà ma’ skemi ta’ appoġġ nazzjonali jew reġjonali, fejn dawn jeżistu. Għall-fini tal-investimenti appoġġati mill-Fond InvestEU, jenħtieġ li akkomodazzjoni soċjali affordabbli (107) tinftiehem bħala dik li tkun immirata lejn persuni żvantaġġati jew gruppi soċjalment inqas vantaġġjati (108) li, minħabba introjtu jew restrizzjonijiet soċjali jgħixu fi privazzjoni ta’ akkomodazzjoni gravi jew ma jistgħux jiksbu akkomodazzjoni bil-kundizzjonijiet tas-suq. Meta jkun speċifikat għal persuni li jidħlu fl-ambitu tad-definizzjoni ETHOS ta’ kundizzjoni ta’ persuni mingħajr dar u esklużjoni mill-akkomodazzjoni, il-provvediment tal-akkomodazzjoni soċjali jenħtieġ li, kemm jista’ jkun, isegwi approċċ ibbażat fuq l-akkomodazzjoni. Jenħtieġ li l-infrastruttura u s-servizzi jirrispettaw l-istandards ta’ kwalità applikabbli u l-konvenzjonijiet tan-NU u ma għandhomx iwasslu għas-segregazzjoni jew l-iżolament ta’ gruppi speċifiċi.

Minbarra s-soluzzjonijiet ta’ finanzjament ipprovduti minn intermedjarji finanzjarji tradizzjonali, il-provvediment ta’ servizzi in natura jista’ jikkwalifika wkoll lill-organizzazzjonijiet, bħal istituzzjonijiet edukattivi u ta’ taħriġ, jew fornituri ta’ servizzi sanitarji u soċjali u tal-kura, biex jibbenefikaw indirettament mill-garanzija tal-UE permezz ta’ sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni.

It-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet se tpoġġi enfasi partikolari fuq l-inklużività ta’ persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli u l-aċċess tagħhom għal servizzi ta’ kwalità, anki għall-inklużjoni, u l-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltà u għall-anzjani.

L-appoġġ fil-qafas tat-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet se jappoġġa wkoll il-provvediment ta’ edukazzjoni u taħriġ inklużivi, fosthom it-taħriġ vokazzjonali, u servizzi relatati, li jkopru l-edukazzjoni u t-taħriġ inizjali u kontinwi, inkluż għall-adulti, u l-innovazzjoni tal-organizzazzjoni u l-proċessi, inklużi mudelli ta’ negozju ġodda u innovattivi. It-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet se tappoġġa wkoll soluzzjonijiet sanitarji innovattivi, bħas-servizzi tas-saħħa elettroniċi u mudelli ġodda tal-kura. L-appoġġ se jkollu l-mira li jippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-ugwaljanza għal raġunijiet oħra, li jwessa’ l-impjieg indipendenti u l-integrazzjoni soċjali ta’ persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli inklużi ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

Trid tingħata attenzjoni speċjali lill-intrapriżi soċjali u l-attivitajiet tagħhom, bħal inizjattivi ta’ tkabbir, it-trawwim tal-iżvilupp ta’ ħiliet diġitali u intraprenditorjali għal gruppi żvantaġġati biex jiġu indirizzati d-diskrepanzi bejn il-ġeneri u diskrepanzi oħra fid-diversità f’dawn l-oqsma. L-appoġġ fil-qafas tat-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet se jindirizza l-fallimenti tas-suq fl-Unjoni fil-finanzjament tal-intrapriżi soċjali u tal-impatt soċjali, il-mikrofinanzjament, is-saħħa, it-tixjiħ, l-edukazzjoni u d-diskrepanzi fil-finanzjament tal-akkomodazzjoni u l-innovazzjoni billi jwassal għal intervent aktar b’saħħtu mill-Unjoni u ttestjar tas-suq aktar effiċjenti bil-għan li tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali tal-Unjoni.

It-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet se tappoġġa d-domanda u l-provvista tal-ħiliet, u tindirizza n-nuqqasijiet fil-ħiliet tal-benefiċjarji finali jew ittejjeb l-użu tal-ħiliet u trawwem is-swieq tal-investiment fil-ħiliet.

L-appoġġ konsultattiv jista’ jikkontribwixxi wkoll biex jiġu esplorati modi ġodda għall-provvediment ta’ servizzi soċjali u b’mod ġenerali jgħin biex għall-iżvilupp tal-provvista u d-domanda tal-ħiliet, f’konformità mar-Regolament InvestEU.

Fir-rigward tal-mikrofinanzjament, l-objettiv ta’ politika huwa li jiġu promossi l-impjiegi ta’ kwalità u sostenibbli kif ukoll l-inklużjoni soċjali billi jingħata appoġġ lill-ħolqien tal-impjiegi u lill-attivitajiet li jiġġeneraw l-introjtu, b’mod partikolari għal persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli li jixtiequ jibdew jew jiżviluppaw mikrointrapriża, inkluż li jaħdmu għal rashom. Barra minn hekk, l-intermedjarji finanzjarji attivi fl-ispazju tal-mikrofinanzjament iridu jiggarantixxu l-provvediment, direttament jew indirettament, ta’ servizzi mhux finanzjarji bħal servizzi ta’ żvilupp kummerċjali (mentoraġġ, ikkowċjar u taħriġ) li huma parti integrali mill-mikrofinanzjament. Kundizzjonijiet bħall-kost tat-teħid b’self (inkluża r-rata tas-self) u r-rekwiżiti kollaterali għall-mikrofinanzjament appoġġati direttament jew indirettament fil-qafas tal-InvestEU jridu jirriflettu l-benefiċċju li jiġi mill-appoġġ u jridu jkunu ġustifikabbli fir-rigward tar-riskji sottostanti u l-kost attwali tal-finanzjament relatat ma’ kreditu.

Bħala prekundizzjoni għall-appoġġ tal-Fond InvestEU, l-intermedjarji finanzjarji li jipprovdu l-mikrofinanzjament iridu jaderexxu mal-kodiċi Ewropew ta’ kondotta tajba għall-provvediment ta’ mikrokreditu” (109) (fil-każ ta’ dawk li mhumiex banek) jew japprovawh (fil-każ tal-banek) il-“biex jiggarantixxu standards għoljin ta’ self etiku f’termini ta’, fost l-oħrajn, governanza, ġestjoni u protezzjoni tal-konsumatur. L-intermedjarji finanzjarji għandhom ifittxu li jipprevjenu lill-individwi u lill-intrapiżi milli jkollhom dejn eċċessiv billi, fost l-oħrajn, iqisu l-kapaċità tagħhom ta’ ħlas lura u jiggarantixxu kost tas-self affordabbli.

L-appoġġ fil-qafas tat-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet se jkun konformi mal-objettivi tal-FSE+, inkluż fl-objettivi operazzjonali proposti tiegħu li jappoġġa l-iżvilupp tal-ekosistema tas-suq relatata mal-provvediment ta’ finanzjament lill-intrapriżi soċjali u ta’ mikrofinanzjament lill-mikrointrapriżi fil-fażijiet tal-bidu u tal-iżvilupp, b’mod partikolari dawk li jimpjegaw persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli. Fl-ambitu tal-FSE+, il-Kummissjoni se tipprovdi gwida għall-iżvilupp tal-infrastruttura soċjali (inkluż l-akkomodazzjoni kif ukoll għas-saħħa, l-indukrar tat-tfal, il-kura fit-tul u l-edukazzjoni u t-taħriġ) meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Madankollu, il-parteċipazzjoni fl-FSE+ mhijiex prekundizzjoni għall-aċċess tal-appoġġ tal-Fond InvestEU.

L-appoġġ fil-qafas tat-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet se jiġi indirizzat ukoll lejn l-innovazzjoni soċjali, li tista’ tinkludi soluzzjonijiet u skemi soċjali innovattivi li għandhom l-għan li jippromwovu l-impatti u l-eżiti soċjali sabiex jikkontribwixxu biex jinkisbu l-objettivi ta’ politika ta’ dik it-tieqa.

Biex jintlaħqu dawn l-objettivi, għandha tiġi mħeġġa l-kombinazzjoni tal-appoġġ mill-Fond InvestEU ma’ kontribuzzjonijiet minn donaturi, filantropi, fondazzjonijiet u atturi oħra mis-settur privat. Il-Fond InvestEU se jfittex li jsaħħaħ l-involviment tas-settur privat biex jgħin biex jagħti riżultati fil-kuntest tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u jappoġġa, fost l-oħrajn, l-impjiegi ta’ kwalità, l-edukazzjoni u t-taħriġ inklużivi, is-saħħa, l-inklużjoni soċjali u l-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà kif ukoll l-aċċessibbiltà u l-inklużività tad-diżabbiltà. L-atturi tas-settur privat se jkunu jistgħu jikkontribwixxu għall-objettivi tat-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet jew permezz ta’ kontribuzzjonijiet diretti (donazzjonijiet, forom ta’ appoġġ rimborsabbli u mhux rimborsabbli) u/jew koinvestimenti fil-proġetti jew intermedjarji finanzjarji appoġġati indirettament mill-Fond InvestEU.

Bl-istess mod, huwa mħeġġeġ ir-raggruppament ta’ proġetti iżgħar, peress li ħafna proġetti fl-ispazju soċjali huma żgħar wisq biex jattiraw l-interess minn investituri privati jew biex jagħmlu użu aktar effiċjenti mill-fondi pubbliċi. Pereżempju, il-qasam tar-riformi tal-politika soċjali jista’ jinvolvi l-implimentazzjoni ta’ infrastruttura u servizzi soċjali, bħal mudelli ġodda soċjali, tal-kura, u tal-kura tas-saħħa, f’diversi postijiet fil-ġuriżdizzjoni ta’ awtorità nazzjonali jew reġjonali permezz ta’ għadd ta’ proġetti żgħar. Jista’ jkun meħtieġ li proġetti żgħar jinġabru fi proposta ta’ investiment waħda biex jiżdied l-interess mill-investituri. Raggruppament jista’ jinvolvi:

(a)

ir-raggruppament ta’ proġetti żgħar ta’ infrastruttura soċjali jew teknoloġiċi jew ta’ servizzi soċjali fi proposta ta’ investiment waħda li tinvolvi għadd ta’ subproġetti f’postijiet differenti;

(b)

ir-raggruppament tal-ħtiġijiet tal-investimenti għall-infrastruttura soċjali, it-teknoloġija u s-servizzi soċjali fi proġett wieħed jew proposta ta’ investiment waħda. Dan jista’ jirrikjedi t-taħlit ta’ sorsi jew ta’ strumenti ta’ finanzjament;

(c)

ir-raggruppament tal-ħtiġijiet tal-investimenti għall-infrastruttura u għas-servizzi soċjali fi strument ta’ investiment akbar għat-tiġdid jew l-iżvilupp urban jew rurali, immirat lejn l-inklużjoni soċjali jew fl-ambitu ta’ skemi ta’ “finanzjament simetriku ċiviku”.

L-azzjonijiet deskritti fil-punti minn (a) sa (c) tal-paragrafu preċedenti jistgħu jiġu kkomplementati minn miżuri ta’ akkumpanjament li jkollhom l-għan li (i) jgħinu lill-promoturi tal-proġetti u lill-intermedjarji finanzjarji jiżviluppaw ħiliet biex jikkonfiguraw l-istrateġiji ta’ investiment, il-finanzjament imħallat jew ibridu, l-ippjanar u l-proġetti ta’ raggruppament; (ii) jappoġġaw l-iżvilupp tal-innovaturi soċjali, l-intrapriżi soċjali, l-investituri b’impatt soċjali, u filantropi, fosthom filantropi ta’ riskju; u (iii) joħolqu network pan-Ewropew ta’ ċentri ta’ trażmissjoni u kkowċjar ta’ impatt soċjali u ta’ innovazzjoni soċjali, servizzi innovattivi ta’ edukazzjoni u taħriġ, bħal fornituri ta’ gwida, tbassir tal-ħiliet, servizzi ta’ valutazzjoni u validazzjoni tal-ħiliet jew servizzi li jgħinu biex iqabblu d-domanda mal-provvista ta’ ħiliet kif ukoll sħubijiet bejn is-sistemi edukattivi u l-intrapriżi u ċ-ċentri ta’ eċċellenza, fosthom iċ-ċentri ta’ eċċellenza vokazzjonali.

Dawn l-azzjonijiet jistgħu jiġu kkomplementati wkoll bil-ġbir ta’ data mill-UE kollha dwar fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali fl-oqsma ta’ politika marbuta mat-tieqa għall-investiment soċjali u l-ħiliet u billi din tkun disponibbli għall-pubbliku.

6.4.1.1.   Investimenti strateġiċi fil-qafas tat-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet

L-appoġġ għall-edukazzjoni u t-taħriġ se jimmira b’mod partikolari lejn proġetti li jikkontribwixxu għad-diġitalizzazzjoni tas-sistemi Ewropej tal-edukazzjoni u t-taħriġ, fosthom il-promozzjoni tal-profiċjenza diġitali mis-snin bikrija tal-edukazzjoni, l-iskjerament universali tal-ICTs u l-aċċess għalihom fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-għodod u l-pjattaformi għall-aċċess remot u tat-tagħlim mill-bogħod. L-azzjonijiet appoġġati jenħtieġ li jikkonċentraw ukoll fuq programmi oħra ta’ diġitalizzazzjoni, b’enfasi fuq l-aċċess tul il-ħajja u l-aċċess inklużiv kif ukoll l-appoġġ tal-ħiliet u s-soluzzjonijiet diġitali għall-gruppi soċjali u għall-etajiet kollha. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-appoġġ għall-edukazzjoni u t-taħriġ jiffaċilita l-iżvilupp ta’ ħiliet ġodda u t-tisħiħ tal-ħiliet stabbiliti li jkunu jiggarantixxu l-funzjonament effettiv tal-attivitajiet strateġiċi u kritiċi stabbiliti fit-Taqsimiet 6.1.1.8 u 6.2.1.1 ta’ dawn il-linji gwida għall-investiment.

6.4.2.   Karatteristiċi ta’ prodotti finanzjarji potenzjali

6.4.2.1.   Intermedjarji finanzjarji li għandhom ikunu involuti

(a)    għall-finanzjament tad-dejn:

Jistgħu japplikaw intermedjarji finanzjarji, fosthom banek u istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali, banek kummerċjali, soċjetajiet u istituzzjonijiet ta’ garanzija, fondi ta’ dejn diversifikati li jipprovdu finanzjament superjuri u subordinat, istituzzjonijiet ta’ mikrofinanzjament, kumpaniji ta’ lokazzjoni, pjattaformi ta’ self kollettiv u ta’ “ekwità kollettiva”, SPVs, strumenti ta’ finanzjament simetriku, fondi jew skemi ta’ investiment konġunt, istituzzjonijiet finanzjarji mhux bankarji inklużi fondi ta’ self, fornituri ta’ kapital paċenzjuż bħal kooperattivi, unjonijiet ta’ kreditu, kumpaniji tal-assigurazzjoni, fondi tal-pensjonijiet, fondi ta’ Ekwità Privata/Investituri Informali u fondi ta’ fondi.

Huma eliġibbli wkoll il-faċilitaturi tas-suq tal-investiment soċjali (inklużi l-intermedjarji ta’ tħejjija għall-investiment u ta’ bini tal-kapaċità attivi fl-ispazju tal-mikrofinanzjament u tal-finanzjament intrapriżi soċjali, kumpaniji FinTech, istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja, universitajiet, ċentri ta’ riċerka u Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni tal-EIT, fondazzjonijiet, pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv, u istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, inklużi ċentri ta’ eċċellenza vokazzjonali u sħubijiet bejn is-sistemi edukattivi u l-intrapriżi). Gruppi oħra ta’ investituri inklużi investituri korporattivi, investituri b’impatt soċjali, investituri informali (soċjali), imprendituri edukattivi (eż. korsijiet onlajn miftuħa massivi, “MOOCs”), filantropi ta’ riskju u filantropi jistgħu japplikaw ukoll.

Jistgħu japplikaw intermedjarji oħra bi sjieda pubblika u dawk li joperaw fl-infrastruttura soċjali, il-finanzjament tal-intrapriżi soċjali u l-ispazju tal-ekonomija soċjali (bħal banek etiċi jew alternattivi, banek kooperattivi), li huma kapaċi jipprovdu finanzjament fl-oqsma eliġibbli koperti mit-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet f’konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE applikabbli u mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament Finanzjarju.

L-intermedjarji finanzjarji pubbliċi potenzjali li jirreferu għalihom dawn il-linji gwida jista’ wkoll ikollhom rwol fil-kombinazzjoni tal-appoġġ tal-Fond InvestEU ma’ programmi ta’ finanzjament ċentrali oħra tal-Unjoni u fondi b’ġestjoni kondiviża.

(b)    għall-finanzjament tal-ekwità:

L-intermedjarji finanzjarji jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, banek u istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali, banek kummerċjali, soċjetajiet u istituzzjonijiet ta’ garanzija, fondi ta’ self, fondi ta’ dejn, fondi tal-pensjonijiet, istituzzjonijiet ta’ mikrofinanzjament, kumpaniji ta’ lokazzjoni, pjattaformi ta’ self kollettiv u ta’ ekwità kollettiva, SPVs, strumenti ta’ finanzjament simetriku, fondi jew skemi ta’ investiment konġunt.

L-intermedjarji finanzjarji eliġibbli għall-finanzjament tal-ekwità jistgħu jinkludu wkoll istituzzjonijiet finanzjarji mhux bankarji inklużi fornituri ta’ kapital paċenzjuż bħal kooperattivi, unjonijiet tal-kreditu, kumpaniji tal-assigurazzjoni kif ukoll entitajiet li għandhom jiġu inkorporati, fondi ta’ fondi, fondi ta’ ekwità privata, fondi ta’ kapital ta’ riskju, fondi ta’ investituri informali, fondi ta’ trasferiment tat-teknoloġija, fondi jew skemi ta’ investiment konġunt, fondi ta’ dejn ta’ riskju, arranġamenti jew skemi oħra li jipprovdu investimenti f’ekwità, kważi-ekwità, finanzjament ibridu ta’ dejn-ekwità u forom oħra ta’ finanzjament intermedju.

Faċilitaturi tas-suq tal-investiment soċjali (inklużi intermedjarji li jaħdmu fit-tħejjija għall-investiment u għall-bini tal-kapaċità attivi fl-ispazju ta’ mikrofinanzjament u tal-finanzjament tal-intrapriżi soċjali, kumpaniji FinTech, istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, universitajiet, ċentri ta’ riċerka u Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni tal-EIT, fondazzjonijiet, pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv, u istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, inklużi ċentri ta’ eċċellenza vokazzjonali u sħubijiet bejn is-sistemi edukattivi u l-intrapriżi) jistgħu jkunu eliġibbli wkoll. Gruppi oħra ta’ investituri inklużi investituri korporattivi, investituri b’impatt soċjali, investituri informali (soċjali), imprendituri edukattivi (eż. MOOCs), filantropi ta’ riskju u filantropi jistgħu jaġixxu bħala intermedjarji finanzjarji f’konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli meta jkunu jistgħu jiġġeneraw proġetti jew portafolli ta’ investiment fl-oqsma koperti mit-tieqa għall-investimenti soċjali u l-ħiliet.

Il-maniġers tal-intermedjarji finanzjarji (inklużi l-maniġers jew il-konsulenti debuttanti) iridu juru l-kapaċità u l-esperjenza biex iwettqu investimenti bħal dawn fil-qasam tat-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet kif ukoll l-abbiltà li jiġġeneraw fondi u jattiraw kapital privat, u l-kapaċità prospettiva li jsiru finanzjarjament vijabbli (inkluż permezz ta’ strateġija ta’ investiment soda), sabiex jattiraw aktar investimenti privati fil-klassi tal-assi speċifika.

6.4.2.2.   Riċvituri finali previsti

It-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet tiffoka fuq l-interventi ta’ appoġġ f’diversi oqsma ta’ politika, u għalhekk timmira lejn firxa wiesgħa ta’ benefiċjarji finali, li jistgħu jinkludu:

(a)

persuni fiżiċi:

(i)

persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli (bħal persuni li jesperjenzaw esklużjoni soċjali jew ikunu f’riskju tagħha, inklużi persuni mingħajr dar jew li jgħixu f’deprivazzjoni ta’ abitazzjoni gravi, persuni li tilfu jew li jinsabu f’riskju li jitilfu l-impjieg tagħhom, jew li għandhom diffikultajiet biex jidħlu jew jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol, persuni minn minoranzi, ċittadini ta’ pajjiżi terzi, persuni f’pożizzjoni żvantaġġata fir-rigward tal-aċċess għas-suq tal-kreditu konvenzjonali li jixtiequ jibdew jew jiżviluppaw il-mikrointrapriżi tagħhom stess);

(ii)

it-tfal, il-ġenituri, l-għalliema u l-amministraturi tal-iskejjel;

(iii)

studenti u apprendisti potenzjali jew attwali (inklużi studenti adulti).

(b)

intrapriżi:

(i)

mikrointrapriżi, inklużi dawk li jaħdmu għal rashom, speċjalment mikrointrapriżi li jimpjegaw persuni vulnerabbli;

(ii)

intrapriżi soċjali;

(iii)

intrapriżi pubbliċi;

(iv)

SMEs;

(v)

Kumpaniji oħra tas-settur privat.

(c)

fornituri ta’ edukazzjoni, taħriġ u servizzi relatati, inklużi Universitajiet Ewropej, skejjel, istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ, inklużi ċentri ta’ eċċellenza vokazzjonali u fornituri ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal;

(d)

SPVs;

(e)

assoċjazzjonijiet, fondazzjonijiet, soċjetajiet ta’ għajnuna reċiproka u kooperattivi;

(f)

organizzazzjonijiet nongovernattivi;

(g)

awtoritajiet pubbliċi;

(h)

awtoritajiet tas-saħħa, fornituri tas-servizzi tas-saħħa, fornituri tas-servizzi soċjali, fornituri tat-teknoloġija, professjonisti tal-kura tas-saħħa, pazjenti, individwi privati;

(i)

fil-qasam tal-infrastruttura soċjali, ir-riċevituri finali previsti jistgħu jkunu promoturi ta’ proġetti, intrapriżi pubbliċi, operaturi ta’ bini/maniġers ta’ faċilitajiet, fornituri tal-akkomodazzjoni soċjali, PPPs.

L-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment se jappoġġaw ukoll proġetti minn organizzazzjonijiet tas-settur privat u pubbliku attivi fl-ispazju tal-investiment soċjali jew li jeħtieġu tali investiment.

Dawn l-organizzazzjonijiet jinkludu, fost l-oħrajn, SMEs, korporazzjonijiet kbar, kooperattivi, fondazzjonijiet, filantropi ta’ riskju, intrapriżi xprunati mill-impatt, istituzzjonijiet u fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, intrapriżi b’għan aħħari triplu, awtoritajiet lokali u muniċipali.

L-attivitajiet tagħhom ikopru setturi u sottosetturi differenti, inkluż fost l-oħrajn il-mobbiltà intelliġenti u inklużiva, it-tiġdid urban, il-bini tal-komunità u s-solidarjetà interġenerazzjonali bbażati fuq ir-rivitalizzazzjoni soċjoekonomika rurali, il-komunitajiet inklużivi, il-problema ta’ persuni mingħajr dar, l-integrazzjoni ta’ persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli inklużi persuni b’diżabbiltà, diffikultajiet fis-saħħa mentali u d-dimenzja, l-iżvilupp tal-komunità, l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jindirizzaw l-isfidi demografiċi u migratorji u l-integrazzjoni ta’ popolazzjonijiet ġodda, u l-inklużività diġitali u l-ħiliet intraprenditorjali.

6.4.2.3.   Prodotti finanzjarji ġenerali

L-appoġġ mill-Fond InvestEU se jkun mirfud minn garanzija baġitarja unika tal-UE li tkopri prodotti finanzjarji li jindirizzaw portafoll diversifikat ta’ riskji. Dan jista’ jinkludi, fost l-oħrajn, garanziji bankarji, self, ekwità, dejn intermedju, fondi dedikati u pjattaformi ta’ investiment (li jista’ jkollhom struttura b’saffi ta’ FLP, segment intermedju u dejn superjuri), appoġġ għall-investiment fi skemi u sħubijiet kuntrattwali tal-eżiti soċjali, kapital operatorju, appoġġ għall-akkwist ta’ assi tanġibbli u intanġibbli, kif ukoll tranżazzjonijiet ta’ lokazzjoni. It-tranżazzjonijiet ta’ finanzjament għandu jkollhom maturità minima ta’ 12-il xahar, madankollu għal segmenti speċifiċi b’maturità tipika iqsar mill-medja, eż. il-mikrofinanzjament, il-maturità minima tista’ titnaqqas sa tliet (3) xhur. Se tingħata attenzjoni partikolari għall-provvediment ta’ kapital paċenzjuż li jirrinunzja r-redditi immedjati bl-aspettattiva ta’ ħolqien ta’ valur fit-tul.

Dan jista’ jsir, fost l-oħrajn, permezz ta’ strumenti ta’ investiment iddedikati, li jistgħu jipprovdu self, kapital ta’ ekwità, kapital ibridu u strumenti ta’ kondiviżjoni tar-riskju għal intermedjarji jew finanzjament dirett lir-riċevituri finali.

Il-garanziji se jippermettu lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u lill-intermedjarji biex jimmiraw lill-benefiċjarji finali identifikati fit-Taqsima 6.4.2.2 b’kundizzjonijiet finanzjarji u mhux finanzjarji aħjar milli kien ikollhom mingħajr il-garanzija, u b’hekk jgħaddu l-benefiċċju li jirriżulta mill-intervent tal-UE. Tnaqqis tal-primjum tar-riskju mitlub lill-benefiċjarji finali jista’ jitqies b’mod partikolari għall-operazzjonijiet appoġġati mill-Fond InvestEU fil-qafas tat-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet. Barra minn hekk, f’konformità mal-profil tar-riskju tal-assi (spiss ta’ natura intanġibbli) fil-qafas tat-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet, se tkun possibbli l-kopertura tal-FLP mill-garanzija.

Jistgħu jiġu appoġġati skemi pilota ta’ kuntrattar b’eżiti soċjali, inklużi investimenti fi skemi ta’ pagament skont ir-riżultat u bonds b’impatt soċjali f’oqsma speċifiċi, li fihom korpi tal-akkwist pubbliku (jew korpi privati wkoll) jaħdmu favur impatti soċjali bbażati fuq eżiti soċjali predefiniti, jekk jirriżultaw f’addizzjonalità skont l-Anness V tar-Regolament InvestEU. Dawn se jinvolvu t-teħid ta’ riskju mis-settur privat u ma għandhomx jaqgħu fil-ambitu ta’ servizzi soċjali essenzjali li għalihom ikollhom jintervjenu l-awtoritajiet pubbliċi f’każ ta’ falliment. Sakemm dan ikun il-każ, oqsma possibbli ta’ intervent jistgħu jinkludu l-aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ, is-saħħa u l-kura, il-migrazzjoni u l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, is-servizzi tal-impjiegi, it-titjib tal-ħiliet u s-servizzi soċjali. Meta fil-mira jkun hemm is-servizzi soċjali, jistgħu jiġu mnedija skemi ta’ kkuntrattar polita dwar riżultati soċjali biex jiġi ttestjat jekk xi intervent innovattiv ikunx effettiv u skalabbli. Tali skemi jenħtieġ li jkunu trasparenzi fejn jidħlu l-istabbiliment, il-funzjonament u l-monitoraġġ tal-effettività tagħhom.

(a)    għal finanzjament tad-dejn ipprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni

L-istrumenti ta’ dejn appoġġati mill-garanzija tal-UE permezz tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u l-intermedjarji finanzjarji se jkollhom fil-mira b’mod predominanti proġetti li qed ikollhom diffikultà biex jiksbu finanzjament tad-dejn fis-suq minħabba, fost l-oħrajn, in-nuqqas ta’ kollateral, storja ta’ kreditu jew profil ta’ riskju għoli jew redditi mistennija baxxi.

Il-garanzija tal-UE tista’ tingħata għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment fil-forma ta’:

(a)

self dirett (inkluż self subordinat), bonds, self mhux garantit, self mhux kollateralizzat, self korporattiv, investimenti intermedji, self superjuri u linji ta’ kreditu;

(b)

titjib tal-kreditu għal investimenti ġodda (għal bonds tal-proġetti, self bankarju jew kombinazzjoni tat-tnejn) u self għal proġetti ta’ infrastruttura soċjali u edukattiva, self korporattiv, jew dejn superjuri u self subordinat lil SPVs u strutturi PPP (fi skemi ta’ finanzjament ta’ proġetti);

(c)

dejn intermedju inkluż self qafas żborżat permezz ta’ intermedjarji finanzjarji u li jinvolvi benefiċjarji finali multipli;

(d)

(kontro)garanziji, garanziji fuq self, garanziji ffinanzjati u arranġamenti oħra ta’ kondiviżjoni tar-riskju għal skemi implimentati minn intermedjarji finanzjarji u garanziji (iffinanzjati u mhux iffinanzjati) lil finanzjaturi terzi;

(e)

prodotti ta’ garanzija li jkopru self oriġinat ġdid li jistgħu, soġġetti għar-regolamenti applikabbli u għall-kunsens tar-regolaturi nazzjonali rilevanti jekk applikabbli, jipprovdu tnaqqis ta’ piż regolatorju fuq il-kapital għall-intermedjarji finanzjarji;

(f)

mekkaniżmi ta’ garanzija speċifiċi li jistgħu jitfasslu biex jippermettu u jappoġġaw investimenti soċjali mill-bażi ta’ dotazzjoni ta’ fondazzjonijiet u organizzazzjonijiet filantropiċi, li jikkontribwixxu biex jitnaqqas ir-riskju ta’ investimenti bħal dawn u biex jiġi segwit ċertu livell ta’ redditu. Dawn ta’ hawn fuq se jkunu tipikament marbuta mal-impenn li r-redditi ġġenerati min-naħa tal-investituri mill-użu tal-garanzija jintefqu fuq għotjiet u assistenza mhux ripagabbli allinjati mal-oqsma ta’ finanzjament prijoritarji tal-InvestEU.

(b)    għal finanzjament mill-ekwità pprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni

Il-finanzjament tal-ekwità jrid jintuża biex tintlaħaq massa kritika u tingħata l-flessibbiltà fl-istrutturi ta’ finanzjament tipikament assoċjati mas-self mill-banek. L-operazzjonijiet ta’ ekwità jistgħu jattiraw firxa ta’ kapital paċenzjuż, użat fl-istadji preliminari ta’ negozji ġodda qabel l-involviment tal-banek fis-setturi kollha, jippermettu lill-impriżi soċjali jitbiegħdu gradwalment minn approċċ ta’ finanzjament ibbażat fuq l-għotjiet u jsaħħu l-potenzjal tagħhom ta’ innovazzjoni u tkabbir.

Prodotti ta’ ekwità potenzjali li jistgħu jkunu koperti mill-garanzija tal-UE jinkludu:

(a)

investimenti (in)diretti ta’ ekwità u kważi ekwità, finanzjament ibridu ta’ dejn-ekwità u forom oħra ta’ finanzjament intermedju f’fondi ta’ ekwità privati jew pubbliċi, fondi ta’ dejn privat, fondi ta’ kapital ta’ riskju, intermedjarji finanzjarji bħal istituzzjonijiet ta’ mikrofinanzjament u fornituri ta’ finanzjament soċjali (eż. għal skopijiet ta’ bini ta’ kapaċità, bħala appoġġ għal fondi marbuta ma’ inkubaturi, aċċeleraturi jew il-forniment ta’ servizzi ta’ inkubazzjoni lil impriżi soċjali u lil innovaturi soċjali, fosthom l-edukazzjoni u t-taħriġ innovattivi, u l-fornituri ta’ servizzi relatati, jew għal investimenti konġunt ma’ investituri soċjali informali u filantropi ta’ riskju kif ukoll għal appoġġ għal ċerti soluzzjonijiet ta’ finanzjament innovattivi). F’ċerti ċirkostanzi speċjali, it-tbegħid mill-prinċipju tradizzjonali ta’ pari passu lejn mudell asimetriku ta’ tqassim ta’ kondiviżjoni ta’ riskju u redditu jista’ jiġi kkunsidrat ukoll;

(b)

parteċipazzjonijiet diretti ta’ ekwità, ekwità tal-azzjonisti, self konvertibbli tal-azzjonisti u kombinazzjonijiet ta’ tipi differenti ta’ parteċipazzjonijiet ta’ ekwità maħruġa lill-investituri. Għandha tiġi kkunsidrata wkoll il-possibbiltà li jiġu permessi redditi u kondiviżjoni tar-riskji asimetriċi;

(c)

parteċipazzjonijiet ta’ ekwità miftuħa, parteċipazzjonijiet inattivi, self tal-azzjonisti u kombinazzjonijiet ta’ tipi differenti ta’ parteċipazzjonijiet ta’ ekwità maħruġa lill-investituri kif ukoll donazzjonijiet, inklużi forom ta’ appoġġ bil-quddiem ripagabbli u mhux ripagabbli. Dawn il-prodotti ma għandhomx jinvolvu drittijiet ta’ vot jew ta’ ġestjoni għall-investituri (inklużi l-koinvestituri).

Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni li jibbenefikaw mill-garanzija tal-UE jenħtieġ li jikklassifikaw mill-inqas pari passu ma’ investituri oħra. Madankollu, fil-qafas tat-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet, meta debitament ġustifikat, il-prinċipju pari passu jista’ ma japplikax, jiġifieri l-investimenti tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni li qed jibbenefikaw mill-garanzija tal-UE jistgħu jkunu f’pożizzjoni subordinata kif ukoll asimetriċi fir-rigward tar-riskju u d-dħul fis-sekwenza.

L-aggregazzjoni ta’ investituri disposti li jinvestu fl-istrumenti soċjali bħalissa hija limitata fid-dawl tar-redditu u l-perċezzjonijiet tar-riskju. B’mod partikolari, l-implimentazzjoni tal-programm mhux se jkollha l-għan li timmassimizza r-redditi, iżda pjuttost li tikseb livell ta’ redditu li jkun biżżejjed biex jiggarantixxi l-allinjament tal-inċentivi u l-parteċipazzjoni tal-investituri. Peress li l-enfasi se tkun fuq il-ġenerazzjoni ta’ redditu soċjali aktar milli redditu finanzjarju, ir-rata ta’ redditu tal-portafoll speċifiku għal operazzjoni jista’ jkun saħansitra 0 %.

6.4.2.4.   Prodotti finanzjarji tematiċi

Prodotti bħal dawn jieħdu l-forma ta’ prodotti u pjattaformi finanzjarji pilota biex jindirizzaw il-fallimenti tas-suq u sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali, jaċċelleraw l-iżvilupp tas-suq tal-investimenti soċjali jew jattiraw aktar investiment privat u jikkontribwixxu għal soluzzjonijiet finanzjarji mfassla apposta għall-impatt soċjali (110).

Fil-każ ta’ finanzjament mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni biex jappoġġa lill-istituzzjonijiet mikrofinanzjarji u lill-fornituri tal-finanzjament soċjali għall-finijiet tal-bini tal-kapaċità tagħhom, ir-rekwiżit għas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni li jipprovdi kontribuzzjoni ta’ 5 % mir-riżorsi proprji lill-FLP kif imsemmi fit-Taqsima 4.2.2 hawn fuq ma japplikax.


(1)  ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 (ĠU L 166, 11.5.2021, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi programm għas-suq intern, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, għall-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, u għall-istatistika Ewropea (Programm tas-Suq Uniku) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014 u (UE) Nru 652/2014 (ĠU L 153, 3.5.2021, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69).

(7)  Ir-Regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar il-Fond ta’ Koeżjoni għadu mhux ippubblikat. Ir-Regolament qed jistenna l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari.

(8)  Ir-Regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar il-Fond ta’ Koeżjoni għadu mhux ippubblikat. Ir-Regolament qed jistenna l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari.

(9)  Ir-Regolament dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus (ESF+) għadu mhux ippubblikat. Ir-Regolament qed jistenna l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari.

(10)  Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020) u li jirrevoka d-Deċiżjonijiet Nru 1718/2006/KE, Nru 1855/2006/KE u Nru 1041/2009/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 221).

(13)  Ir-Regolament li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil għadu mhux ippubblikat. Ir-Regolament qed jistenna l-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari.

(14)  Ir-Regolament li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna għadu mhux ippubblikat. Ir-Regolament qed jistenna l-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari.

(15)  Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).

(16)  Ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta’ Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 185).

(17)  Id-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jiżdiedu t-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u l-investimenti għal emissjonijiet baxxi ta’ karbonju, u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 (ĠU L 76, 19.3.2018, p. 3). u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/856 tas-26 ta’ Frar 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-operat tal-Fond għall-Innovazzjoni (ĠU L 140, 28.5.2019, p. 6).

(18)  Ir-Regolament (UE) 2021/522 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (il-“Programm l-UE għas-Saħħa - EU4Health”) għall-perjodu 2021-2027, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 1).

(19)  Ir-Regolament dwar il-Fond għal Tranżazzjoni Ġusta għadu mhux ippubblikat. Ir-Regolament qed jistenna l-firma tal-Att.

(20)  Ir-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 149).

(21)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li tħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(22)  F’konformità mal-aħħar paragrafu tat-Taqsima A tal-Anness V tar-Regolament InvestEU, l-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ma għandhomx jiġu appoġġati mill-garanzija tal-UE ħlief f’ċirkostanzi speċifiċi eċċezzjonali u ġġustifikati sew. L-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment li jkopru portafolli eżistenti li jaqgħu taħt din l-eċċezzjoni jistgħu jiġu stabbiliti biss inizjalment fi ħdan skema pilota b’baġit limitat taħt tieqa ta’ politika rispettiva u għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament InvestEU u stabbiliti ulterjorment fil-ftehim ta’ garanzija.

(23)  Il-finanzjament ta’ ekwità diretta u kważi ekwità m’għandux ikun permess taħt il-kompartiment tal-UE tat-tieqa għall-SMEs.

(24)  Operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment li tieħu l-forma ta’, jew li tinkludi, garanzija mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni lil finanzjatur ta’ parti terza b’rabta ma’ proġetti speċifiċi vvalutati u magħżula mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni, tiġi trattata daqslikieku operazzjoni diretta.

(25)  Il-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja huma kumpaniji li jimpjegaw sa 3 000 impjegat, iżda li ma jkunux SMEs. Kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja huma entitajiet kif definiti fl-Artikolu 2(22) tar-Regolament InvestEU.

(26)  jiġifieri korpi tal-gvern jew korpi ggarantiti totalment mill-Istat Membru.

(27)  fil-każ ta’ proġetti b’valur miżjud għoli ta’ politika u meta jkun essenzjali li jiġu attirati investituri privati addizzjonali permezz ta’ strutturi ta’ finanzjament (bħal self sindakat), iċ-ċifra tista’ titla’ sa 70 % tal-kost totali tal-proġett, kif stabbilit ulterjorment fil-ftehim ta’ garanzija.

(28)  Jistgħu japplikaw eċċezzjonijiet fir-rigward tal-limitu ta’ 50 % relatat mad-daqs tal-fond f’każ li jintuża l-kompartiment tal-Istat Membru. It-Taqsima 5.1.2 tistabbilixxi regoli ulterjuri għall-investimenti f’fondi ta’ ekwità.

(29)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1)

(30)  Għadu mhux adottat.

(31)  Meta tkun involuta l-għajnuna mill-Istat, l-Artikolu 1(4)(c) tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa jiddikjara li r-Regolament ma japplikax għal impriżi f’diffikultà.

(32)  L-infrastruttura soċjali fil-kuntest tat-Tieqa ta’ Investiment Soċjali u Ħiliet tirreferi għall-infrastruttura li tappoġġa l-forniment ta’ servizzi soċjali u servizzi magħżula ta’ interess ġenerali (l-edukazzjoni u s-saħħa) kif definit mill-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizzi Soċjali ta’ Interess Ġenerali u s-Servizzi ta’ Interess Ġenerali (COM(2007) 725 finali u COM (2006)177) finali). B’mod aktar speċifiku, l-infrastruttura soċjali fil-qasam tas-servizzi soċjali tappoġġa l-forniment ta’ servizzi ta’ sostenn li jgħinu lin-nies, permezz ta’ appoġġ personalizzat, biex jegħlbu s-sitwazzjonijiet soċjali negattivi li jkunu fihom, biex jiżguraw l-inklużjoni fis-soċjetà u biex itejbu l-impjegabbiltà tagħhom. Din it-tip ta’ infrastruttura tipikament titwassal fuq livell lokali u timplika twassil integrat u forniment ibbażat fuq il-komunità.

(33)  Il-kompartiment tal-Istat Membru jista’ jiġi ffinanzjat minn kwalunkwe wieħed mill-fondi ta’ ġestjoni kondiviża li ġejjin: Il-FEŻR, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-FSE+, il-FAEŻR u l-FEMS; jew permezz ta’ kontribuzzjoni fi flus kontanti minn xi Stat Membru, inklużi dawk appoġġati mill-RRF.

(34)  Operazzjoni ta’ taħlit ma għandhiex tiġi ttrattata bħala operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment, kif definit fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament InvestEU, li tikkostitwixxu parti minn tali operazzjoni ta’ taħlit.

(35)  Għall-finijiet ta’ dawn il-linji gwida ta’ investiment, “programmi settorjali” tfisser programmi tal-Unjoni kif definiti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament InvestEU. Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima 2.9, huma rilevanti biss il-programmi settorjali li għalihom tkun inkluża klawżola korrispondenti ta’ abilitazzjoni fil-bażi ġuridika.

(36)  Fil-każ ta’ taħlit mal-Fond ta’ Innovazzjoni tal-ETS, id-deċiżjoni rilevanti adottata f’konformità mal-atti delegati adottati abbażi tal-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2003/87/KE kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/410 (ĠU L 76, 19.3.2018, p. 3).

(37)  NIS Cooperation Group, Cybersecurity of 5G networks EU Toolbox of risk mitigating measures, 01/2020, https://ec.europa.eu/newsroom/dae/document.cfm?doc_id=64468.

(38)  Ir-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 149).

(39)  Ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69).

(40)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa Sostenibbli/Pjan ta’ Investiment għall-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM (2020) 21 final).

(41)  Ir-Regolament (UE) 2020/852 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088, ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13), u l-atti delegati rilevanti.

(42)  L-appoġġ konsultattiv lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni se jkun komplementari għall-assistenza teknika pprovduta mill-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku.

(43)  30 % għall-klima, u 60 % għall-klima u l-ambjent taħt it-tieqa għall-Infrastruttura Sostenibbli.

(44)  Ir-Regolament (UE) 2020/852 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

(45)  Il-limiti speċifiċi li għandhom jiġu applikati se jiġu definiti fil-gwida dwar is-sostenibbiltà maħruġa mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament InvestEU.

(46)  Pereżempju: Id-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1), kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE (ĠU L 124, 25.4.2014, p. 1); Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7). Id-Direttiva 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1); Id-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(47)  ‘Climate change and major projects. Outline of the climate change related requirements and guidance for major projects in the 2014-2020 programming period: ensuring resilience to the adverse impact of climate change and reducing the emission of greenhouse gases’, il-Kummissjoni Ewropea (25.8.2016) https://ec.europa.eu/clima/sites/clima/files/docs/major_projects_en.pdf; kif ukoll ‘Integrating Climate Change Information and Adaptation in Project Development: Emerging Experience from Practitioners’, European Union Financial Institutions Working Group on Adaptation to Climate Change (EUFIWACC) (Mejju 2016) https://ec.europa.eu/clima/sites/clima/files/docs/integrating_climate_change_en.pdf

(48)  Ir-Regolament dwar il-Fond għal Tranżazzjoni Ġusta għadu mhux ippubblikat. Ir-Regolament qed jistenna l-firma tal-Att.

(49)  Ir-Regolament dwar il-faċilità ta’ self għas-settur pubbliku għadu mhux ippubblikat. Ir-Regolament qed jistenna l-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari.

(50)  Fil-każ ta’ operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment fil-forma ta’ garanzija mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni lill-finanzjatur terz, japplika l-limitu ta’ 25 % għall-finanzjament ipprovdut mill-finanzjatur terz.

(51)  F’każijiet debitament ġustifikati, ir-rata tal-limitu massimu tista’ eċċezzjonalment tkun stabbilita f’livell ogħla minn dak tat-telf mistenni fil-qafas tal-kompartiment tal-Istat Membru tat-tieqa għall-SMEs.

(52)  Il-finanzjament dirett mill-ekwità jew ta’ kważi ekwità ma għandux ikun permess fil-qafas tal-kompartiment tal-UE tat-tieqa għall-SMEs.

(53)  Għat-tieqa għall-SMEs, il-minimu ta’ finanzjament ta’ 30 % minn investituri privati huwa meħtieġ fil-livell tal-fond. Fil-każ ta’ strumenti ta’ koinvestiment, il-parteċipazzjoni privata tista’ sseħħ ukoll fil-livell tal-investiment f’kull riċevitur finali.

(54)  Investiment primarju jfisser investiment dirett jew indirett (inkluż fil-forma ta’ dejn) f’riċevitur finali li jirriżulta fi fluss dirett jew indirett ta’ finanzjament għand ir-riċevitur finali.

(55)  Il-finanzjament dirett mill-ekwità jew ta’ kważi ekwità ma għandux ikun permess fil-qafas tal-kompartiment tal-UE tat-tieqa għall-SMEs.

(56)  Ara, pereżempju, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Finanzjament tat-Tkabbir Sostenibbli (COM(2018) 97 final) u l-kontribut ipprovdut mill-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar il-Finanzi Sostenibbli permezz tar-rapport finali tiegħu ppubblikat fil-31 ta’ Jannar 2018, online fuq <https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/180131-sustainable-finance-final-report_en.pdf>.

(57)  F’konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà tal-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà (id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70).

(58)  L-Istati Membri għandhom varjetà wiesgħa ta’ oqfsa regolatorji li jappoġġaw l-infrastruttura tal-enerġija sostenibbli, b’għadd kbir ta’ riskji relatati mat-tfassil tal-politika u tas-suq u riskji regolatorji, li jaffettwaw il-kost tal-kapital tal-investimenti.

(59)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar strateġija għall-idroġenu għal Ewropa newtrali għall-klima (COM(2020) 301 final).

(60)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(61)  Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).

(62)  Il-mekkaniżmu tal-Unjoni ta’ finanzjament tal-enerġija rinnovabbli huwa stabbilit bl-Artikolu 33 tar-Regolament dwar il-Governanza.

(63)  Id-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

(64)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni għall-Ewropa – l-ekoloġizzazzjoni tal-binjiet tagħna, il-ħolqien tal-impjiegi, it-titjib tal-ħajja (COM(2020) 662 final).

(65)  Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).

(66)  ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13.

(67)  https://ec.europa.eu/environment/topics/circular-economy/levels_mt.

(68)  Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39).

(69)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur (COM(2020) 789 final).

(70)  Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).

(71)  Is-sistema ta’ trasport intelliġenti.

(72)  Is-servizzi tal-informazzjoni tax-xmajjar.

(73)  Is-sistema Ewropea tal-ġestjoni tat-traffiku ferrovjarju.

(74)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-mument tal-Ewropa: Tiswija u Tħejjija għall-Ġenerazzjoni li Jmiss (COM(2020) 456 final).

(75)  Id-Direttiva 2008/56/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ambjent marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

(76)  Id-Direttiva 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (Direttiva Qafas dwar l-Ilma) (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(77)  Id-Direttiva 2007/60/KE dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar (Direttiva dwar l-Għargħar) (ĠU L 288, 6.11.2007, p. 27).

(78)  Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (Direttiva dwar il-Kwalità tal-Ilma) (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32).

(79)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (Direttiva dwar l-Ilma Urban Mormi) (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).

(80)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (Direttiva dwar in-Nitrati) (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).

(81)  Ir-Regolament (UE) 2019/1009 li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 (Regolament dwar il-Fertilizzanti) (ĠU L 170, 25.6.2019, p. 1).

(82)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (Regolament dwar il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti) (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(83)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3), kif emendata bid-Direttiva 2018/851/UE (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 109).

(84)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 — Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna (COM(2020) 380 final).

(85)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent (COM(2020) 381 final).

(86)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Pjan ta’ Azzjoni ġdid għal Ekonomija Ċirkolari – Għal Ewropa aktar nadifa u aktar kompetittiva (COM(2020) 98 final).

(87)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Konnettività għal Suq Uniku Diġitali Kompetittiv - Lejn Soċjetà Ewropea tal-Gigabits (COM(2016) 587 final).

(88)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija Spazjali għall-Ewropa (COM(2016) 705 final).

(89)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom (ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75)

(90)  Ir-riskji marbutin maċ-ċibersigurtà għandhom jiġu vvalutati skont il-liġi u l-gwida rilevanti tal-UE u nazzjonali, inkluż is-Sett ta’ Għodod tal-UE għas-Sigurtà tal-5G.

(91)  Livelli ta’ Tħejjija Teknoloġika.

(92)  OECD, Frascati Manual 2015 - Guidelines for Collecting and Reporting Data on Research and Experimental Development p. 44-45, https://read.oecd-ilibrary.org/science-and-technology/frascati-manual-2015_9789264239012-en.

(93)  F’konformità mal-aħħar aġġornament tal-lista ta’ azzjonijiet dwar it-Teknoloġiji Kritiċi tal-Ispazju għan-nondipendenza strateġika Ewropea stabbilita mit-Task Force Konġunta (TFK) tal-Kummissjoni, tal-ESA u tal-EDA.

(94)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa (COM(2020) 102 final).

(95)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa” (COM(2020) 67 final).

(96)  Il-White Paper tal-Kummissjoni dwar l-Intelliġenza Artifiċjali - Approċċ Ewropew għall-eċċellenza u għall-fiduċja (COM(2020) 65 final).

(97)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija Ewropea għad-data (COM(2020) 66 final).

(98)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tal-UE għall-vaċċini kontra l-COVID-19 (COM(2020) 245 final).

(99)  Id-Direttiva 2003/87/KE kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/410 (ĠU L 76, 19.3.2018, p. 3).

(100)  Kif deskritt fil-punt 8 tal-Anness II tar-Regolament InvestEU.

(101)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija għall-SMEs għal Ewropa sostenibbli u diġitali (COM (2020) 103 final) (taqsima 4. Titjib fl-aċċess għall-finanzjament).

(102)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza (COM(2020) 274 final).

(103)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2020/C 417/01tal-24 ta’ Novembru 2020 dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza (ĠU C 417, 2.12.2020, p. 1).

(104)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Il-kisba sal-2025 taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni” (COM(2020) 625 final).

(105)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027: Tfassil mill-ġdid tal-edukazzjoni u t-taħriġ għall-era diġitali, (COM(2020)624 final).

(106)  Ara, pereżempju, Overview of Natural and Man-Made Disasters and Risks the European Union may face https://op.europa.eu/mt/publication-detail/-/publication/285d038f-b543-11e7-837e-01aa75ed71a1

(107)  Proġetti ta’ akkomodazzjoni soċjali affordabbli jistgħu jikkonsistu f’operazzjonijiet bħal:

(a)

il-provvediment ta’ stokk ta’ djar soċjali għall-kiri, ġdid, mhux segregat u aċċessibbli permezz ta’ waħda jew aktar minn dawn l-azzjonijiet:

il-kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda;

ir-rinnovament jew it-trasformazzjoni ta’ binjiet eżistenti;

l-akkwist ta’ unitajiet ta’ akkomodazzjoni individwali mis-suq tad-djar privati (permezz ta’ xiri jew medjazzjoni);

(b)

it-twaqqif ta’ aġenzija tal-kiri soċjali;

(c)

il-provvediment ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq l-akkomodazzjoni, li jikkombinaw il-forniment ta’ unitajiet ta’ akkomodazzjoni għall-kiri ma’ servizzi ta’ appoġġ abilitanti fil-qrib (jiġifieri fornuti fil-post jew faċilment aċċessibbli);

(d)

l-adattament tal-istokk ta’ akkomodazzjoni soċjali eżistenti għall-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità, inkluża l-akkomodazzjoni okkupata mis-sidien;

(e)

appoġġ speċifiku għall-komunitajiet emarġinati li jesperjenzaw deprivazzjoni gravi fil-kundizzjonijiet attwali tal-akkomodazzjoni tagħhom, inklużi dawk l-akkomodazzjonijiet fejn l-okkupant huwa s-sid.

(108)  Kif definit fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, kif applikabbli, u/jew skont il-kuntesti ekonomiċi u soċjali.

(109)  https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=738&langId=mt&pubId=8312&furtherPubs=yes

(110)  eż. billi jingħataw garanziji għall-investituri, jiġu stabbiliti faċilitajiet ta’ aċċellerazzjoni għall-maniġers tal-istrumenti b’impatt soċjali, jew jitfasslu mekkaniżmi li jinċentivaw l-impatt soċjali għall-intrapriżi soċjali).


Top