EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R0876
Commission Implementing Regulation (EU) 2021/876 of 31 May 2021 laying down rules for the application of Regulation (EC) No 1907/2006 as regards applications for authorisation and review reports for the uses of substances in the production of legacy spare parts and in the repair of articles and complex products no longer produced and amending Regulation (EC) No 340/2008 (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/876 tal-31 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 fir-rigward tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni u tar-rapporti ta’ reviżjoni għall-użi ta’ sustanzi fil-produzzjoni ta’ spare parts antiki u fit-tiswija ta’ oġġetti u prodotti kumplessi li ma għadhomx jiġu prodotti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 340/2008 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/876 tal-31 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 fir-rigward tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni u tar-rapporti ta’ reviżjoni għall-użi ta’ sustanzi fil-produzzjoni ta’ spare parts antiki u fit-tiswija ta’ oġġetti u prodotti kumplessi li ma għadhomx jiġu prodotti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 340/2008 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2021/3748
ĠU L 192, 1.6.2021, p. 3–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
1.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 192/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/876
tal-31 ta’ Mejju 2021
li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 fir-rigward tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni u tar-rapporti ta’ reviżjoni għall-użi ta’ sustanzi fil-produzzjoni ta’ spare parts antiki u fit-tiswija ta’ oġġetti u prodotti kumplessi li ma għadhomx jiġu prodotti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 340/2008
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 74(1) u 132 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 56(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jistabbilixxi rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u għall-użu ta’ sustanzi ta’ tħassib serju ħafna elenkati fl-Anness XIV ta’ dak ir-Regolament. L-osservanza ta’ dan ir-rekwiżit, f’ċerti każijiet, tikkostitwixxi piż amministrattiv sinifikanti għall-impriżi. Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-18 ta’ Ġunju 2014“Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT): Is-Sitwazzjoni Attwali u l-Perspettivi” (2), il-Kummissjoni ħabbret li kienet qed tikkunsidra li tissimplifika l-proċess ta’ awtorizzazzjoni għal ċerti każijiet speċifiċi. Is-simplifikazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-użu kontinwu ta’ sustanzi ta’ tħassib serju ħafna fil-produzzjoni ta’ spare parts antiki ġiet identifikata bħala waħda mill-azzjonijiet fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2018“Rapport Ġenerali tal-Kummissjoni dwar l-operat tar-REACH u rieżami ta’ ċerti elementi” (3). |
(2) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Diċembru 2015“L-għeluq taċ-ċirku – Pjan ta’ azzjoni tal-UE għal ekonomija ċirkolari” (4) tispjega li l-estensjoni tal-ħajja tal-prodotti permezz ta’ tiswija tgħin biex tiġi evitata l-ħela. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2016 dwar dak il-pjan ta’ azzjoni (5) jistiednu lill-Kummissjoni tinvestiga liema inizjattivi jistgħu jittieħdu fil-livell tal-Unjoni sabiex tiġi estiża l-ħajja tal-prodotti, b’mod partikolari billi tiġi promossa d-disponibbiltà tal-ispare parts. |
(3) |
Sabiex tiġi evitata l-obsolexxenza prematura ta’ oġġetti jew prodotti kumplessi (6) li ma għadhomx jiġu prodotti wara d-dati tat-terminazzjoni msemmija fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-ispare parts kif ukoll is-sustanzi u t-taħlitiet li huma meħtieġa għat-tiswija ta’ tali oġġetti jew prodotti kumplessi jeħtieġ li jkomplu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw. Jekk sustanza elenkata fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tkun intużat biex jiġu prodotti tali oġġetti jew prodotti kumplessi u, jekk wara d-data tat-terminazzjoni, l-ispare part ma tkunx tista’ tiġi prodotta jew il-prodott ma jkunx jista’ jissewwa mingħajr l-użu ta’ dik is-sustanza, ir-rekwiżiti fir-rigward tal-kontenut tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni u tar-rapport ta’ reviżjoni ta’ awtorizzazzjoni għal użi bħal dawn jenħtieġ li jiġu ċċarati sabiex jiġu ssimplifikati tali applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni. |
(4) |
Fir-rigward tal-analiżi tal-alternattivi msemmija fl-Artikolu 62(4)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-għoti ta’ ġustifikazzjoni li turi li l-oġġett jew il-prodott kumpless ma għadux jiġi prodott wara d-data tat-terminazzjoni, li ma jistax jiffunzjona kif maħsub mingħajr l-ispare part u li dik l-ispare part ma tistax tiġi prodotta mingħajr is-sustanza, jew li l-oġġett jew il-prodott kumpless ma jistax jissewwa ħlief bl-użu tas-sustanza, jenħtieġ li jitqies biżżejjed biex tintlaħaq konklużjoni dwar in-nuqqas ta’ alternattivi xierqa. Peress li l-użu tas-sustanza fil-produzzjoni ta’ dawn l-ispare parts jew fit-tiswija ta’ tali oġġetti jew prodotti kumplessi se jonqos gradwalment minħabba li l-użu maħsub tagħha huwa għal prodott li ma għadux jiġi prodott, filwaqt li l-kostijiet tas-sostituzzjoni għar-riċerka u l-iżvilupp, l-ittestjar, il-kwalifikazzjoni u l-industrijalizzazzjoni ta’ alternattivi possibbli għal użi bħal dawn x’aktarx li jkunu għoljin fid-dawl tax-xejra mistennija ta’ tnaqqis, tali dispożizzjoni titqies ġustifikata. |
(5) |
Bl-istess mod, il-ġustifikazzjoni li turi li l-oġġett jew il-prodott kumpless ma għadux jiġi prodott wara d-data tat-terminazzjoni, li ma jistax jiffunzjona kif maħsub mingħajr l-ispare part u li dik l-ispare part ma tistax tiġi prodotta mingħajr is-sustanza, jew li l-oġġett jew il-prodott kumpless ma jistax jissewwa ħlief bl-użu tas-sustanza, jenħtieġ li titqies suffiċjenti sabiex jintwerew il-benefiċċji soċjoekonomiċi tal-użu tas-sustanza fl-analiżi soċjoekonomika msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 62(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. In-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ spare parts jew l-impossibbiltà li jissewwew oġġetti jew prodotti kumplessi li ma għadhomx jiġu prodotti mingħajr dik is-sustanza jwassal għall-obsolexxenza prematura ta’ dawk l-oġġetti jew prodotti kumplessi qabel it-tmiem tal-użu tul il-ħajja tagħhom u għalhekk għar-rimi prematur tagħhom, li x’aktarx jikkawża spejjeż kbar għall-operaturi, il-konsumaturi jew is-soċjetà. Barra minn hekk, l-għadd ta’ użi u l-kwantitajiet tas-sustanza użati għal tali spare parts huma mistennija li jonqsu, u dan iwassal għal impatt dejjem iżgħar fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent assoċjat mal-esponiment għas-sustanza użata jew mal-emissjonijiet tagħha. Għalhekk huwa xieraq li l-kontenut tal-analiżi soċjoekonomika msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 62(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jiġi pprovdut mill-applikant f’forma konċiża. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-kunsiderazzjoni tar-riskju li jirriżulta mill-użu tas-sustanza għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent u għall-ħtieġa li l-applikant juri li l-benefiċċji soċjoekonomiċi huma akbar minn dak ir-riskju. |
(6) |
Il-kjarifika tal-kontenut tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-użu ta’ sustanza fil-produzzjoni ta’ spare parts għat-tiswija jew fit-tiswija ta’ oġġetti u prodotti kumplessi li ma għadhomx jiġu prodotti għandha tirriżulta fi tnaqqis fl-ammont ta’ xogħol għall-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni f’dawk il-każijiet speċifiċi. Il-ħlasijiet imposti għal tali applikazzjonijiet jenħtieġ li jkunu proporzjonati mal-ammont ta’ xogħol mistenni għall-Aġenzija f’każijiet bħal dawn u, b’hekk, ikunu inqas meta mqabbla mal-ħlas impost għall-applikazzjonijiet għal użi oħra. Għall-istess raġunijiet, l-ispejjeż applikabbli għar-reviżjoni tal-awtorizzazzjonijiet mogħtija għal dawk l-użi jenħtieġ li jitnaqqsu bl-istess proporzjon. |
(7) |
Għalhekk, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008 (7) jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jimplimenta l-Artikoli 61(1), 62(4)(e) u 62(5)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 fir-rigward tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni u tar-rapporti ta’ reviżjoni għal kwalunkwe wieħed mill-użi li ġejjin ta’ sustanza, waħedha jew f’taħlita, elenkata fl-Anness XIV ta’ dak ir-Regolament
(a) |
il-produzzjoni ta’ spare parts bħala oġġetti jew bħala prodotti kumplessi għat-tiswija ta’ oġġetti jew prodotti kumplessi, li l-produzzjoni tagħhom waqfet jew se tkun waqfet qabel id-data tat-terminazzjoni għal dik is-sustanza speċifikata fl-Anness XIV, fejn dik is-sustanza tkun intużat fil-produzzjoni ta’ dawk l-oġġetti jew prodotti kumplessi u dawn ma jistgħux jiffunzjonaw kif maħsub mingħajr dik l-ispare part u l-ispare part ma tistax tiġi prodotta mingħajr dik is-sustanza (“produzzjoni ta’ spare parts antiki”); |
(b) |
it-tiswija ta’ oġġetti jew prodotti kumplessi, li l-produzzjoni tagħhom waqfet jew se tkun waqfet qabel id-data tat-terminazzjoni għal dik is-sustanza speċifikata fl-Anness XIV, fejn dik is-sustanza tkun intużat fil-produzzjoni ta’ dawk l-oġġetti jew prodotti kumplessi u dawn ma jistgħux jissewwew ħlief bl-użu ta’ dik is-sustanza (“tiswija ta’ oġġetti jew prodotti kumplessi li ma għadhomx jiġu prodotti”). |
Artikolu 2
1. Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għall-użu ta’ sustanza fil-produzzjoni ta’ spare parts antiki jew fit-tiswija ta’ oġġetti jew prodotti kumplessi li ma għadhomx jiġu prodotti għandha titqies li tikkonforma mal-punt (e) tal-Artikolu 62(4) ta’ dak ir-Regolament meta tinkludi dan li ġej:
a) |
deskrizzjoni u analiżi tal-funzjoni tas-sustanza, u |
b) |
ġustifikazzjoni li turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) jew (b) tal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, skont ma jkun il-każ, ġew issodisfati. |
2. Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għall-użu ta’ sustanza fil-produzzjoni ta’ spare parts antiki jew fit-tiswija ta’ oġġetti jew prodotti kumplessi li ma għadhomx jiġu prodotti għandha titqies li tikkonforma mal-punt (a) tal-Artikolu 62(5) ta’ dak ir-Regolament meta tinkludi dan li ġej:
(a) |
deskrizzjoni konċiża tal-impatti fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent f’konformità mal-informazzjoni pprovduta fir-rapport dwar is-sikurezza kimika; |
(b) |
deskrizzjoni konċiża tal-benefiċċji soċjoekonomiċi tal-użu li għalih saret l-applikazzjoni, inkluża ġustifikazzjoni li turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) jew (b) tal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, skont ma jkun il-każ, ġew issodisfati; |
(c) |
konklużjoni bbażata fuq tqabbil tar-riskji u tal-benefiċċji tal-użu tas-sustanza li għalih saret l-applikazzjoni, kif deskritt fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu. |
3. Meta l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tiġi ppreżentata għall-użu ta’ sustanza fil-produzzjoni ta’ spare parts antiki jew fit-tiswija ta’ oġġetti jew prodotti kumplessi li ma għadhomx jiġu prodotti, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, flimkien ma’ kwalunkwe kontribuzzjoni minn parti terza dwar alternattivi possibbli ppreżentati f’konformità mal-Artikolu 64(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, għandhom ikunu biżżejjed għall-fini tal-valutazzjoni tal-fatturi soċjoekonomiċi u tal-idoneità tal-alternattivi assoċjati mal-użu tas-sustanza.
4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis għal rapporti ta’ reviżjoni ppreżentati skont l-Artikolu 61(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 dwar awtorizzazzjoni mogħtija għall-użu ta’ sustanza fil-produzzjoni ta’ spare parts antiki jew fit-tiswija ta’ oġġetti jew prodotti kumplessi li ma għadhomx jiġu prodotti.
5. Sal-5 ta’ Lulju 2021 l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku formati speċifiċi għall-analiżi tal-alternattivi u għall-analiżi soċjoekonomika li għandhom jintużaw fl-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-użi ta’ sustanzi fil-produzzjoni ta’ spare parts antiki jew fit-tiswija ta’ oġġetti jew prodotti kumplessi li ma għadhomx jiġu prodotti kif ukoll f’rapporti ta’ reviżjoni dwar awtorizzazzjoni mogħtija għal użi bħal dawn, ippreżentati f’konformità ma’ dan ir-Regolament, li jirriflettu l-elementi msemmija fil-paragrafi 1 u 2.
Artikolu 3
Ir-Regolament (KE) Nru 340/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 8(2), is-subparagrafu li ġej jiżdied wara r-raba’ subparagrafu: “L-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas kif stabbilit fil-punt 2 tal-Anness VI ta’ dan ir-Regolament għall-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-użi ta’ sustanzi fil-produzzjoni ta’ spare parts antiki għat-tiswija ta’ oġġetti jew prodotti kumplessi li ma għadhomx jiġu prodotti kif deskritt fil-punt (a) tal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/876 (*1)u fit-tiswija ta’ oġġetti jew prodotti kumplessi li ma għadhomx jiġu prodotti kif deskritt fil-punt (b) tal-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament, ippreżentati f’konformità ma’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. (*1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/876 tal-31 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 fir-rigward tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni u tar-rapporti ta’ reviżjoni għall-użi ta’ sustanzi fil-produzzjoni ta’ spare parts antiki u fit-tiswija ta’ oġġetti u prodotti kumplessi li ma għadhomx jiġu prodotti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 340/2008 (ĠU 192).”." |
(2) |
Fl-Artikolu 9(2), is-subparagrafu li ġej jiddaħħal wara r-raba’ subparagrafu: “L-Aġenzija għandha timponi spiża mnaqqsa kif stabbilit fil-punt 2 tal-Anness VII ta’ dan ir-Regolament għall-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-użi ta’ sustanzi fil-produzzjoni ta’ spare parts antiki għat-tiswija ta’ oġġetti jew prodotti kumplessi li ma għadhomx jiġu prodotti kif deskritt fil-punt (a) tal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/876 u fit-tiswija ta’ oġġetti jew prodotti kumplessi li ma għadhomx jiġu prodotti kif deskritt fil-punt (b) tal-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament, ippreżentati f’konformità ma’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni”. |
(3) |
L-Annessi VI u VII huma sostitwiti bit-test stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) COM(2014) 368 final.
(3) COM(2018) 116 final.
(4) COM(2015) 614 final.
(5) L-għeluq taċ-ċirku — Pjan ta’ azzjoni tal-UE għal ekonomija ċirkolari — Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2016, ST 10518 2016 INIT.
(6) “Prodotti kumplessi” kif deskritti fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Settembru 2015, Fédération des entreprises du commerce et de la distribution (FCD) et Fédération des magasins de bricolage et de l’aménagement de la maison (FMB), C-106/14, ECLI:EU:C:2015:576, il-paragrafi 48-54.
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008 tas-16 ta’ April 2008 dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) (ĠU L 107, 17.4.2008, p. 6).
ANNESS
“ANNESS VI
Ħlasijiet għall-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
1.
Ħlasijiet għall-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoniTabella 1
Ħlasijiet standard
Ħlas bażi |
EUR 54 100 |
Ħlas addizzjonali għal kull sustanza |
EUR 10 820 |
Ħlas addizzjonali għal kull użu |
EUR 48 690 |
Tabella 2
Ħlasijiet imnaqqsa għall-intrapriżi medji
Ħlas bażi |
EUR 40 575 |
Ħlas addizzjonali għal kull sustanza |
EUR 8 115 |
Ħlas addizzjonali għal kull użu |
EUR 36 518 |
Tabella 3
Ħlasijiet imnaqqsa għall-intrapriżi żgħar
Ħlas bażi |
EUR 24 345 |
Ħlas addizzjonali għal kull sustanza |
EUR 4 869 |
Ħlas addizzjonali għal kull użu |
EUR 21 911 |
Tabella 4
Ħlasijiet imnaqqsa għall-mikrointrapriżi
Ħlas bażi |
EUR 5 410 |
Ħlas addizzjonali għal kull sustanza |
EUR 1 082 |
Ħlas addizzjonali għal kull użu |
EUR 4 869 |
2.
Ħlasijiet għall-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-użi ta’ sustanzi fil-produzzjoni ta’ spare parts antiki jew fit-tiswija ta’ oġġetti jew prodotti kumplessi li ma għadhomx jiġu prodotti kif imsemmi fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 8(2)Tabella 1
Ħlasijiet standard
Ħlas bażi |
EUR 27 050 |
Ħlas addizzjonali għal kull sustanza |
EUR 5 410 |
Ħlas addizzjonali għal kull użu |
EUR 24 345 |
Tabella 2
Ħlasijiet imnaqqsa għall-intrapriżi medji
Ħlas bażi |
EUR 20 287 |
Ħlas addizzjonali għal kull sustanza |
EUR 4 057 |
Ħlas addizzjonali għal kull użu |
EUR 18 259 |
Tabella 3
Ħlasijiet imnaqqsa għall-intrapriżi żgħar
Ħlas bażi |
EUR 12 172 |
Ħlas addizzjonali għal kull sustanza |
EUR 2 434 |
Ħlas addizzjonali għal kull użu |
EUR 10 955 |
Tabella 4
Ħlasijiet imnaqqsa għall-mikrointrapriżi
Ħlas bażi |
EUR 2 705 |
Ħlas addizzjonali għal kull sustanza |
EUR 541 |
Ħlas addizzjonali għal kull użu |
EUR 2 434 |
ANNESS VII
Spejjeż għar-reviżjoni ta’ awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 61 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
1.
Spejjeż għar-reviżjoni ta’ awtorizzazzjoniTabella 1
Spejjeż standard
Spiża bażi |
EUR 54 100 |
Spiża addizzjonali għal kull sustanza |
EUR 10 820 |
Spiża addizzjonali għal kull użu |
EUR 48 690 |
Tabella 2
Spejjeż imnaqqsa għall-intrapriżi medji
Spiża bażi |
EUR 40 575 |
Spiża addizzjonali għal kull sustanza |
EUR 8 115 |
Spiża addizzjonali għal kull użu |
EUR 36 518 |
Tabella 3
Spejjeż imnaqqsa għall-intrapriżi żgħar
Spiża bażi |
EUR 24 345 |
Spiża addizzjonali għal kull sustanza |
EUR 4 869 |
Spiża addizzjonali għal kull użu |
EUR 21 911 |
Tabella 4
Spejjeż imnaqqsa għall-mikrointrapriżi
Spiża bażi |
EUR 5 410 |
Spiża addizzjonali għal kull sustanza |
EUR 1 082 |
Spiża addizzjonali għal kull użu |
EUR 4 869 |
2.
Spejjeż għar-reviżjoni ta’ awtorizzazzjoni mogħtija għall-użi ta’ sustanzi fil-produzzjoni ta’ spare parts antiki jew fit-tiswija ta’ oġġetti jew prodotti kumplessi li ma għadhomx jiġu prodotti kif imsemmija fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 9(2)Tabella 1
Spejjeż standard
Spiża bażi |
EUR 27 050 |
Spiża addizzjonali għal kull sustanza |
EUR 5 410 |
Spiża addizzjonali għal kull użu |
EUR 24 345 |
Tabella 2
Spejjeż imnaqqsa għall-intrapriżi medji
Spiża bażi |
EUR 20 287 |
Spiża addizzjonali għal kull sustanza |
EUR 4 057 |
Spiża addizzjonali għal kull użu |
EUR 18 259 |
Tabella 3
Spejjeż imnaqqsa għall-intrapriżi żgħar
Spiża bażi |
EUR 12 172 |
Spiża addizzjonali għal kull sustanza |
EUR 2 434 |
Spiża addizzjonali għal kull użu |
EUR 10 955 |
Tabella 4
Spejjeż imnaqqsa għall-mikrointrapriżi
Spiża bażi |
EUR 2 705 |
Spiża addizzjonali għal kull sustanza |
EUR 541 |
Spiża addizzjonali għal kull użu |
EUR 2 434 |