Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R0967

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/967 tas-16 ta’ Ġunju 2021 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-kelat manganiż tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 350/2010 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2021/4227

    ĠU L 214, 17.6.2021, p. 41–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/967/oj

    17.6.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 214/41


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/967

    tas-16 ta’ Ġunju 2021

    dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-kelat manganiż tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 350/2010

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta’ tali awtorizzazzjoni.

    (2)

    Il-kelat manganiż tal-analogu idrossilat tal-metijonina ġie awtorizzat għal 10 snin bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 350/2010 (2).

    (3)

    F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-kelat manganiż tal-analogu idrossilat tal-metijonina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”. Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (4)

    Fl-opinjoni tagħha tat-30 ta’ Settembru 2020 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-kelat manganiż tal-analogu idrossilat tal-metijonina ma għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-sikurezza tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent. Għall-addittiv, l-Awtorità kkonkludiet ukoll riskju għall-inalazzjoni mill-utent u li huwa sensitizzatur tal-ġilda. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. Il-prova tal-effikaċja tal-addittiv, li fuqha ssejset l-awtorizzazzjoni inizjali, ma tinbidilx fi proċedura tat-tiġdid. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi fl-addittiv tal-għalf, fl-għalf sottomess mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (5)

    Il-valutazzjoni tal-kelat manganiż tal-analogu idrossilat tal-metijonina turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-awtorizzazzjoni ta’ dan l-addittiv jenħtieġ tiġġedded.

    (6)

    B’konsegwenza tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-kelat manganiż tal-analogu idrossilat tal-metijonina bħala addittiv tal-għalf, jenħtieġ li jitħassar ir-Regolament (UE) Nru 350/2010.

    (7)

    Billi ma hemmx ħtieġa minħabba xi raġunijiet ta’ sikurezza li jiġu applikati minnufih il-bidliet fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-kelat manganiż tal-analogu idrossilat tal-metijonina , jixraq li jingħata perjodu ta’ tranżizzjoni biex il-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jitħejjew biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mit-tiġdid tal-awtorizzazzjoni.

    (8)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-awtorizzazzjoni tal-addittiv speċifikat fl-Anness, li jappartjenu għall-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi” u mill-grupp funzjonali “komposti tal-oligoelementi”, hi mġedda, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

    Artikolu 2

    1.   Il-kelat manganiż tal-analogu idrossilat tal-metijonina u t-taħlitiet lesti minn qabel li fihom minnu, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel is-7 ta’ Jannar 2022 f’konformità mar-regoli li kienu japplikaw qabel is-7 ta’ Lulju 2021 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.

    2.   Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom il-kelat manganiż tal-analogu idrossilat tal-metijonina, li jkunu magħmulin u tikkettati qabel is-7 ta’ Lulju 2022 f’konformità mar-regoli li kienu japplikaw qabel is-7 ta’ Lulju 2021 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti, jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

    3.   Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom il-kelat manganiż tal-analogu idrossilat tal-metijonina, li jkunu magħmulin u tikkettati qabel is-7 ta’ Lulju 2023 f’konformità mar-regoli li kienu japplikaw qabel is-7 ta’ Lulju 2021 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti, jekk dawn ikunu maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.

    Artikolu 3

    Ir-Regolament (UE) Nru 350/2010 huwa mħassar.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ġunju 2021.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 350/2010 tat-23 ta' April 2010 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kelat manganiż tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv għall-ispeċi kollha tal-annimali (ĠU L 104, 24.4.2010, p. 34).

    (3)  EFSA Journal 2020;18(11):6281.


    ANNESS

    Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

    Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

    Speċi jew kategorija tal-annimali

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħra

    Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

    Kontenut tal-element (Mn) f’mg/kg tal-għalf komplet b’kontenut ta' ndewwa ta’ 12 %

    Kategorija ta’ addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: komposti tal-oligoelementi

    3b510

    -

    Kelat manganiż tal-analogu idrossilat tal-metijonina

    Karatterizzazzjoni tal-addittiv:

    Kelat manganiż tal-analogu idrossilat tal-metijonina li fih 14 % manganiż u 76 % aċidu (2-idrossi-4-metiltijo) butanojku.

    Kontenut massimu ta’ nikil: 170 ppm.

    Għamla solida.

    Metodu analitiku  (1):

    Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut ta’ analogu idrossi tal-metijonina fl-addittiv tal-għalf:

    Trimetrija, titrazzjoni potenzjometrija wara r-reazzjoni ta' ossidoriduzzjoni;

    Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta’ manganiż fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

    Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku,AAS (EN ISO 6869); jew

    Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament, ICP-AES (EN 15510); jew

    Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament wara d-diġestjoni tal-pressjoni, ICP-AES (EN 15621);

    Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta’ manganiż fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

    Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku, AAS (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009, Anness IV-C); jew

    Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku,AAS (EN ISO 6869); jew

    Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament, ICP-AES (EN 15510); jew

    Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament wara d-diġestjoni tal-pressjoni, ICP-AES (EN 15621).

    L-ispeċijiet kollha

    -

    -

    Ħut: 100 (total)

    Speċijiet oħra: 150 (total)

    1.

    L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

    2.

    Il-Kelat manganiż tal-analogu idrossilat tal-metijonina jista’ jitqiegħed fis-suq u jintuża bħala addittiv li jikkonsisti minn preparazzjoni.

    3.

    Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn, b’mod partikolari minħabba l-kontenut ta’ metalli tqal fosthom in-nikil. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta’ dawk il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali xieraq.

    Is-7 ta’ Lulju 2031.


    (1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


    Top