This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R1077
Regulation (EU) 2021/1077 of the European Parliament and of the Council of 24 June 2021 establishing, as part of the Integrated Border Management Fund, the instrument for financial support for customs control equipment
Regolament (UE) 2021/1077 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta’ kontroll doganali
Regolament (UE) 2021/1077 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta’ kontroll doganali
PE/43/2021/INIT
ĠU L 234, 2.7.2021, p. 1–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
2.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 234/1 |
REGOLAMENT (UE) 2021/1077 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-24 ta’ Ġunju 2021
li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta’ kontroll doganali
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 33, 114 u 207 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
L-2 140 uffiċċju doganali li jinsabu fil-fruntieri esterni tal-Unjoni jeħtieġ li jkunu mgħammra kif xieraq sabiex ikun żgurat li l-Unjoni Doganali taħdem b’mod effiċjenti u effettiv. Il-ħtieġa ta’ kontrolli doganali adegwati li jagħtu riżultati ekwivalenti hija dejjem iktar urġenti, mhux biss minħabba l-funzjoni tradizzjonali tad-dwana, li hija li tiġbor id-dħul, iżda dejjem iktar ukoll minħabba l-ħtieġa li jissaħħaħ b’mod sinifikanti l-kontroll tal-oġġetti li jidħlu mill-fruntieri esterni tal-UE u li joħorġu minnhom sabiex jiġu żgurati s-sigurtà u s-sikurezza. Madankollu, fl-istess ħin, jenħtieġ li tali kontrolli fuq il-moviment tal-oġġetti bejn il-fruntieri esterni ma jfixklux il-kummerċ leġittimu mal-pajjiżi terzi, iżda jiffaċilitawh. |
(2) |
L-unjoni doganali hija waħda mill-pedamenti tal-Unjoni, li hija waħda mill-akbar blokok kummerċjali fid-dinja. Peress li l-unjoni doganali hija essenzjali għat-tħaddim tajjeb tas-suq intern, u għan-negozji u għaċ-ċittadini biex jibbenefikaw minnhom, jenħtieġu passi kontinwi biex l-unjoni doganali tissaħħaħ. |
(3) |
Bħalissa hemm żbilanċ fit-twettiq tal-kontrolli doganali min-naħa tal-Istati Membri. Dan l-iżbilanċ huwa minħabba differenzi bejn l-Istati Membri kemm mil-lat tal-karatteristiċi ġeografiċi tagħhom kif ukoll tal-kapaċitajiet u r-riżorsi tagħhom. Il-ħila tal-Istati Membri li jirreaġixxu għall-isfidi li ġejjin minn mudelli kummerċjali u ktajjen tal-valur dinjin li qed jevolvu l-ħin kollu ma tiddependix biss fuq l-element uman, iżda wkoll fuq id-disponibbiltà, u fuq it-tħaddim tajjeb, ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali modern u affidabbli. L-isfidi, bħaż-żieda tal-kummerċ elettroniku, iż-żieda fid-diġitalizzazzjoni u l-ħtieġa ta’ titjib fir-reżiljenza għall-attakki ċibernetiċi, ser iżidu wkoll id-domanda għal kontrolli doganali effettivi. Għalhekk, biex jiġi indirizzat dak l-iżbilanċ eżistenti, huwa importanti li jiġi pprovdut tagħmir ekwivalenti ta’ kontroll doganali. Dan ser itejjeb l-ekwivalenza fit-twettiq ta’ kontrolli doganali fl-Istati Membri kollha u b’hekk jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tad-devjazzjoni tal-flussi ta’ oġġetti lejn l-aktar punti dgħajfin fis-sistema tal-kontrolli doganali, ta’ spiss magħrufa bħala ‘l-għażla opportunistika tal-punt ta’ importazzjoni’. Konsegwentement, oġġetti li jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu soġġetti għal kontrolli bbażati fuq ir-riskju f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3)(“il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni”). |
(4) |
L-Istati Membri kemm-il darba tennew li għandhom bżonn appoġġ finanzjarju, u talbu li ssir analiżi fil-fond tat-tagħmir meħtieġ. Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-23 ta’ Marzu 2017 dwar il-finanzjament doganali, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni “tevalwa l-possibbiltà tal-finanzjament tal-ħtiġijiet ta’ tagħmir tekniku minn programmi finanzjarji futuri tal-Kummissjoni u ttejjeb il-koordinazzjoni, u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u awtoritajiet oħrajn tal-infurzar tal-liġi għal skopijiet ta’ finanzjament. |
(5) |
Skont il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, il-kontrolli doganali jridu jinftehmu mhux biss bħala l-infurzar tal-leġiżlazzjoni doganali iżda wkoll bħala l-infurzar ta’ leġiżlazzjoni oħra li tirregola d-dħul, il-ħruġ, it-tranżitu, il-moviment, il-ħżin u l-użu aħħari ta’ oġġetti ttrasportati bejn it-territorju doganali tal-Unjoni u pajjiżi jew territorji ’l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, u l-preżenza u l-moviment fit-territorju doganali tal-Unjoni ta’ oġġetti mhux tal-Unjoni u ta’ oġġetti mqiegħda taħt il-proċedura tal-użu aħħari. Tali leġiżlazzjoni oħra tagħti s-setgħa lill-awtoritajiet doganali li jwettqu kompiti speċifiċi ta’ kontroll u fiha dispożizzjonijiet dwar it-tassazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tad-dazji tas-sisa u t-taxxa fuq il-valur miżjud, kif ukoll dispożizzjonijiet dwar l-aspetti esterni tas-suq intern, dwar il-politika kummerċjali komuni u dwar politiki komuni oħrajn tal-Unjoni li jaffettwaw il-kummerċ, is-sigurtà ġenerali tal-katina tal-provvista u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. |
(6) |
L-appoġġ għall-kisba ta’ livell adegwat u ekwivalenti ta’ riżultati mill-kontrolli doganali fil-fruntieri esterni tal-Unjoni jippermetti l-massimizzazzjoni tal-benefiċċji tal-unjoni doganali, u b’hekk jagħti appoġġ addizzjonali lill-awtoritajiet doganali li jaġixxu bħala entità waħda għall-protezzjoni tal-interessi tal-Unjoni. Fond tal-Unjoni l ddedikat għat-tagħmir ta’ kontroll doganali li jikkoreġi l-iżbilanċi li hemm bħalissa jkun jikkontribwixxi għall-koeżjoni ġenerali bejn l-Istati Membri. Dak il-fond iddedikat ikun jieħu kont tal-ħtiġijiet differenti esperjenzati fit-tipi differenti ta’ fruntieri, jiġifieri fruntieri tal-baħar u ta’ passaġġi fuq l-ilma oħrajn, tal-ajru, u fuq l-art, inklużi fruntieri ferrovjarji u tat-triq, kif ukoll iċ-ċentri postali. Meta wieħed iqis l-isfidi li d-dinja qed tħabbat wiċċha magħhom, b’mod partikolari l-ħtieġa kontinwa li jiġu protetti l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha filwaqt li jiġi ffaċilitat il-fluss tal-kummerċ leġittimu, huwa indispensabbli li jkun hemm tagħmir ta’ kontroll modern u affidabbli fil-fruntieri esterni. |
(7) |
Għalhekk jixraq li jiġi stabbilit Strument ġdid għall-appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta’ kontroll doganali maħsub li jintuża fit-tipi kollha ta’ fruntieri. L-Istrument jenħtieġ li jappoġġa lill-unjoni doganali u l-ħidma tal-awtoritajiet doganali, b’mod partikolari jgħinhom biex jipproteġu l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni, jiżguraw is-sigurtà u s-sikurezza ġewwa l-Unjoni u jipproteġu lill-Unjoni minn kummerċ żleali u illegali, bħall-falsifikazzjoni tal-oġġetti, filwaqt li jiffaċilitaw l-attività kummerċjali leġittima. Dan jenħtieġ li jikkontribwixxi għal riżultati adegwati u ekwivalenti mill-kontrolli doganali. Barra minn hekk, it-tagħmir ta’ kontroll doganali ffinanzjat taħt dan l-Istrument jenħtieġ li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-qafas komuni ta’ mmaniġġar tar-riskju kif imsemmi fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni. Dan l-objettiv jenħtieġ li jintlaħaq permezz tax-xiri trasparenti, il-manutenzjoni u l-aġġornament ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali li huwa rilevanti, tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u affidabbli, b’kont meħud tal-protezzjoni tad-data, ir-reżiljenza ċibernetika u kunsiderazzjonijiet ambjentali u ta’ sikurezza, inkluż ir-rimi ekoloġiku tat-tagħmir il-qadim. |
(8) |
L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri qed ikollhom jassumu għadd dejjem akbar ta’ responsabbiltajiet li qed isiru fil-fruntieri esterni tal-Unjoni u li ta’ spiss jinkludu kompiti fil-qasam tas-sigurtà. Għalhekk huwa importanti li jingħata appoġġ finanzjarju tal-Unjoni lill-Istati Membri sabiex ikunu jistgħu jiżguraw li l-kontrolli fil-fruntieri u l-kontrolli doganali fil-fruntieri esterni tal-Unjoni jitwettqu b’mod ekwivalenti. Huwa daqstant ieħor importanti li tiġi promossa, fil-fruntieri tal-Unjoni, fir-rigward tal-kontrolli tal-oġġetti u tal-persuni, il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji fost l-awtoritajiet nazzjonali ta’ kull Stat Membru li huma responsabbli għall-kontroll tal-fruntieri jew għal kompiti oħrajn li jitwettqu mal-fruntieri, bil-ħsieb li jiġi mmassimizzat il-valur miżjud tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri u l-kontrolli doganali. |
(9) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġi stabbilit Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (“il-Fond”). |
(10) |
Minħabba l-partikolaritajiet legali tat-Titolu V tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif ukoll il-bażijiet ġuridiċi differenti li japplikaw għall-politiki dwar il-fruntieri esterni u għall-politiki dwar il-kontroll doganali, mhuwiex possibbli mil-lat legali li l-Fond jiġi stabbilit bħala strument uniku. |
(11) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Fond jiġi stabbilit bħala qafas komprensiv għall-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri, magħmul mill-Istrument għall-appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta’ kontroll doganali (“l-Istrument”), stabbilit b’dan ir-Regolament u mill-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi stabbilit bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi. |
(12) |
Fid-dawl tal-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima, u f’konformità mal-impenji tal-Unjoni biex jiġi implimentat il-Ftehim ta’ Pariġi skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (4), u biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli adottata fil-25 ta’ Settembru 2015, jenħtieġ li l-azzjonijiet taħt dan ir-Regolament jikkontribwixxu biex jintlaħaq l-għan tal-Unjoni li tonfoq mill-inqas 30 % tal-ammont totali tal-baġit tal-Unjoni f’appoġġ għall-objettivi klimatiċi u l-ambizzjoni tal-Unjoni li tonfoq 7,5 % tal-baġit annwali tal-Unjoni fuq il-bijodiversità fl-2024 u 10 % kemm fl-2026 kif ukoll fl-2027, filwaqt li jitqiesu d-duplikazzjonijiet eżistenti bejn l-għanijiet klimatiċi u dawk tal-bijodiversità. |
(13) |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-perijodu sħiħ tal-Istrument, li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza primarja għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali, skont it-tifsira tal-punt 18 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (5). Jenħtieġ li jkun possibbli li dak il-pakkett finanzjarju jkopri l-ispejjeż meħtieġa u debitament iġġustifikati ta’ attivitajiet marbuta mal-ġestjoni tal-Istrument u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tiegħu, sakemm dawk l-attivitajiet ikunu relatati mal-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Istrument. |
(14) |
Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) (ir-“Regolament Finanzjarju”) japplika għal dan l-Istrument. Ir-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist, ġestjoni indiretta, strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji, assistenza finanzjarja u r-rimborż ta’ esperti esterni. |
(15) |
Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u b’mod partikolari jiddeterminaw il-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu kontrolli dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jinkludu wkoll reġim ġenerali ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni. Il-finanzjament taħt dan l-Istrument jenħtieġ li jkun soġġett għall-prinċipji msemmija fir-Regolament Finanzjarju u jenħtieġ li jiżgura l-aħjar użu tar-riżorsi finanzjarji biex jintlaħqu l-objettivi tiegħu. |
(16) |
Ir-Regolament (UE) 2021/444 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jistabbilixxi l-programm “Dwana” għal kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana (il-“Programm Dwana”) sabiex jiġu appoġġati l-unjoni doganali u l-awtoritajiet doganali. Sabiex jitħarsu l-koerenza u l-koordinazzjoni orizzontali tal-azzjonijiet ta’ kooperazzjoni rigward id-dwana u t-tagħmir ta’ kontroll doganali, jixraq li tali azzjonijiet jiġu implimentati taħt att legali wieħed, jiġifieri l-Programm Doganali, li fih sett wieħed ta’ regoli. Għalhekk, jenħtieġ li dan l-Istrument jappoġġa biss ix-xiri, il-manutenzjoni u l-aġġornament tat-tagħmir eliġibbli ta’ kontroll doganali, filwaqt li l-azzjonijiet l-oħra kollha relatati magħhom, bħall-azzjonijiet ta’ kooperazzjoni biex jiġu vvalutati l-ħtiġijiet jew it-taħriġ marbut mat-tagħmir ikkonċernat, jenħtieġ li jiġu appoġġat mill-Programm Doganali. |
(17) |
Barra minn hekk, u meta jkun xieraq, jenħtieġ li l-Istrument jappoġġa wkoll ix-xiri jew l-aġġornament ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali għall-ittestjar ta’ unitajiet individwali ġodda tat-tagħmir jew ta’ funzjonalitajiet ġodda ta’ unitajiet individwali eżistenti tat-tagħmir f’kundizzjonijiet operattivi qabel ma l-Istati Membri jibdew jixtru t-tali tagħmir ġdid fuq skala kbira. L-ittestjar f’kundizzjonijiet operattivi jenħtieġ li jagħmel segwitu, b’mod partikolari, għar-riżultati tar-riċerka dwar it-tagħmir ta’ kontroll doganali li titwettaq fil-qafas tar-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Il-Kummissjoni jenħtieġ li tinkoraġġixxi l-akkwist u l-ittestjar konġunti tat-tagħmir ta’ kontroll doganali minn żewġ Stati Membri jew aktar, li jagħmlu użu mill-għodod ta’ kooperazzjoni taħt il-programm Dwana. |
(18) |
Il-parti l-kbira tat-tagħmir ta’ kontroll doganali jista’ jkun ugwalment jew inċidentalment tajjeb biex jintuża għall-kontrolli ta’ konformità skont liġi oħra tal-Unjoni, bħal dik dwar il-ġestjoni tal-fruntieri, dwar il-viżi jew dwar il-kooperazzjoni bejn il-pulizija. Għalhekk, il-Fond ġie maħsub bħala żewġ strumenti komplementari għax-xiri ta’ tagħmir, kull wieħed bi skop distint imma komplementari. Minn naħa waħda, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi ser jappoġġa finanzjarjament biss il-kostijiet tat-tagħmir li l-għan jew l-effett ewlieni tiegħu jkun il-ġestjoni integrata tal-fruntieri, iżda ser jippermetti wkoll li dak it-tagħmir jintuża għal finijiet oħra, bħal pereżempju l-kontrolli doganali. Min-naħa l-oħra, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta’ kontroll doganali stabbilit b’dan ir-Regolament ser jappoġġa finanzjarjament biss il-kostijiet tat-tagħmir li l-għan jew l-effett ewlieni tiegħu jkun il-kontroll doganali, iżda ser jippermetti ukoll li dak it-tagħmir jintuża għal finijiet oħra, bħall-kontrolli fil-fruntieri u s-sigurtà. Dan it-tqassim tar-rwoli bejn iż-żewġ strumenti ser irawwem il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), bħala komponent tal-approċċ ta’ ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, u b’hekk ser jippermetti lill-awtoritajiet doganali u tal-fruntiera jaħdmu flimkien u jimmassimizzaw l-impatt tal-baġit tal-Unjoni permezz tal-kondiviżjoni u l-interoperabbiltà tat-tagħmir ta’ kontroll. Il-kondiviżjoni tat-tagħmir bejn l-awtoritajiet doganali u awtoritajiet oħrajn tal-fruntieri jenħtieġ li ma tkunx sistematika. |
(19) |
F’konformità mal-Artikolu 193(2) tar-Regolament Finanzjarju, tista’ tingħata għotja għal azzjoni li tkun diġà bdiet, dment li l-applikant ikun jista’ juri l-ħtieġa li l-azzjoni tinbeda qabel l-iffirmar tal-ftehim ta’ għotja. Filwaqt li f’każijiet bħal dawn fil-prinċipju l-kostijiet imġarrba qabel id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-għotja ma jkunux eliġibbli, dan għandu jkun eċċezzjonalment possibbli fid-dawl tad-dħul fis-seħħ tardiv ta’ dan ir-Regolament meta mqabbel mal-bidu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027. Sabiex tkun tista’ ssir l-implimentazzjoni mill-bidu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 u sabiex jiġi evitat kwalunkwe dewmien fl-appoġġ tal-Unjoni li jista’ jkun ta’ preġudizzju għall-interessi tal-Unjoni li tkun mgħammra kif suppost biex tiżgura t-tħaddim effiċjenti u effettiv tal-unjoni doganali, jenħtieġ li jkun possibbli għal perijodu ta’ żmien limitat fil-bidu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027, li tiġi prevista fid-deċiżjoni ta’ finanzjament għall-kostijiet imġarrba fir-rigward tal-azzjonijiet appoġġati skont dan ir-Regolament li diġà kienu bdew jitqiesu eliġibbli sa mill-1 ta’ Jannar 2021, anke jekk dawk l-azzjonijiet kienu implimentati u dawk il-kostijiet imġarrba qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal għotja. |
(20) |
B’deroga mir-Regolament Finanzjarju, jenħtieġ li azzjoni tkun tista’ tiġi ffinanzjata minn diversi programmi jew strumenti tal-Unjoni sabiex, fejn xieraq, ikunu jistgħu jsiru u jiġu appoġġati l-kooperazzjoni u l-interoperabbiltà bejn l-oqsma differenti. Madankollu, f’konformità mal-prinċipju ta’ projbizzjoni tal-finanzjament doppju stabbilit mir-Regolament Finanzjarju, f’tali każijiet, il-kontribuzzjonijiet ma humiex permessi jkopru l-istess kostijiet. Jekk Stat Membru jkun diġà ngħata jew irċieva kontribuzzjonijiet minn programm ieħor tal-Unjoni jew appoġġ minn fond tal-Unjoni biex jakkwista l-istess tagħmir, dik il-kontribuzzjoni jew dak l-appoġġ jenħtieġ li jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 191 tar-Regolament Finanzjarju. |
(21) |
Kwalunkwe finanzjament li jeċċedi l-limitu tar-rati ta’ kofinanzjament jenħtieġ li jingħata biss f’każijiet debitament iġġustifikati, li jistgħu jinkludu każijiet ta’ akkwist konġunt u ta’ ttestjar konġunt ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali minn żewġ Stati Membri jew aktar. |
(22) |
Minħabba l-evoluzzjoni rapida tat-teknoloġiji, tat-theddid u tal-prijoritajiet fil-qasam doganali, jenħtieġ li l-programmi ta’ ħidma ma jkoprux perijodi twal ta’ żmien. Fl-istess ħin, il-programmi annwali ta’ ħidma ma jkunux neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Istrument u jżidu l-piż amministrattiv fuq il-Kummissjoni u fuq l-Istati Membri,. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li, fil-prinċipju, il-programmi ta’ ħidma jkunu jkopru iktar minn sena finanzjarja waħda, iżda mhux iktar minn tlieta. |
(23) |
Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). |
(24) |
Għalkemm l-implimentazzjoni ċentrali hija indispensabbli biex jintlaħaq l-objettiv speċifiku li jiġu żgurati riżultati ekwivalenti tal-kontrolli doganali, in-natura teknika ta’ dan l-Istrument tfisser li hija meħtieġa ħidma preparatorja fil-livell tekniku. Għalhekk, jenħtieġ li l-implimentazzjoni tiġi appoġġata minn valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet. Dawk il-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet jiddependu fuq l-għarfien espert u l-esperjenza fil-livell nazzjonali permezz tal-involviment tal-awtoritajiet doganali. Jenħtieġ li huma jkunu bbażati fuq metodoloġija ċara li tinkludi għadd minimu ta’ passi li jiżguraw li tinġabar l-informazzjoni rilevanti. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża din l-informazzjoni biex tiddetermina l-allokazzjoni tal-fondi lill-Istati Membri, b’kont meħud b’mod partikolari tal-volum tal-kummerċ, ir-riskji rilevanti u l-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet doganali li jużaw u jmantnu dan it-tagħmir, bil-ħsieb li jinkiseb l-aktar użu effiċjenti tat-tagħmir ta’ kontroll doganali ffinanzjat taħt l-Istrument. Biex ikunu jistgħu jikkontribwixxu għal dixxiplina baġitarja, il-kondizzjonijiet għall-prijoritizzazzjoni tal-għotjiet jenħtieġ li jkunu definiti b’mod ċar u bbażati fuq tali valutazzjoni tal-ħtiġijiet. |
(25) |
Sabiex ikunu żgurati monitoraġġ u rapportar regolari, jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas xieraq għall-monitoraġġ tar-riżultati miksuba mill-Istrument u tal-azzjonijiet li jkunu saru fil-kuntest tiegħu. Jenħtieġ li tali monitoraġġ u rapportar ikunu bbażati fuq indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi li jkejlu l-effetti tal-azzjonijiet li jkunu saru fil-kuntest tal-Istrument. Ir-rekwiżiti tar-rapportar jenħtieġ li jinkludu rekwiżit li tingħata informazzjoni lill-Kummissjoni dwar it-tagħmir ta’ kontroll doganali meta l-kost ta’ unità ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali jeċċedi EUR 10 000 mingħajr it-taxxi. Jenħtieġ li ssir distinzjoni bejn dik l-informazzjoni u l-informazzjoni li trid tingħata lill-pubbliku inġenerali u lill-media sabiex jiġu promossi l-azzjonijiet u r-riżultati tal-Istrument. |
(26) |
Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (11), jenħtieġ li l-Istrument jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni miġbura f’konformità ma’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġi evitat piż amministrattiv, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri, kif ukoll ir-regolamentazzjoni żejda. Dawk ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jenħtieġ li jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu bħala bażi għal evalwazzjoni, b’mod komparabbli u komplet, tal-effetti tal-Istrument fil-prattika. L-evalwazzjonijiet interim u finali, li jenħtieġ li jsiru mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni u l-ikkompletar tal-Istrument, rispettivament, jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet effiċjenti dwar l-appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta’ kontroll doganali taħt l-oqfsa finanzjarji pluriennali li jmiss. Huwa għalhekk tal-akbar importanza li l-evalwazzjonijiet interim u finali jinkludu informazzjoni sodisfaċenti u suffiċjenti u li dawk l-evalwazzjonijiet isiru fi żmien xieraq. Il-Kummissjoni għandha tinkludi fl-evalwazzjonijiet interim u finali d-dettalji tal-kondiviżjoni bejn l-awtoritajiet doganali u awtoritajiet tal-fruntieri oħrajn ta’ tagħmir iffinanzjat taħt l-Istrument sa fejn l-informazzjoni rilevanti tkun ġiet ipprovduta mill-Istati Membri. Minbarra l-evalwazzjonijiet interim u finali tal-Istrument, ir-rapporti ta’ progress annwali jenħtieġ li jinħarġu wkoll, bħala parti mis-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni biex jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-Istrument. Dawk ir-rapporti jenħtieġ li jinkludu sommarju tat-tagħlimiet meħuda u, fejn xieraq, tal-ostakli li tfaċċaw, u tan-nuqqasijiet li nstabu fil-kuntest tal-attivitajiet tal-Istrument li seħħew matul is-sena inkwistjoni. Dawk ir-rapporti ta’ progress annwali jenħtieġ li jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(27) |
Sabiex tingħata tweġiba xierqa għall-prijoritajiet tal-politika, għat-theddid u għat-teknoloġiji li qed jevolvu, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal-emendar tal-lista indikattiva tat-tagħmir ta’ kontroll doganali li jista’ jintuża għall-iskopijiet ta’ kontroll doganali u l-lista tal-indikaturi li jintużaw biex titkejjel il-kisba tal-għan speċifiku. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa u trasparenti b’mod sħiħ matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. |
(28) |
F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (13), (Euratom, KE) Nru 2185/96 (14) u (UE) 2017/1939 (15), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż miżuri relatati mal-prevenzjoni, is-sejbien, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, inkluż frodi, mal-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett, u, fejn xieraq, mal-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi. B’mod partikolari, f’konformità mar-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2185/96 u (UE, Euratom) Nru 883/2013, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) għandu s-setgħa, skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, li jinvestiga u jressaq għall-prosekuzzjoni reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16). F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi mill-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE, u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. |
(29) |
Jenħtieġ li forom ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jintgħażlu abbażi tal-ħila tagħhom li jilħqu l-objettiv speċifiku tal-azzjonijiet u li jagħtu riżultati, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità li mistenni jkun hemm. Dawk il-forom u metodi jenħtieġ li jqisu l-użu ta’ somom f’daqqa, ta’ rati fissi u ta’ kostijiet unitarji, kif ukoll il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. |
(30) |
Minħabba li l-għan ta’ dan ir-Regolament, li huwa li jistabbilixxi Strument li jappoġġa lill-unjoni doganali u lill-awtoritajiet doganali billi jipprovdi appoġġ finanzjarju għax-xiri, il-manutenzjoni u l-aġġornament ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom minħabba l-iżbilanċi oġġettivi li jeżistu bejniethom fil-livell ġeografiku, iżda jista’ pjuttost, minħabba l-livell u l-kwalità ekwivalenti tar-riżultati tal-kontrolli doganali li approċċ ikkoordinat u finanzjament iċċentralizzat ser jgħinu biex jipprovdu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan. |
(31) |
Ir-riċevituri ta’ finanzjament tal-Unjoni jenħtieġ li jirrikonoxxu l-oriġini ta’ dawk il-fondi u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż lill-media u lill-pubbliku. Tali informazzjoni jenħtieġ li turi l-valur miżjud tal-Istrument fl-appoġġ tiegħu għall-unjoni doganali, u b’mod partikolari, kif jgħin lill-awtoritajiet doganali jwettqu l-missjonijiet tagħhom, kif ukoll l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiżgura t-trasparenza baġitarja. Barra minn hekk, sabiex tiżgura t-trasparenza, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi b’mod regolari informazzjoni lill-pubbliku dwar l-Istrument, l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu, filwaqt li tirreferi, fost oħrajn, għall-programmi ta’ ħidma adottati skont dan ir-Regolament. |
(32) |
Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fl-għoti ta’ appoġġ fil-qasam ta’ politika rilevanti u l-implimentazzjoni tkun tista’ tibda mill-bidu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b’urġenza u jenħtieġ li japplika, b’effett retroattiv, mill-1 ta’ Jannar 2021, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
B’mod konġunt mar-Regolament li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi, dan ir-Regolament jistabbilixxi Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (il-“Fond”) għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027.
Bħala parti minn dak il-Fond, dan ir-Regolament jistabbilixxi Strument biex jipprovdi appoġġ finanzjarju għax-xiri, il-manutenzjoni u l-aġġornament tat-tagħmir ta’ kontroll doganali (l-“Istrument”) għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027. It-tul ta’ żmien tal-Istrument għandu jkun allinjat mat-tul ta’ żmien tal-qafas finanzjarju pluriennali.
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-objettivi tal-Istrument, il-baġit għall-perijodu 2021-2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ tali finanzjament.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“awtoritajiet doganali” tfisser l-awtoritajiet doganali kif definit fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013; |
(2) |
“kontrolli doganali” tfisser il-kontrolli doganali kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013; |
(3) |
“tagħmir ta’ kontroll doganali” tfisser tagħmir maħsub primarjament għat-twettiq tal-kontrolli doganali; |
(4) |
“tagħmir mobbli ta’ kontroll doganali” tfisser kull mezz tat-trasport li, minbarra li huwa mobbli, ikun fih innifsu maħsub bħala unità individwali tat-tagħmir ta’ kontroll doganali jew li jkun mgħammar kompletament b’tagħmir ta’ kontroll doganali; |
(5) |
“manutenzjoni” tfisser l-interventi preventivi, korrettivi u ta’ previżjoni, fosthom il-verifiki operattivi u funzjonali, is-servizzi ta’ manutenzjoni, it-tiswija u t-tiġdid ta’ unità individwali tat-tagħmir ta’ kontroll doganali neċessarji sabiex tinżamm fil-kundizzjoni operattiva speċifikata tagħha jew terġa’ tinġieb fiha, sabiex tinkiseb il-ħajja utli massima tagħha, iżda bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe aġġornament; |
(6) |
“aġġornament” tfisser l-interventi evoluttivi meħtieġa biex unità individwali eżistenti tat-tagħmir ta’ kontroll doganali tinġieb minn kundizzjoni operattiva speċifikata antikwata għal kundizzjoni operattiva speċifikata bl-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku. |
Artikolu 3
Objettivi tal-Istrument
1. Bħala parti mill-Fond u bil-ħsieb li jinkiseb l-għan fit-tul tal-applikazzjoni armonizzata tal-kontrolli doganali mill-Istati Membri, l-objettiv ġenerali tal-Istrument huwa li jappoġġa lill-unjoni doganali u lill-awtoritajiet doganali fil-missjoni tagħhom li jipproteġu l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, li jiġu żgurati s-sigurtà u s-sikurezza fl-Unjoni u li l-Unjoni tiġi protetta mill-kummerċ illegali filwaqt li tiġi ffaċilitata l-attività kummerċjali leġittima.
2. L-objettiv speċifiku tal-Istrument huwa li jikkontribwixxi għal riżultati adegwati u ekwivalenti tal-kontrolli doganali permezz tax-xiri, il-manutenzjoni u l-aġġornament trasparenti ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali rilevanti, affidabbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, li huwa wkoll sikur, sigur u ekoloġiku, li b’hekk jgħin lill-awtoritajiet doganali li jaħdmu flimkien biex jipproteġu l-interessi tal-Unjoni.
Artikolu 4
Baġit
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Istrument għall-perijodu 2021–2027 għandu jkun ta’ EUR 1 006 407 000 fi prezzijiet kurrenti.
2. L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż ta’ tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditu, evalwazzjoni u ta’ attivitajiet oħrajn għall-ġestjoni tal-Istrument u l-evalwazzjoni tal-ilħuq tal-objettivi tiegħu. Dan jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż marbutin mal-istudji, mal-laqgħat tal-esperti, mal-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni, li huma relatati mal-objettivi tal-Istrument, kif ukoll l-ispejjeż marbutin man-networks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, fosthom l-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u assistenza teknika u amministrattiva oħra meħtieġa b’rabta mal-ġestjoni tal-Istrument.
Artikolu 5
Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament tal-Unjoni
1. L-Istrument għandu jiġi implimentat b’ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju.
2. L-Istrument jista’ jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u, b’mod partikolari, permezz ta’ għotjiet.
3. Meta l-azzjoni li tkun appoġġata taħt l-Istrument tkun tinvolvi x-xiri jew l-aġġornament ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni biex tiżgura l-interoperabbiltà tat-tagħmir ta’ kontroll doganali mixtri bl-appoġġ tal-programmi u tal-istrumenti tal-Unjoni, u għalhekk l-użu effiċjenti tiegħu.
KAPITOLU II
ELIĠIBBILTÀ
Artikolu 6
Azzjonijiet eliġibbli
1. Sabiex l-azzjonijiet ikunu eliġibbli għall-finanzjament taħt l-Istrument, dawk l-azzjonijiet iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
jimplimentaw l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3; u |
(b) |
jappoġġaw ix-xiri, il-manutenzjoni jew l-aġġornament tat-tagħmir ta’ kontroll doganali, inkluż tagħmir teknoloġiku ta’ detezzjoni innovattiv, li jkollu wieħed jew iktar mill-iskopijiet ta’ kontroll doganali li ġejjin:
|
L-Anness I fih lista indikattiva tat-tagħmir ta’ kontroll doganali li jista’ jintuża għall-iskopijiet ta’ kontroll doganali msemmija fil-punti (1) sa (6) tal-ewwel subparagrafu.
2. F’każijiet debitament iġġustifikati, l-azzjonijiet skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 jistgħu jkopru wkoll ix-xiri trasparenti, il-manutenzjoni u l-aġġornament tat-tagħmir ta’ kontroll doganali għall-ittestjar ta’ unitajiet ġodda tat-tagħmir jew ta’ funzjonalitajiet ġodda ta’ unitajiet eżistenti ta’ tagħmir f’kundizzjonijiet operattivi.
3. F’konformità mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 193(2) tar-Regolament Finanzjarju, b’kont meħud tad-dħul fis-seħħ tardiv ta’ dan ir-Regolament u sabiex jiġi evitat kwalunkwe dewmien fl-appoġġ tal-Unjoni li jista’ jkun ta’ preġudizzju għall-interess tal-Unjoni li tkun mgħammra kif xieraq biex tiżgura t-tħaddim effiċjenti u effettiv tal-unjoni doganali, il-kostijiet imġarrba fir-rigward ta’ azzjonijiet appoġġati skont dan ir-Regolament jistgħu, għal perijodu limitat, eċċezzjonalment jitqiesu eliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2021, anki jekk dawk l-azzjonijiet ikunu ġew implimentati u dawk il-kostijiet imġarrba qabel ma ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għall-għotja.
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex temenda dan ir-Regolament billi taġġorna, fejn neċessarju, il-lista indikattiva ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali li tinsab fl-Anness I.
5. It-tagħmir ta’ kontroll doganali ffinanzjat taħt dan l-Istrument jenħtieġ li jintuża primarjament għall-kontrolli doganali, iżda jista’ jintuża wkoll għal skopijiet addizzjonali, fosthom b’appoġġ għall-awtoritajiet nazzjonali tal-ġestjoni tal-fruntieri u l-investigazzjonijiet, għall-kontroll tal-persuni. Dan it-tagħmir ta’ kontroll doganali ma għandux jiġi kondiviż b’mod sistematiku bejn l-awtoritajiet doganali u awtoritajiet oħra tal-fruntieri.
6. Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi l-akkwist u l-ittestjar konġunti tat-tagħmir ta’ kontroll doganali minn żewġ Stati Membri jew aktar.
Artikolu 7
Entitajiet eliġibbli
B’deroga mill-Artikolu 197 tar-Regolament Finanzjarju, l-entitajiet eliġibbli għandhom ikunu l-awtoritajiet doganali dment li dawn jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet imsemmija fl-Artikolu 11(4) ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 8
Rata ta’ kofinanzjament
1. L-Istrument jista’ jiffinanzja sa 80 % tal-kostijiet eliġibbli kollha ta’ azzjoni.
2. Kwalunkwe finanzjament li jeċċedi dan il-limitu massimu għandu jingħata biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali debitament iġġustifikati.
Artikolu 9
Kostijiet eliġibbli
Il-kostijiet relatati direttament mal-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament taħt l-Istrument.
Il-kostijiet li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-finanzjament taħt l-Istrument:
(a) |
il-kostijiet relatati max-xiri ta’ art; |
(b) |
il-kostijiet relatati mat-taħriġ jew it-titjib tal-ħiliet, għajr it-taħriġ introduttorju inkluż fil-kuntratt ta’ xiri jew ta’ aġġornament; |
(c) |
il-kostijiet relatati mal-infrastruttura, bħal bini jew faċilitajiet esterni, kif ukoll mal-għamara; |
(d) |
il-kostijiet marbutin mas-sistemi elettroniċi, ħlief għas-software u l-aġġornamenti tas-software meħtieġa b’mod dirett biex jintuża t-tagħmir ta’ kontroll doganali u ħlief għas-software elettroniku u l-ipprogrammar meħtieġ biex is-software eżistenti jkun konness mat-tagħmir ta’ kontroll doganali; |
(e) |
il-kostijiet tan-networks, bħall-mezzi ta’ komunikazzjoni sikuri u mhux sikuri, jew abbonamenti, ħlief għan-networks jew l-abbonamenti meħtieġa esklużivament biex jintuża t-tagħmir ta’ kontroll doganali; |
(f) |
il-kostijiet tal-mezzi tat-trasport, bħall-vetturi, l-inġenji tal-ajru u l-bastimenti, ħlief għat-tagħmir mobbli ta’ kontroll doganali; |
(g) |
il-kostijiet tal-oġġetti tal-konsum għat-tagħmir ta’ kontroll doganali, fosthom materjal ta’ referenza jew ta’ kalibrazzjoni; |
(h) |
il-kostijiet relatati mat-tagħmir ta’ protezzjoni personali. |
KAPITOLU III
GĦOTJIET
Artikolu 10
Għoti, komplementarjetà u finanzjament ikkombinat
1. L-għotjiet li jaqgħu taħt l-Istrument għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.
2. Skont il-punt (f) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 195 tar-Regolament Finanzjarju, l-għotjiet għandhom jingħataw mingħajr sejħa għall-proposti lill-entitajiet li huma eliġibbli taħt l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament.
3. Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont l-Istrument tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni mill-programm “Dwana” jew minn programm ieħor tal-Unjoni, dment li l-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Ir-regoli tal-programm rilevanti tal-Unjoni għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni korrispondenti għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni. L-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista’ jiġi kkalkolat fuq bażi pro rata f’konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-appoġġ.
4. Il-ħidma tal-kumitat ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 150 tar-Regolament Finanzjarju għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji ġenerali applikabbli għall-għotjiet stipulati fl-Artikolu 188 ta’ dak ir-Regolament u, b’mod partikolari, fuq il-prinċipji tat-trattament ugwali u tat-trasparenza stabbiliti fil-punti (a) u (b) ta’ dak l-Artikolu, kif ukoll fuq il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.
5. Il-kumitat ta’ evalwazzjoni għandu jevalwa l-proposti abbażi tal-kriterji tal-għoti, filwaqt li jqis, fejn xieraq, ir-rilevanza tal-azzjoni proposta fid-dawl tal-objettivi segwiti, il-kwalità tal-azzjoni proposta, l-impatt tagħha, inkluż l-impatt ekonomiku, soċjali u dak ambjentali tagħha, u l-baġit u l-kosteffettività tagħha.
KAPITOLU IV
PROGRAMMAZZJONI, MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI
Artikolu 11
Programm ta’ ħidma
1. L-Istrument għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta’ ħidma kif imsemmi fl-Artikolu 110(2) tar-Regolament Finanzjarju.
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu dawk il-programmi ta’ ħidma. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).
3. Il-programmi ta’ ħidma pluriennali għandu jkollhom l-għan li jiksbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 permezz tal-azzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 6. Il-programmi ta’ ħidma għandhom jistabbilixxu l-ammont totali tal-pjan ta’ finanzjament għall-azzjonijiet kollha. Barra minn hekk, huma għandhom jistabbilixxu:
(a) |
għal kull azzjoni:
|
(b) |
għall-għotjiet, ir-rata massima ta’ kofinanzjament imsemmija fl-Artikolu 8. |
4. It-tħejjija tal-programmi ta’ ħidma msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun appoġġata minn valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-awtoritajiet doganali. Dik il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet għandha tkun ibbażata fuq is-segwenti:
(a) |
kategorizzazzjoni komuni tal-punti ta’ qsim tal-fruntiera; |
(b) |
deskrizzjoni komprensiva tat-tagħmir ta’ kontroll doganali disponibbli; |
(c) |
lista komuni tat-tagħmir ta’ kontroll doganali li jenħtieġ li jkun disponibbli, b’referenza għall-kategorija tal-punti ta’ qsim tal-fruntiera; u |
(d) |
stima tal-ħtiġijiet finanzjarji. |
Il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet għandha tkun ibbażata fuq azzjonijiet li jitwettqu fil-kuntest tal-programm Dwana 2020 li ġie stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1294/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) jew fil-kuntest tal-programm Dwana, u għandha tiġi aġġornata b’mod regolari tal-inqas kull tliet snin.
Artikolu 12
Monitoraġġ u rapportar
1. L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Istrument biex jintlaħqu l-għanijiet ġenerali u speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness II.
2. Biex tiġi żgurata l-valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Istrument lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 14, biex temenda l-Anness II fir-rigward tal-indikaturi meta dan ikun meqjus meħtieġ, kif ukoll biex tissupplimenta dan ir-Regolament b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni.
3. Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u r-riżultati tal-Istrument jinġabru b’mod effiċjenti, effettiv u fil-ħin. Għal dak il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonati fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni.
4. Fejn il-kost ta’ unità ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali jkun iktar minn EUR 10 000 mingħajr it-taxxi, ir-rekwiżiti tar-rapportar imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jinkludu tal-inqas il-komunikazzjoni annwali tal-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:
(a) |
lista dettaljata tat-tagħmir ta’ kontroll doganali ffinanzjat taħt l-Istrument; |
(b) |
informazzjoni dwar l-użu tat-tagħmir ta’ kontroll doganali, inkluż kwalunkwe riżultat relatat, u appoġġata, fejn xieraq, mill-istatistika rilevanti. |
Artikolu 13
Evalwazzjoni
1. L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu b’mod f’waqtu sabiex ikunu jistgħu jintużaw fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
2. Evalwazzjoni interim tal-Istrument għandha titwettaq mill-Kummissjoni ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tiegħu, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu ta’ dik l-implimentazzjoni. Fl-evalwazzjoni interim tagħha, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-prestazzjoni tal-Istrument, inkluż aspetti bħall-effikaċja, l-effiċjenza, il-koerenza, u r-rilevanza, kif ukoll is-sinerġiji tiegħu fi ħdan l-Istrument u l-valur miżjud tal-Unjoni.
3. Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Istrument, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara tmiem il-perijodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Istrument mill-Kummissjoni.
4. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha u t-tagħlimiet meħuda, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
KAPITOLU V
EŻERĊIZZJU TAD-DELEGA U PROĊEDURA TA’ KUMITAT
Artikolu 14
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 6(4) u 12(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2027. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel dik id-data. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6(4) u 12(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Id-Deċiżjoni ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 6(4) u 12(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 15
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-“Kumitat tal-Programm Dwana” stabbilit permezz tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2021/444.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
Artikolu 16
Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità
1. Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini ta’ dawk il-fondi u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-media u lill-pubbliku.
2. Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati mal-Istrument, għal azzjonijiet meħuda skont l-Istrument u għar-riżultati miksuba.
3. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Istrument għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawk il-prijoritajiet ikunu relatati mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 3.
Artikolu 17
Dispożizzjoni tranżitorja
Jekk ikun meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit tal-Unjoni lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fl-Artikolu 4(2), sabiex tkun possibbli l-ġestjoni tal-azzjonijiet li jkun għadhom ma tlestewx sal-31 ta’ Diċembru 2027.
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
A. P. ZACARIAS
(1) ĠU C 62, 15.2.2019, p. 67.
(2) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ April 2019 (ĠU C 158, 30.4.2021, p. 133) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tas-27 ta’ Mejju 2021 (ĠU C 227, 14.6.2021, p. 1). Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2021 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(4) ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.
(5) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.
(6) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(7) Ir-Regolament (UE) 2021/444 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-programm “Dwana” għal kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1294/2013 (ĠU L 87, 15.3.2021, p. 1).
(8) Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).
(9) Ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1).
(10) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(11) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(12) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(13) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
(14) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(15) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(16) Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(17) Ir-Regolament (UE) Nru 1294/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi programm ta’ azzjoni għad-dwana fl-Unjoni Ewropea għall-perijodu 2014-2020 (Dwana 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 624/2007/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 209).
ANNESS I
LISTA INDIKATTIVA TAT-TAGĦMIR TA’ KONTROLL DOGANALI LI JISTA’ JINTUŻA SABIEX JINKISBU L-GĦANIJIET TAL-KONTROLL DOGANALI ELENKATI FIL-PUNT (B) TAL-EWWEL SUBPARAGRAFU TAL-ARTIKOLU 6(1)
SKOP TAL-KONTROLL DOGANALI |
TAGĦMIR TA’ KONTROLL DOGANALI |
|||
KATEGORIJA |
APPLIKAZZJONI |
|||
|
Skanner bir-raġġi X li juża livell għoli ta’ enerġija |
Kontejners, trakkijiet, vaguni tal-ferrovija u vetturi |
||
Skanner bir-raġġi X li juża livell baxx ta’ enerġija |
Palits, kaxxi u pakketti |
|||
Bagalji tal-passiġġieri |
||||
|
Vetturi |
|||
Retrodiffużjoni tar-raġġi X |
Kontejners |
|||
Trakkijiet |
||||
Vetturi |
||||
Tagħmir ieħor |
Sistemi ta’ rikonoxximent awtomatiku tal-pjanċi tal-vetturi jew tal-kontejners |
|||
Imwieżen għall-vetturi |
||||
Forklifts u tagħmir mobbli ta’ kontroll doganali simili |
||||
|
Portal tar-retrodiffużjoni bbażat fuq ir-raġġi X |
Dan it-tagħmir jintuża l-iktar fl-ajruporti biex jinstabu l-oġġetti moħbija fuq il-persuni (drogi, splussivi, flus kontanti) |
||
Skanner tal-persuna |
||||
Skanner tas-sigurtà bbażat fuq mewġ millimetriku |
||||
|
Detetturi radjoloġiċi u nukleari |
Detetturi personali tar-radjazzjoni (PRM) |
||
Detetturi tal-idejn tar-radjazzjoni |
||||
Apparat għall-identifikazzjoni tal-isotopi (RIID) |
||||
Detetturi portiċi tar-radjazzjoni (RPMs) |
||||
Detetturi portiċi spettrometriċi għall-identifikazzjoni tal-isotopi (SPMs) |
||||
|
Tagħmir għall-identifikazzjoni, kwantifikazzjoni u verifika tal-oġġetti kollha possibbli |
Kromatografija b’fażi gassuża u kromatografija b’fażi likwida (GC, LC, HPLC, eċċ.) |
||
Ispettrometrija u tekniki kkombinati magħha (infraħmar, Raman, ultravjola-viżibbli, fluworexxenza, kromatografija b’fażi gassuża/ta’ massa, eċċ.) |
||||
Tagħmir bir-raġġi X (fluworexxenza bir-raġġi X, eċċ.) |
||||
Ispettrometrija bir-reżonanza manjetika nukleari (NMR) u Analiżi tal-isotopi stabbli |
||||
Tagħmir ieħor tal-laboratorju (ispettrometrija tal-assorbiment atomiku, analizzatur tad-distillazzjoni, kalorimetrija differenzjali bl-iskennjar, elettroforeżi, mikroskopju, għadd bix-xintillazzjoni likwida, magna tat-tipjip, eċċ.) |
||||
|
Id-detezzjoni tat-traċċi abbażi tal-Ispettrometrija tal-Mobbiltà Jonika (IMS) |
Tagħmir portabbli li jintuża għad-detezzjoni ta’ traċċi ta’ materjal perikoluż speċifiku |
||
Detezzjoni tat-traċċi bl-użu tal-klieb |
Din tintuża l-iktar għal diversi riskji marbutin ma’ oġġetti żgħar u kbar |
|||
Teħid ta’ kampjuni |
Għodod biex jittieħdu kampjuni, kappoċċ tal-estrattur, glovebox |
|||
Laboratorji mobbli |
Vetturi li jkun fihom it-tagħmir kollu għall-analiżi tal-kampjuni fuq il-post |
|||
Detetturi tal-idejn |
Analiżi tal-materjal organiku, tal-metalli u tal-ligi |
|||
Testijiet kimiċi kolorimetriċi |
||||
Spettroskopija Raman |
||||
Spettroskopija bl-infraaħmar |
||||
Fluworexxenza bir-raġġi X |
||||
Detetturi tal-gass għall-kontejners |
||||
|
Għodod tal-idejn personali |
Għodod tal-but |
||
Settijiet ta’ għodod mekkaniċi |
||||
Mirja teleskopiċi |
||||
Apparat |
Endoskopji |
|||
Detetturi fissi jew tal-idejn tal-metall |
||||
Kameras biex jiġi ċċekkjat qiegħ il-vetturi |
||||
Apparat ultrasoniku |
||||
Miters għall-kejl tad-densità |
||||
Tagħmir ieħor |
Tiftix taħt wiċċ l-ilma |
(1) Soġġett għad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi applikabbli u għal rakkomandazzjonijiet oħrajn marbuta mal-protezzjoni tas-saħħa u mar-rispett tal-privatezza.
ANNESS II
INDIKATURI GĦAR-RAPPORTAR DWAR IL-PROGRESS TAL-ISTRUMENT FIL-KISBA TAL-OBJETTIVI ĠENERALI U SPEĊIFIĊI STABBILITI FL-ARTIKOLU 3
Sabiex isir rapport dwar il-progress tal-Istrument fil-kisba tal-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3, għandhom jintużaw l-indikaturi li ġejjin:
Tagħmir
(a) |
Id-disponibbiltà fil-punti tal-qsim tal-fruntiera fuq l-art ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali li jilħaq l-istandards maqbula (skont it-tip ta’ tagħmir) |
(b) |
Id-disponibbiltà fil-punti tal-qsim tal-fruntiera bil-baħar ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali li jilħaq l-istandards maqbulin (skont it-tip ta’ tagħmir) |
(c) |
Id-disponibbiltà fil-punti tal-qsim tal-fruntiera bl-ajru ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali li jilħaq l-istandards maqbulin (skont it-tip ta’ tagħmir) |
(d) |
Id-disponibbiltà fil-punti tal-qsim tal-fruntiera li huma ċentri postali ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali li jilħaq l-istandards maqbulin (skont it-tip ta’ tagħmir) |
(e) |
Id-disponibbiltà fil-punti tal-qsim tal-fruntiera bil-ferrovija ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali li jilħaq l-istandards maqbulin (skont it-tip ta’ tagħmir) |