This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R0772
Commission Implementing Regulation (EU) 2021/772 of 10 May 2021 amending Implementing Regulation (EU) 2020/977 as regards the temporary measures in relation to controls on the production of organic products, in particular the period of application (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/772 tal-10 ta’ Mejju 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/977 fir-rigward tal-miżuri temporanji b’rabta mal-kontrolli fuq il-produzzjoni ta’ prodotti organiċi, b’mod partikolari l-perjodu ta’ applikazzjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/772 tal-10 ta’ Mejju 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/977 fir-rigward tal-miżuri temporanji b’rabta mal-kontrolli fuq il-produzzjoni ta’ prodotti organiċi, b’mod partikolari l-perjodu ta’ applikazzjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2021/3182
ĠU L 165, 11.5.2021, p. 28–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021
11.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 165/28 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/772
tal-10 ta’ Mejju 2021
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/977 fir-rigward tal-miżuri temporanji b’rabta mal-kontrolli fuq il-produzzjoni ta’ prodotti organiċi, b’mod partikolari l-perjodu ta’ applikazzjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(6), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 30(2) u l-Artikolu 38(c), (d) u (e) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-pandemija tal-COVID-19 u r-restrizzjonijiet estensivi fuq il-moviment li ddaħħlu fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi fil-forma ta’ miżuri nazzjonali jikkostitwixxu sfida eċċezzjonali u bla preċedent għall-Istati Membri u għall-operaturi b’rabta mat-twettiq tal-kontrolli kif speċifikat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 u fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (2) u (KE) Nru 1235/2008 (3). |
(2) |
Sabiex jiġu indirizzati ċ-ċirkostanzi speċifiċi minħabba l-kriżi attwali relatata mal-pandemija tal-COVID-19, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/977 (4) jippermetti lill-Istati Membri japplikaw miżuri temporanji li jidderogaw mir-Regolamenti (KE) Nru 889/2008 u (KE) Nru 1235/2008 b’rabta mas-sistema ta’ kontroll fuq il-produzzjoni tal-prodotti organiċi u ċerti proċeduri previsti fis-Sistema tal-Kontroll tal-Kummerċ u tal-Esperti veterinarji (TRACES). |
(3) |
L-Istati Membri infurmaw lill-Kummissjoni li minħabba l-kriżi marbuta mal-pandemija tal-COVID-19, ċertu tfixkil serju fil-funzjonament tas-sistemi ta’ kontroll tagħhom fis-settur organiku se jippersisti lil hinn mill-1 ta’ Frar 2021. |
(4) |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/466 (6) jippermetti lill-Istati Membri japplikaw miżuri temporanji biex jevitaw riskji serji ta’ saħħa għall-persunal tal-awtoritajiet kompetenti, fid-dawl tad-diffikultajiet biex jitwettqu dawk il-kontrolli u l-attivitajiet u sa fejn ikun meħtieġ għall-ġestjoni tat-tfixkil serju relatat tas-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri. Il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament ġie estiż sal-1 ta’ Lulju 2021 mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/83 (7). Għalhekk huwa xieraq li d-derogi previsti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/977 jibqgħu japplikaw għall-istess perjodu kif previst fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/466. |
(5) |
L-Artikolu 1(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/977 jistabbilixxi perċentwal aktar baxx mill-punt (c) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 92c(2) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 fir-rigward tal-ispezzjonijiet u taż-żjarat f’konformità mal-Artikolu 65(1) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jridu jitwettqu mingħajr avviż minn qabel. Sabiex jiġi żgurat li dawk l-ispezzjonijiet u ż-żjarat ikunu jistgħu fil-fatt isiru u f’ċirkostanzi sikuri, huwa xieraq li tinħoloq il-possibbiltà li jinħareġ avviż ta’ 24 siegħa għal dawk l-ispezzjonijiet u ż-żjarat mingħajr avviż minn qabel. |
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/977 jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Jeħtieġ li ma tiġix imfixkla l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/977, estiża b’dan ir-Regolament. Għalhekk, jixraq li tiġi prevista applikazzjoni retroattiva ta’ dan ir-Regolament mill-1 ta’ Frar 2021 f’dak ir-rigward. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-produzzjoni organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/977 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1(1)(b) u (2) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Frar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Mejju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/977 tas-7 ta’ Lulju 2020 li jidderoga mir-Regolamenti(KE) Nru 889/2008 u (KE) Nru 1235/2008 f’dak li għandu x’jaqsam mal-kontrolli fuq il-produzzjoni tal-prodotti organiċi minħabba l-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 217, 8.7.2020, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/466 tat-30 ta’ Marzu 2020 dwar miżuri temporanji biex jiġu limitati r-riskji għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u għat-trattament xieraq tal-annimali matul ċertu tfixkil serju tas-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri minħabba l-marda tal-coronavirus (il-COVID-19) (ĠU L 98, 31.3.2020, p. 30).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/83 tas-27 ta’ Jannar 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/466 fir-rigward tat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra minn persuni fiżiċi awtorizzati b’mod speċifiku u tal-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri temporanji (ĠU L 29, 28.1.2021, p. 23).