EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1069

Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1069 tat-28 ta’ Ġunju 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2020/1579 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti opportunitajiet tas-sajd fil-Baħar Baltiku, u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/92 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti opportunitajiet tas-sajd għall-2021 fl-ilmijiet tal-Unjoni u f’dawk li mhumiex tal-Unjoni

ST/9810/2021/INIT

ĠU L 230, 30.6.2021, p. 5–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1069/oj

30.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/5


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2021/1069

tat-28 ta’ Ġunju 2021

li jemenda r-Regolament (UE) 2020/1579 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti opportunitajiet tas-sajd fil-Baħar Baltiku, u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/92 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti opportunitajiet tas-sajd għall-2021 fl-ilmijiet tal-Unjoni u f’dawk li mhumiex tal-Unjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1579 (1) jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2021 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku. Fit-28 ta’ Mejju 2021, il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) ippubblika parir xjentifiku rivedut dwar il-qabdiet għall-aringa fil-Golf ta’ Bothnia għall-2021. Il-parir jaġġorna ċ-ċifra għall-qbid u jgħolli l-livell tal-parir għal dak ta’ rendiment massimu sostenibbli (MSY) kategorija 1. L-opportunitajiet tas-sajd għall-aringa fil-Golf ta’ Bothnia jenħtieġ li jiġu aġġustati skont dan, u għaldaqstant ir-Regolament (UE) 2020/1579 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/92 (2) jistabbilixxi għall-2021 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni.

(3)

Skont il-parir tal-ICES tat-13 ta’ April 2021, jenħtieġ li bejn l-1 ta’ Lulju 2021 u t-30 ta’ Ġunju 2022 ma jinqabdux iktar minn 106 715 tunnellata ta’ laċċa kaħla (Sprattus sprattus) fid-diviżjoni 3a tal-ICES (Kattegat/Iskagerrak), u fis-subżona 4 tal-ICES (fil-Baħar tat-Tramuntana). Għalhekk jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla għal dak il-perijodu jiġu stabbiliti għal 87 186 tunnellata fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 2a tal-ICES u tas-subżona 4 tal-ICES, u għal 19 529 tunnellata fid-diviżjoni 3a tal-ICES, f’konformità mar-rendiment massimu sostenibbli.

(4)

Sa ma jingħata l-parir xjentifiku għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2022, ir-Regolament (UE) 2021/92 stabbilixxa qabda totali permissibbli (TAC) ta’ żero għall-inċova (Engraulis encrasicolus) fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant. L-ICES ser joħroġ il-parir tiegħu għal dak l-istokk fi tmiem Ġunju tal-2021. Sabiex ikun żgurat li l-attivitajiet tas-sajd ikunu jistgħu jitkomplew sa ma tiġi stabbilita t-TAC abbażi tal-aħħar parir xjentifiku, jenħtieġ li tiġi stabbilita TAC proviżorja ta’ 5 744 tunnellata, abbażi tal-qabdiet li saru fit-tielet kwart tal-2020.

(5)

In-numri fil-punt 6 tal-Anness VI għar-Regolament (UE) 2021/92 jenħtieġ li jiġu emendati sabiex jirriflettu l-ftehimiet konklużi bejn xi Stati Membri biex temporanjament jittrasferixxu bejniethom, esklużivament għas-sena 2021, ċerti ammonti ta’ input u kapaċità għat-trobbija tat-tonn. Dawk il-bidliet ġew innotifikati lill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) permezz ta’ pjan emendat tal-Unjoni dwar it-trobbija tal-ħut u ma jaffettwawx il-kapaċità totali tat-trobbija tal-ħut u l-kapaċità ta’ input tal-Unjoni fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT.

(6)

Il-limiti ta’ qbid previsti fir-Regolament (UE) 2020/1579 japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2021. Għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet introdotti minn dan ir-Regolament emendatorju li jikkonċernaw il-limiti ta’ qbid għall-aringa fil-Golf ta’ Bothnia, japplikaw ukoll minn dik id-data. It-tali applikazzjoni retroattiva hija mingħajr preġudizzju għall-prinċipji taċ-ċertezza legali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi billi l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati għadhom ma ġewx eżawriti.

(7)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu sabiex jippermetti li l-istaġun tas-sajd għal-laċċa kaħla u l-inċova jibda fil-ħin fl-1 ta’ Lulju 2021,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament (UE) 2020/1579

Ir-Regolament (UE) 2020/1579 huwa emendat kif stabbilit fil-Parti A tal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emenda tar-Regolament (UE) 2021/92

Ir-Regolament (UE) 2021/92 huwa emendat kif stabbilit fil-Partijiet B u C tal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

L-Artikolu 2 għandu jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-28 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

M. do C. ANTUNES


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1579 tad-29 ta’ Ottubru 2020 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2021 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2020/123 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd f’ilmijiet oħra (ĠU L 362, 30.10.2020, p. 3).

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/92 tat-28 ta’ Jannar 2021 li jistabbilixxi għall-2021 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 31, 29.1.2021, p. 31).


ANNESS

PARTI A

Fl-Anness għar-Regolament (UE) 2020/1579, it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-aringa fis-subdiviżjonijiet 30-31 tal-ICES hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Aringa

Clupea harengus

Żona:

Suddiviżjonijiet 30-31

(HER/30/31.)

Finlandja

96 321

 

TAC analitika”

Żvezja

21 164

 

 

Unjoni

117 485

 

 

TAC

117 485

 

PARTI B

L-Anness IA tar-Regolament (UE) 2021/92 huwa emendat kif ġej:

(1)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla u għall-qabdiet inċidentali marbutin magħha fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 3a tal-ICES hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Laċċa kaħla u l-qabdiet inċidentali marbutin magħha

Sprattus sprattus

Żona:

3a

(SPR/03 A.)

Danimarka

13 086

 (1)  (2)

TAC analitika

Ġermanja

27

 (1)  (2)

Żvezja

4 951

 (1)  (2)

Unjoni

18 064

 (1)  (2)

 

TAC

19 529

 (2)

(2)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla u għall-qabdiet inċidentali marbutin magħha fl-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni tas-subżona 4 tal-ICES u fl-ilmijiet tar-Renju Unit fid-diviżjoni 2a tal-ICES hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Laċċa kaħla u l-qabdiet inċidentali marbutin magħha

Sprattus sprattus

Żona:

L-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni tas-subżona 4; L-ilmijiet tar-Renju Unit tad-diviżjoni 2a

(SPR/2AC4-C)

Belġju

993

 (3)  (4)

TAC analitika

Danimarka

78 553

 (3)  (4)

Ġermanja

993

 (3)  (4)

Franza

993

 (3)  (4)

Netherlands

993

 (3)  (4)

Żvezja

1 330

 (3)  (4)  (5)

Unjoni

83 855

 (3)  (4)

Norveġja

0

 (3)

Gżejjer Faeroe

0

 (3)  (6)

Renju Unit

3 331

 (3)

 

TAC

87 186

 (3)

(3)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-inċova fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 34.1.1 tas-CECAF hija sostitwita b’dan li ġej:

“ Speċi:

Inċova

Engraulis encrasicolus

Żona:

9 u 10; Ilmijiet tal-Unjoni tas-ECAF 34.1.1

(ANE/9/3411)

Spanja

2 747

 (7)

TAC prekawzjonarja

Portugall

2 997

 (7)

Unjoni

5 744

 (7)

 

TAC

5 744

 (7)

PARTI C

Fl-Anness VI għar-Regolament (UE) 2021/92, il-punt 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.

Il-kapaċità massima tat-trobbija u tat-tismin tat-tonn għal kull Stat Membru u l-ammont massimu ta’ tonn maqbud fis-selvaġġ li kull Stat Membru jista’ jalloka lill-farms tiegħu fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran.

Tabella A

Kapaċità massima tat-trobbija u tismin tat-tonn

 

Għadd ta’ farms

Kapaċità (f’tunnellati)

Spanja

10

11 852

Italja

13

9 564

Greċja

2

2 100

Ċipru

3

3 000

Kroazja

7

7 880

Malta

6

14 511

Tabella B (8)

Ammont massimu ta’ tonn maqbud fis-selvaġġ (f’tunnellati)

Spanja

6 850

Italja

1 739,5

Greċja

785

Ċipru

2 195

Kroazja

2 947

Malta

10 260,5

Portugall

350


(1)  Sa 5 % tal-kwota tista’ tkun qabdiet inċidentali tal-merlangu u tal-merluzz tal-linja sewda (OTH/*03 A.). Flimkien, il-qabdiet inċidentali tal-merlangu u tal-merluzz tal linja sewda li jingħaddu mal-kwota skont din id-dispożizzjoni u l-qabdiet inċidentali ta’ dawk l-ispeċijiet li jingħaddu mal-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma għandhomx jaqbżu d-9 % tal-kwota.

(2)  Din il-kwota tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Lulju 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2022. Jistgħu jsiru trasferimenti ta’ din il-kwota lejn ir-Renju Unit u l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a u 4. Madankollu, il-Kummissjoni u r-Renju Unit għandhom ikun mgħarrfa minn qabel bit-tali trasferimenti.”

(3)  Il-kwota tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Lulju 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2022.

(4)  Sa 2 % tal-kwota tista’ tkun qabdiet inċidentali tal-merlangu (OTH/*2AC4C). Flimkien, il-qabdiet inċidentali tal-merlangu li jingħaddu mal-kwota skont din id-dispożizzjoni u l-qabdiet inċidentali ta’ dawk l-ispeċijiet li jingħaddu mal-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma għandhomx jaqbżu d-9 % tal-kwota.

(5)  Inkluż iċ-ċiċċirell.

(6)  Din il-kwota jista’ jkun fiha sa 4 % ta’ qabdiet inċidentali tal-aringi.”

(7)  Il-kwota tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Lulju 2021 sat-30 ta’ Settembru 2021.”

(8)  Il-kapaċità tat-trobbija fil-Portugall ta’ 500 tunnellata hija koperta mill-kapaċità mhux użata tal-Unjoni mniżżla fit-Tabella A.”.


Top