This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R1064
Commission Implementing Regulation (EU) 2021/1064 of 28 June 2021 amending Implementing Regulation (EU) 2021/520 with regard to the configuration of the animal identification code for the traceability of certain kept terrestrial animals for the United Kingdom in respect of Northern Ireland (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1064 tat-28 ta’ Ġunju 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/520 fir-rigward tal-konfigurazzjoni tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimali għat-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma għar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1064 tat-28 ta’ Ġunju 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/520 fir-rigward tal-konfigurazzjoni tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimali għat-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma għar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2021/4553
ĠU L 229, 29.6.2021, pp. 8–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI)
ĠU L 229, 29.6.2021, pp. 9–11
(SV)
In force
|
29.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 229/8 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1064
tat-28 ta’ Ġunju 2021
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/520 fir-rigward tal-konfigurazzjoni tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimali għat-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma għar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 120(1) u l-punti (c), (d) u (f) tal-Artikolu 120(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-annimali li huwa trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin. Il-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu I tal-Parti IV ta’ dak ir-Regolament jipprevedu r-regoli għall-istabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri u l-imfaqas, u għat-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis fl-Unjoni. Ir-Regolament (UE) 2016/429 jagħti wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta r-regoli li jissupplimentaw ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dak ir-Regolament permezz ta’ atti delegati. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 billi jipprovdi r-regoli għal stabbilimenti rreġistrati u approvati għal annimali terrestri miżmuma u għal bajd għat-tifqis, u għat-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis. Il-Parti III ta’ dak ir-Regolament Delegat tinkludi regoli għat-traċċabbiltà tal-annimali terrestri miżmuma, u b’mod aktar speċifiku t-Titoli I u II tal-Parti III, jistabbilixxu regoli għat-traċċabbiltà tal-annimali bovini, ovini u kaprini miżmuma. |
|
(3) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi fl-Unjoni tar-regoli dwar it-traċċabbiltà stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429 u fir-Regolament Delegat (UE) 2019/2035, ir-regoli ta’ implimentazzjoni dwar it-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma huma stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2021/520 (3). |
|
(4) |
F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“Ftehim dwar il-Ħruġ”), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, ir-Regolament (UE) 2016/429, kif ukoll l-atti tal-Kummissjoni bbażati fuqu, japplikaw għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-Ħruġ. Konsegwentement, ir-regoli stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/520 japplikaw fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jixraq li ssir referenza għall-Ftehim dwar il-Ħruġ fl-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
|
(5) |
Barra minn hekk, il-punt (a) tal-Artikolu 12 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/520 jistabbilixxi regoli għall-konfigurazzjoni tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimali bovini, ovini, kaprini, kamelidi u ċervidi miżmuma. L-ewwel element tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni huwa l-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru fejn il-mezz ta’ identifikazzjoni ġie applikat għall-ewwel darba għall-annimali, fil-format jew ta’ kodiċi b’żewġ ittri f’konformità mal-istandard 3166–1 alpha-2 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO), ħlief għall-Greċja, li għaliha għandu jintuża l-kodiċi b’żewġ ittri “EL”, jew il-kodiċi tal-pajjiż bi tliet ċifri f’konformità mal-istandard ISO 3166–1 numeriku. Billi ma hemm l-ebda subdiviżjoni għar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq fl-istandards ISO msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2021/520, jenħtieġ li dak ir-Regolament jiġi emendat sabiex jistabbilixxi liema kodiċi tal-pajjiż għandu jkun l-ewwel element tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimali bovini, ovini, kaprini, kamelidi u ċervidi miżmuma identifikati f’dak ir-reġjun tar-Renju Unit. |
|
(6) |
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2020/1470 (4) jistabbilixxi n-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji għall-Istatistika Ewropea dwar il-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija, u jistipula li “XI” huwa l-kodiċi b’żewġ ittri li għandu jintuża jekk ikun hemm bżonn li r-Renju Uniti jiġi distint fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li dak il-kodiċi jissemma fl-Artikolu 12(a)(i) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/520 għar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. |
|
(7) |
Barra minn hekk, kodiċi bi tliet ċifri korrispondenti ma ġiex definit għall-użu meta jkun hemm bżonn li r-Renju Uniti jiġi distint fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. Il-kodiċi bi tliet ċifri “899” mhuwiex assenjat fl-istandard ISO 3166–1 numeriku. Għalhekk jenħtieġ li dak il-kodiċi jissemma fl-Artikolu 12(a)(ii) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/520 għar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. |
|
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/520 jiġi emendat skont dan. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/520 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1, il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: “Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-Istati Membri (*1) dwar: (*1) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, ir-referenzi għall-Istati Membri jew għall-Unjoni jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.”;" |
|
(2) |
fl-Artikolu 12, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 tat-28 ta’ Ġunju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-istabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri u l-imfaqas, u t-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 115).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/520 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma (ĠU L 104, 25.3.2021, p. 39).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1470 tat-12 ta’ Ottubru 2020 dwar in-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji għall-istatistika Ewropea dwar il-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija u dwar it-tqassim ġeografiku għal statistika oħra tan-negozju (ĠU L 334, 13.10.2020, p. 2).