This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R0696
Regulation (EU) 2021/696 of the European Parliament and of the Council of 28 April 2021 establishing the Union Space Programme and the European Union Agency for the Space Programme and repealing Regulations (EU) No 912/2010, (EU) No 1285/2013 and (EU) No 377/2014 and Decision No 541/2014/EU
Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE
Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE
PE/21/2021/INIT
ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69–148
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 170/69 |
REGOLAMENT (UE) 2021/696 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-28 ta’ April 2021
li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 189(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1)
Billi:
(1) |
It-teknoloġija, id-data u s-servizzi spazjali saru indispensabbli fil-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini Ewropej u jaqdu rwol essenzjali biex jiġu mħarsa ħafna interessi strateġiċi. L-industrija spazjali tal-Unjoni diġà hija waħda mill-iktar kompetittivi fid-dinja. Madankollu, il-fatt li qegħdin jitfaċċaw atturi ġodda u l-fatt li qegħdin jiġu żviluppati teknoloġiji ġodda qegħdin jirrivoluzzjonaw il-mudelli industrijali tradizzjonali. Għalhekk, sabiex l-Unjoni tibqa' attur internazzjonali ewlieni b'libertà estensiva ta' azzjoni fil-qasam tal-ispazju, huwa kruċjali li hija tħeġġeġ il-progress xjentifiku u tekniku, u toffri sostenn għall-kompetittività u għall-kapaċità ta' innovazzjoni tal-industriji tas-settur spazjali fl-Unjoni, b'mod partikolari l-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs)., in-negozji ġodda u n-negozji innovattivi. |
(2) |
Il-possibbiltajiet li joffri l-ispazju għas-sigurtà tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jenħtieġ li jiġu sfruttati kif imsemmi b'mod partikolari fl-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea ta' Ġunju 2016, filwaqt li tinżamm in-natura ċivili tal-Programm Spazjali tal-Unjoni (“il-Programm”) u tiġi rispettata n-newtralità possibbli jew id-dispożizzjonijiet mhux ta' allinjament stipulati fil-liġi kostituzzjonali tal-Istati Membri. Storikament, l-iżvilupp tas-settur spazjali kien marbut mas-sigurtà. F'ħafna każijiet, it-tagħmir, il-komponenti u l-istrumenti użati fis-settur spazjali kif ukoll id-data u s-servizzi dwar l-ispazju huma oġġetti b'użu doppju. Madankollu, il-politika ta' sigurtà u ta' difiża tal-Unjoni hija determinata fi ħdan il-qafas tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni, b'konformità mat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). |
(3) |
L-Unjoni ilha tiżviluppa l-inizjattivi u l-programmi spazjali tagħha stess sa minn tmiem id-Disgħinijiet, b'mod partikolari s-Sistema Ewropea ta' Navigazzjoni b'Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS) u mbagħad Galileo u Copernicus, li jirrispondu għall-ħtiġijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u għar-rekwiżiti tal-politiki pubbliċi. Il-kontinwità ta' dawk l-inizjattivi u tal-programmi jenħtieġ li tiġi żgurata u s-servizzi li dawn jipprovdu jenħtieġ li jiġu mtejba sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet il-ġodda tal-utenti, jibqgħu minn ta' quddiem fid-dawl tal-iżviluppi ġodda fit-teknoloġija u tat-trasformazzjonijiet fl-oqsma diġitali u tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, u sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw il-prijoritajiet politiċi bħat-tibdil fil-klima, inkluż il-monitoraġġ tat-tibdil fir-reġjun polari, it-trasport, is-sigurtà u d-difiża. |
(4) |
Huwa neċessarju li jkunu sfruttati s-sinerġiji bejn il-ħtiġijiet tas-setturi tat-trasport, tal-ispazju u dawk diġitali sabiex jitrawwem l-użu usa' ta' teknoloġiji ġodda, bħall-e-call, it-takografija diġitali, is-superviżjoni u l-ġestjoni tat-traffiku, is-sewqan awtonomu u l-inġenji mingħajr bdot u d-droni, u biex jiġu trattat il-bżonn ta' konnettività sigura u bla xkiel, il-pożizzjonament b'saħħtu, l-intermodalità u l-interoperabbiltà. Tali sfruttament ta’ sinerġiji jsaħħaħ il-kompetittività tas-servizzi u tal-industrija tat-trasport. |
(5) |
Sabiex ikunu sfruttati l-aktar benefiċċji possibbli tal-Programm, fl-Istati Membri kollha u miċ-ċittadini kollha tagħhom, huwa wkoll essenzjali li jiġu promossi l-użu u l-applikazzjoni tad-data, l-informazzjoni u s-servizzi pprovduti, kif ukoll l-appoġġ għall-iżvilupp ta' applikazzjonijiet downstream ibbażati fuq dik id-data, l-informazzjoni u s-servizzi. Għal dak il-għan, l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-entitajiet responsabbli jistgħu, b'mod partikolari, imexxu perjodikament kampanji ta' informazzjoni dwar il-benefiċċji tal-Programm. |
(6) |
Biex jinkisbu l-għanijiet tal-libertà ta' azzjoni, l-indipendenza u s-sigurtà, huwa essenzjali li l-Unjoni tibbenefika minn aċċess awtonomu għall-ispazju u tista' tużah mingħajr periklu. Għalhekk, huwa essenzjali li l-Unjoni tappoġġa aċċess spazjali awtonomu, affidabbli u kosteffettiv, speċjalment fir-rigward tal-infrastruttura u t-teknoloġija kritiċi, is-sigurtà pubblika u s-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li taggrega s-servizzi tal-illanċjar fil-livell Ewropew, kemm għall-ħtiġijiet tagħha stess u kemm għal dawk ta' entitajiet oħra, fuq talba tagħhom, inklużi l-Istati Membri, f'konformità mal-Artikolu 189(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Biex tibqa' kompetittiva f'suq li jevolvi malajr, huwa kruċjali wkoll li l-Unjoni tkompli jkollha aċċess għal faċilitajiet infrastrutturali ta' llanċjar moderni, effiċjenti u flessibbli u tibbenefika minn sistemi ta' llanċjar xierqa. Għalhekk, mingħajr preġudizzju għall-miżuri meħuda mill-Istati Membri jew mill-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA), jenħtieġ li jkun possibbli li l-Programm ikun jista' jappoġġa adattamenti għall-infrastruttura tal-art tal-ispazju, inkluż żviluppi ġodda, li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Programm u l-adattamenti, inkluż l-iżvilupp tat-teknoloġija, għas-sistemi ta' llanċjar fl-ispazju li huma meħtieġa għall-illanċjar ta' satelliti, inklużi teknoloġiji alternattivi u sistemi innovattivi, għall-implimentazzjoni tal-komponenti tal-Programm. Dawk l-attivitajiet jenħtieġ li jiġu implimentati f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (ir-'Regolament Finanzjarju') u bil-għan li tinkiseb kosteffiċjenza aħjar għall-Programm. Minħabba li ser ikun hemm l-ebda baġit dedikat, l-azzjonijiet ta' appoġġ għall-aċċess għall-ispazju jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għall-implimentazzjoni tal-komponenti tal-Programm. |
(7) |
Sabiex issaħħaħ il-kompetittività tal-industrija spazjali tal-Unjoni u żżid il-kapaċità fid-disinn, fil-bini u fit-tħaddim tas-sistemi tagħha stess, jenħtieġ li l-Unjoni tagħti sostenn għall-ħolqien, għat-tkabbir u għall-iżvilupp tal-industrija spazjali kollha. Jenħtieġ li l-ħolqien ta' mudell li jiffavorixxi n-negozju u l-innovazzjoni jingħata sostenn fil-livelli Ewropej, reġjonali u nazzjonali permezz ta' inizjattivi bħal ċentri spazjali li jġibu flimkien is-setturi spazjali, diġitali u setturi oħra, kif ukoll l-utenti. Dawk iċ-ċentri spazjali jenħtieġ li jkollhom l-għan li jrawmu l-intraprenditorija u l-ħiliet filwaqt li jfittxu sinerġiji maċ-ċentri tal-innovazzjoni diġitali. Jenħtieġ li l-Unjoni trawwem il-ħolqien u l-espansjoni ta' kumpaniji spazjali bbażati fl-Unjoni biex tgħinhom jirnexxu, inkluż billi tagħtihom sostenn fl-aċċess għall-finanzjament tar-riskju fid-dawl tan-nuqqas ta' aċċess xieraq, fi ħdan l-Unjoni, għall-ekwità privata għan-negozji ġodda tal-qasam spazjali u billi tħeġġeġ id-domanda, magħruf bħala l-approċċ tal-ewwel kuntratt. |
(8) |
Il-katina tal-valur spazjali ġeneralment hi mqassma bejn attivitajiet upstream u attivitajiet downstream. L-attivitajiet upstream jinkludu li jwasslu għal sistema spazjali operazzjonali, inklużi l-attivitajiet ta' żvilupp, manifattura u llanċjar u l-operazzjonijiet ta' tali sistema. L-attivitajiet downstream jinkludu dawk li jkopru l-provvista ta' servizzi relatati mal-ispazju, u prodotti għall-utenti. Il-pjattaformi diġitali huma wkoll element importanti li jappoġġa l-iżvilupp tas-settur spazjali. Huma jippermettu aċċess għal data u prodotti kif ukoll settijiet ta' għodod, ħżin u faċilitajiet ta' kompjuters. |
(9) |
Fil-qasam tal-ispazju, l-Unjoni teżerċita l-kompetenzi tagħha b'konformità mal-Artikolu 4(3) TFUE. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura l-koerenza tal-attivitajiet imwettqa fil-kuntest tal-Programm. |
(10) |
Billi għadd ta' Stati Membri għandhom tradizzjoni ta' industriji attivi relatati mal-ispazju, jenħtieġ li tiġi rikonoxxuta l-ħtieġa li l-industriji spazjali jiġu żviluppati u maturati fl-Istati Membri b'kapaċitajiet emerġenti kif ukoll il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-isfidi li qed jiffaċċjaw l-industriji spazjali tradizzjonali maħluqa mill-"iSpazju Ġdid". Jenħtieġ li jiġu promossi azzjonijiet biex tiġi żviluppata l-kapaċità tal-industrija spazjali madwar l-Unjoni u tiġi ffaċilitata l-kollaborazzjoni attiva fost l-industrija spazjali fl-Istati Membri kollha. |
(11) |
L-azzjonijiet taħt il-Programm jenħtieġ li jibnu fuq u jibbenefikaw minn kapaċitajiet nazzjonali u Ewropej li jkunu jeżistu fiż-żmien meta l-azzjoni tkun qed titwettaq. |
(12) |
Minħabba l-kopertura tal-Programm u l-potenzjal tiegħu li jgħinu biex jissolvew l-isfidi globali, attivitajiet spazjali tal-Unjoni għandhom dimensjoni internazzjonali qawwija. F'koordinazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, u bi qbil magħhom, il-korpi rilevanti tal-Programm jistgħu jipparteċipaw fi kwistjonijiet relatati mal-Programm, f'kooperazzjoni internazzjonali u jikkollaboraw f'korpi settorjali rilevanti tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) . Għal kwistjonijiet relatati mal-Programm , il-Kummissjoni tista' tikkoordina, f'isem l-Unjoni, u fil-qasam tal-kompetenza tagħha, l-attivitajiet fix-xena internazzjonali, b'mod partikolari biex tiddefendi l-interessi tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha f'fora internazzjonali, inkluż fil-qasam tal-frekwenzi fir-rigward tal-Programm, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri f'dan il-qasam. Huwa partikolarment importanti għall-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, li tikkollabora fil-korpi tal-Programm Internazzjonali Cospas-Sarsat. |
(13) |
Il-kooperazzjoni internazzjonali hija ta' importanza kbira għall-promozzjoni tar-rwol tal-Unjoni bħala attur globali fis-settur spazjali u fit-teknoloġija u l-industrija tal-Unjoni, filwaqt li trawwem kompetizzjoni ġusta fil-livell internazzjonali, u żżomm f'moħħha l-ħtieġa li tiġi żgurata r-reċiproċità tad-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet, u li tħeġġeġ il-kooperazzjoni fil-qasam tat-taħriġ. Il-kooperazzjoni internazzjonali hija element ewlieni tal-Istrateġija Spazjali għall-Ewropa, kif stabbilita mill-Kummissjoni fil-Kommuniukazzjoni tagħha tas-26 ta’ Ottubru 2016. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża l-Programm biex tikkontribwixxi għal u tibbenefika minn sforzi internazzjonali permezz ta' inizjattivi, biex tippromwovi t-teknoloġija u l-industrija Ewropea fuq livell internazzjonali (pereżempju djalogi bilaterali, workshops tal-industrija, sostenn għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs), u biex tiffaċilita l-aċċess għal swieq internazzjonali u tħeġġeġ kompetizzjoni ġusta, kif ukoll tistimola l-inizjattivi ta' diplomazija ekonomika. L-inizjattivi diplomatiċi spazjali Ewropej jenħtieġ li jkunu koerenti u komplementari bis-sħiħ mal-politiki, il-prijoritajiet u l-istrumenti eżistenti tal-Unjoni, filwaqt li l-Unjoni għandha rwol ewlieni x'taqdi flimkien mal-Istati Membri biex tibqa' fuq quddiem nett fix-xena internazzjonali. |
(14) |
Mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippromwovi, flimkien mar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ("ir-Rappreżentant Għoli") u f'koordinazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, imġiba responsabbli fl-ispazju meta timplimenta l-Programm, inkluż tnaqqis fil-proliferazzjoni tar-residwi spazjali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tesplora wkoll il-possibbiltà li l-Unjoni taċċetta d-drittijiet u l-obbligi previsti fit-Trattati u l-Konvenzjonijiet rilevanti tan-NU u, jekk meħtieġ, tressaq proposti xierqa. |
(15) |
Il-Programm għandu għanijiet simili bħal ta' programmi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari Orizzont Ewropa stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-Programm InvestEU stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), il-Fond Ewropew għad-Difiża stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u l-Fondi skont Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond għall-Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjari għal dawk u għall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika tal-Viżi (ir-“Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni”). Għalhekk, jenħtieġ li jiġi previst il-finanzjament kumulattiv minn dawk il-programmi, dment li ma jkoprux l-istess elementi tal-kostijiet, b'mod partikolari permezz ta' arranġamenti għal finanzjament kumplementari mill-programmi tal-Unjoni fejn il-modalitajiet ta' ġestjoni jippermettu f'sekwenza, b'mod alternanti, jew permezz ta' kombinazzjoni tal-fondi, inkluż għall-finanzjament konġunt tal-azzjonijiet, li jippermettu, fejn ikun possibbli, li jkun hemm sħubijiet għall-innovazzjoni u operazzjonijiet ta' taħlit. Għaldaqstant, matul l-implimentazzjoni tal-Programm, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippromwovi sinerġiji ma' programmi u strumenti finanzjarji oħra relatati tal-Unjoni li jippermettu, fejn ikun possibbli, l-użu ta' aċċess għall-finanzjament tar-riskju, għas-sħubijiet għall-innovazzjoni, u għall-finanzjament kumulattiv jew imħallat. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura wkoll sinerġiji u koerenza bejn is-soluzzjonijiet żviluppati taħt dawk il-programmi, b'mod partikolari Orizzont Ewropa, u s-soluzzjonijiet żviluppati skont il-Programm |
(16) |
F'konformità mal-Artikolu 191(3) tar-Regolament Finanzjarju, fl-ebda ċirkostanza ma għandhom jiġu ffinanzjati darbtejn l-istess kostijiet mill-baġit tal-Unjoni. |
(17) |
L-għanijiet ta' politika ta' dan il-Programm jiġu indirizzati wkoll bħala oqsma eliġibbli għall-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment permezz tal-istrumenti finanzjarji u l-garanzija baġitarja tal-Programm InvestEU, b'mod partikolari fil-qafas tal-aspetti ta' politika tiegħu dwar l-infrastruttura sostenibbli u dwar ir-riċerka, l-innovazzjoni u diġitalizzazzjoni. Is-sostenn finanzjarju jenħtieġ li jintuża biex jiġu indirizzati b'mod proporzjonat il-fallimenti tas-suq jew is-sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali, u jenħtieġ li l-azzjonijiet ma jidduplikawx jew ma jeskludux il-finanzjament privat jew joħolqu distorsjoni fil-kompetizzjoni tas-suq intern. Jenħtieġ li l-azzjonijiet ikollhom valur miżjud Ewropew ċar. |
(18) |
Il-koerenza u s-sinerġiji bejn Orizzont Ewropa u l-Programm jenħtieġ li jrawmu settur spazjali Ewropew kompetittiv u innovattiv; se jsaħħu l-awtonomija tal-Ewropa fl-aċċess u fl-użu tal-ispazju f'ambjent sigur u sikur; u se jsaħħu r-rwol tal-Ewropa bħala attur globali. Soluzzjonijiet rivoluzzjonarji f'Orizzont Ewropa jingħataw sostenn permezz tad-data u tas-servizzi disponibbli bis-saħħa tal-Programm għall-komunità tar-riċerka u tal-innovazzjoni. |
(19) |
Biex jiġi massimizzat ir-ritorn soċjoekonomiku mill-Programm, huwa essenzjali li jinżammu sistemi tal-ogħla livell, li jiġu aġġornati biex jissodisfaw il-ħtiġijiet li qed jevolvu tal-utenti u li jseħħu żviluppi ġodda fis-settur tal-applikazzjonijiet downstream li jkunu jistgħu jsiru fl-ispazju. Jenħtieġ li l-Unjoni ssostni attivitajiet relatati mar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku, jew il-fażijiet bikrija tal-evoluzzjoni marbuta mal-infrastrutturi stabbiliti taħt il-Programm, kif ukoll l-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp relatati mal-applikazzjonijiet u s-servizzi bbażati fuq is-sistemi stabbiliti taħt il-programm, biex b'hekk tistimola l-attivitajiet ekonomiċi upstream u downstream. L-istrument xieraq fil-livell tal-Unjoni għall-finanzjament ta' dawk l-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni huwa Orizzont Ewropa. Madankollu, parti speċifika ħafna tal-attivitajiet ta' żvilupp jenħtieġ li tkun iffinanzjata mill-baġit allokat lill-programmi Galileo u EGNOS taħt dan ir-Regolament, l-aktar fejn tali attivitajiet jikkonċernaw elementi fundamentali bħal chipsets u riċevituri kompatibbli ma' Galileo, li jiffaċilitaw l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet fost is-setturi differenti tal-ekonomija. Minkejja dan, tali finanzjament jenħtieġ li ma jpoġġix f'riskju l-iskjerament jew l-esplojtazzjoni tal-infrastrutturi stabbiliti skont il-Programmi. |
(20) |
Sabiex tiġi żgurata l-kompetittività tal-industrija spazjali Ewropea fil-futur, il-Programm jenħtieġ li jagħti sostenn lill-iżvilupp ta' ħiliet avvanzati f'oqsma relatati mal-ispazju u jagħti sostenn lill-attivitajiet ta' edukazzjoni u taħriġ, jippromwovi opportunitajiet ugwali, inkluż l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, sabiex jintlaħaq il-potenzjal sħiħ taċ-ċittadini tal-Unjoni f'dak il-qasam. |
(21) |
L-infrastruttura ddedikata għall-Programm tista’ tirrikjedi riċerka u innovazzjoni addizzjonali, li jistgħu jingħataw sostenn fil-qafas ta' Orizzont Ewropa, bil-għan li jkun hemm koerenza mal-attivitajiet f'dan il-qasam mill-ESA. Jenħtieġ li s-sinerġiji ma' Orizzont Ewropa jiżguraw li l-ħtiġijiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni tas-settur spazjali jiġu identifikati u stabbiliti bħala parti mill-proċess ta' ppjanar strateġiku għar-riċerka u għall-innovazzjoni. Id-data u s-servizzi spazjali li jkunu disponibbli mingħajr ħlas bis-saħħa tal-Programm jintużaw biex jiġu żviluppati soluzzjoni rivoluzzjonarji permezz tar-riċerka u tal-innovazzjoni, inkluż f'Orizzont Ewropa, b'sostenn għall-prijoritajiet tal-politiki tal-Unjoni. Il-proċess tal-ippjanar strateġiku fil-qafas ta' Orizzont Ewropa jidentifika l-attivitajiet tar-riċerka u tal-innovazzjoni li jenħtieġ li jużaw infrastrutturi bi sjieda tal-Unjoni bħal Galileo, EGNOS u Copernicus. L-infrastrutturi tar-riċerka, b'mod partikolari n-networks tal-osservazzjoni fil-post jikkostitwixxu elementi essenzjali tal-infrastruttura tal-osservazzjoni fil-post li tippermetti t-twassil tas-Servizzi ta' Copernicus. |
(22) |
Huwa importanti li l-Unjoni jkollha s-sjieda tal-assi tanġibbli u intanġibbli kollha li jinħolqu jew li jiġu żviluppati permezz tal-akkwist pubbliku li tiffinanzja bħala parti mill-Programm. Sabiex tiġi żgurata konformità sħiħa ma' kwalunkwe dritt fundamentali marbut mas-sjieda, jenħtieġ li jsiru l-arranġamenti meħtieġa mas-sidien eżistenti. Jenħtieġ li tali sjieda tal-Unjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Unjoni, skont dan ir-Regolament u fejn jitqies li jkun xieraq abbażi ta' valutazzjoni każ b'każ, dawk l-assi tagħmilhom disponibbli għal partijiet terzi jew tiddisponi minnhom. |
(23) |
Sabiex jitħeġġeġ l-iżjed użu wiesa' possibbli tas-servizzi offruti mill-Programm, ikun utli li jiġi enfasizzat li d-data, l-informazzjoni u s-servizzi jiġu pprovduti mingħajr garanzija u mingħajr preġudizzju għall-obbligi imposti minn dispożizzjonijiet legalment vinkolanti. |
(24) |
Il-Kummissjoni, meta twettaq uħud mill-kompiti tagħha ta' natura mhux regolatorja, jenħtieġ li tkun tista' tirrikorri, kif ikun meħtieġ u kemm ikun hemm bżonn, għall-assistenza teknika ta' ċerti partijiet esterni. Entitajiet oħra involuti fil-governanza pubblika tal-Programm jistgħu ukoll jużaw l-istess assistenza teknika fit-twettiq tal-kompiti iddelegati lilhom skont dan ir-Regolament. |
(25) |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għat-tul kollu tal-Programm li jrid jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, skont it-tifsira tal-punt 18 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprja ġodda, inkluż pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprja ġodda (6), għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. |
(26) |
Filwaqt li jirrifletti l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima f'konformità mal-impenji tal-Unjoni rigward l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (7)u l-impenji għall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU, l-azzjonijiet skont dan il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxu lejn l-integrazzjoni ta' azzjonijiet klimatiċi u lejn il-kisba ta' mira ġenerali fejn mill-inqas 30 % tal-infiq tal-baġit tal-Unjoni jsostni l-għanijiet relatati mal-klima. Matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm jenħtieġ li jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, li se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-proċessi rilevanti ta' evalwazzjoni u ta' rieżami. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ser jikkooperaw fuq metodoloġija effettiva, trasparenti u komprensiva, li għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni, sabiex jiġi vvalutat l-infiq taħt il-programmi kollha tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-objettivi tal-bijodiversità, filwaqt li jitqiesu d-duplikazzjonijiet eżistenti bejn l-objettivi tal-klima u tal-bijodiversità. |
(27) |
Jenħtieġ li d-dħul iġġenerat mill-komponenti tal-Programm imur għall-Unjoni sabiex jikkumpensa parzjalment l-investimenti li diġà tkun għamlet, u jenħtieġ li dak id-dħul jintuża biex jingħata sostenn lill-kisba tal-għanijiet tal-Programm. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li jkun possibbli li jkun previst mekkaniżmu ta' kondiviżjoni tad-dħul fil-kuntratti konklużi ma' entitajiet tas-settur privat. |
(28) |
Ir-Regolament Finanzjarju japplika għall-Programm. Ir-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist pubbliku, ġestjoni indiretta, strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji, assistenza finanzjarja u r-rimborż ta’ esperti esterni. |
(29) |
Peress li l-Programm huwa, fil-prinċipju, iffinanzjat mill-Unjoni, jenħtieġ li l-kuntratti tal-akkwist konklużi fil-qafas tal-Programm għal attivitajiet finanzjati mill-Programm jikkonformaw mar-regoli tal-Unjoni. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li l-Unjoni tkun responsabbli wkoll għad-definizzjoni tal-għanijiet li jridu jintlaħqu fir-rigward tal-akkwist pubbliku. Ir-Regolament Finanzjarju jipprevedi li, abbażi tar-riżultati ta' valutazzjoni ex ante, il-Kummissjoni tista' tiddependi fuq is-sistemi u l-proċeduri tal-persuni jew l-entitajiet li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni. L-aġġustamenti speċifiċi meħtieġa għal dawn is-sistemi u proċeduri, kif ukoll l-arranġamenti biex jittawlu l-kuntratti eżistenti, jenħtieġ li jkunu definiti fil-ftehim qafas ta' sħubija finanzjarja (FFPA) jew fil-ftehim ta' kontribuzzjoni korrispondenti. |
(30) |
Il-Programm jiddependi fuq teknoloġiji kumplessi u li jinbidlu b'mod kostanti. Id-dipendenza fuq tali teknoloġiji tirriżulta f'inċertezza u f'riskji għall-kuntratti pubbliċi konklużi fil-qafas ta' dan il-programm, peress li dawk il-kuntratti jinvolvu impenji fit-tul għat-tagħmir jew għas-servizzi. Għalhekk, minbarra r-regoli stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, huma meħtieġa miżuri speċifiċi li jikkonċernaw il-kuntratti pubbliċi. Għaldaqstant, jenħtieġ li jkun possibbli li jingħata kuntratt fil-forma ta' kuntratt kondizzjonali b'pagamenti fi stadji, tiddaħħal emenda, taħt ċerti kondizzjonijiet, fil-kuntest tal-prestazzjoni tiegħu, jew jiġi impost livell minimu ta' sottokuntrattar, b’mod partikolari sabiex l-SME’s u n-negozji ġodda jkunu jistgħu jipparteċipaw. Fl-aħħar nett, minħabba l-inċertezzi teknoloġiċi li jikkaratterizzaw il-komponenti tal-Programm, il-prezzijiet tal-kuntratti mhux dejjem jistgħu jitbassru b'mod preċiż u għalhekk jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu konklużi kuntratti mingħajr ma jiġi stipulat prezz fiss riġidu u li jiġu inklużi klawżoli li jissalvagwardjaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. |
(31) |
Sabiex titħeġġeġ id-domanda pubblika u l-innovazzjoni fis-settur pubbliku, il-Programm jenħtieġ li jippromwovi l-użu ta' data, informazzjoni u servizzi biex jiġi sostnut l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet personalizzati mill-industrija u l-SMEs fil-livelli reġjonali u lokali permezz ta' sħubiji għall-innovazzjoni marbuta mal-ispazju, kif imsemmi fil-punt 7 tal-Anness 1 għar-Regolament Finanzjarju, li jippermetti li l-istadji kollha mill-iżvilupp sal-introduzzjoni u l-akkwist ta' soluzzjonijiet spazjali interoperabbli personalizzati għas-servizzi pubbliċi jiġu koperti. |
(32) |
Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Programm, huwa importanti li, fejn ikun xieraq, wieħed ikun jista' jserraħ fuq il-kapaċitajiet offruti mill-entitajiet pubbliċi u privati tal-Unjoni li huma attivi fil-qasam spazjali u li jkun jista' jaħdem ukoll fil-livell internazzjonali ma' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li jkun hemm lok għall-possibbiltà li jintużaw l-għodod u l-metodi ta' ġestjoni rilevanti kollha li huma previsti mit-TFUE u mir-Regolament Finanzjarju u proċeduri konġunti tal-akkwist. |
(33) |
Fir-rigward tal-għotjiet b'mod iktar speċifiku, l-esperjenza wriet li l-adozzjoni mill-utenti u d-dħul fis-suq u s-sensibilizzazzjoni ġenerali jaħdmu aħjar b'mod deċentralizzat milli b'approċċ minn fuq għal isfel mill-Kummissjoni. Il-vawċers, li huma forma ta' sostenn finanzjarju minn benefiċjarju ta' għotja lil partijiet terzi, kienu fost l-azzjonijiet bl-ogħla rata ta' suċċess għall-entranti ġodda u għall-SMEs. Madankollu, dawn ġew imxekkla mil-limitu massimu fuq is-sostenn finanzjarju impost bir-Regolament Finanzjarju. Għalhekk, jenħtieġ li dak il-limitu massimu jogħla għall-Programm sabiex iżomm mal-andament tal-potenzjal dejjem jikber tal-applikazzjonijiet tas-suq fis-settur spazjali. |
(34) |
Jenħtieġ li l-forom ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jintgħażlu abbażi ta' kemm ikunu jistgħu jilħqu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u jwasslu r-riżultati, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta' konformità. Jenħtieġ li dan jinkludi l-kunsiderazzjoni tal-użu ta' somma f'daqqa, ta' rati fissi u ta' kostijiet unitarji, kif ukoll il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet imsemmija fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. |
(35) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE (8)persuni u entitajiet stabbiliti f'pajjiżi jew territorji extra-Ewropej huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li miegħu il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut. |
(36) |
Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 TFUE japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawk ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u b'mod partikolari jiddeterminaw il-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu kontrolli dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jinkludu wkoll reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni. |
(37) |
F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE/Euratom), Nru 2988/95 (10) , (Euratom, KE) Nru 2185/96 (11) u (UE) 2017/1939 (12) l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inkluż miżuri relatati mal-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet inkluż frodi, mal-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod skorrett u fejn xieraq, mal-impożizzjoni ta' penali amministrattivi. B'mod partikolari, skont ir-Regolamenti (UE, Euratom) Nru 2185/96 u (UE/Euratom) Nru 883/2013 l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") huwa mogħti s-setgħa, f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, li jinvestiga u jressaq każijiet u reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). Skont ir-Regolament Finanzjarju, kull persuna jew entità li tirċievi fondi mill-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw f’kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi mill-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. |
(38) |
Il-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali kif ukoll il-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat jistgħu jipparteċipaw fil-Programm, bl-eċċezzjoni ta' Galileo, EGNOS, GOVSATCOM u s-subkomponent tal-SST f'konformità mal-ftehimiet rispettivi tagħhom. Pajjiżi terzi oħra jistgħu jipparteċipaw ukoll fil-Programm bl-eċċezzjoni ta' Galileo, EGNOS, GOVSATCOM u s-subkomponent tal-SST, abbażi ta' ftehim li għandu jiġi konkluż f'konformità mal-Artikolu 218 TFUE. Galileo u EGNOS jenħtieġ li jkunu miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-membri tal-EFTA li huma membri taż- ŻEE, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (14).Pajjiżi terzi oħra jistgħu jipparteċipaw f’Galileo u EGNOS abbażi ta' ftehim li għandu jiġi konkluż skont l-Artikolu 218 TFUE. Jenħtieġ li GOVSATCOM tkun miftuħa għal kwalunkwe pajjiż terz biss abbażi ta' ftehim li għandu jiġi konkluż f'konformità mal-Artikolu 218 TFUE. |
(39) |
Jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika f'dan ir-Regolament li teżiġi li pajjiżi terzijagħtu d-drittijiet neċessarji u l-aċċess meħtieġ biex l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, l-OLAF u il-Qorti tal-Awdituri jeżerċitaw b'mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom. |
(40) |
L-organizzazzjonijiet internazzjonali li ma għandhomx il-kwartieri ġenerali tagħhom fl-Unjoni u li jkunu jixtiequ jaċċessaw is-servizzi tal-SST li mhumiex disponibbli għall-pubbliku jenħtieġ li jkunu meħtieġa jikkonkludu ftehim f’konformità mal-Artikolu 218 TFUE. L-organizzazzjonijiet internazzjonali li għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fl-Unjoni u li huma sidien u operaturi pubbliċi tal-inġenji spazjali jenħtieġ li jitqiesu bħala utenti ewlenin tal-SST. |
(41) |
L-informazzjoni disponibbli pubblikament għas-servizzi tal-SST jenħtieġ li tinftiehem li tfisser kwalunkwe informazzjoni li għaliha utent ikollu bażi raġonevoli biex isib aċċess b'mod legali. Is-servizzi tal-SST għall-evitar tal-kolliżjonijiet, id-dħul mill-ġdid u l-frammentazzjoni huma bbażati fuq informazzjoni esterna tal-SST aċċessibbli għall-pubbliku li tkun disponibbli wara talba għal aċċess. Konsegwentement, is-servizzi tal-SST għall-evitar tal-kolliżjonijiet, id-dħul mill-ġdid u l-frammentazzjoni jenħtieġ li jinftiehmu li huma servizzi disponibbli għall-pubbliku u jenħtieġ li ma jirrikjedux il-konklużjoni ta’ ftehim f’konformità mal-Artikolu 218 TFUE. L-aċċess għal dawk is-servizzi jenħtieġ li jkun disponibli fuq talba mill-utent potenzjali. |
(42) |
Governanza pubblika tajba tal-Programm tirrikjedi d-distribuzzjoni ċara tar-responsabbiltajiet u tal-kompiti fost id-diversi entitajiet involuti sabiex tiġi evitata duplikazzjoni bla ħtieġa u sabiex jitnaqqsu l-kostijiet lipermezz tagħhom jinqabeż il-baġit u d-dewmien. L-atturi kollha tal-governanza jenħtieġ li jsostnu, fil-qasam ta' kompetenza tagħhom u skont ir-responsabbiltajiet tagħhom, il-kisba tal-għanijiet tal-Programm. |
(43) |
L-Istati Membri ilhom ħafna attivi fil-qasam tal-ispazju. Għandhom sistemi, infrastruttura, aġenziji u korpi nazzjonali marbuta mal-ispazju. Għalhekk, jistgħu jagħtu kontribut kbir għall-Programm, speċjalment għall-implimentazzjoni tiegħu. Huma jistgħu jikkooperaw mal-Unjoni biex jippromwovu s-servizzi u l-applikazzjonijiet tal-Programm. Il-Kummissjoni tista' timmobilizza l-mezzi għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, tibbenefika mill-assistenza tagħhom u, soġġett għal kondizzjonijiet maqbula reċiprokament, tiddelega lill-Istati Membri b'kompiti mhux regolatorji fl-implimentazzjoni tal-Programm. Barra minn hekk, l-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw il-protezzjoni tal-istazzjonijiet fuq l-art stabbiliti fit-territorji tagħhom. Minbarra dan, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaħdmu flimkien u ma' korpi internazzjonali u ma' awtoritajiet regolatorji xierqa biex jiżguraw li l-frekwenzi meħtieġa għall-Programm ikunu disponibbli u protetti fil-livell adegwat sabiex ikun hemm lok għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni bis-sħiħ tal-applikazzjonijiet abbażi tas-servizzi offruti, b'konformità mad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15). |
(44) |
Bħala promotur tal-interess ġenerali tal-Unjoni, hija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni li timplimenta l-Programm, tassumi responsabbiltà ġenerali u tippromwovi l-użu tiegħu. Sabiex tottimizza r-riżorsi u l-kompetenzi tad-diversi partijiet ikkonċernati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tiddelega ċerti kompiti lil entitajiet oħra f'ċirkostanzi ġustifikabbli. Ladarba għandha r-responsabbiltà sħiħa tal-Programm, il-Kummissjoni jeħtieġ li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi u operazzjonali prinċipali meħtieġa biex tiġi implimentata l-evoluzzjoni tas-sistemi u tas-servizzi. Għandha tagħmel dan wara li tkun ikkonsultat lill-esperti tal-Istati Membri, lill-utenti u lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħra. Fl-aħħar nett, filwaqt li tinnota li fil-qasam tal-ispazju, f'konformità mal-Artikolu 4(3) TFUE, l-eżerċizzju ta' kompetenza mill-Unjoni ma jwassalx biex l-Istati Membri jiġu mċaħħda milli jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom, il-Kummissjoni jeħtieġ li tiżgura l-koerenza tal-attivitajiet imwettqa fil-kuntest tal-programm. |
(45) |
Il-missjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali ("l-Aġenzija"), li tissostitwixxi u tissuċċedi lill-Aġenzija tal-GNSS Ewropea stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), hija li tagħti kontribut lill-Programm, b'mod partikolari fir-rigward tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà[...] kif ukoll l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet tas-suq u downstream. Għalhekk, jenħtieġ li ċerti kompiti marbuta ma' dawk l-oqsma jiġu assenjati lill-Aġenzija. Fir-rigward tas-sigurtà b'mod partikolari, u minħabba l-esperjenza tagħha f'dan il-qasam, jenħtieġ li l-Aġenzija tkun responsabbli għall-kompiti ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà għall-azzjonijiet kollha tal-Unjoni fis-settur spazjali. Filwaqt li tibni fuq ir-rekord pożittiv tagħha fil-promozzjoni tal-adozzjoni mill-utent u mis-suq ta' Galileo u ta' EGNOS, jenħtieġ li l-Aġenzija tiġi inkarigata wkoll b'attivitajiet ta' adozzjoni mill-utenti relatati mal-komponenti tal-Programm minbarra Galileo u EGNOS, kif ukoll attivitajiet ta' żvilupp tal-applikazzjoni downstream għall-komponenti kollha tal-Programm. Dan jippermetti li l-Aġenzija tieħu benefiċċju mill-ekonomiji ta' skala u tiġi pprovduta opportunità għall-iżvilupp ta' applikazzjonijiet ibbażati fuq diversi komponenti tal-Programm (applikazzjonijiet integrati). Madankollu, dawk l-attivitajiet jenħtieġ li ma jippreġudikawx is-servizz u l-attivitajiet ta' adozzjoni mill-utenti inkarigati mill-Kummissjoni lill-entitajiet inkarigati ta' Copernicus. Jenħtieġ li l-inkarigu tal-iżvilupp ta' applikazzjonijiet downstream lill-Aġenzija ma jipprevjenix lil entitajiet inkarigati oħrajn milli jiżviluppaw applikazzjonijiet downstream. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Aġenzija twettaq il-kompiti li l-Kummissjoni tikkonferilha permezz ta' ftehim ta' FFPA li jkopri kompiti speċifiċi oħra assoċjati mal-Programm. Meta tinkariga kompiti lill-Aġenzija, jenħtieġ li jkunu disponibbli riżorsi umani, amministrattivi u finanzjarji adegwati. |
(46) |
F'ċerti ċirkostanzi debitament ġustifikati, jenħtieġ li l-Aġenzija tkun tista' tiddelega kompiti speċifiċi lil Stati Membri jew grupp ta' Stati Membri. Din id-delega jenħtieġ li jkun limitata għall-attivitajiet li l-Aġenzija ma għandhiex il-kapaċità li teżegwixxi hi stess u jenħtieġ li ma tippreġudikax il-governanza tal-Programm u l-allokazzjoni tal-kompiti kif definit f'dan ir-Regolament. |
(47) |
Galileo u EGNOS huma sistemi kumplessi li jirrikjedu koordinazzjoni intensiva. Peress li huma komponenti tal-Programm, dik il-koordinazzjoni jenħtieġ li titwettaq minn istituzzjoni jew korp tal-Unjoni. Filwaqt li tibni fuq l-għarfien espert li ġie żviluppat fis-snin li għaddew, l-Aġenzija hija l-aktar entità xierqa biex tikkoordina l-kompiti operazzjonali kollha relatati mal-esplojtazzjoni ta' dawk is-sistemi, ħlief għall-kooperazzjoni internazzjonali. L-Aġenzija jenħtieġ li għalhekk tiġi inkarigata bil-ġestjoni tal-esplojtazzjoni ta' EGNOS u Galileo. Madankollu, dan ma jfissirx li jenħtieġ li l-Aġenzija twettaq weħidha l-kompiti kollha relatati mal-esplojtazzjoni ta' dawk i-sistemi. Hija tista' sserraħ fuq l-għarfien espert ta' entitajiet oħra, b'mod partikolari l-ESA. Dan jenħtieġ li jinkludi l-attivitajiet dwar l-evoluzzjoni tas-sistemi, it-tfassil u l-iżvilupp ta' partijiet mis-segment fuq l-art u s-satelliti li jenħtieġ li jiġu inkarigati lill-ESA. L-allokazzjoni ta' kompiti lil entitajiet oħra tibni fuq il-kompetenza ta' entitajiet bħal dawn u jenħtieġ li tevita x-xogħol doppju. |
(48) |
L-ESA hija organizzazzjoni internazzjonali b'għarfien espert estensiv fil-qasam spazjali u kkonkludiet Ftehim Qafas mal-Komunità Ewropea fl-2004 (“Ftehim Qafas tal-2004”) (17). Għalhekk, hija sieħba importanti fl-implimentazzjoni tal-Programm, li magħha jenħtieġ li tiġi stabbilita kwalunkwe relazzjoni xierqa. F'dak ir-rigward, u f'konformità mar-Regolament Finanzjarju, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkonkludi FFPA mal-ESA u l-Aġenzija li tirregola r-relazzjonijiet finanzjarji kollha bejn il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-ESA, jiżgura l-konsistenza tagħhom u jikkonforma mal-Ftehim Qafas tal-2004, b'mod partikolari mal-Artikoli 2 u 5 tiegħu. Madankollu, peress li l-ESA mhijiex korp tal-Unjoni u mhijiex soġġetta għal-liġi tal-Unjoni, huwa essenzjali li tali ftehim jipprevedi li l-ESA tieħu miżuri xierqa biex tiżgura l-protezzjoni tal-interessi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha u, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit, li ll-kompiti mogħtija lilha jikkonformaw mad-deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-ftehim ikun fih ukoll il-klawżoli kollha meħtieġa biex jiġu ssalvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. |
(49) |
Il-funzjonament taċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SATCEN) bħala kapaċità awtonoma Ewropea li tipprovdi aċċess għal informazzjoni u servizzi li jirriżultaw mill-isfruttar ta' assi spazjali rilevanti u ta' data kollaterali kienet diġà rikonoxxuta fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18). |
(50) |
Sabiex ir-rappreżentazzjoni tal-utenti tiġi inkorporata b'mod strutturali fil-governanza ta' GOVSATCOM u sabiex il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tal-utenti jiġu aggregati tul il-konfini nazzjonali u ċivili-militari, l-entitajiet rilevanti tal-Unjoni b'rabtiet iktar mill-qrib mal-utenti, bħall-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex),, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi, il-Kapaċità Militari ta' Ppjanar u ta' Kondotta/il-Kapaċità Ċivili ta' Ppjanar u ta' Kondotta u ċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni għal Rispons ta' Emerġenza jista' jkollhom rwoli ta' koordinazzjoni għal gruppi speċifiċi ta' utenti. F'livell aggregat, jenħtieġ li l-Aġenzija tikkoordina l-aspetti relatati mal-utenti għall-komunitajiet tal-utenti ċivili u tista' timmonitorja l-użu operazzjonali, id-domanda, il-konformità mar-rekwiżiti u l-ħtiġijiet u r-rekwiżiti li qed jevolvu. |
(51) |
Minħabba l-importanza tal-attivitajiet marbuta mal-ispazju għall-ekonomija tal-Unjoni u għall-ħajja taċ-ċittadini tal-Unjoni u n-natura tal-użu doppju tas-sistemi u tal-applikazzjonijiet ibbażati fuq dawk is-sistemi, jenħtieġ li l-ksib u ż-żamma ta' livell għoli ta' sigurtà jkunu prijorità ewlenija għall-Programm, b'mod partikolari sabiex jiġu ssalvagwardjati l-interessi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, inkluż fir-rigward ta' informazzjoni klassifikata u fir-rigward ta' informazzjoni sensittiva oħra mhux klassifikata. |
(52) |
Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà nazzjonali, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli, it-tnejn li huma fil-qasam rispettiv ta' kompetenza tagħhom, jenħtieġ li jiżguraw is-sigurtà tal-Programm, b'konformità ma' dan ir-Regolament u, fejn ikun rilevanti, mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/698 (19). |
(53) |
Minħabba l-għarfien espert speċifiku tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-kuntatt regolari tiegħu mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, is-SEAE jista' jgħin lill-Kummissjoni fit-twettiq ta' wħud mill-kompiti tagħha marbuta mas-sigurtà tas-sistemi tal-Programm fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni, b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE (20). |
(54) |
Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà esklużiva tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà nazzjonali, kif previst fl-Artikolu 4(2) TUE, u għad-dritt tal-Istati Membri li jipproteġu l-interessi essenzjali tas-sigurtà tagħhom b'konformità mal-Artikolu 346 TFUE, jenħtieġ li tiġi stabbilita governanza speċifika ta' sigurtà li tiżgura implimentazzjoni bla xkiel tal-Programm. Jenħtieġ li dik il-governanza tkun ibbażata fuq tliet prinċipji ewlenin. L-ewwel nett, huwa importanti li l-esperjenza unika u estensiva tal-Istati Membri fi kwistjonijiet ta' sigurtà titqies kemm jista' jkun. It-tieni nett, sabiex ikun hemm prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess u ta' kwalunkwe nuqqas fl-applikazzjoni tar-regoli dwar is-sigurtà, jenħtieġ li l-funzjonijiet operazzjonali jkunu segregati mill-funzjonijiet ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà. It-tielet nett, l-entità responsabbli għall-ġestjoni tal-komponenti kollha tal-Programm jew ta' parti minnhom hija wkoll dik li tinsab fl-aqwa pożizzjoni li tiġġestixxi s-sigurtà tal-kompiti inkarigati lilha. Is-sigurtà tal-Programm tibni fuq l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni ta' Galileo, ta' EGNOS u ta' Copernicus matul is-snin li għaddew. Governanza tajba tas-sigurtà tirrikjedi wkoll li r-rwoli jiġu distribwiti b'mod xieraq fost id-diversi atturi. Peress li hija responsabbli għall-Programm, jenħtieġ li l-Kummissjoni, mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà nazzjonali, tistabbilixxi r-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà applikabbli għal kull wieħed mill-komponenti tal-Programm. |
(55) |
Iċ-ċibersigurtà tal-infrastrutturi spazjali Ewropej, kemm ta' fuq l-art kif ukoll fl-ispazju, hija essenzjali biex tiżgura l-kontinwità tal-operazzjonijiet tas-sistemi u tas-servizzi. Il-ħtieġa li jiġu protetti s-sistemi u s-servizzi tagħhom kontra l-attakki ċibernetiċi, inkluż permezz tal-użu ta' teknoloġiji ġodda, jenħtieġ li għalhekk titqies b'mod xieraq meta jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tas-sigurtà. |
(56) |
Jenħtieġ li tkun identifikata struttura ta' monitoraġġ tas-sigurtà mill-Kummissjoni meta jkun xieraq wara l-analiżi tar-riskju u tat-theddid. Dan il-korp ta' monitoraġġ tas-sigurtà jenħtieġ li jkun l-entità li twieġeb għall-istruzzjonijiet żviluppati fl-ambitu tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/698. Għal Galileo, dak il-korp jenħtieġ li jkun iċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo. Fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni PESK 2021/698 + , ir-rwol tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà jenħtieġ li jkun limitat li jipprovdi lill-Kunsill u/jew lir-Rappreżentant Għoli b'inputs marbuta mal-akkreditazzjoni tas-sigurtà tas-sistema. |
(57) |
Fid-dawl ta' kemm huwa uniku u kumpless il-Programm u r-rabta tiegħu mas-sigurtà, jenħtieġ li għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà jiġu segwiti prinċipji rikonoxxuti u stabbiliti ferm. Għalhekk, huwa indispensabbli li jkun hemm proċedura fis-seħħ għall-monitoraġġ tar-riskji permanenti u li l-attivitajiet ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà jitwettqu abbażi ta' responsabbiltà kollettiva għas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, billi kull attur jagħmel l-almu tiegħu biex jibni kunsens u billi jiġu involuti dawk kollha kkonċernati bil-kwistjoni tas-sigurtà. Huwa importanti wkoll li l-attivitajiet tekniċi ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà jiġu inkarigati lil professjonisti li jkunu kkwalifikati kif suppost fil-qasam tal-akkreditazzjoni ta' sistemi kumplessi u li jkollhom livell adegwat ta' approvazzjoni tas-sigurtà. |
(58) |
L-informazzjoni klassifikata tal-UE (IKUE) għandha tiġi ttrattata b'konformità mar-regoli ta' sigurtà kif stabbiliti fid- Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (21) u fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 (22) . B'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE, l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards minimi stabbiliti fihom, sabiex jiżguraw li jingħata livell ekwivalenti ta' protezzjoni lill-IKUE. |
(59) |
Sabiex jiġi żgurat l-iskambju sigur ta' informazzjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti ftehimiet xierqa biex jiżguraw il-protezzjoni tal-IKUE provduta lil pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-kuntest tal-Programm. |
(60) |
Objettiv importanti tal-Programm huwa li jiżgura s-sigurtà tiegħu u li jsaħħaħ l-awtonomija strateġika fit-teknoloġiji ewlenin u l-ktajjen tal-valur kollha, filwaqt li tiġi preservata ekonomija miftuħa inkluż kummerċ ħieles u ġust, u filwaqt li tieħu vantaġġ mill-possibbiltajiet li joffri l-ispazju għas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. F'każijiet speċifiċi, dak l-objettiv jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet ta' eliġibbiltà u parteċipazzjoni meħtieġa biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-integrità, is-sigurtà u r-reżiljenza tas-sistemi operazzjonali tal-Unjoni. Dan jenħtieġ li ma jdgħajjifx il-ħtieġa tal-kompetittività u l-kosteffettività. Fl-evalwazzjoni tal-entitajiet legali soġġetti għall-kontroll minn pajjiż terz jew entità ta' pajjiż terz, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis il-prinċipji u l-kriterji previsti fir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23). |
(61) |
Fil-kuntest tal-Programm, hemm xi informazzjoni li, għalkemm mhijiex klassifikata, għandha tiġi ttrattata skont atti legali tal-Unjoni diġà fis-seħħ jew liġijiet, regoli u regolamenti nazzjonali, inkluż permezz ta' limitazzjonijiet ta' distribuzzjoni. |
(62) |
Għadd dejjem akbar ta' setturi ekonomiċi ewlenin, b'mod partikolari t-trasport, it-telekomunikazzjonijiet, l-agrikoltura u l-enerġija, qegħdin jużaw dejjem aktar is-sistemi ta' navigazzjoni bis-satellita u ta' osservazzjoni tad-dinja. Il-Programm jenħtieġ li jisfrutta s-sinerġiji bejn dawk is-setturi, filwaqt li jqis il-benefiċċji li t-teknoloġiji spazjali jġibu lil dawk is-setturi, jsostni l-iżvilupp ta' tagħmir kompatibbli u jippromwovi l-iżvilupp ta' standards u ċertifikazzjonijiet rilevanti. Is-sinerġiji bejn l-attivitajiet spazjali u l-attivitajiet marbuta mas-sigurtà u d-difiża tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha qed jiżdiedu wkoll. Għalhekk, jenħtieġ li l-kontroll sħiħ tan-navigazzjoni bis-satellita jiggarantixxi l-indipendenza teknoloġika tal-Unjoni, inkluż iktar fit-tul għall-komponenti tat-tagħmir infrastrutturali, u jiżgura l-awtonomija strateġika tagħha. |
(63) |
L-għan ta' Galileo huwa li jistabbilixxi u jħaddem l-ewwel infrastruttura globali ta' navigazzjoni u ta' pożizzjonament bis-satellita, maħsuba speċifikament għal skopijiet ċivili, li tista' tintuża minn sensiela ta' atturi pubbliċi u privati fl-Ewropa u fid-dinja kollha. Galileo jiffunzjona indipendentement minn sistemi eżistenti jew potenzjali oħra, u għaldaqstant jagħti kontribut fost affarijiet oħra għall-awtonomija strateġika tal-Unjoni. Jenħtieġ li t-tieni ġenerazzjoni ta’Galileo tiddaħħal b'mod progressiv qabel l-2030, inizjalment b'kapaċità operazzjonali mnaqqsa. |
(64) |
L-għan ta' EGNOS huwa li ttejjeb il-kwalità tas-sinjali miftuħa mis-sistemi globali eżistenti tan-navigazzjoni bis-satellita, b'mod partikolari dawk li jiġu emessi minn Galileo. Is-servizzi pprovduti mill-programm EGNOS jenħtieġ li jkopru, bħala prijorità, it-territorji tal-Istati Membri li qegħdin ġeografikament fl-Ewropa, inkluż għal dak l-iskop Ċipru, l-Azores, il-Gżejjer Kanarji u Madeira sa tmiem l-2026. Fil-qasam tal-avjazzjoni, dawk it-territorji kollha jenħtieġ li jibbenefikaw minn EGNOS għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għal-livelli kollha ta' prestazzjoni sostnuti minn EGNOS. Soġġett għall-fattibbiltà teknika u, għas-sikurezza tal-ħajja, abbażi ta' ftehimiet internazzjonali, il-kopertura ġeografika tas-servizzi pprovduti minn EGNOS tista' tiġi estiża għal reġjuni oħra tad-dinja. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) u għall-monitoraġġ meħtieġ tal-kwalità tas-servizz ta' Galileo għal skopijiet tal-avjazzjoni, jenħtieġ li jiġi nnutat li filwaqt li s-sinjali emessi minn Galileo jistgħu jintużaw effettivament biex jiffaċilitaw il-pożizzjonament tal-inġenji tal-ajru, fil-fażijiet kollha tat-titjira, permezz tas-sistema neċessarja ta' awmentazzjoni, inkluż avjonika reġjonali, lokali u abbord, huma biss sistemi ta' awmentazzjoni reġjonali jew lokali bħall-EGNOS li fl-Ewropa jistgħu jikkostitwixxu servizzi ta' ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru (ANS). Is-servizz ta' sikurezza tal-ħajja ta' EGNOS jenħtieġ li jiġi pprovdut b'konformità mal-istandards tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali ("standards ICAO") applikabbli. |
(65) |
Huwa importanti ħafna li tiġi żgurata s-sostenibbiltà Galileo u EGNOS u l-kontinwità, id-disponibbiltà, l-akkuratezza, l-affidabbiltà u s-sigurtà tas-servizzi tagħhom. F'ambjent li qed jinbidel u f'suq li qed jiżviluppa b'mod rapidu, jenħtieġ li l-iżvilupp tagħhom ikompli u jenħtieġ li jitħejjew ġenerazzjonijiet ġodda ta' dawn is-sistemi, inkluż evoluzzjoni tas-segment assoċjat tal-spazju u tal-art. |
(66) |
It-terminu "servizz kummerċjali" li ntuża fir-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25) ma għadux adattat fid-dawl tal-evoluzzjoni ta' dak is-servizz. Minflok, ġew identifikati żewġ servizzi separati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/224 (26), jiġifieri s-servizz ta' akkuratezza għolja u s-servizz ta' awtentikazzjoni. |
(67) |
Sabiex jiġi ottimizzat l-użu tas-servizzi pprovduti, jenħtieġ li s-servizzi pprovduti minn Galileo u minn EGNOS ikunu kompatibbli u interoperabbli ma' xulxin, inkluż fil-livell tal-utenti, u, kemm jista' jkun, ma' sistemi oħra tan-navigazzjoni bis-satellita u ma' mezzi konvenzjonali tar-radjunavigazzjoni fejn tali kompatibbiltà u interoperabbiltà jkunu stipulati fi ftehim internazzjonali, mingħajr preġudizzju għall-għan tal-awtonomija strateġika tal-Unjoni. |
(68) |
Fid-dawl tal-importanza għal Galileo u għal EGNOS tal-infrastruttura ta' fuq l-art tagħhom u tal-impatt tagħha fuq is-sigurtà tagħhom, jenħtieġ li tkun il-Kummissjoni li tistabbilixxi l-post fejn tinsab l-infrastruttura. Jenħtieġ li l-iskjerament tal-infrastruttura ta' fuq l-art tas-sistemi jkompli biex isegwi proċess miftuħ u trasparenti, li jista' jinvolvi lill-Aġenzija fejn xieraq abbażi tal-qasam ta' kompetenza tagħha. |
(69) |
Sabiex jiġu mmassimizzati l-benefiċċji soċjoekonomiċi ta' Galileo u ta' EGNOS, filwaqt li jingħata kontribut lill-awtonomija strateġika tal-Unjoni, b'mod partikolari f'setturi sensittivi u fil-qasam tas-sikurezza u s-sigurtà, jenħtieġ li l-użu tas-servizzi provduti minn EGNOS u minn Galileo f'politiki oħra tal-Unjoni jiġi promoss ukoll b'mezzi regolatorji fejn dan ikun iġġustifikat u ta' benefiċċju. Il-miżuri li jinkoraġġixxu l-użu ta' dawk is-servizzi fl-Istati Membri kollha huma wkoll parti importanti tal-proċess. |
(70) |
Jenħtieġ li Copernicus jiżgura aċċess awtonomu għall-għarfien ambjentali u għat-teknoloġiji ewlenin għas-servizzi tal-osservazzjoni tad-dinja u tal-ġeoinformazzjoni, sabiex b'hekk jagħti sostenn lill-Unjoni biex tkun tista' tikseb teħid tad-deċiżjonijiet u azzjonijiet indipendenti fl-oqsma ta’, inter alia, l-ambjent, it-tibdil fil-klima, l-iżvilupp tal-baħar, marittimu, agrikolu u rurali, il-preservazzjoni tal-wirt kulturali, il-protezzjoni ċivili, is-sorveljanza tal-art u tal-infrastruttura, is-sigurtà, kif ukoll l-ekonomija diġitali. |
(71) |
Jenħtieġ li l-komponenti tal-Programm jistimulaw l-applikazzjoni tat-teknoloġija diġitali fis-sistemi spazjali, id-distribuzzjoni tad-data u tas-servizzi, u l-iżvilupp downstream. F'dak il-kuntest jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-inizjattivi u l-azzjonijiet proposti mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha tal-14 ta' Settembru 2016 bit-titolu "Konnettività għal Suq Uniku Diġitali Kompetittiv – Lejn Soċjetà Ewropea tal-Gigabits" tal-14 ta' Settembru 2016 bit-titolu "5G għall-Ewropa: Pjan ta' Azzjoni". |
(72) |
Jenħtieġ li Copernicus jkompli jibni fuq, jiżgura u jsaħħaħ il-kontinwità mal-attivitajiet u mal-kisbiet fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 377/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27) li jistabbilixxi l-programm tal-Unjoni ta' osservazzjoni u ta' monitoraġġ tad-dinja (Copernicus) kif ukoll tar-Regolament (UE) Nru 911/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28) li jistabbilixxu l-programm predeċessur tal-Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u għas-Sigurtà (GMES) u r-regoli għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet inizjali tiegħu, filwaqt li jitqiesu x-xejriet reċenti fir-riċerka, fl-avvanzi teknoloġiċi u fl-innovazzjonijiet li jkollhom impatt fuq il-qasam tal-osservazzjoni tad-dinja, kif ukoll l-iżviluppi fl-analitika tal-big data u fl-Intelliġenza Artifiċjali, u l-istrateġiji u l-inizjattivi relatati fil-livell tal-Unjoni kif deskritt mill-Kummissjoni fil-White Paper dwar l-Intelliġenza Artifiċjali tad-19 ta’ Frar 2020 intitolata “Approċċ Ewropew għall-eċċellenza u għall-fiduċja” u l-Kominikazzjoni tagħha tad-19 ta’ Frar 2020 intitolata “Strateġija Ewropea għad-data.” . Għall-iżvilupp ta' assi ġodda, il-Kummissjoni jenħtieġ li taħdem mill-qrib mal-Istati Membri, l-ESA, l-Organizzazzjoni Ewropea għall-Esplojtazzjoni ta' Satelliti Meteoroloġiċi (EUMETSAT) u, fejn applikabbli, entitajiet oħra proprjetarji ta' spazju rilevanti u assi fil-post. Kemm jista' jkun, jenħtieġ li Copernicus juża l-kapaċitajiet għall-osservazzjonijiet spazjali tad-Dinja tal-Istati Membri, tal-ESA, ta' EUMETSAT kif ukoll ta' entitajiet oħra, inklużi l-inizjattivi kummerċjali fl-Unjoni, u b'hekk jagħti kontribut ukoll għall-iżvilupp ta' settur spazjali kummerċjali vijabbli fl-Ewropa. Fejn ikun fattibbli u xieraq, jenħtieġ li Copernicus juża wkoll id-data fil-post u anċillari disponibbli pprovduta b'mod prinċipali mill-Istati Membri b'konformità mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29). Jenħtieġ li l-Kummissjoni taħdem flimkien mal-Istati Membri u mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent biex tiżgura aċċess u użu effiċjenti tas-settijiet tad-data fil-post għal Copernicus. |
(73) |
Jenħtieġ li Copernicus jiġi implimentat ukoll skont l-għanijiet tad-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30), b'mod partikolari t-trasparenza, il-ħolqien ta' kondizzjonijiet li jħeġġu l-iżvilupp tas-servizzi u li jagħtu kontribut għat-tkabbir ekonomiku u għall-ħolqien tal-impjiegi fl-Unjoni. Jenħtieġ li d-data u l-informazzjoni ta' Copernicus ikunu disponibbli mingħajr ħlas u b'mod miftuħ. |
(74) |
Il-potenzjal sħiħ ta' Copernicus għas-soċjetà u l-ekonomija tal-Unjoni jenħtieġ li jiġi sfruttat kompletament lil hinn mill-benefiċjarji diretti billi jiġu intensifikati l-miżuri tal-użu min-naħa tal-utenti, u dan jirrikjedi azzjoni ulterjuri sabiex id-data tkun tista' tintuża minn persuni mhux speċjalisti u b'hekk jiġu stimolati t-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u t-trasferimenti tal-għarfien. |
(75) |
Copernicus huwa programm iffokat fuq l-utenti. Għalhekk, jenħtieġ li l-evoluzzjoni tiegħu tkun ibbażata fuq ir-rekwiżiti li qed jevolvu tal-utenti ewlenin ta' Copernicus, filwaqt li tirrikonoxxi wkoll li qed jitfaċċaw komunitajiet ġodda tal-utenti li jkunu pubbliċi jew privati. Jenħtieġ li Copernicus ikun ibbażat fuq analiżi ta' alternattivi biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-utenti li qed jevolvu, inklużi dawk marbuta mal-implimentazzjoni u mal-monitoraġġ tal-politiki tal-Unjoni, li jirrikjedu l-involviment kontinwu u effettiv tal-utenti, b'mod partikolari rigward id-definizzjoni u l-validazzjoni tar-rekwiżiti. |
(76) |
Copernicus diġà huwa operattiv. Għalhekk, huwa importanti li tiġi żgurata l-kontinwità tal-infrastruttura u tas-servizzi li diġà qegħdin fis-seħħ, filwaqt li jkun hemm adattament għat-tibdil tal-ħtiġijiet tal-utenti fl-ambjent tas-suq, b'mod partikolari l-emerġenza ta’ arruti privati fl-ispazju u l-iżviluppi soċjopolitiċi li jeħtieġu rispons rapidu. Dan jirrikjedi evoluzzjoni mill-ġdid tal-istruttura funzjonali ta' Copernicus biex tiġi riflessa aħjar it-tranżizzjoni mill-ewwel stadju ta' servizzi operazzjonali għall-forniment ta' servizzi avvanzati u iktar immirati lejn il komunitajiet ġodda tal-utenti, u t-trawwim ta' swieq downstream b'valur miżjud. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-implimentazzjoni ulterjuri tiegħu tadotta approċċ li jsegwi l-katina tal-valur tad-data, jiġifieri l-akkwiżizzjoni tad-data, l-ipproċessar tad-data u tal-informazzjoni, id-distribuzzjoni u l-esplojtazzjoni, l-attivitajiet tad-dħul fis-suq tal-utenti u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet, filwaqt li l-proċess tal-ippjanar strateġiku fil-qafas ta' Orizzont Ewropa jidentifika l-attivitajiet tar-riċerka u tal-innovazzjoni li jenħtieġ li jużaw is-servizzi ta' Copernicus. |
(77) |
Fir-rigward tal-akkwiżizzjoni tad-data, jenħtieġ li l-attivitajiet fil-qafas ta' Copernicus ikollhom l-għan li jlestu u jżommu l-infrastrutturi spazjali eżistenti, iħejju s-sostituzzjoni fit-tul tas-satelliti fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, kif ukoll jagħtu bidu għal missjonijiet ġodda li jindirizzaw b'mod partikolari sistemi ġodda ta' osservazzjoni biex jingħata sostenn għall-issodisfar tal-isfida tat-tibdil fil-klima globali bħall-monitoraġġ tal-emissjonijiet antropoġeniċi ta' CO2 u ta' emissjonijiet oħra tal-gassijiet b'effett ta' serra). Jenħtieġ li l-attivitajiet fil-qafas ta' Copernicus jespandu l-kopertura globali tal-monitoraġġ fuq ir-reġjuni polari u jagħtu sostenn għall-aċċertament tal-konformità ambjentali, għall-monitoraġġ u għar-rapportar ambjentali statutorji, u għall-applikazzjonijiet ambjentali innovattivi fil-wirt kulturali u l-ġestjoni tar-riżorsi fl-agrikoltura, il-foresti, l-ilma u l-baħar eż. għall-monitoraġġ tal-għelejjel, għall-ġestjoni tal-ilma u għall-monitoraġġ imtejjeb tan-nirien). B'dan il-mod, jenħtieġ li Copernicus jingrana u jieħu vantaġġ massimu mill-investimenti li jkunu saru fil-qafas tal-perjodu ta' finanzjament preċedenti (2014-2020), inkluż dawk magħmula mill-Istati Membri, l-ESA u l-EUMETSAT, filwaqt li jesplora mudelli operazzjonali u ta' negozju ġodda biex jikkumplementaw ulterjorment il-kapaċitajiet ta' Copernicus. Copernicus ukoll jista' jissejjes fuq sħubijiet ta' suċċess mal-Istati Membri biex ikompli jiżviluppa d-dimensjoni tas-sigurtà tiegħu fil-qafas ta' mekkaniżmi xierqa ta' governanza, sabiex iwieġeb għall-ħtiġijiet tal-utenti li qed jevolvu. |
(78) |
Bħala parti mill-funzjoni tal-ipproċessar tad-data u tal-informazzjoni, jenħtieġ li Copernicus jiżgura s-sostenibbiltà fit-tul u l-iżvilupp ulterjuri tas-Servizzi ta' Copernicus, filwaqt li jipprovdi l-informazzjoni sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-settur pubbliku u dawk li jirriżultaw mill-impenji internazzjonali tal-Unjoni, u sabiex jiġu mmassimizzati l-opportunitajiet għal esplojtazzjoni kummerċjali. B'mod partikolari, jenħtieġ li Copernicus iwassal informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-atmosfera u tal-kwalità tal-arja fuq skala Ewropea, nazzjonali, lokali u globali, informazzjoni dwar l-istat u d-dinamika tal-oċeani; informazzjoni b'sostenn għall-monitoraġġ tal-art u s-silġ li jappoġġa l-implimentazzjoni ta' politiki tal-Unjoni, nazzjonali u lokali; informazzjoni b'sostenn għall-adattament u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima; informazzjoni ġeospazjali b'sostenn għall-ġestjoni tal-emerġenzi, inkluż permezz ta' attivitajiet ta' prevenzjoni, għall-aċċertament tal-konformità ambjentali, kif ukoll għas-sigurtà ċivili inkluż is-sostenn għall-azzjoni esterna tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tidentifika arranġamenti kuntrattwali xierqa favur is-sostenibbiltà tal-forniment tas-servizzi. |
(79) |
Fl-implimentazzjoni tas-Servizzi ta' Copernicus, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiddependi fuq entitajiet kompetenti, aġenziji rilevanti tal-Unjoni, raggruppamenti jew konsorzji ta' korpi nazzjonali, jew kwalunkwe korp rilevanti li jkun eliġibbli potenzjalment għal konklużjoni ta’ ftehim ta' kontribuzzjoni. Fl-għażla ta' dawn l-entitajiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li ma jkun hemm l-ebda tfixkil fl-operazzjonijiet u fil-forniment tas-servizzi u li, fir-rigward tad-data sensittiva dwar is-sigurtà, l-entitajiet ikkonċernati jkollhom kapaċitajiet ta' twissija bikrija u ta' monitoraġġ tal-kriżijiet fil-kuntest tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni u, b'mod partikolari, tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni. B'konformità mal-Artikolu 154(2) tar-Regolament Finanzjarju, persuni u entitajiet inkarigati bl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni huma obbligati li jkunu konformi mal-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni fil-konfront tal-Istati Membri kollha. Il-konformità ma’ dak il-prinċipju jenħtieġ li tiġi żgurata permezz tal-ftehimiet ta' kontribuzzjoni rilevanti relatati mal-forniment tas-Servizzi ta' Copernicus. |
(80) |
L-implimentazzjoni tas-sSrvizzi ta' Copernicus jenħtieġ li tiffaċilita l-adozzjoni pubblika tas-servizzi peress li l-utenti jkunu jistgħu jantiċipaw id-disponibbiltà u l-evoluzzjoni tas-servizzi kif ukoll il-kooperazzjoni mal-Istati Membri u ma' partijiet oħra. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-entitajiet inkarigati tagħha li jipprovdu s-servizzi jinvolvu ruħhom mill-qrib ma' komunitajiet ewlenin tal-utenti ta’ Copernicus mill-Ewropa kollha fl-iżvilupp ulterjuri tal-portafoll tas-Servizzi u tal-informazzjoni ta' Copernicus sabiex jiżguraw li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta' politika u dawk tas-settur pubbliku li qed jevolvu u għaldaqstant tkun tista' jiġi mmassimizzata l-adozzjoni tad-data tal-osservazzjoni tad-dinja. Jenħtieġ li l-Kummissjoni taħdem flimkien mal-Istati Membri biex jiġi żviluppat il-komponent fil-post ta' Copernicus u biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tad-data fil-post ta’ Copernicus mas-settijiet tad-data spazjali għas-Servizzi aġġornati ta' Copernicus. |
(81) |
Il-politika ta' data bla ħlas, totali u miftuħa ta' Copernicus ġiet evalwata bħala wieħed mill-aktar elementi ta' suċċess tal-implimentazzjoni ta' Copernicus u kienet strumentali biex tixpruna d-domanda qawwija għad-data u l-informazzjoni tagħha, billi stabbiliet Copernicus bħala wieħed mill-akbar fornituri fid-dinja ta' data tal-Osservazzjoni tad-Dinja. Hemm ħtieġa ċara li tiġi ggarantita l-kontinwità fit-tul u sigura tal-forniment bla ħlas, totali u miftuħ tad-data u l-aċċess jenħtieġ li jiġi salvagwardjat sabiex jintlaħqu l-għanijiet ambizzjużi kif stabbilit fl-Istrateġija Spazjali għall-Ewropa (2016). Id-data ta' Copernicus tinħoloq primarjament għall-benefiċċju tal- Ewropej, u billi dik id-data ssir disponibbli b'mod liberu l-opportunitajiet ta' kollaborazzjoni madwar id-dinja kollha huma massimizzati għan-negozji u l-akkademiċi tal-Unjoni u jikkontribwixxu għal ekosistema spazjali Ewropea effettiva. Jekk titqiegħed xi limitazzjoni fuq l-aċċess għal data ta’ Copernicus u informazzjoni ta' Copernicus, jenħtieġ li tkun konformi mal-politika tad-data ta' Copernicus kif stabbilita f'dan ir-Regolament u fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1159/2013 (31). |
(82) |
Jenħtieġ li d-data u l-informazzjoni prodotti fil-qafas ta' Copernicus ikunu disponibbli b'mod sħiħ, miftuħ u mingħajr ħlas, soġġett għal kondizzjonijiet u għal limitazzjonijiet xierqa, sabiex jiġu promossi l-użu u l-kondiviżjoni tagħhom, u sabiex jissaħħu s-swieq Ewropej tal-osservazzjoni tad-dinja, b'mod partikolari s-settur downstream, sabiex b'hekk titwitta t-triq għat-tkabbir u għall-ħolqien tal-impjiegi fl-Unjoni. B'hekk jenħtieġ li d-data u l-informazzjoni jibqgħu jiġu pprovduti b'livelli għoljin ta' konsistenza, ta' kontinwità, ta' affidabbiltà u ta' kwalità. Sabiex dan iseħħ irid ikun hemm aċċess fuq skala kbira u aċċess faċli għall-utenti għall-ipproċessar u għall-esplojtazzjoni tad-data ta’ Copernicus u tal-informazzjoni ta' Copernicus, f'diversi livelli ta' tempestività, u għalhekk il-Kummissjoni jenħtieġ li tkompli b'approċċ integrat, kemm fil-livell tal-Unjoni u kemm fil-livell tal-Istati Membri, favur l-integrazzjoni wkoll ma' sorsi oħra ta' data u ta' informazzjoni. Għalhekk il-Kummissjoni jenħtieġ li tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li d-data ta’ Copernicus u l-informazzjoni ta' Copernicus tkun aċċessibbli u utilizzabbli b'mod faċli u effiċjenti, b'mod partikolari billi tippromwovi s-Servizzi ta' Aċċess għad-Data u l-Informazzjoni (DIAS) fi ħdan l-Istati Membri u meta jkun possibbli tħeġġeġ l-interoperabbiltà bejn l-infrastrutturi Ewropej tad-data eżistenti tal-Osservazzjoni tad-Dinja biex jiġu stabbiliti sinerġiji ma' dawn l-assi sabiex jimmassimizzaw u jsaħħu d-dħul fis-suq tad-data ta’ Copernicus u l-informazzjoni ta' Copernicus. |
(83) |
Il-Kummissjoni għandha taħdem mal-fornituri tad-data biex jaqblu dwar il-kondizzjonijiet tal-liċenzja għad-data ta' partijiet terzi biex jiġi ffaċilitat l-użu ta' din f'Copernicus, f'konformità ma' dan ir-Regolament u d-drittijiet applikabbli tal-partijiet terzi. Peress li xi data u xi informazzjoni ta' Copernicus, inklużi l-immaġnijiet b'riżoluzzjoni għolja, jaf ikollhom impatt fuq is-sigurtà tal-Unjoni jew tal-Istati Membri, f'każijiet iġġustifikati debitament, jistgħu jiġu adottati miżuri sabiex jiġu indirizzati r-riskji u t-theddidiet għas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri. |
(84) |
Sabiex jippromwovu u jiffaċilitaw l-użu tad-data u tat-teknoloġiji tal-osservazzjoni tad-dinja mill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, SMEs, xjentisti u riċerkaturi, jenħtieġ li permezz ta' attivitajiet ta' adozzjoni mill-utenti, jiġu promossi networks dedikati għad-distribuzzjoni tad-data ta' Copernicus, li jinkludu l-korpi nazzjonali u reġjonali bħar-Relays Copernicus u Copernicus Academies. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jagħmlu l-almu tagħhom biex jistabbilixxu rabtiet iktar mill-qrib bejn Copernicus u l-politiki nazzjonali u tal-Unjoni sabiex jagħtu spinta lid-domanda għall-applikazzjonijiet u għas-servizzi kummerċjali u jippermettu lill-impriżi, b'mod partikolari l-SMESs u n-negozji ġodda, jiżviluppaw applikazzjonijiet ibbażati fuq id-data ta’ Copernicus u l-informazzjoni ta' Copernicus, bil-għan li fl-Ewropa tiġi żviluppata ekosistema tad-data tal-osservazzjoni tad-dinja li tkun kompetittiva. |
(85) |
Fil-qasam internazzjonali, jenħtieġ li Copernicus jipprovdi informazzjoni akkurata u affidabbli għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u b'sostenn għall-politiki esterni u ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni. Jenħtieġ li Copernicus jitqies bħala kontribut Ewropew għas-Sistema tas-Sistemi għall-Osservazzjoni Globali tad-Dinja , għall-Kumitat dwar is-Satelliti tal-Osservazzjoni tad-Dinja ), għall-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-NU tal-1992 dwar it-Tibdil fil-Klima , il-ksib tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti u għall-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi jew issostni kooperazzjoni xierqa mal-korpi settorjali rilevanti tan-NU u tal-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija. |
(86) |
Fl-implimentazzjoni ta' Copernicus, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddependi, fejn ikun xieraq, fuq organizzazzjonijiet internazzjonali Ewropej li tkun diġà stabbiliet sħubijiet magħhom, b'mod partikolari l-ESA għall-iżvilupp, il-koordinazzjoni, l-implimentazzjoni u l-evoluzzjoni tal-komponenti tal-ispazju, l-aċċess għal data ta' partijiet terzi fejn xieraq u, meta din ma tkunx ittieħdet minn entitajiet oħra, it-tħaddim ta' missjonijiet dedikati. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddependi fuq l-EUMETSAT għat-tħaddim ta' missjonijiet dedikati jew partijiet minnhom u, fejn xieraq, aċċess għal data ta' missjonijiet ta' kontribuzzjoni skont l-għarfien espert u l-mandat tagħha. |
(87) |
Fil-qasam tas-servizzi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tibbenefika b'mod xieraqmill-kapaċitajiet speċifiċi pprovduti mill-aġenziji tal-Unjoni bħall-Aġenzija Ambjentali Ewropea, l-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà Marittima, il-FRONTEX , SATCEN, kif ukoll iċ-Ċentru Ewropew intergovernattiv għall-Previżjonijiet Meteoroloġiċi fuq Perjodu Medju u l-investimenti Ewropej li diġà saru fis-servizzi ta' monitoraġġ tal-ambjent tal-baħar permezz ta' Mercator Ocean. Fir-rigward tas-sigurtà, jiġi mfittex approċċ komprensiv fil-livell tal-Unjoni flimkien mar-Rappreżentant Għoli. Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni kien involut b'mod attiv mill-bidu tal-inizjattiva tal-GMES u offra sostenn għall-iżviluppi għal Galileo u s-subkomponent SWE. Skont ir-Regolament (UE) Nru 377/2014; il-JRC qed jiġġestixxi s-servizz ta' ġestjoni tal-emerġenzi ta' Copernicus u l-komponent globali tas-servizz ta' monitoraġġ tal-art ta' Copernicus; qed jagħti kontribut għar-rieżami tal-kwalità u tal-idoneità tad-data u tal-informazzjoni, u għall-evoluzzjoni fil-ġejjieni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkompli tiddependi fuq il-pariri xjentifiċi u tekniċi tal-JRC għall-implimentazzjoni tal-Programm. |
(88) |
Wara t-talbiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Unjoni stabbiliet qafas għall-appoġġ tas-sorveljanza u l-insegwiment fl-ispazju (SST) permezz tad-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE. Ir-residwi spazjali saru theddida serja għas-sigurtà, għas-sikurezza u għas-sostenibbiltà tal-attivitajiet spazjali. Għalhekk, us-subkomponent SST huwa primordjali sabiex tiġi kkonservata l-kontinwità tal-komponenti tal-Programm u tal-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-politiki tal-Unjoni. Billi jipprova jipprevjeni l-proliferazzjoni tar-residwi spazjali, is-subkomponent SST jagħti kontribut għall-iżgurar ta' aċċess sostenibbli u garantit għall-ispazju u għall-użu tiegħu, bħala għan komuni globali. F'dak il-kuntest, jista' jappoġġa t-tħejjija ta' proġetti Ewropej ta' "tindif" tal-orbita madwar id-dinja. |
(89) |
Jenħtieġ li l-prestazzjoni u l-awtonomija tal-kapaċitajiet taħt is-subkomponent SST ikompli jiżviluppa . Għal dak l-għan, jenħtieġ li subkomponent SST iwassal għall-istabbiliment ta' katalogu Ewropew awtonomu tal-oġġetti spazjali, imsejjes fuq id-data min-network ta' sensuri tal-SST. Fejn xieraq, l-Unjoni tista' tikkunsidra li tagħmel parti mid-data tagħha disponibbli għal finijiet kummerċjali, mhux kummerċjali u ta' riċerka. Jenħtieġ ukoll li s-subkomponent SST ikompli jagħti sostenn għat-tħaddim u għall-forniment tas-servizzi tal-SST. Peress li s-servizzi tal-SST huma ffokati fuq l-utenti, jenħtieġ li jkun hemm fis-seħħ mekkaniżmi xierqa għall-ġbir tar-rekwiżiti tal-utenti, inkluż dawk marbuta mas-sigurtà u t-trażmissjoni ta' informazzjoni rilevanti lil u minn istituzzjonijiet pubbliċi biex tittejjeb l-effettività tas-sistema, filwaqt li jiġu rispettati l-politiki ta' sikurezza u sigurtà nazzjonali. |
(90) |
Jenħtieġ li l-forniment tas-servizzi tal-SST ikun ibbażat fuq il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri u fuq l-użu tal-għarfien espert u l-assi nazzjonali eżistenti kif ukoll tal-ġejjieni, inklużi dawk żviluppati permezz tal-ESA jew mill-Unjoni. Jenħtieġ li jkun possibbli li jiġi pprovdut sostenn finanzjarju għall-iżvilupp ta' sensuri ġodda tal-SST. Fid-dawl tan-natura sensittiva tal-SST, jenħtieġ li l-kontroll fuq is-sensuri nazzjonali kif ukoll fuq l-operazzjonijiet tagħhom, u fuq il-manutenzjoni, it-tiġdid u l-ipproċessar tad-data li twassal għall-forniment ta' servizzi tal-SST jibqa' f'idejn l-Istati Membri li jipparteċipaw fis-subkomponent SST. |
(91) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri bi sjieda jew b'aċċess għall-kapaċitajiet adegwati disponibbli għas-subkomponent SST ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-forniment tas-servizzi tal-SST. L-Istati Membri parteċipanti fil-Konsorzju stabbilit skont id-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE jenħtieġ li jitqiesu li għandhom is-sjieda jew l-aċċess għal kapaċitajiet adegwati disponibbli għas-subkomponent SST. L-Istati Membri li jixtiequ jipparteċipaw fil-forniment ta’ servizzi SST jenħtieġ li jippreżentaw proposta konġunta unika u juru konformità ma' elementi ulterjuri marbuta mal-qafas operazzjonali. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli xierqa għall-għażla u għall-organizzazzjoni ta' dawk l-Istati Membri . |
(92) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni relatati mal-adozzjoni ta l-proċeduri u l-elementi dettaljati għall-istabbiliment tal-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-forniment ta’ servizzi tal-SST. Fejn ma tkun ġiet mressqa l-ebda proposta konġunta tal-Istati Membri li jixtiequ ,lipparteċupaw fil-forniment ta’ servizzi tal-SST jew meta l-Kummissjoni tqis li tali proposta ma tikkonformax mal-kriterji stabbiliti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tniedi t-tieni pass biex tistabbilixxi l-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-forniment ta’ servizzi tal-SST. Il-proċeduri u l-elementi għal dak it-tieni stadju jenħtieġ li jiddefinixxu l-orbiti li jridu jiġu koperti, u jqisu l-ħtieġa li tiġi mmassimizzata l-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-forniment tas-servizzi tal-SST. Fejn dawk il-proċeduri u l-elementi jipprevedu l-possibbiltà għall-Kummissjoni li tagħżel diversi proposti biex tkopri l-orbiti kollha, jenħtieġ li jiġu pprovduti wkoll mekkaniżmi ta' koordinazzjoni xierqa bejn il-gruppi tal-Istati Membri u soluzzjoni effiċjenti li tkopri s-servizzi kollha tal-SST. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eħerċitati g’konformita mar-Regolament (UE) Nru 182.2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32) |
(93) |
Ladarba s-subkomponent tal-SST jiġi stabbilit, jenħtieġ li jirrispetta l-prinċipji tal-kumplementarjetà tal-attivitajiet u tal-kontinwità tas-servizzi tal-SST ta' kwalità għolja ffokati fuq l-utenti, u jkun ibbażat fuq l-aqwa għarfien espert. Għalhekk, jenħtieġ li s-subkomponent tal-SST jevita d-duplikazzjoni bla bżonn. Il-kapaċitajiet żejda jenħtieġ li jiżguraw il-kontinwità, il-kwalità u r-robustezza tas-servizzi tal-SST. L-attivitajiet tat-Timijiet ta' Esperti jenħtieġ li jgħinu biex jiġu evitati tali duplikazzjonijiet bla bżonn. |
(94) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li s-subkomponent tal-SST jiffaċilita l-miżuri ta' mitigazzjoni eżistenti, bħal pereżempju l-Linji Gwida dwar il-Mitigazzjoni tat-Tifrik Spazjali COPUOS u l-Linji Gwida għas-Sostenibbiltà fit-Tul tal-Attivitajiet Spazjali lil Hinn mill-Atmosfera, jew inizjattivi oħra, sabiex jiġu żgurati s-sikurezza, is-sigurtà u s-sostenibbiltà tal-attivitajiet spazjali lil hinn mill-atmosfera. Bil-ħsieb li jitnaqqsu r-riskji ta' kolliżjoni, is-subkomponent tal-SST jista' wkoll ifittex sinerġiji ma' inizjattivi ta' tneħħija attiva u ma' miżuri ta' passivazzjoni tar-residwi spazjali. Jenħtieġ li s-subkomponent tal-SST jagħti kontribut għall-iżgurar tal-użu u tal-esplorazzjoni tal-ispazju b'mod paċifiku lil hinn mill-atmosfera. Iż-żieda ta' attivitajiet spazjali jaf ikollha implikazzjoni fuq l-inizjattivi internazzjonali fil-qasam tal-ġestjoni tat-traffiku spazjali. Jenħtieġ li l-Unjoni timmonitorja dawk l-iżviluppi u tista' tqishom fil-kuntest tar-rieżami ta' nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali attwali. |
(95) |
Jenħtieġ li l-attivitajiet taħt is-subkomponent tal-SST, SWE u NEO jikkunsidraw il-kooperazzjoni mas-sħab internazzjonali, b'mod partikolari l-Istati Uniti, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u partijiet terzi oħra, partikolarment għall-evitar tal-kolliżjonijiet fl-ispazju, għall-prevenzjoni tal-proliferazzjoni tar-residwi spazjali u għat-titjib tal-istat ta' tħejjija għall-effetti tal-avvenimenti estremi meteoroloġiċi spazjali u tal-NEO. |
(96) |
Il-Kumitat tas-Sigurtà tal-Kunsill irrakkomanda l-ħolqien ta' struttura għall-ġestjoni tar-riskji sabiex jiġi żgurat li l-problemi marbuta mas-sigurtà tad-data jitqiesu kif suppost fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE. Għal dak l-għan u filwaqt li titqies il-ħidma li diġà tkun saret, jenħtieġ li l-istrutturi u l-proċeduri xierqa għall-ġestjoni tar-riskji jiġu stabbiliti mill-Istati Membri li jipparteċipaw fis-subkomponent tal-SST. |
(97) |
L-avvenimenti estremi u maġġuri meteoroloġiċi spazjali (SWE) jistgħu jheddu s-sikurezza taċ-ċittadini u jfixklu l-operazzjonijiet tal-infrastruttura spazjali u ta' fuq l-art. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit subkomponenSWE bħala parti mill-Programm bil-għan li jiġu vvalutati r-riskji meteoroloġiċi spazjali u l-ħtiġijiet korrispondenti tal-utenti, titqajjem kuxjenza dwar ir-riskji meteoroloġiċi spazjali, jiġi żgurat il-forniment tas-servizzi meteoroloġiċi spazjali ffokati fuq l-utenti, u jittejbu l-kapaċitajiet tal-Istati Membri li jipprovdu SWE. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti prijorità lil dawk is-setturi li jridu jiġu pprovduti b'servizzi operazzjonali meteoroloġiċi spazjali filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-utenti, ir-riskji u l-istat ta' tħejjija teknoloġika. Fit-tul, jistgħu jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta' setturi oħra. Il-forniment ta' servizzi fil-livell tal-Unjoni skont il-ħtiġijiet tal-utenti jkun jirrikjedi attivitajiet ta' riċerka u ta' żvilupp immirati, ikkoordinati u kontinwi biex jagħtu sostenn għall-evoluzzjoni tas-SWE. Jenħtieġ li l-forniment ta' SWE jissejjes fuq il-kapaċitajiet eżistenti nazzjonali u tal-Unjoni u jippermetti l-parteċipazzjoni wiesgħa tal-Istati Membri, tal-organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali u l-involviment tas-settur privat. |
(98) |
Il-White Paper tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Marzu 2017 dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, id-Dikjarazzjoni ta' Ruma tal-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern ta' 27 Stat Membru tal-UE tal-25 ta’ Marzu 2017 u diversi riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew, ifakkru li l-Unjoni għandha rwol maġġuri x'taqdi biex tiżgura Ewropa sikura, sigura u reżiljenti li tkun kapaċi tindirizza sfidi bħall-kunflitti reġjonali, it-terroriżmu, it-theddidiet ċibernetiċi, u ż-żieda fil-pressjonijiet migratorji. L-aċċess sigur u ggarantit għall-komunikazzjoni bis-satellita huwa għodda indispensabbli għall-atturi tas-sigurtà, u l-akkomunament u l-kondiviżjoni ta' dik ir-riżorsa ewlenija tas-sigurtà fil-livell tal-Unjoni jsaħħaħ l-Unjoni li tipproteġi liċ-ċittadini tagħha. |
(99) |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta Diċembru 2013 laqgħu t-tħejjijiet għall-ġenerazzjoni li jmiss ta' Komunikazzjoni Governattiva bis-Satellita (GOVSATCOM) permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-ESA. GOVSATCOM ġiet identifikata wkoll bħala wieħed mill-elementi tal-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea ta' Ġunju 2016. Jenħtieġ li GOVSATCOM tagħti kontribut għar-rispons tal-UE għat-Theddidiet Ibridi u tipprovdi sostenn għall-Istrateġija tas-Sigurtà Marittima tal-UE u għall-politika tal-UE dwar l-Artiku. |
(100) |
GOVSATCOM hija programm iffokat fuq l-utenti, b'dimensjoni ta' sigurtà qawwija. Il-każijiet tal-użu tal-GOVSATCOM jenħtieġ li jkunu jistgħu jiġu analizzati mill-atturi rilevanti għal tliet familji prinċipali: il-ġestjoni tar-riskju, li tista' tinkludi missjonijiet u operazzjonijiet ċivili u militari ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni, diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem, kriżijiet umanitarji, u emerġenzi marittimi; is-sorveljanza, li tista' tinkludi s-sorveljanza tal-fruntieri, is-sorveljanza ta' qabel il-fruntieri, is-sorveljanza tal-fruntieri fil-baħar, is-sorveljanza marittima u s-sorveljanza tat-traffikar illegali; u l-infrastrutturi ewlenin, li jistgħu jinkludu n-netwerk diplomatiku, il-komunikazzjoni tal-pulizija, l-infrastruttura diġitali bħaċ- ċentri tad-data, servers, l-infrastrutturi kritiċi bħall-enerġija, it-trasport u l-ilqugħ tal-ilma, bħal digi, u l-infrastrutturi spazjali. |
(101) |
Il-kapaċità u s-servizzi ta' GOVSATCOM jenħtieġ li jintużaw f'missjonijiet u f'operazzjonijiet kritiċi għas-sigurtà u s-sikurezza mill-atturi tal-Unjoni u tal-Istati Membri. Għalhekk huwa meħtieġ livell xieraq ta' nondipendenza minn partijiet terzi (pajjiżi terzi u entitajiet minn pajjiżi terzi), li jkopri l-elementi kollha ta' GOVSATCOM, bħalma huma t-teknoloġiji tal-ispazju u tal-art fil-livell tal-komponent, tas-sottosistema u tas-sistema, l-industriji tal-manifattura, is-sidien u l-operaturi tas-sistemi spazjali, u l-post fiżiku tal-komponenti tas-sistema tal-art. |
(102) |
Il-komunikazzjoni bis-satellita mhijiex riżorsa infinita u hija limitata mill-kapaċità satellitari, mill-frekwenza u mill-kopertura ġeografika. Għalhekk, sabiex tkun kosteffettiva u tieħu vantaġġ mill-ekonomiji ta' skala, hemm bżonn li GOVSATCOM tottimizza l-konkordanza bejn id-domanda mill-utenti ta’ GOVSATCOM, u l-provvista skont il-kuntratti għall-kapaċitajiet u għas-servizzi ta’ GOVSATCOM. Billi kemm id-domanda u kemm il-provvista potenzjali jinbidlu biż-żmien, jeħtieġ li jkun hemm monitoraġġ kostanti u flessibbiltà sabiex jiġu aġġustati s-servizzi ta' GOVSATCOM. |
(103) |
Ir-rekwiżiti operazzjonali jenħtieġ li jkunu bbażati fuq l-analiżi tal-każijiet tal-użu. Minn dawk ir-rekwiżiti operazzjonali, flimkien mar-rekwiżiti tas-sigurtà, jenħtieġ li jiġi żviluppat il-portafoll tas-servizzi. Il-portafoll tas-servizzi jenħtieġ li jistabbilixxi l-bażi applikabbli għas-servizzi ta' GOVSATCOM.. Sabiex tinżamm l-aqwa konkordanza possibbli bejn id-domanda u s-servizzi pprovduti, jenħtieġ li l-portafoll tas-servizzi għas-servizzi ta’ GOVSATCOM ikun jista’ jiġi aġġornat regolarment. |
(104) |
Fl-ewwel fażi ta' GOVSATCOM (bejn wieħed u ieħor sal-2025), tintuża l-kapaċità eżistenti. F'dak il-kuntest, il-Kummissjoni jenħtieġ li takkwista kapaċitajiet ta' GOVSATCOM mill-Istati Membri b'sistemi nazzjonali u kapaċitajiet spazjali u minn komunikazzjoni bis-satellita kummerċjali jew mill-fornituri tas-servizzi, filwaqt li jitqiesu l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni. F'dik l-ewwel fażi, is-servizzi ta’ GOVSATCOM jiġu introdotti b'approċċ gradwali. Jekk matul l-ewwel fażi, analiżi dettaljata tal-provvista u tad-domanda fil-ġejjieni tiżvela li dan l-approċċ ma jkunx biżżejjed biex ikopri d-domanda li tkun qed tevolvi, jenħtieġ li jkun possibbli li tittieħed deċiżjoni li nimxu għat-tieni fażi u jiġu żviluppati infrastrutturi jew kapaċitajiet spazjali addizzjonali apposta permezz ta' sħubija pubblika-privata waħda jew iktar, eż. mal-operaturi satellitari tal-Unjoni. |
(105) |
Sabiex jiġu ottimizzati r-riżorsi disponibbli ta' komunikazzjoni bis-satellita, sabiex jiġi ggarantit l-aċċess f'sitwazzjonijiet mhux prevedibbli, bħad-diżastri naturali, sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza operazzjonali u sabiex jiġu żgurati ħinijiet qosra ta' pproċessar, hu meħtieġ is-segment tal-art neċessarju. bħal Ċentri ta’ GOVSATCOM u elementi oħra potenzjali tal-art. Jenħtieġ li dan jiġi disinjat abbażi tar-rekwiżiti operazzjonali u tas-sigurtà. Sabiex jittaffew ir-riskji, Ċentru ta’ GOVSATCOM jista' jikkonsisti minn diversi siti fiżiċi. Jaf ikunu meħtieġa elementi oħra tas-segment tal-art, bħal pereżempju stazzjonijiet ta' ankraġġ. |
(106) |
Għall-utenti tal-komunikazzjoni bis-satellita, it-tagħmir tal-utenti huwa l-iktar interfaċċa operazzjonali importanti. L-approċċ għall-GOVSATCOM jenħtieġ li jagħmilha possibbli għall-biċċa l-kbira tal-utenti li jkomplu jużaw it-tagħmir eżistenti tagħhom għas-servizzi ta' GOVSATCOM. |
(107) |
Fl-interess tal-effiċjenza operazzjonali, l-utenti indikaw li huwa importanti li wieħed jimmira għall-interoperabbiltà tat-tagħmir tal-utenti, u għal tagħmir tal-utenti li jkun jista' juża sistemi satellitari differenti. F'dan il-qasam jaf ikunu meħtieġa r-riċerka u l-iżvilupp. |
(108) |
Fil-livell ta' implimentazzjoni, jenħtieġ li l-kompiti u r-responsabbiltajiet jiġu ddistribwiti fost l-entitajiet speċjalizzati, bħall-EDA, is-SEAE, l-ESA, l-Aġenzija, u aġenziji oħra tal-Unjoni, b'tali mod li jiġi żgurat li dawn jallinjaw mar-rwol prinċipali tagħhom, speċjalment għal aspetti marbuta mal-utenti. |
(109) |
L-awtorità kompetenti ta' GOVSATCOM għandha r-rwol importanti f’termini ta’ monitoraġġ jekk l-utenti, u entitajiet nazzjonali oħra li jaqdu rwol f'GOVSATCOM, jikkonformaw mar-regoli dwar il-kondiviżjoni u l-prijoritizzazzjoni u mal-proċeduri tas-sigurtà kif stabbiliti fir-rekwiżiti tas-sigurtà. Stat Membru li ma jkunx ħatar awtorità kompetenti ta' GOVSATCOM, jenħtieġ li xorta waħda jaħtar punt ta' kuntatt għall-ġestjoni ta' kwalunkwe tħarbit li jiġi identifikat li jaffettwa lil GOVSATCOM. |
(110) |
L-Istati Membri, il-Kunsill, il-Kummissjoni u s-SEAE jenħtieġ li jkunu jistgħu jsiru parteċipanti ta' GOVSATCOM, sakemm dawn jagħżlu li jawtorizzaw lill-utenti ta' GOVSATCOM jew li jipprovdu kapaċitajiet, siti jew faċilitajiet. Meta wieħed iqis li hija l-għażla ta' Stat Membru li jiddeċiedi jekk jawtorizzax l-utenti ta' GOVSATCOM jew jipprovdix kapaċitajiet, siti jew faċilitajiet, l-Istati Membri ma jistgħux jiġu obbligati li jsiru parteċipanti ta' GOVSATCOM jew li jospitaw infrastruttura ta' GOVSATCOM. Għalhekk, il-komponent ta' GOVSATCOM ikun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li ma jipparteċipawx f'GOVSATCOM, inkluż b'konformità mal-liġi nazzjonali jew mar-rekwiżiti kostituzzjonali tagħhom fir-rigward ta' politiki li jikkonċernaw in-nuqqas ta' allinjament u n-nonparteċipazzjoni f'alleanzi militari. |
(111) |
Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni setgħat ta' implimentazzjoni relatati mal-adozzjoni tar-rekwiżiti operazzjonali għal servizzi ta' GOVSATCOM u tal-portafoll tas-servizzi għas-servizzi ta’ GOVSATCOM.Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
(112) |
Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni setgħat ta' implimentazzjoni relatati mal-adozzjoni tar-regoli dettaljati dwar il-kondiviżjoni u l-prijoritizzazzjoni għall-użu ta' kapaċitajiet akkomunati ta' komunikazzjoni bis-satellita ta' GOVSATCOM. Meta tiddefinixxi r-regoli dettaljati dwar kondiviżjoni u prijoritizzazzjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis ir-rekwiżiti operazzjonali u tas-sigurtà kif ukoll analiżi tar-riskji u tad-domanda mistennija mill-parteċipanti ta' GOVSATCOM. Għalkemm is-servizzi ta' GOVSATCOM jenħtieġ li fil-prinċipju jiġu pprovduti bla ħlas lill-utenti ta' GOVSATCOM, jekk dik l-analiżi tikkonkludi li hemm nuqqas ta' kapaċitajiet u sabiex tiġi evitata distorsjoni tas-suq, tista' tiġi żviluppata politika tal-ipprezzar bħala parti minn dawk ir-regoli dettaljati dwar il-kondiviżjoni u l-prijoritizzazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
(113) |
Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni setgħat ta' implimentazzjoni relatati mal-post fejn tkun tinsab l-infrastruttura tas-segment tal-art għal GOVSATCOM. Għall-għażla ta’ tali postijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tqis ir-rekwiżiti operazzjonali u tas-sigurtà, kif ukoll l-infrastruttura eżistenti. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
(114) |
Ir-Regolament (UE) Nru 912/2010 stabbilixxa Aġenzija tal-Unjoni, imsejħa l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, sabiex tiġġestixxi ċerti aspetti tal-programmi tan-navigazzjoni bis-satellita Galileo u EGNOS. Dan ir-Regolament jinkariga lill-Aġenzija tal-GNSS Ewropea kompiti ġodda, speċjalment l-akkreditazzjoni tas-sigurtà, mhux biss fir-rigward ta' Galileo u ta' EGNOS iżda wkoll fir-rigward ta’ komponenti oħra tal-Programm. Għalhekk, jenħtieġ li l-isem, il-kompiti u l-aspetti organizzattivi tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea jiġu adattati skont dan. |
(115) |
F’konformità mad-Deċiżjoni 2010/803/UE (33), is-sede tal-Aġenzija tinsab fi Praga. Għall-implimentazzjoni tal-kompiti tal-Aġenzija, il-persunal tal-Aġenzija jista' jkun lokalizzat f'wieħed miċ-ċentri bbażati fuq l-art ta' Galileo jew ta' EGNOS imsemmi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/413 (34) biex iwettaq l-attivitajiet tal-Programm previsti fil-ftehim rilevanti. Barra minn hekk, biex l-Aġenzija topera bl-aktar mod effiċjenti u effettiv, għadd limitat ta' persunal jista' jiġi assenjat lil uffiċċji lokali fi Stat Membru wieħed jew aktar. Tali assenjazzjoni ta’ persunal barra mis-sede tal-Aġenzija jew miċ-ċentri terrestri ta’ Galileo u EGNOS jenħtieġ li ma jwassalx għat-trasferiment tal-attivitajiet ewlenin tal-Aġenzija lejn dawn l-uffiċċji lokali. |
(116) |
Fid-dawl tal-ambitu estiż tagħha, li jenħtieġ li ma jibqax limitat għal Galileo u għal EGNOS, jenħtieġ li l-isem tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea jinbidel. Madankollu, il-kontinwità tal-attivitajiet tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, inkluż il-kontinwità fir-rigward tad-drittijiet u tal-obbligi, il-persunal u l-validità ta' kwalunkwe deċiżjoni meħuda, jenħtieġ li tiġi żgurata fil-qafas tal-Aġenzija. |
(117) |
Minħabba l-mandat tal-Aġenzija u r-rwol tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-Programm, jixraq li jkun previst li uħud mid-deċiżjonijiet meħuda mill-Bord Amministrattiv jenħtieġ li ma jiġux adottati mingħajr il-vot favorevoli tar-rappreżentanti tal-Kummissjoni. |
(118) |
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni, il-Bord Amministrattiv, il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà u d-Direttur Eżekuttiv jenħtieġ li jkunu indipendenti fit-twettiq ta' dmirijiethom u jenħtieġ li jaġixxu fl-interess pubbliku. |
(119) |
Huwa possibbli, u tabilħaqq probabbli, li xi komponenti tal-Programm ikunu bbażati fuq l-użu ta' infrastruttura nazzjonali sensittiva jew marbuta mas-sigurtà. F'tali każijiet, għal raġunijiet ta' sigurtà nazzjonali, ikun neċessarju li jiġi stipulat li l-laqgħat tal-Bord Amministrattiv u tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà jkunu jistgħu jattenduhom ir-rappreżentanti tal-Istati Membri u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni, skont il-ħtieġa tal-informazzjoni. Fil-Bord Amministrattiv, huma biss dawk ir-rappreżentanti tal-Istati Membri li għandhom tali infrastruttura u rappreżentant tal-Kummissjoni li jieħdu sehem fil-votazzjoni. Ir-regoli ta' proċedura tal-Bord Amministrattiv u tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà jenħtieġ li jistabbilixxu s-sitwazzjonijiet li fihom trid tapplika dik il-proċedura. |
(120) |
Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (35), jeħtieġ li dan il-Programm jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni miġbura f’konformità ma’ rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġi evitat piż amministrattiv, b'mod partikolari fuq l-Istati Membri, kif ukoll ir-regolamentazzjoni żejda. Fejn ikun xieraq, dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fuq il-post. |
(121) |
L-użu ta' servizzi bbażati fuq Copernicus u Galileo huwa previst li jħalli impatt kbir fuq l-ekonomija Ewropea b'mod ġenerali. Madankollu, il-kejl u l-istudji tal-każijiet ad hoc jidhru li jiddominaw ix-xena llum. Jenħtieġ li l-Kummissjoni (Eurostat) tiddefinixxi kejl statistiku u indikaturi rilevanti li jiffurmaw il-bażi għall-monitoraġġ tal-impatt tal-attivitajiet spazjali tal-Unjoni b'mod sistematiku u awtorevoli. |
(122) |
Jenħteiġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiġu infurmati fil-pront dwar il-programmi ta' ħidma. |
(123 |
Sabiex ikunu żgurati l-istess kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom ikunu kkonferiti fuq il-Kummissjoni setgħat tal-implimentazzjoni relatati mar-riallokazzjoni ta’ fondi bejn il-kategoriji ta’ nfiq tal-baġit tal-Programm, l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet dwar il-kontribuzzjonijiet fir rigward tal-ftehimiet dwar kontribuzzjonijiet, filwat li jiġu ddeterminat ir-rekwiżiti tekniċi u operazzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni u l-evoluzzjoni tal-komponenti tal-Programm u tas-servizzi li jipprovdu filwat li tittieħed deċiżjoni dwar l-FPPA, l-adozzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-funzjonament bla xkiel ta’ Galileo u EGNOS u l-adozzjoni tagħhom mis-suq, l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet detataljati li jikkonċernaw l-aċċess għak servizzi ta’ SST u l-proċeduri rilevanti, l-adozzjoni tal-pjan pluriennali u l-indikaturi ewlenin dwar il-prestazzjoni għall-iżvilupp tas-servizzi tal-SST tal-Unjoni, l-adozzjoni ta’ regoli dettaljati dwar il-funzjonament tal-qafas organizazzjonali tal-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fir-subkomponent tal-SST, l-għażla ta’ servizzi SWE, u l-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun assistita mill-kumitat tal-Programm, li jenħtieġ li jiltaqa' f'konfigurazzjoni speċifika. |
(124) |
Peress li l-komponenti ta' Copernicus huma ffokati fuq l-utent, huma jeħtieġu l-involviment kontinwu u effettiv tal-utenti għall-implimentazzjoni u l-iżvilupp tagħhom, b'mod partikolari rigward id-definizzjoni u l-validazzjoni ta' rekwiżiti tas-servizz. Sabiex jiżdied il-valur għall-utenti, il-kontribut tagħhom jenħtieġ li jiġi mfittex attivament permezz ta' konsultazzjoni regolari mal-utenti finali mis-setturi pubbliċi u privati tal-Istati Membri u meta xieraq mal-organizzazzjonijiet internazzjonali. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jitwaqqaf grupp ta' ħidma ("Forum tal-Utenti") biex jassisti lill-kumitat tal-Programm fl-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-utenti u l-verifika tal-konformità tas-servizz, kif ukoll l-identifikazzjoni ta' lakuni fis-servizzi pprovduti. Ir-regoli ta' proċedura tal-kumitat tal-Programm jenħtieġ li jistabbilixxu l-organizzazzjoni tal-Forum tal-Utenti biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' kull wieħed mill-komponenti tal-Programm u ta' kull servizz fil-komponenti. Kull meta jkun possibbli, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-Forum tal-Utenti abbażi ta' konsultazzjoni sistematika u koordinata tal-utenti fil-livell nazzjonali. |
(125) |
Peress li l-governanza pubblika tajba tirrikjedi ġestjoni uniformi tal-Programm, teħid iktar rapidu tad-deċiżjonijiet u aċċess ugwali għall-informazzjoni, jenħtieġ li r-rappreżentanti tal-entitajiet iddelegati b'kompiti marbuta mal-Programm ikunu jistgħu jieħdu sehem bħala osservaturi fil-ħidma tal-kumitat tal-Programm stabbilit bl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Għall-istess raġunijiet, jenħtieġ li r-rappreżentanti ta' pajjiżi terzi u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali li jkunu kkonkludew ftehim internazzjonali mal-Unjoni, relatat mal-Programm jew il-komponenti jew is-subkomponenti tiegħu, ikunu jistgħu jieħdu sehem fil-ħidma tal-kumitat tal-Programm, soġġett għall-obbligi ta' sigurtà u kif previst fit-termini ta' tali ftehim. Ir-rappreżentanti ta' entitajiet iddelegati b'kompiti marbuta mal-Programm, ta' pajjiżi terzi u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali jenħtieġ li ma jkunux intitolati jieħdu sehem fil-proċeduri tal-votazzjoni tal-kumitat tal-Programm. Il-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta' osservaturi u parteċipanti ad hoc jenħtieġ li jkunu stabbiliti fir-regoli ta' proċedura tal-kumitati tal-Programm. |
(126) |
Sabiex tiġi żgurata valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm biex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu, jenħtieġ li s-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-issupplimentar tad-dispożizzjonijiet tad-data ta’ Copernicus u tal-informazzjoni ta’ Copernicus li trid tingħata lill-utenti ta’ Copernicus fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-aċċess għal tali data u tali informazzjoni u għall-użu tagħhom, tal-emendar tal-Anness għal dan ir-Regolament fir-rigward tal-indikaturi fejn meħtieġ u biex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni. Hu partikolarment importanti li matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċievuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. |
(127) |
Ladarba l-għan ta' dan ir-Regolament ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni li tmur lil hinn mill-kapaċitajiet finanzjarji u tekniċi ta kwalunkwe Stat Membru uniku, jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta l-miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex dak l-għan jintlaħaq. |
(128) |
Biex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tas-sigurtà tal-Programm, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jeżerċitaw kontroll massimu fuq ir-rekwiżiti tas-sigurtà tal-programm. Meta tadotta atti ta' implimentazzjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-Programm, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun assistita minn kumitat tal-Programm. Minħabba s-sensittività ta' kwistjonijiet ta' sigurtà, jenħtieġ li l-presidenza tal-kumitat tal-Programm tagħmel ħilitha biex issib soluzzjonijiet li jkunu jgawdu l-akbar appoġġ possibbli fi ħdan il-kumitat. Il-Kummissjoni jenħtieġ li ma tadottax atti ta' implimentazzjoni li jiddeterminaw ir-rekwiżiti tas-sigurtà ġenerali tal-Programm f'każijiet fejn il-kumitat tal-Programm ma jagħti l-ebda opinjoni. |
(129) |
Jenħtieġ li l-Programm jiġi stabbilit għal perijodu ta' seba' snin biex id-durata tiegħu tiġi allinjata ma' dik tal-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sa 2027 stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (36)( il-“QFP 2021-2027”). L-Aġenzija li twettaq il-kompiti tagħha stess, jenħtieġ li ma tiġix soġġetta għal dik il-limitazzjoni ta' żmien. |
(130) |
Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fl-għoti ta' appoġġ fil-qasam ta' politika rilevanti u biex l-implimentazzjoni tkun tista’ tibda mill-bidu tal-QFP 2021-2027, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza u jenħtieġ li japplika, b’effett retroattiv, mill-1 ta’ Jannar 2021. |
(131) |
Għaldaqstant ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE jenħtieġ li jitħassru, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni (il-"Programm") għad-durata tal-QFP 2021 - 2027. Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perijodu 2021-2027, il-forom ta' finanzjament mill-Unjoni u r-regoli biex jiġi pprovdut tali finanzjament, kif ukoll ir-regoli għall-implimentazzjoni tal-Programm.
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali ("l-Aġenzija") li tissostitwixxi u tissuċċedi l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 912/2010 u jistipula r-regoli tat-tħaddim ta' din l-Aġenzija.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
"inġenju spazjali" tfisser oġġett li jorbita disinjat biex iwettaq funzjoni jew missjoni speċifika bħal komunikazzjonijiet, navigazzjoni jew osservazzjoni tad-dinja, inkluż l-istadji superjuri tal-lanċjaturi tas-satelliti u vettura ta' dħul mill-ġdid; inġenju spazjali li ma jistax jibqa' jaqdi l-missjoni tiegħu jitqies bħala mhux funzjonali; inġenju spazjali f'riżerva jew f'modalitajiet ta' stennija li jkun qed jistenna li ssirlu attivazzjoni mill-ġdid jitqies funzjonali; |
(2) |
"oġġett spazjali" tfisser kwalunkwe oġġett magħmul mill-bniedem fl-ispazju lil hinn mill-atmosfera; |
(3) |
"oġġetti qrib id-dinja" jew “NEO” tfisser oġġetti naturali fis-sistema solari li qegħdin joqorbu lejn id-dinja |
(4) |
"residwi spazjali" tfisser kwalunkwe oġġett spazjali inkluż l-inġenji spazjali jew frammenti u elementi tagħhom fl-orbita tad-dinja jew li jerġgħu jidħlu fl-atmosfera tad-dinja, li mhumiex funzjonali jew li ma għadx għandhom xi skop speċifiku, inklużi l-partijiet ta' rokits jew ta' satelliti artifiċjali, jew satelliti artifiċjali mhux attivi; |
(5) |
"avvenimenti meteoroloġiċi spazjali" jew “SWE” tfisser varjazzjonijiet li jseħħu b'mod naturali fl-ambjent spazjali fix-xemx u madwar id-dinja, inkluż ivvampjar solari, partikuli enerġetiċi solari, varjazzjonijiet fir-riħ solari, espulsjonijiet tal-massa koronali, tempesti u dinamiċi ġeomanjetiċi, tempesti tar-radjazzjoni solari u disturbi jonosferiċi li potenzjalment iħallu impatt fuq id-dinja u l-infrastrutturi bbażati fl-ispazju; |
(6) |
"għarfien tas-sitwazzjoni fl-ispazju" jew "SSA" tfisser approċċ olistiku, li jinkludi għarfien u fehim komprensivi, tal-perikli spazjali prinċipali, li jinkludu l-kolliżjonijiet bejn l-oġġetti spazjali, ir-residwi u d-dħul lura fl-atmosfera ta' oġġetti spazjali, l-avvenimenti meteoroloġiċi spazjali, u l-oġġetti qrib id-dinja; |
(7) |
“sistema għas-sorveljanza u l-insegwiment fl-ispazju” jew “sistema SST” tfisser network ta' sensuri fuq l-art u fl-ispazju li kapaċi jissorveljaw u jsegwu l-oġġetti spazjali, flimkien ma' kapaċitajiet ta' pproċessar li għandhom l-għan li jipprovdu data, informazzjoni u servizzi dwar l-oġġetti spazjali li jorbitaw madwar id-dinja. |
(8) |
"sensur tal-SST" tfisser apparat jew kombinazzjoni ta' apparati bħal radars ta' fuq l-art jew spazjali, lasers u teleskopji, li jistgħu jagħmlu sorveljanza jew insegwiment spazjali u li jistgħu jkejlu l-parametri fiżiċi marbuta mal-oġġetti spazjali, bħad-daqs, fejn ikunu jinsabu u l-veloċità; |
(9) |
"data tal-SST" tfisser il-parametri fiżiċi tal-oġġetti spazjali, inkluż residwi spazjali, miksuba mis-sensuri tal-SST, jew il-parametri orbitali tal-oġġetti spazjali miksuba mill-osservazzjonijiet tas-sensuri tal-SST fil-qafas tas-subkomponent SST; |
(10) |
“informazzjoni tal-SST” tfisser data pproċessata tal-SST li tkun lesta biex tinftiehem mir-riċevitur; |
(11) |
"kollegament ta' ritorn" tfisser kapaċità funzjonali tas-servizz ta' sostenn għat-tfittxija u s-salvataġġ (SAR) ta' Galileo is-servizz ta' tfittxija u salvataġġ ta' Galileo se jikkontribwixxi għas-servizz globali ta' monitoraġġ tal-inġenji tal-ajru, kif definit mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO); |
(12) |
"satelliti Sentinel ta' Copernicus" tfisser is-satelliti ddedikati, l-inġenji spazjali jew it-tagħbijiet tal-inġenji spazjali ta' Copernicus għall-osservazzjoni tad-dinja mill-ispazju; |
(13) |
"data ta' Copernicus" tfisser id-data pprovduta mis-satelliti Sentinel ta’ Copernicus, inkluża l-metadata tagħhom; |
(14) |
"data u informazzjoni ta' parti terza ta' Copernicus" tfisser id-data u l-informazzjoni spazjali bil-liċenzja jew disponibbli għall-użu taħt Copernicus li toriġina minn sorsi għajr mis-satelliti Sentinel ta’ Copernicus; |
(15) |
"data fil-post ta' Copernicus" tfisser data ta' osservazzjoni mis-sensuri fuq l-art, fuq il-baħar jew fl-ajru, kif ukoll data ta' referenza u anċillari bil-liċenzja jew li tiġi pprovduta biex tintuża f'Copernicus; |
(16) |
"informazzjoni ta' Copernicus" tfisser l-informazzjoni ġġenerata mis-Servizzi ta' Copernicus wara l-ipproċessar jew l-immudellar, inkluża l-metadata tagħhom; |
(17) |
"Stati Parteċipanti ta' Copernicus" tfisser pajjiżi terzi li jikkontribwixxu finanzjarjament u jipparteċipaw f'Copernicus skont it-termini ta' ftehim internazzjonali konkluż mal-Unjoni; |
(18) |
"utenti ewlenin ta' Copernicus" tfisser l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u l-korpi pubbliċi Ewropej, nazzjonali jew reġjonali fl-Unjoni jew fl-Istati Parteċipanti ta' Copernicus inkarigati b'missjoni ta' servizz pubbliku għad-definizzjoni, għall-implimentazzjoni, għall-infurzar jew għall-monitoraġġ tal-politiki pubbliċi ċivili, bħal politiki ambjentali, tal-protezzjoni ċivili, tas-sikurezza, inkluż il-politiki tas-sikurezza tal-infrastruttura jew tas-sigurtà, li jibbenefikaw minn data ta’ Copernicus u informazzjoni ta’ Copernicus u li jkollhom ir-rwol addizzjonali li jmexxu l-evoluzzjoni ta' Copernicus; |
(19) |
"utenti oħra ta' Copernicus" tfisser l-organizzazzjonijiet tar-riċerka u tal-edukazzjoni, il-korpi kummerċjali u privati, l-għaqdiet tal-karità, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, li jibbenefikaw minn data ta’ Copernicus u informazzjoni ta’ Copernicus; |
(20) |
“utenti ta’ Copernicus” tfisser utenti ewlenin ta’ Copernicus u utenti oħra ta’ Copernicus; |
(21) |
"is-Servizzi ta' Copernicus" tfisser servizzi b'valur miżjud ta' interess ġenerali u komuni għall-Unjoni u l-Istati Membri, li huma ffinanzjati mill-Programm u li jittrasformaw id-data dwar l-osservazzjoni tad-Dinja, data fil-post ta’ Copernicus u data anċillari oħra f'informazzjoni proċessata, aggregata u interpretata skont il-ħtiġijiet tal-utenti ta' Copernicus; |
(22) |
"utent ta' GOVSATCOM" tfisser awtorità pubblika, korp inkarigat bl-eżerċizzju ta' awtorità pubblika, organizzazzjoni internazzjonali jew persuna fiżika jew ġuridika, li tkun awtorizzata u inkarigata kif suppost b'kompiti marbuta mas-superviżjoni u mal-ġestjoni ta' missjonijiet, ta' operazzjonijiet u ta' infrastrutturi kritiċi għas-sigurtà; |
(23) |
"Ċentru ta' GOVSATCOM" tfisser ċentru operazzjonali bil-funzjoni ewlenija li jgħaqqad, b'mod sigur, lill-utenti ta' GOVSATCOM mal-fornituri tal-kapaċità u s-servizzi ta' GOVSATCOM, u b'hekk jottimizza l-provvista u d-domanda f'kull waqt partikolari. |
(24) |
"każ tal-użu ta' GOVSATCOM" tfisser xenarju operazzjonali f'ambjent partikolari li fih huma rikjesti s-servizzi ta' GOVSATCOM; |
(25) |
"Informazzjoni klassifikata tal-UE" jew “IKUE)” tfisser kwalunkwe informazzjoni jew materjal magħżul minn klassifikazzjoni ta' sigurtà tal-UE, li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista' jikkawża gradi differenti ta' preġudizzju għall-interessi tal-Unjoni jew għal Stat Membru wieħed jew aktar; |
(26) |
"informazzjoni sensittiva mhux klassifikata" tfisser informazzjoni mhux klassifikata fis-sens tat-tifsira tal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 (37), li skontha obbligu għall-protezzjoni ta' informazzjoni sensittiva mhux klassifikata tapplika biss għall-Kummissjoni u għall-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni obbligati bil-liġi japplikaw ir-regoli ta' sigurtà tal-Kummissjoni; |
(27) |
"operazzjoni ta' taħlit" tfisser azzjonijiet li jingħataw sostenn mill-baġit tal-Unjoni, inkluż fil-faċilitajiet ta' taħlit skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament Finanzjarju, li jikkombina forom ta' sostenn li mhumiex ripagabbli jew strumenti finanzjarji jew garanziji baġitarji mill-baġit tal-Unjoni b'forom ta' sostenn ripagabbli mill-iżvilupp jew minn istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi oħra, kif ukoll minn istituzzjonijiet u minn investituri finanzjarji kummerċjali; |
(28) |
"entità ġuridika" tfisser persuna fiżika jew persuna ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali skont id-dritt tal-Unjoni, nazzjonali ħjew internazzjonali, li jkollha personalità ġuridika u l-kapaċità li taġixxi f'isimha stess, li teżerċita drittijiet u li tkun soġġetta għal obbligi, jew entità li ma għandhiex personalità ġuridika kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 197(2tar-Regolament Finanzjarju; |
(29) |
"entità fiduċjarja" tfisser entità ġuridika li tkun indipendenti mill-Kummissjoni jew minn parti terza u li tirċievi data mill-Kummissjoni jew minn dik il-parti terza għall-iskop ta' ħżin u ta' trattament sikur ta' dik id-data. |
Artikolu 3
Komponenti tal-Programm
1. Il-Programm għandu jikkonsisti mill-komponenti li ġejjin:
(a) |
‘Galileo’, sistema awtonoma ċivili u globali tan-navigazzjoni bis-satellita (GNSS) taħt il-kontroll ċivili, li tikkonsisti minn kostellazzjoni ta' satelliti, ċentri u network globali ta' stazzjonijiet tal-art, li joffru servizzi ta' pożizzjonament, ta' navigazzjoni u ta' kejl tal-ħin u li jintegraw il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tas-sigurtà; |
(b) |
"Is-Sistema Ewropea ta' Navigazzjoni b'Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS"), sistema ċivili reġjonali tan-navigazzjoni bis-satellita taħt il-kontroll ċivili li tikkonsisti minn ċentri u stazzjonijiet tal-art u minn diversi transponders installati fuq satelliti ġeosinkroniċi u li jżidu u jikkoreġu s-sinjali miftuħa emessi minn Galileo u minn GNSS oħrajn, fost affarijiet oħra għall-ġestjoni tat-traffiku bl-ajru, għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u għal sistemi oħra ta' trasport; |
(c) |
‘Copernicus’, sistema operattiva, awtonoma, iffokata fuq l-utenti, ċivili tal-osservazzjoni tad-dinja taħt kontroll ċivili, li tibni fuq il-kapaċitajiet nazzjonali u Ewropej eżistenti, li toffri data u servizzi ta' ġeoinformazzjoni, li jinkludu satelliti, infrastruttura tal-art, faċilitajiet tal-ipproċessar tad-data u tal-informazzjoni, u infrastruttura tad-distribuzzjoni, abbażi ta' politika dwar id-data bla ħlas, totali u miftuħa u, fejn xieraq, li tintegra għalkollox il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tas-sigurtà ; |
(d) |
“Għarfien tas-Sitwazzjoni fl-Ispazju:” jew “SSA”, li jinkludi is-subkomponenti li ġejjin:
|
(e) |
‘GOVSATCOM’, servizz ta' komunikazzjoni bis-satellita taħt kontroll ċivili u governattiv li jippermetti l-forniment tas-servizzi u l-kapaċitajiet ta' komunikazzjoni bis-satellita lill-awtoritajiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri li jiġġestixxu l-missjonijiet u l-infrastrutturi kritiċi għas-sigurtà. |
2. Il-programm għandu jinkludi miżuri addizzjonali biex jiġi żgurat aċċess effiċjenti u awtonomu għall-ispazju għall-Programm u biex jitrawwem settur spazjali Ewropew innovattiv u kompetittiv, upstream u downstream, biex tissaħħaħ l-ekosistema spazjali tal-Unjoni u biex l-Unjoni tissaħħaħ bħala attur globali.
Artikolu 4
Għanijiet
1. L-għanijiet ġenerali tal-Programm huma li:
(a) |
jipprovdi jew jagħti kontribut għall-forniment ta' data, informazzjoni u servizzi spazjali ta' kwalità għolja, aġġornati, u fejn ikun xieraq, siguri, mingħajr interruzzjoni u kull fejn ikun possibbli fil-livell globali, sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet eżistenti u tal-ġejjieni u jingħata sostenn għall-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni u għat-teħid ta' deċiżjonijiet indipendenti u bbażat fuq l-evidenza relatat, fost l-oħrajn għat-tibdil fil-klima, it-trasport u s-sigurtà; |
(b) |
jimmassimizza l-benefiċċji soċjoekonomiċi, b'mod partikolari billi jħeġġeġ l-iżvilupp ta' setturi Ewropej upstream u downstream innovattivi u kompetittivi, SMEs u negozji ġodda, b'hekk jippermetti t-tkabbir u l-ħolqien ta' impjiegi fl-Unjoni u jippromwovi l-iżjed adozzjoni u użu wiesa' possibbli ta' servizzi, tad-data, tal-informazzjoni pprovduti permezz tal-komponenti tal-Programm kemm fi ħdan kif ukoll barra l-Unjoni; filwaqt li jiġu żgurati s-sinerġiji u l-komplementarjetà mal-attivitajiet ta' żvilupp teknoloġiku u ta' riċerka tal-Unjoni mwettqa skont ir-Regolament (UE) 2021/695; |
(c) |
itejjeb is-sikurezza u s-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha u isaħħaħ l-awtonomija tal-Unjoni, b'mod partikolari f'termini ta’ teknoloġija; |
(d) |
jippromwovi r-rwol tal-Unjoni bħala attur globali fis-settur spazjali, jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni internazzjonali, isaħħaħ id-diplomazija spazjali Ewropea, inkluż billi jrawwem il-prinċipji ta' reċiproċità u kompetizzjoni ġusta u li jsaħħaħ ir-rwol tiegħu fl-indirizzar tal-isfidi globali, isostni inizjattivi globali, inkluż fir-rigward tal-iżvilupp sostenibbli, u jqajjem kuxjenza dwar l-ispazju bħala wirt komuni tal-umanità; |
(e) |
isaħħaħ is-sikurezza, is-sigurtà u s-sostenibbiltà tal-attivitajiet spazjali kollha lil hinn mill-atmosfera li jappartjenu għall-oġġetti spazjali u l-proliferazzjoni tar-residwi, kif ukoll l-ambjent spazjali, billi jimplimenta miżuri xierqa, inkluż l-iżvilupp u l-iskjerament ta' teknoloġiji għar-rimi tal-inġenji spazjali fi tmiem il-ħajja operazzjonali u għar-rimi tar-residwi spazjali. |
2. L-għanijiet speċifiċi tal-Programm huma:
(a) |
għal Galileo u EGNOS: il-forniment ta' servizzi fit-tul, mill-aqwa u siguri tal-pożizzjonament, tan-navigazzjoni u tat-teħid tal-ħinijiet filwaqt li jiżguraw kontinwità u robustezza tas-servizz; |
(b) |
għal Copernicus: it-twassil ta' data u ta' informazzjoni akkurati u affidabbli tal-osservazzjoni tad-dinja u servizzi li jintegraw sorsi oħra ta' data, ipprovduti fuq bażi sostenibbli u fit-tul, b'sostenn għall-formulazzjoni, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha u azzjonijiet ibbażati fuq il-ħtiġijiet tal-utenti; |
(c) |
għall- SSA: it-titjib tal-kapaċitajiet ta’ monitoraġġ, ta’ insegwiment u ta’ identifikazzjoni tal-oġġetti spazjali u tar-residwi spazjali bil-għan li tiżdied aktar il-prestazzjoni u l-awtonomija tal-kapaċitajiet taħt is-subkomponent SST fil-livell tal-Unjoni, u jipprovdi servizzi SWE u għall-immappjar u għall-ħolqien ta' network tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri taħt is-subkomponent NEO; |
(d) |
għal GOVSATCOM: l-iżgurar tad-disponibbiltà fit-tul ta' servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita affidabbli, siguri u kosteffettivi għall-utenti ta' GOVSATCOM; |
(e) |
l-appoġġ għal kapaċità awtonoma, sigura u kosteffiċjenti ta' aċċess għall-ispazju, filwaqt li jitqiesu l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni; |
(f) |
it-tħeġġiġ tal-iżvilupp ta' ekonomija spazjali tal-Unjoni b'saħħitha inkluż billi jappoġġa l-ekosistema tal-ispazju u billi jsaħħaħ il-kompetittività, l-innovazzjoni, l-intraprenditorija, il-ħiliet u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet fl-Istati Membri u r-reġjuni kollha tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' SMEs u negozji ġodda jew persuni fiżiċi u ġuridiċi mill-Unjoni li huma attivi jew li jixtiequ jsiru attivi f'dak is-settur. |
Artikolu 5
Aċċess għall-ispazju
1. Il-Programm għandu jappoġġa l-akkwist u l-aggregazzjoni ta' servizzi ta' llanċjar għall-ħtiġijiet tal-Programm u, fuq talba tagħhom, l-aggregazzjoni għall-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet internazzjonali.
2. F'sinerġiji ma' programmi u skemi ta' finanzjament oħra tal-Unjoni, u mingħajr preġudizzju għall-attivitajiet tal-ESA-qasam tal-aċċess għall-ispazju, il-Programm jista' jappoġġa:
(a) |
adattamenti, inkluż l-iżvilupp teknoloġiku, għal sistemi ta' llanċjar fl-ispazju li huma meħtieġa għal-lanċjar ta' satelliti, inkluż teknoloġiji alternattivi u sistemi innovattivi dwar l-aċċess għall-ispazju, għall-implimentazzjoni tal-komponenti tal-Programm; |
(b) |
adattamenti fl-infrastruttura spazjali tal-art, inklużi żviluppi ġodda, li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Programm. |
Artikolu 6
Azzjonijiet b'sostenn għal settur spazjali innovattiv u kompetittiv tal-Unjoni
1. Il-Programm għandu jippromwovi t-tisħiħ tal-kapaċitajiet madwar l-Unjoni billi jappoġġa:
(a) |
attivitajiet ta' innovazzjoni biex isir l-aħjar użu mit-teknoloġiji, l-infrastruttura jew is-servizzi spazjali u miżuri li jiffaċilitaw l-użu ta' soluzzjonijiet innovattivi li jirriżultaw minn attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni u biex jappoġġaw l-iżvilupp tas-settur downstream, b'mod partikolari permezz ta' sinerġiji ma' Programmi u strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni, inkluż il-Programm InvestEU. |
(b) |
attivitajiet li għandhom l-għan li jrawmu d-domanda pubblika u l-innovazzjoni fis-settur pubbliku, biex jintlaħaq il-potenzjal sħiħ tas-servizzi pubbliċi għaċ-ċittadini u n-negozji; |
(c) |
imprenditorija, inkluż mill-istadju bikri sal-istadju tat-tkabbir, skont l-Artikolu 21, billi jistrieħ fuq dispożizzjonijiet oħra dwar l-aċċess għall-finanzjament kif imsemmi fl-Artikolu 18 u fil-Kapitolu I tat-Titolu III, u billi juża approċċ tal-ewwel kuntratt; |
(d) |
il-ħolqien ta' ekosistema spazjali favorevoli għan-negozju permezz ta' kooperazzjoni bejn l-impriżi fil-forma ta' network ta' ċentri spazjali li:
|
(e) |
l-għoti ta' attivitajiet ta' edukazzjoni u taħriġ, b’mod partikolari għall-professjonisti, l-imprendituri, il-gradwati u l-istudenti, b'mod partikolari permezz ta' sinerġiji ma' inizjattivi fil-livelli nazzjonali u reġjonali, għall-iżvilupp ta' ħiliet avvanzati; |
(f) |
l-aċċess għall-faċilitajiet tal-ipproċessar u tal-ittestjar għall-professjonisti fis-settur privat u pubbliku, l-istudenti u l-imprendituri; |
(g) |
attivitajiet ta' ċertifikazzjoni u ta' standardizzazzjoni; |
(h) |
it-tisħiħ ta’ ktajjen tal-provvista Ewropej madwar l-Unjoni permezz ta' parteċipazzjoni wiesgħa tal-impriżi, b'mod partikolari SMEs u negozji ġodda, fil-komponenti kollha tal-Programm, b'mod partikolari permezz tal-Artikolu 14, u ta’miżuri li jirfdu l-kompetittività tagħhom fil-livell globali. |
2. Meta jiġu implimentati l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-ħtieġa li tiġi żviluppata l-kapaċità fl-Istati Membri b'industrija spazjali emerġenti għandha tiġi appoġġata, sabiex tingħata opportunità ugwali lill-Istati Membri kollha sabiex jipparteċipaw fil-Programm.
Artikolu 7
Parteċipazzjoni ta’ Pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-Programm
1. Galileo, EGNOS u Copernicus, kif ukoll s-subkomponenti SWE u NEO, iżda bl-eżklużjoni tas-subkomponent SST, għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.
Copernicus u s-subkomponenti SWE u NEO, iżda bl-eżklużjoni tas-subkomponent SST, għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi li ġejjin:
(a) |
il-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali, b'konformità mal-prinċipji ġenerali u mat-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew fi ftehimiet simili, u b'konformità mal-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi; |
(b) |
pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, f'konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew fi ftehimiet simili, u f'konformità mal-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi. |
2. F'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku konkluż f’konformità mal-Artikolu 218 TFUE li jkopri l-parteċipazzjoni ta’ pajjiż terz jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali fi kwalunkwe programm tal-Unjoni;
(a) |
Galileo u EGNOS għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi msemmija fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1: |
(b) |
GOVSATCOM għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta' membri tal-EFTA li huma membri taż- ŻEE, kif ukoll tal-pajjiżi terzimsemmija fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1; |
(c) |
Galileo, EGNOS, Copernicus, GOVSATCOM, kif ukoll is-subkomponenti SWE u NEO, iżda bl-eżklużjoni tas-subkomponent SST, għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi minbarra dawk il-pajjiżi terzi koperti mill-paragrafu 1, u organizzazzjonijiet internazzjonali. |
Il-ftehim speċifiku msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu:
(a) |
jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u tal-benefiċċji tal-pajjiż terz jew tal-organizzazzjoni internazzjonali parteċipanti fil-programmi tal-Unjoni; |
(b) |
jistabbilixxi l-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali, u l-kostijiet amministrattivi tagħhom.; |
(c) |
jagħti l-ebda setgħa ta’ teħid tad-deċiżjonijiet lill-pajjiż terz jew lill-organizzazzjoni internazzjonali fir-rigward tal-Programm tal-Unjoni; |
(d) |
jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha. |
Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagraf ta’ dan il-paragrafu għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat f'konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju
3. Il-komponenti jew is-subkomponenti tal-Programm, bl-eżklużjoni tas-subkomponent SST, għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali skont dan l-Artikolu dment li l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha jiġu ppreservati inkluż fir-rigward tal-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata skont l-Artikolu 43.
Artikolu 8
Aċċess għas-servizzi tal-SST, is-servizzi ta' GOVSATCOM u s-Servizzi Pubbliċi Regolati ta' Galileo minn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali
1. Pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jista' jkollhom aċċess għas-servizzi ta' GOVSATCOM dment li,
(a) |
jikkonkludu ftehim, f’konformità mal-Artikolu 218 TFUE, li jistabbilixxi t-termini u l-kondizzjonijiet għall-aċċess għas-servizzi ta' GOVSATCOM; u |
(b) |
jikkonformaw maal-Artikolu 43 ta' dan ir-Regolament. |
2. Pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali li ma għandhomx il-kwartieri ġenerali tagħhom fl-Unjoni jista' jkollhom aċċess għas-servizzi tal-SST imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 55(1) dment li:
(a) |
jikkonkludu ftehim, f’konformità mal-Artikolu 218 TFUE, li jistabbilixxi t-termini u l-kondizzjonijiet għall-aċċess għal tali servizzi tal-SST; u |
(b) |
jikkonformaw mal-Artikolu 43 ta' dan ir-Regolament. |
3. Ma għandu jkun meħtieġ l-ebda ftehim konkluż f’konformità mal-Artikolu 218 TFUE biex jinkiseb aċċess għas-servizzi tal-SST li huma disponibbli għall-pubbliku, kif imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 55(1). L-aċċess għal dawk is-servizzi għandu jkun soġġett għal talba mill-utenti potenzjali f’konformità mal-Artikolu 56.
4. L-aċċess ta' pajjiżi terzi u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali għas-Servizz Pubbliku Regolat (PRS) ipprovdut minn Galileo għandu jiġi rregolat bl-Artikolu 3(5) tad-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (39).
Artikolu 9
Sjieda u użu tal-assi
1. Ħlief għal kif previs fil-paragrafu 2, l-Unjoni għandha tkun is-sid tal-assi tanġibbli u intanġibbli kollha li jinħolqu jew li jiġu żviluppati fil-qafas tal-komponenti tal-Programm. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kuntratti, il-ftehimiet u arranġamenti oħra rilevanti marbuta mal-attivitajiet li jistgħu jirriżultaw fil-ħolqien jew l-iżvilupp ta' tali assi jkun fihom dispożizzjonijiet li jiżguraw is-sjieda tal-Unjoni ta' dawk l-assi.
2. Il-paragrafu 1 ma japplikax għall-assi tanġibbli u intanġibbli li nħolqu jew li ġew żviluppati fil-qafas tal-komponenti tal-Programm, fejn l-attivitajiet li jistgħu jirriżultaw fil-ħolqien jew fl-iżvilupp ta' tali assi:
(a) |
jitwettqu skont għotjiet jew premjijiet iffinanzjati għalkollox mill-Unjoni; |
(b) |
ma jkunux iffinanzjati għalkollox mill-Unjoni, jew |
(c) |
ikunu marbuta mal-iżvilupp, mal-manifattura jew mal-użu ta' riċevituri tal-PRS li jinkorporaw l-IKUE, jew ta' komponenti ta' tali riċevituri. |
3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kuntratti, il-ftehimiet u l-arranġamenti l-oħra marbuta mal-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jkun fihom dispożizzjonijiet li jistabbilixxu r-reġim ta' sjieda xieraq għal dawk l-assi u, fir-rigward tal-punt (c) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, li huma jiżguraw li l-Unjoni tkun tista' tuża r-riċevituri tal-PRS b'konformità mad-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE.
4. Il-Kummissjoni għandha tfittex li tikkonkludi kuntratti, ftehimiet jew arranġamenti oħra ma' partijiet terzi fir-rigward ta’:
(a) |
id-drittijiet ta' sjieda eżistenti minn qabel fir-rigward tal-assi tanġibbli u intanġibbli li jinħolqu jew li jiġu żviluppati fil-qafas tal-komponenti tal-Programm; |
(b) |
l-akkwiżizzjoni tas-sjieda jew tad-drittijiet tal-liċenzja fir-rigward ta' assi oħra tanġibbli jew intanġibbli meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Programm. |
5. Il-Kummissjoni għandha tiżgura, permezz ta' qafas xieraq, l-użu ottimali tal-assi tanġibbli u intanġibbli msemmija fil-paragrafu 1 u 2 u li għandha s-sjieda tagħhom l-Unjoni.
6. Fejn l-assi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jikkonsistu minn drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-Kummissjoni għandha tiġġestixxi dawk id-drittijiet bl-iktar mod effettiv possibbli, filwaqt li tqis:
(a) |
il-ħtieġa li tipproteġi l-assi u li tagħtihom valur; |
(b) |
l-interessi leġittimi tal-partijiet ikkonċernati kollha; |
(c) |
il-ħtieġa għall-iżvilupp armonjuż ta' swieq u ta' teknoloġiji ġodda; u |
(d) |
il- ħtieġa għall-kontinwità tas-servizzi pprovduti mill-komponenti tal-Programm. |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura b'mod partikolari li l-kuntratti, il-ftehimiet u arranġamenti oħra rilevanti jinkludu l-possibbiltà ta' trasferiment ta' dawk id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali lil partijiet terzi, jew il-possibbiltà ta' għoti ta' liċenzji ta' partijiet terzi għal dawk id-drittijiet, inkluż lill-kreatur tal-proprjetà intellettwali u li l-Aġenzija tkun tista' tgawdi dawk id-drittijiet liberament meta jkun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament.
L-FFPA previst fl-Artikolu 28(4) jew il-ftehimiet ta' kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 32(1) għandhom jinkludu dispożizzjonijiet rilevanti li jippermettu l-użu tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu mill-ESA u mill-entitajiet inkarigati l-oħra fejn meħtieġ biex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament u l-kondizzjonijiet għal dak l-użu.
Artikolu 10
Garanzija
1. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi imposti mid-dispożizzjonijiet legalment vinkolanti, is-servizzi, id-data u l-informazzjoni pprovduta mill-komponenti tal-Programm għandhom jiġu pprovduti mingħajr ebda garanzija espliċita jew impliċita fir-rigward tal-kwalità, tal-akkuratezza, tad-disponibbiltà, tal-affidabbiltà, tal-veloċità u tal-idoneità tagħhom għal kwalunkwe skop.
2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-utenti ta' dawk is-servizzi, id-data u l-informazzjoni jkunu infurmati, b'mod xieraq dwar il-paragrafu 1.
TITOLU II
KONTRIBUZZJONI U MEKKANIŻMI BAĠITARJI
Artikolu 11
Baġit
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027 u biex ikopri r-riskji assoċjati, għandu jkun ta' EUR 14,880 biljun bil-prezzijiet attwali.
Id-distribuzzjoni tal-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandha tinqasam f'dawn il-kategoriji ta' nfiq li ġejjin:
(a) |
għal Galileo u EGNOS: EUR 9,017 biljun; |
(b) |
għal Copernicus: EUR 5,421 biljun; |
(c) |
għall-SSA u l-GOVSATCOM: EUR 0,442 biljun. |
2. Il-Kummissjoni tista' tirrialloka fondi bejn il-kategoriji ta' nfiq imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sa limitu massimu ta' 7,5 % tal-kategorija ta' nfiq li tirċievi l-fondi jew il-kategorija li tipprovdi l-fondi. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tirrialloka fondi bejn il-kategoriji ta' nfiq imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu meta dik l-allokazzjoni taqbeż ammont kumulattiv akbar minn 7,5 % tal-ammont allokat lill-kategorija ta' nfiq li tirċievi l-fondi jew il-kategorija li tipprovdi l-fondi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).
3. Miżuri addizzjonali previsti fl-Artikolu 3(2), jiġifieri l-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 5 u 6, għandhom jiġu ffinanzjati skont il-komponenti tal-Programm.
4. L-approprjazzjonijiet tal-baġit tal-Unjoni assenjati lill-Programm għandhom ikopru l-attivitajiet kollha meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4. Dan l-infiq jista' jkopri:
(a) |
l-istudji u l-laqgħat tal-esperti, b'mod partikolari l-konformità mal-limiti tal-kost u tal-ħin tagħhom; |
(b) |
l-attivitajiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, inkluż il-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet tal-politiki tal-Unjoni fejn dawn ikunu marbuta direttament mal-għanijiet ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari biex jinħolqu sinerġiji ma' politiki oħra tal-Unjoni; |
(c) |
in-networks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jkollhom il-funzjoni li jipproċessaw jew li jiskambjaw l-informazzjoni, u l-miżuri dwar il-ġestjoni amministrattiva, inkluż fil-qasam tas-sigurtà, li jkunu implimentati mill-Kummissjoni; |
(d) |
assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, pereżampju attivitajiet ta' tħejjija, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditjar u ta' evalwazzjoni inkluż sistemi korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni. |
5. L-azzjonijiet li jirċievu finanzjament kumulattiv minn programmi differenti tal-Unjoni għandhom jiġu awditjati darba biss, billi jiġu koperti l-programmi involuti kollha u r-regoli applikabbli rispettivi tagħhom.
6. L-impenji baġitarji marbuta mal-Programm u li jkopru l-attivitajiet li jkunu estiżi fuq iktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq diversi snin f'pagamenti akkont annwali.
7. Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri fil-qafas ta' ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tal-Istat Membru kkonċernat, jiġu ttrasferiti lill-Programm, soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 26 tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi direttament skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont il-punt (c) ta' dak is-subparagrafu. Dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 12
Dħul assenjat
1. Id-dħul iġġenerat mill-komponenti tal-Programm għandu jitħallas fil-baġit tal-Unjoni u għandu jintuża biex jiffinanzja l-komponent li jkun iġġenera d-dħul.
2. L-Istati Membri jistgħu jallokaw kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali għal komponent tal-Programm biex ikopru elementi addizzjonali, bil-kondizzjoni li tali elementi addizzjonali ma joħolqux xi piż finanzjarju jew tekniku jew xi dewmien għall-komponent ikkonċernat. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddeċiedi jekk dawk il-kondizzjonijiet ikunux ġew issodisfati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(3.
3. Il-kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali msemmija f'dan l-Artikolu għandha tiġi ttrattata bħala dħul assenjat estern skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 13
Implimentazzjoni u forom ta' finanzjament mill-Unjoni
1. Il-Programm għandu jiġi implimentat taħt ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju jew b'ġestjoni indiretta ma' korpi msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju.
2. Il-Programm jista' jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stipulati fir-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari għotjiet, premjijiet u akkwist. Jista' jipprovdi wkoll finanzjament fil-forma ta' strumenti finanzjarji f'operazzjonijiet ta' taħlit.
3. Meta l-baġit ta' Copernicus jiġi implimentat taħt ġestjoni indiretta, ir-regoli dwar l-akkwist tal-entitajiet inkarigati bil-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit jistgħu japplikaw sal-punt permess skont l-Artikoli 62 u 154 tar-Regolament Finanzjarju. Aġġustamenti speċifiċi meħtieġa għal dawk ir-regoli dwar l-akkwist għandhom jiġu definiti fil-ftehimiet ta' kontribuzzjoni rilevanti.
TITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI
KAPITOLU I
Akkwist
Artikolu 14
Prinċipji tal-akkwist
1. Fi proċedimenti ta’ akkwist għall-finijiet tal-Programm, l-awtorità kontraenti għandha taġixxi b'konformità mal-prinċipji li ġejjin:
(a) |
il-promozzjoni fl-Istati Membri kollha madwar l-Unjoni u tul il-katina tal-provvista kollha, tal-iktar parteċipazzjoni wiesgħa u miftuħa possibbli mill-operaturi ekonomiċi, b'mod partikolari negozji ġodda, entranti ġodda u SMEs, inkluż fil-każ ta' sottokuntrattar mill-offerenti; |
(b) |
l-iżgurar ta' kompetizzjoni effettiva u, fejn ikun possibbli, l-evitar ta' dipendenza fuq fornitur uniku, b'mod partikolari għat-tagħmir u għas-servizzi kritiċi, filwaqt li jitqiesu l-għanijiet tal-indipendenza teknoloġika u tal-kontinwità tas-servizzi; |
(c) |
b'deroga mill-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju, l-użu, kull fejn ikun xieraq, ta' diversi sorsi ta' provvista sabiex jiġi żgurat kontroll ġenerali aħjar tal-komponenti kollha tal-Programm, tal-kost tagħhom u tal-iskeda tagħhom; |
(d) |
is-segwitu tal-prinċipji tal-aċċess miftuħ u l-kompetizzjoni ġusta tul il-katina tal-provvista industrijali, permezz tas-sejħiet għall-offerti abbażi tal-għoti ta' informazzjoni trasparenti u f'waqtha, il-komunikazzjoni ċara tar-regoli u l-proċeduri applikabbli dwar l-akkwist, il-kriterji tal-għażla u tal-għoti u kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti li tippermetti kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-offerenti potenzjali kollha, inkluż SMEs u negozji ġodda; |
(e) |
it-tisħiħ tal-awtonomija tal-Unjoni, b'mod partikolari f'termini teknoloġiċi; |
(f) |
il-konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà tal-komponenti tal-Programm u l-għoti ta' kontribut għall-protezzjoni tal-interess essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha; |
(g) |
il-promozzjoni tal-kontinwità u l-affidabbiltà tas-servizz; |
(h) |
l-issodisfar tal-kriterji soċjali u ambjentali xierqa. |
2. Il-bord tal-akkwist, fi ħdan il-Kummissjoni, għandu jiskrutinizza l-proċess tal-akkwist relatat mal-komponenti kollha tal-Programm u jissorvelja l-implimentazzjoni kuntrattwali tal-baġit tal-Unjoni ddelegat lill-entitajiet inkarigati. Rappreżentant ta’ kull waħda mill-entitajiet inkarigati għandu jkun mistieden fejn dan ikun xieraq.
Artikolu 15
Kuntratti kondizzjonali b'pagamenti fi stadji
1. Fir-rigward tal-attivitajiet operazzjonali u speċifiċi għall-infrastruttura, l-awtorità kontraenti tista' tagħti kuntratt fil-forma ta' kuntratt kondizzjonali b'pagamenti fi stadji b'konformità ma' dan l-Artikolu.
2. Id-dokumenti ta’ akkwist għal kuntratt kundizzjonali b'pagamenti fi stadji għandhom jirreferu għall-karatteristiċi speċifiċi ta’ kuntratti kundizzjonali b'pagamenti fi stadji. B’mod partikolari, huma għandhom jispeċifikaw is-suġġett tal-kuntratt, il-prezz jew l-arranġamenti biex jiġi determinat il-prezz u l-arranġamenti għall-forniment ta’ xogħolijiet, provvisti u servizzi f’kull stadju.
3. Kuntratt kondizzjonali b'pagamenti fi stadji għandu jinkludi:
(a) |
stadju fiss li jirriżulta f'impenn sod ta' forniment tax-xogħlijiet, tal-provvisti jew tas-servizzi kkuntrattati għal dak l-istadju; u |
(b) |
stadju wieħed jew iktar li jkunu kondizzjonali f'termini kemm tal-baġit kif ukoll tal-eżekuzzjoni. |
4. L-obbligi skont l-istadju fiss u l-obbligi f'kull stadju kondizzjonali għandhom ikunu parti minn ġabra sħiħa konsistenti, filwaqt li jitqiesu l-obbligi fl-istadji preċedenti jew dawk sussegwenti.
5. It-twettiq ta' kull stadju kondizzjonali għandha tkun soġġetta għal deċiżjoni mill-awtorità kontraenti, innotifikata lill-kuntrattur b'konformità mal-kuntratt.
Artikolu 16
Kuntratti ta' rimborż tal-kostijiet
1. L-awtorità kontraenti tista' tagħżel kuntratt ta' rimborż sħiħ jew parzjali tal-kostijiet, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3.
2. Il-prezz li jrid jitħallas skont kuntratt tar-rimborż tal-kostijiet għandu jikkonsisti mir-rimborż ta:
(a) |
il-kostijiet diretti kollha mġarrba effettivament mill-kuntrattur fit-twettiq tal-kuntratt, bħan-nefqa fuq il-ħaddiema, il-materjali, l-oġġetti li jiġu kkunsmati u l-użu tat-tagħmir u tal-infrastrutturi meħtieġa għat-twettiq tal-kuntratt; |
(b) |
il-kostijiet indiretti; |
(c) |
profitt fiss; u |
(d) |
tariffa ta' inċentiv xierqa bbażata fuq il-kisba tal-għanijiet fir-rigward tal-iskedi tat-twettiq u tal-forniment. |
3. L-awtorità kontraenti tista' tagħżel kuntratt ta' rimborż sħiħ jew parzjali f'każijiet fejn ikun diffiċli jew mhux adatt li jiġi pprovdut prezz fiss akkurat minħabba l-inċertezzi inerenti fit-twettiq tal-kuntratt ikkawżati mill-fatt li:
(a) |
il-kuntratt ikollu elementi kumplessi ħafna jew elementi li jirrikjedu l-użu ta' teknoloġija ġdida u, għalhekk, jinkludi għadd sinifikanti ta' riskji tekniċi; jew |
(b) |
l-attivitajiet soġġetti għall-kuntratt iridu, għal raġunijiet operazzjonali, jibdew minnufih anke jekk ma jkunx għadu possibbli li jiġi determinat prezz fiss riġidu sħiħ minħabba riskji sinifikanti jew peress li t-twettiq tal-kuntratt ikun jiddependi parzjalment mit-twettiq ta' kuntratti oħra. |
4. Il-kuntratti tar-rimborż tal-kostijiet għandhom jistipulaw prezz limitu massimu. Il-prezz limitu massimu għal kuntratt ta' rimborż sħiħ jew parzjali tal-kostijiet għandu jkun il-prezz massimu pagabbli. Il-prezz jista' jiġi modifikat skont l-Artikolu 172 tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 17
Sottokuntrattar
1. Sabiex tħeġġeġ entranti ġodda, SMEs u negozji ġodda u l-parteċipazzjoni transfruntiera tagħhom, u biex toffri l-iktar kopertura ġeografika wiesgħa possibbli filwaqt tħares l-awtonomija tal-Unjoni, l-awtorità kontraenti għandha titlob li l-offerent jissottokuntratta parti mill-kuntratt permezz ta' sejħa għall-offerti kompetittiva fil-livelli xierqa ta' sottokuntrattar lil kumpaniji oħra għajr dawk li jiffurmaw parti mill-grupp tal-offerent.
2. L-offerent għandu jiġġustifika kwalunkwe deroga minn talba magħmula skont il-paragrafu 1.
3. Għal kuntratti 'l fuq minn Euro 10 miljuni, l-awtorità kontraenti għandha timmira li tiżgura li mill-inqas 30 % tal-valur tal-kuntratt jiġi sottokuntrattat permezz ta' sejħiet għal offerti kompetittivi f'livelli varji ta’ sottokuntrattar lil kumpaniji barra l-grupp tal-offerent ewlieni, b'mod partikolari biex tippermetti l-parteċipazzjoni transfruntiera ta' SMEs. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat tal-Programm imsemmi fl-Artikolu 107(1) dwar it-twettiq ta' dak l-għan għal kuntratti ffirmati wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
KAPITOLU II
Għotjiet, premjijiet u operazzjonijiet ta' taħlit
Artikolu 18
Għotjiet u premjijiet
1. L-Unjoni tista' tkopri sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli, mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tal-kofinanzjament.
2. B'deroga mill-[Artikolu 181(6)] tar-Regolament Finanzjarju, meta jiġu applikati rati fissi [...], l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista' jawtorizza jew jimponi l-finanzjament tal-kostijiet indiretti tal-benefiċjarju sa massimu ta' 25 % tat-total tal-kostijiet diretti eliġibbli għall-azzjoni.
3. Minkejja l-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-kostijiet indiretti jistgħu jiġu ddikjarati fil-forma ta' somma f'daqqa jew kostijiet unitarji meta dan ikun previst fil-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 100.
4. B'deroga mill-Artikolu 204 tar-Regolament Finanzjarju, l-ammont massimu ta' sostenn finanzjarju li jista' jitħallas lil parti terza ma għandux jaqbeż EUR 200 000.
Artikolu 19
Sejħiet konġunti għal għotjiet
1. Il-Kummissjoni jew entità inkarigata fil-kuntest tal-Programm jistgħu joħorġu sejħa konġunta għal proposti ma' entitajiet, korpi jew persuni msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju.
2. Fil-każ ta' sejħa konġunta msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu:
(a) |
japplikaw ir-regoli msemmija fit-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju; |
(b) |
il-proċeduri tal-evalwazzjoni għandhom jinvolvu grupp ibbilanċjat ta' esperti maħtura minn kull parti; u |
(c) |
il-kumitati tal-evalwazzjoni għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 150 tar-Regolament Finanzjarju. |
3. Il-ftehim ta' għotja għandu jispeċifika l-arranġament applikabbli għad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali.
Artikolu 20
Għotjiet għall-akkwist prekummerċjali u għall-akkwist ta' soluzzjonijiet innovattivi
1. L-azzjonijiet jistgħu jinvolvu akkwist prekummerċjali jew akkwist pubbliku ta' soluzzjonijiet innovattivi jew ikollhom dawn bħala l-għan primarju tagħhom, li għandhom jitwettqu minn benefiċjarji li jkunu awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti kif definiti fid-Direttivi 2014/24/UE (40), 2014/25/UE (41) u 2009/81/KE (42) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
2. Il-proċeduri tal-akkwist għal soluzzjonijiet innovattivi:
(a) |
għandhom ikunu konformi mal-prinċipji tat-trasparenza, tan-nondiskriminazzjoni, tat-trattament indaqs, tal-ġestjoni finanzjarja tajba, tal-proporzjonalità u tar-regoli tal-kompetizzjoni; |
(b) |
fil-każ ta’ akkwist prekummerċjali, jistgħu jipprevedu kondizzjonijiet speċifiċi bħal pereżempju li l-post tat-twettiq tal-attivitajiet bl-akkwist ikun limitat għat-territorju tal-Istati Membri u tal- pajjiżi terzi li jipparteċipaw fil-Programm; |
(c) |
jistgħu jawtorizzaw l-għoti ta' diversi kuntratti fl-istess proċedura (akkwist minn diversi sorsi); u |
(d) |
għandhom jipprevedu l-għoti tal-kuntratti lill-offerent(i) tal-iktar offerta ekonomikament vantaġġuża filwaqt li jiżguraw li ma jkunx hemm kunflitti ta' interess. |
3. Il-kuntrattur li jiġġenera r-riżultati fl-akkwist prekummerċjali għandu jkollu minn tal-inqas is-sjieda tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali assoċjati mar-riżultati. L-awtoritajiet kontraenti għandhom igawdu minn tal-inqas id-drittijiet tal-aċċess mingħajr royalties għar-riżultati għall-użu tagħhom stess u d-dritt tal-għoti, jew li jirrikjedu l-għoti, mill-kuntratturi, ta' liċenzji mhux esklużivi lil partijiet terzi għall-esplojtazzjoni tar-riżultati għall-awtorità kontraenti b'kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli mingħajr ebda dritt għas-sottoliċenzjar. Jekk kuntrattur ma jwettaqx l-esplojtazzjoni kummerċjali tar-riżultati fi żmien perjodu speċifiku wara l-akkwist prekummerċjali kif identifikat fil-kuntratt, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jirrikjedu li huwa jittrasferilhom kwalunkwe sjieda tar-riżultati.
Artikolu 21
Operazzjonijiet ta' taħlit
L-operazzjonijiet ta' taħlit deċiżi skont il-Programm għandhom jiġu implimentati skont ir-Regolament (UE) 2021/523 u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju.
KAPITOLU III
Dispożizzjonijiet finanzjarji oħra
Artikolu 22
Finanzjament kumulattiv u alternattiv
1. Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont il-Programm tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn programm ieħor tal-Unjoni, diment li l-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Ir-regoli tal-programm tal-Unjoni rilevanti għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni korroispondenti għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni. L-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista' jiġi kkalkolat fuq bażi pro rata f'konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-appoġġ.
2. L-azzjonijiet li jingħataw tikketta b'Siġill ta' Eċċellenza taħt dan il-Programm jistgħu jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali jew mill-Fond Soċjali Ewropew Plus, f'konformità mal-Artikolu 73(4) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, jekk jikkonformaw mal-kondizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
(a) |
ikunu ġew ivvalutati f'sejħa għal proposti skont il-Programm; |
(b) |
ikunu konformi mar-rekwiżiti minimi ta' kwalità ta' dik is-sejħa għal proposti; |
(c) |
ma jistgħux jiġu ffinanzjati fil-qafas ta' dik is-sejħa għal proposti minħabba limitazzjonijiet baġitarji. |
Artikolu 23
Akkwist konġunt
1. Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-[Artikolu 165] tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni u/jew l-Aġenzija jistgħu jwettqu proċeduri ta' akkwist konġunt mal-ESA jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra involuti fl-implimentazzjoni tal-komponenti tal-Programm.
2. Ir-regoli tal-akkwist applikabbli skont l-Artikolu 165 tar-Regolament Finanzjarju għandhom japplikaw b'analoġija dment li fi kwalunkwe każ jiġu applikati d-dispożizzjonijiet proċedurali applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni.
Artikolu 24
Kondizzjonijiet ta' eliġibbiltà u parteċipazzjoni għall-preservazzjoni tas-sigurtà, l-integrità u r-reżiljenza tas-sistemi operazzjonali tal-Unjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tapplika l-kondizzjonijiet ta' eliġibbiltà u parteċipazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 2 għall-akkwist, l-għotjiet jew il-premjijiet skont dan it-Titolu jekk tqis li dan ikun meħtieġ u xieraq biex jiġu ppreservati s-sigurtà, l-integrità u r-reżiljenza tas-sistemi operazzjonali tal-Unjoni, b'kont meħud tal-objettiv li tiġi promossa l-awtonomija strateġika tal-Unjoni, b'mod partikolari f'termini ta' teknoloġija fit-teknoloġiji u l-ktajjen tal-valur ewlenin filwaqt li tiġi ppreservata ekonomija miftuħa.
Qabel ma tapplika l-kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà u parteċipazzjoni f’konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat tal-Programm imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 107(1) u għandha tqis bl-akbar reqqa l-fehmiet tal-Istati Membri dwar il-kamp ta' applikazzjoni ta' dawk il-kondizzjonijiet ta' eliġibbiltà u parteċipazzjoni u l-ġustifikazzjoni għalihom..
2. Il-kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà u parteċipazzjoni għandhom ikunu kif ġej:
(a) |
l-entità legali eliġibbli għandha tkun stabbilita fi Stat Membru u l-istrutturi maniġerjali eżekuttivi tagħha ikunu stabbiliti f’dak l-Istat Membru; |
(b) |
l-entità legali eliġibbli timpenja ruħha li twettaq l-attivitajiet rilevanti kollha fi Stat Membru wieħed jew aktar; u |
(c) |
l-entità legali eliġibbli ma għandhiex tkun soġġetta għal kontroll minn pajjiż terz jew minn entità ta' pajjiż terz. |
Għall-fini ta' dan l-Artikolu, kontroll tfisser il-kapaċità li tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq entità legali b'mod dirett jew indirett permezz ta' entità legali intermedja waħda jew aktar.
Għall-fini ta' dan l-Artikolu, struttura maniġerjali eżekuttiva tfisser il-korp ta' entità legali maħtur skont il-liġi nazzjonali, u li, fejn applikabbli, jirrapporta lill-uffiċjal kap eżekuttiv, jew kwalunkwe persuna oħra b'setgħa deċiżjonali komparabbli, u li jkollu s-setgħa jistabbilixxi l-istrateġija, l-objettivi u d-direzzjoni ġenerali tal-entità legali, u jissorvelja u jimmonitorja t-teħid ta' deċiżjonijiet tat-tmexxija.
3. Il-Kummissjoni tista' tidderoga mill-kondizzjonijiet taħt il-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għal entità ġuridika partikolari fuq evalwazzjoni bbażata fuq il-kriterji kumulattivi li ġejjin:
(a) |
għal teknoloġiji, oġġetti jew servizzi speċifiċi meħtieġa għall-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 l-ebda sostitut ma jkun disponibbli faċilment fl-Istati Membri, |
(b) |
l-entità ġuridika tkun stabbilita f'pajjiż li jkun membru taż-ŻEE jew tal-EFTA li jkun ikkonkluda ftehim internazzjonali mal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7, filwaqt li l-istrutturi maniġerjali eżekuttivi tagħha jkunu stabbiliti f’dak il-pajjiżu l-attivitajiet marbuta mal-akkwist, l-għotja jew il-premju jitwettqu f'dak il-pajjiż jew f'pajjiż wieħed jew aktar bħal dawn; u |
(c) |
jiġu implimentati miżuri suffiċjenti biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal- tal-IKUE skont l-Artikolu 43 u l-integrità, is-sigurtà u r-reżiljenza tal-komponenti tal-Programm, it-tħaddim tagħhom u s-servizzi tagħhom. |
B'deroga mill-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista’ tidderoga mill- kondizzjonijiet skont il-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għal entità ġuridika stabbilita f'pajjiż terz li ma jkunx membru taż-ŻEE jew tal-EFTA jekk ma jkunx hemm sostituti faċilment disponibbli f’pajjiżi li jkunu membri taż-ŻEE jew tal-EFTA u l-kriterji stabbiliti fil-punt (a) u (c) tal-ewwel subparagrafu jiġu ssodisfati.
4. Il-Kummissjoni tista' tidderoga mill-kondizzjoni skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 jekk l-entità ġuridika stabbilita fi Stat Membru tipprovdi l-garanziji li ġejjin:
(a) |
il-kontroll fuq l-entità ġuridika ma jiġix eżerċitat, b’mod li jillimita jew jirrestrinġi l-kapaċità tagħha li:
|
(b) |
il-pajjiż terz jew l-entità ta' pajjiż terz li jikkontrollawha jimpenjaw ruħhom li jżommu lura milli jeżerċitaw kwalunkwe dritt ta' kontroll jew milli jimponu kwalunkwe dmir ta' rappurtar fuq l-entità ġuridika fir-rigward tal-akkwist, l-għotja jew il-premju; u |
(c) |
l-entità ġuridika tikkonforma mal-Artikolu 34(7). |
5. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun stabbilita l-entità ġuridika għandhom jivvalutaw jekk l-entità ġuridika tikkonformax mal-kriterji stabbiliti fil-punt (c) tal-paragrafu 3 u l-garanziji msemmija fil-paragrafu 4. Il-Kummissjoni għandha tikkonforma ma' dik il-valutazzjoni.
6. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi dan li ġej lill-kumitat tal-Programm imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 107(1):
(a) |
il-kamp ta' applikazzjoni tal-kondizzjonijiet ta' eliġibbiltà u parteċipazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu; |
(b) |
dettalji u ġustifikazzjonijiet dwar id-derogi mogħtija skont dan l-Artikolu; u |
(c) |
l-evalwazzjoni li kienet il-bażi għal deroga, soġġetta għall-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, mingħajr ma tiġi żvelata informazzjoni kummerċjalment sensittiva. |
7. Il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2, il-krireji stabbiliti fil-paragrafu 3 u l-garanziji stabbiliti fil-paragrafu 4 għandhom ikunu inklużi fid-dokumenti marbuta mal-akkwist, mal-għotja jew mal-premju, skont kif ikun applikabbli u fil-każ ta' akkwist, huma għandhom japplikaw għaċ-ċiklu sħiħ tal-kuntratt li jirriżulta.
8. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE u għad-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni tal-15.9.2015 (43), ir-Regolament (UE) 2019/452, id-Deċiżjoni 2013/488/UE u d-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/444 u għall-investigazzjoni ta' sigurtà mwettqa mill-Istati Membri fir-rigward ta' entitajiet ġuridiċi involuti f'attivitajiet li jeħtieġu aċċess għal IKUE soġġett għal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali applikabbli.
Jekk jiġu kklassifikati kuntratti li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-eliġibbiltà u l-kondizzjonijiet ta' parteċipazzjoni applikati mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 1 għandhom iukunu mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-awtoritajiet tas-sigurtà nazzjonali.
Dan l-Artikolu ma għandux jinterferixxi ma', jemenda jew jikkontradixxi kwalunkwe proċess eżistenti ta' Approvazzjoni tas-Sigurtà għal Faċilità u Approvazzjoni tas-Sigurtà tal-Persunal fi Stat Membru.
Artikolu 25
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
Fejn pajjiż terz jipparteċipa fil-Programm b'deċiżjoni adottata skont qafas ta' ftehim internazzjonali jew abbażi ta' kwalunkwe strument ġuridiku ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-uffiċjal ta' awtorizzazzjoni responsabbli, l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri biex jeżerċitaw b'mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom. Fil-każ tal-OLAF, tali drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jwettaq investigazzjonijiet, inkluż il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post, kif previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.
TITOLU IV
GOVERNANZA TAL-PROGRAMM
Artikolu 26
Prinċipji ta' governanza
Il-governanza tal-Programm għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji li ġejjin:
(a) |
distribuzzjoni ċara tal-kompiti u tar-responsabbiltajiet bejn l-entitajiet involuti fl-implimentazzjoni ta' kull komponent u miżura tal-Programm, b'mod partikolari bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-ESA u l-EUMETSAT , ibbażata fuq il-kompetenza rispettiva tagħhom u li tevita kwalunkwe duplikazzjoni fil-kompiti u r-responsabbiltajiet; |
(b) |
ir-rilevanza tal-istruttura ta' governanza għall-ħtiġijiet speċifiċi ta' kull komponent u miżura tal-Programm kif xieraq; |
(c) |
kontroll sod tal-Programm, inkluż aderenza rigoruża mal-kost, l-iskeda u l-prestazzjoni mill-entitajiet kollha, fi ħdan ir-rwoli u l-kompiti rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament; |
(d) |
ġestjoni trasparenti u kosteffiċjenti; |
(e) |
kontinwità tas-servizz u kontinwità tal-infrastruttura meħtieġa, inkluż protezzjoni minn theddidiet rilevanti; |
(f) |
kunsiderazzjoni sistematika u strutturata tal-ħtiġijiet tal-utenti tad-data, tal-informazzjoni u tas-servizzi pprovduti mill-komponenti tal-Programm, kif ukoll tal-evoluzzjonijiet xjentifiċi u teknoloġiċi relatati; |
(g) |
sforzi kostanti biex jiġu kkontrollati u jitnaqqsu r-riskji. |
Artikolu 27
Rwol tal-Istati Membri
1. L-Istati Membri jistgħu jipparteċipaw fil-Programm. L-Istati Membri li jipparteċipaw fil-Programm għandhom jagħtu kontribut bil-kompetenza, bl-għarfien u bl-assistenza teknika tagħhom, b'mod partikolari fil-qasam tas-sikurezza u tas-sigurtà u/jew, fejn ikun xieraq u possibbli, billi jaraw li d-data, l-informazzjoni, is-servizzi u l-infrastruttura fil-pussess tagħhom jew li jinsabu fit-territorju tagħhom ikunu disponibbli għall-Unjoni, inkluż billi jiġi żgurat l-aċċess effiċjenti u mingħajr ostakli u l-użu tad-data fil-post ta’ Copernicus u b'kooperazzjoni mal-Kummissjoni biex tittejjeb id-disponibbiltà tad-data fil-post ta’ Copernicus meħtieġa mill-Programm, b'kunsiderazzjoni tal-liċenzji u l-obbligi applikabbli.
2. Il-Kummissjoni tista' tinkariga, permezz ta' ftehimiet ta' kontribuzzjoni, kompiti speċifiċi lil organizzazzjonijiet tal-Istati Membri, fejn tali organizzazzjonijiet ikunu nħatru mill-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjonijiet dwar kontribuzzjonijiet rigward il-ftehimiet dwar kontribuzzjonijiet permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 107(2).
3. F'ċerti ċirkostanzi ġustifikati kif dovut, għall-kompiti msemmija fl-Artikolu 29, l-Aġenzija tista' tinkariga, permezz ta' ftehimiet ta' kontribuzzjoni, kompiti speċifiċi lill-organizzazzjonijiet tal-Istati Membri, fejn tali organizzazzjonijiet ikunu nħatru mill-Istat Membru kkonċernat.
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-funzjonament tal-Programm jimxi ħarir, inkluż billi jgħinu fil-protezzjoni, fil-livell adegwat, tal-frekwenzi meħtieġa għall-Programm.
5. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jikkooperaw biex iwessgħu l-adozzjoni tad-data, tal-informazzjoni u tas-servizzi pprovduti mill-komponenti tal-Programm.
6. Kull meta jkun possibbli, il-kontribuzzjoni tal-Istati Membri għall-Forum tal-Utenti msemmi fl-Artikolu 107(6) għandu jkun ibbażat fuq konsultazzjoni sistematika u koordinata tal-komunitajiet tal-utenti aħħarin fil-livell nazzjonali, b'mod partikolari fir-rigward ta' Galileo, EGNOS u Copernicus.
7. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw sabiex jiżviluppaw il-komponent fil-post ta’ Copernicus u s-servizzi ta' kalibrazzjoni fuq il-post meħtieġa għall-adozzjoni tas-sistemi spazjali u sabiex jiffaċilitaw l-użu tas-settijiet tad-data fil-post u tad-data ta’ referenza ta’ Copernicus sal-potenzjal kollu tagħhom, abbażi tal-kapaċitajiet eżistenti.
8. Fil-qasam tas-sigurtà, l-Istati Membri għandhom iwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 34(6).
Artikolu 28
Rwol tal-Kummissjoni
1. Il-Kummissjoni għandu jkollha r-responsabbiltà ġenerali għall-implimentazzjoni tal-Programm, inkluż fil-qasam tas-sigurtà, mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà nazzjonali. B'konformità ma' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-prijoritajiet u l-evoluzzjoni fit-tul tal-Programm, skont ir-rekwiżiti tal-utent, u għandha twettaq is-superviżjoni tal-implimentazzjoni tiegħu, mingħajr preġudizzju għal politiki oħra tal-Unjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha tiġġestixxi kwalunkwe komponent jew subkomponent tal-Programm li ma jkunux ġew inkarigati lil entità oħra, b'mod partikolari GOVSATCOM, is-subkomponent NEO, is-subkomponent SWE u l-attivitajiet imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 55(1).
3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm diviżjoni ċara tal-kompiti u r-responsabbiltajiet bejn id-diversi entitajiet involuti fil-Programm u għandha tikkoordina l-attivitajiet ta' dawk l-entitajiet. Il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li l-entitajiet inkarigati kollha involuti fl-implimentazzjoni tal-programm jipproteġu l-interess tal-Unjoni, jiggarantixxu l-ġestjoni tajba tal-fondi tal-Unjoni u jikkonformaw mar-Regolament Finanzjarju u ma' dan ir-Regolament.
4. Il-Kummissjoni, għandha tikkonkludi mal-Aġenzija u, b'kunsiderazzjoni tal-Ftehim Qafas tal-2004, mal-ESA, FPPA kif previst fl-Artikolu 130 tar-Regolament Finanzjarju.
5. Fejn jkun meħtieġ biex il-funzjonament tal-Programm jimxi ħarir u biex il-forniment tas-servizzi pprovduti mill-komponenti tal-Programm jimxu ħarir, il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi u operazzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni u għall-evoluzzjoni ta' dawk il-komponenti u tas-servizzi li jipprovdu wara li tkun ikkonsultat lill-utenti, inkluż permezz tal-Forum tal-Utenti msemmi fl-Artikolu 107(6), u lill-partijiet ikkonċernati l-oħra. Meta tistabbilixxi dawk ir-rekwiżiti tekniċi u operazzjonali, il-Kummissjoni għandha tevita t-tnaqqis tal-livell ġenerali tas-sigurtà u għandha tissodisfa b’mod imperattiv ir-rekwiżiti ta' retrokompatibbiltà.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).
6. Mingħajr preġudizzju gall-kompiti tal-Aġenzija jew ta’ entitajiet inkatrigati oħra, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-adozzjoni u l-użu tad-data u tas-sistemi pprovduti mill-komponenti tal-Programm jiġu promossi u massimizzati fis-settur pubbliku u dak privat, inkluż b'sostenn għall-iżvilupp xieraq ta' dawk is-servizzi u interfaċċi faċli għall-utent u bit-trawwim ta' ambjent stabbli fit-tul. Għandha tiżviluppa sinerġiji xierqa bejn l-applikazzjonijiet tad-diversi komponenti tal-Programm. Għandha tiżgura l-kumplementarjetà, il-konsistenza, is-sinerġiji u r-rabtiet bejn il-Programm u azzjonijiet u programmi oħra tal-Unjoni.
7. Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-koerenza tal-attivitajiet imwettqa fil-kuntest tal-Programm mal-attivitajiet li jsiru fil-qasam tal-ispazju fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali jew internazzjonali. Għandha tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u, fejn ikun rilevanti għall-Programm, tiffaċilita l-konverġenza tal-kapaċitajiet teknoloġiċi tagħhom u l-iżviluppi fil-qasam spazjali. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq u fil-qasam tal-kompetenza rispettiva tagħhom, tikkoopera mal-Aġenzija u mal-ESA.
8. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 107 dwar ir-riżultati intermedji u finali tal-evalwazzjoni ta' kwalunkwe proċedura ta’ akkwist u ta' kwalunkwe kuntratt, inkluż sottokuntratt, ma' entitajiet pubbliċi u privati.
Artikolu 29
Rwol tal-Aġenzija
1. L-Aġenzija għandu jkollha l-kompiti tagħha stess li ġejjin:
(a) |
li tiżgura, permezz tal-Bord tagħha għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, l-akkreditazzjoni tas-sigurtà tal-komponenti kollha tal-Programm skont il-Kapitolu II tat-Titolu V; |
(b) |
li twettaq il-kompiti l-oħra msemmija fl-Artikolu 34(3) u (5); |
(c) |
li twettaq l-attivitajiet ta' komunikazzjoni, ta' żvilupp tas-suq u ta' promozzjoni fir-rigward tas-servizzi offruti minn Galileo u minn EGNOS, b'mod partikolari attivitajiet relatati mad-dħul fis-suq u l-koordinazzjoni tal-ħtiġijiet tal-utenti; |
(d) |
li twettaq attivitajiet ta' komunikazzjoni, żvilupp tas-suq u promozzjoni u żvilupp tas-suq fir-rigward ta' data, informazzjoni u servizzi offruti minn Copernicus, mingħajr preġudizzju għall-attivitajiet imwettqa minn entitajiet inkarigati oħrajn u mill-Kummissjoni; |
(e) |
li tagħti għarfien espert lill-Kummissjoni, inkluż għat-tħejjija tal-prijoritajiet tar-riċerka relatati mal-ispazju downstream. |
2. Il-Kummissjoni għandha tinkariga lill-Aġenzija bil-kompiti li ġejjin:
(a) |
il-ġestjoni tal-esplojtazzjoni ta' EGNOS u ta' Galileo, kif previst fl-Artikolu 44; |
(b) |
il-koordinazzjoni ġenerali tal-aspetti marbuta mal-utenti ta' GOVSATCOM b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, mas-SEAE u ma' entitajiet oħra għal fini ta’ missjonijiet u operazzjonijiet ta' ġestjoni ta' kriżi; |
(c) |
l-implimentazzjoni tal-attivitajiet marbuta mal-iżvilupp tal-applikazzjonijiet downstream abbażi tal-komponenti tal-Programm u elementi fundamentali u applikazzjonijiet integrati bbażati fuq id-data u s-servizzi pprovduti minn Galileo, EGNOS u Copernicus, inkluż fejn ikun sar disponibbli finanzjament għal dawk l-attivitajiet fil-kuntest tal-Programm Orizzont Ewropa jew fejn meħtieġ sabiex jiġu ssodisfati l-għanijiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1); |
(d) |
it-twettiq ta' attivitajiet relatati mal-użu mill-utenti ta' data, informazzjoni u servizzi, offruti mill-komponenti tal-programm għajr Galileo u EGNOS, mingħajr ma jaffettwaw l-attivitajiet ta' Copernicus u s-Servizzi ta’ Copernicus inkarigati lil entitajiet oħra; |
(e) |
azzjonijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6. |
3. Il-Kummissjoni tista', abbażi tal-valutazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 102(5), tinkariga kompiti oħra lill-Aġenzija, dment li dawn ma jidduplikawx attivitajiet imwettqa minn [...]entitajiet inkarigati oħra[...] fil-kuntest tal-Programm u dment li jkunu bl-intenzjoni li jtejbu l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Programm.
4. Kull meta attivitajiet jiġu inkarigati lill-Aġenzija, għandhom jiġu żgurati riżorsi finanzjarji, umani u amministrattivi xierqa għall-implimentazzjoni tagħhom.
5. B'deroga mill-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju u soġġett għall-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-protezzjoni tal-interessi tal-Unjoni, l-Aġenzija tista' tinkariga, permezz ta' ftehimiet ta' kontribuzzjoni, attivitajiet speċifiċi lil entitajiet oħra, fl-oqsma tal-kompetenza rispettiva tagħhom, bil-kondizzjonijiet ta' ġestjoni indiretta li japplikaw għall-Kummissjoni.
Artikolu 30
Rwol tal-ESA
1. Dment li l-interess tal-Unjoni jkun protett, l-ESA għandha tiġi inkarigata bil-kompiti li ġejjin:
(a) |
fir-rigward ta' Copernicus:
|
(b) |
fir-rigward ta' Galileo u ta' EGNOS: l-evoluzzjoni tas-sistemi u d-disinn u l-iżvilupp tal-partijiet tas-segment tal-art u tas-satelliti, inkluż l-ittestjar u l-validazzjoni; |
(c) |
fir-rigward tal-komponenti kollha tal-Programm: attivitajiet ta' riċerka u ta' żvilupp upstream fl-oqsma tal-għarfien espert tal-ESA. |
2. Fuq il-bażi ta' valutazzjoni mill-Kummissjoni, l-ESA tista' tiġi inkarigata b'kompiti oħrajn ibbażati fuq il-ħtiġijiet tal-programm, dment li dawk il-kompiti ma jidduplikawx l-attivitajiet imwettqa minn entità inkarigata oħra fil-kuntest tal-Programm u li jkollhom l-għan li jtejbu l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Programm.
3. Mingħajr preġudizzju għall-FPPA previst fl-Artikolu 31, il-Kummissjoni jew l-Aġenzija jistgħu jitolbu lill-ESA tipprovdi l-għarfien espert tekniku u l-informazzjoni meħtieġa biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom minn dan ir-Regolament b'kondizzjonijiet li jsir qbil komuni dwarhom.
Artikolu 31
Il-ftehim qafas ta' sħubija finanzjarja
1. L-FPPA msemmi fl-Artikolu 28(4) għandu:
(a) |
jiddefinixxi b'mod ċar ir-rwoli, ir-responsabbiltajiet u l-obbligi tal-Kummissjoni, tal-ESA fir-rigward ta' kull komponent tal-Programm u l-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni u kontroll meħtieġa; |
(b) |
jirrikjedi li l-ESAtapplika r-regoli tas-sigurtà tal-Unjoni ddefiniti fil-ftehimiet dwar is-sigurtà konklużi mill-Unjoni, u l-Istituzzjonijiet u l-Aġenziji tagħha, mal-ESA, b'mod partikolari fir-rigward tal-ipproċessar ta' informazzjoni klassifikata; |
(c) |
jistipula l-kondizzjonijiet tal-ġestjoni tal-fondi inkarigati lill-ESA, b'mod partikolari fir-rigward tal-akkwist pubbliku, inkluż l-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwist, meta l-akkwist isir f'isem u għall-Unjoni jew l-applikazzjoni tar-regoli tal-entità inkarigata skont l-Artikolu 154 tar-Regolament Finanzjarju, il-proċeduri ta' ġestjoni, ir-riżultati mistennija mkejla permezz ta' indikaturi tal-prestazzjoni, il-miżuri applikabbli f'każ ta' implimentazzjoni b'nuqqasijiet jew frawdolenti tal-kuntratti f'termini tal-kostijiet, l-iskeda u r-riżultati, kif ukoll l-istrateġija tal-komunikazzjoni u r-regoli fir-rigward tas-sjieda tal-assi tanġibbli u intanġibbli kollha; dawk il-kondizzjonijiet għandhom ikunu konformi mat-Titoli III u V ta' dan ir-Regolament u mar-Regolament Finanzjarju; |
(d) |
jirrikjedi li, kull meta Bord tal-Evalwazzjoni tal-Offerti jiġi stabbilit mill-Aġenzija jew mill-ESA għal akkwist imwettaq taħt l-FFPA, esperti mill-Kummissjoni u, fejn rilevanti, mill-entità inkarigata l-oħra għandhom jipparteċipaw bħala membri fil-laqgħat tal-Bord tal-Evalwazzjoni tal-Offerta. Tali parteċipazzjoni ma għandhiex taffettwa l-indipendenza teknika tal-Bord tal-Evalwazzjoni tal-Offerti; |
(e) |
jistabbilixxi miżuri ta' monitoraġġ u ta' kontroll, li għandhom jinkludu, b'mod partikolari,:
|
(f) |
jistabbilixxi l-prinċipji għar-remunerazzjoni tal-ESA għal kull wieħed mill-komponenti tal-Programm, li għandu jkun proporzjonat għall-kondizzjonijiet li skonthom jiġu implimentati l-azzjonijiet, b'kunsiderazzjoni tas-sitwazzjonijiet ta' kriżi u ta' fraġilità, u li, fejn xieraq, għandhom ikunu bbażati fuq il-prestazzjoni; ir-remunerazzjoni għandha tkopri biss il-kostijiet ġenerali li huma assoċjati mal-attivitajiet inkarigati lill-ESA mill-Unjoni; |
(g) |
jipprevedi li l-ESA għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura l-protezzjoni tal-interessi tal-Unjoni u biex tikkonforma mad-deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni għal kull wieġed mill-komponenti tal-Programm fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
2. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddeċiedi dwar il-FPPA. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(3). Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiġu infurmati bis-sħiħ dwar l-FFPA ferm minn qabel ma jiġi konkluż u dwar l-implimentazzjoni tiegħu.
3. Skont l-FFPA msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-kompiti msemmija fl-Artikolu 29(2) u (3) għandhom jiġu inkarigati lill-Aġenzija u l-kompiti msemmija fl-Artikolu 30(1) għandhom jiġu inkarigati lill-ESA, permezz ta' ftehimiet ta' kontribuzzjoni. Il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, għandha tadotta d-deċiżjoni ta' kontribuzzjoni rigward il-ftehimiet ta' kontribuzzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' konsulenza msemmija fl-Artikolu 107(2). Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiġu infurmati bis-sħiħ dwar il-ftehimiet ta' kontribuzzjoni ferm minn qabel li jiġu konklużi u dwar l-implimentazzjoni tagħhom.
Artikolu 32
Ir-rwol tal-EURMETSAT u ta' entitajiet oħra
1. Il-Kummissjoni tista' tinkariga, għalkollox jew parzjalment, permezz ta' ftehimiet ta' kontribuzzjoni, l-implimentazzjoni tal-kompiti li ġejjin lil entitajiet oħra għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 29 u 30:
(a) |
it-titjib, it-tħejjija tal-operazzjonijiet u t-tħaddim tal-infrastruttura spazjali ta' Copernicus jew ta' partijiet minnha, u fejn xieraq, l-aċċess għad-data tal-missjonijiet ta' kontribuzzjoni, li tista' tiġi inkarigata lill-EUMETSAT; |
(b) |
l-implimentazzjoni tas-Servizzi ta' Copernicus jew partijiet minnhom lil aġenziji, korpi jew organizzazzjonijiet rilevanti, bħall-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, il-Frontex, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, is-SATCEN u ċ-Ċentru Ewropew għall-Previżjonijiet Metereoloġiċi fuq Perijodu Medju; il-kompiti fdati lil dawk l-aġenziji, korpi jew organizzazzjonijiet għandhom jitwettqu f'siti li jinsabu fl-Unjoni; aġenzija, korp jew organizzazzjoni, li diġà jkunu fil-proċess li jirrilokaw il-kompiti fdati lilhom lejn l-Unjoni, jistgħu jkomplu jwettqu dawk il-kompiti f'post barra mill-Unjoni għal perijodu limitat, li jintemm sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2023. |
2. Il-kriterji għall-għażla ta' tali entitajiet inkarigati għandhom, b'mod partikolari, jirriflettu l-ħila tagħhom li jiżguraw il-kontinwità u, fejn ikun xieraq, is-sigurtà tal-operazzjonijiet b'ebda tfixkil għall-attivitajiet tal-Programm.
3. Kull meta jkun possibbli, il-kondizzjonijiet tal-ftehimiet ta' kontribuzzjoni msemmija f' paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu koerenti mal-kondizzjonijiet tal-FFPA msemmija fl-Artikolu 31(1).
4. Il-kumitat tal-Programm għandu jiġi kkonsultat dwar id-deċiżjoni ta' kontribuzzjoni rigward il-ftehim ta' kontribuzzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 107(2). Il-kumitat tal-Programm għandu jiġi infurmat minn qabel dwar il-ftehimiet ta' kontribuzzjoni li jkunu ser jiġu konklużi mill-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
TITOLU V
SIGURTÀ TAL-PROGRAMM
KAPITOLU I
Sigurtà tal-Programm
Artikolu 33
Prinċipji tas-sigurtà
Is-sigurtà tal-Programm għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji li ġejjin:
(a) |
il-kunsiderazzjoni tal-esperjenza tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà u t-teħid ta' ispirazzjoni mill-aqwa prattiki tagħhom; |
(b) |
l-użu tar-regoli tas-sigurtà tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, li jipprevedu, inter alia, separazzjoni bejn il-funzjonijiet operazzjonali u dawk assoċjati mal-akkreditazzjoni. |
Artikolu 34
Governanza tas-sigurtà
1. Il-Kummissjoni, fil-qasam ta' kompetenza tagħha u bl-appoġġ tal-Aġenzija, għandha tiżgura livell għoli ta' sigurtà rigward, b'mod partikolari:
(a) |
il-protezzjoni tal-infrastruttura, kemm tal-art u kemm dik spazjali, u tal-forniment tas-servizzi, partikolarment kontra l-attakki fiżiċi jew ċibernetiċi, inkluża l-interferenza mal-flussi tad-data; |
(b) |
il-kontroll u l-ġestjoni tat-trasferimenti tat-teknoloġija; |
(c) |
l-iżvilupp u l-konservazzjoni fl-Unjoni tal-kompetenzi u tal-għarfien espert miksuba; |
(d) |
il-protezzjoni ta' informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u ta' informazzjoni klassifikata. |
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li titwettaq analiżi tar-riskji u tat-theddid għal kull wieħed mill-komponenti tal-Programm. Abbażi ta' dik l-analiżi , għandha tistabbilixxi sa tmiem l-2023, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ir-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà għal kull wieġed mill-komponenti tal-Programm. B'hekk, il-Kummissjoni għandha tqis l-impatt ta' dawk ir-rekwiżiti fuq il-funzjonament bla intoppi ta' dak il-komponent, b'mod partikolari f'termini ta' kostijiet, ta' ġestjoni tar-riskji u ta' skeda, u għandha tiżgura li l-livell ġenerali tas-sigurtà ma jitnaqqasx u li l-funzjonament tat-tagħmir eżistenti bbażat fuq dak il-komponent ma jiġix ipperikolat u għandha tqis ir-riskji marbuta maċ-ċibersigurtà. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).
Wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tikkomunika lista indikattiva ta' atti ta' implimentazzjoni li jkunu ser jiġu ppreżentati lil u diskussi mill-kumitat tal-Programm fil-konfigurazzjoni tas-sigurtà. Dik il-lista għandha tkun akkumpanjata minn skeda ta' żmien indikattiva għall-preżentazzjoni ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni.
3. L-entità responsabbli għall-ġestjoni ta' komponent tal-Programm għandha tkun responsabbli għas-sigurtà operazzjonali ta' dak il-komponent u għandha, għal dak il-għan, twettaq analiżi tar-riskji u tat-theddidiet u l-attivitajiet meħtieġa kollha biex tiżgura u tissorvelja s-sigurtà ta' dak il-komponent, b'mod partikolari l-istabbiliment tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri operazzjonali, u l-monitoraġġ tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Skont l-Artikolu 29, għal Galileo u EGNOS dik l-entità għandha tkun l-Aġenzija.
4. Abbażi tal-analiżi tar-riskji u tat-theddidiet, il-Kummissjoni għandha, fejn ikun xieraq, tidentifika struttura biex tissorvelja s-sigurtà u ssegwi l-istruzzjonijiet żviluppati skont il-kamp ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/698. L-istruttura għandha topera skont ir-rekwiżiti tas-sigurtà msemmija fil-paragrafu 2. Għal Galileo, dik l-istruttura għandha tkun iċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo.
5. L-Aġenzija għandha:
(a) |
tiżgura l-akkreditazzjoni tas-sigurtà tal-komponenti kollha tal-Programm skont il-Kapitolu II ta' dan it-Titolu u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istati Membri; |
(b) |
tiżgura t-tħaddim taċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo skont ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u l-istruzzjonijiet żviluppati skont il-kamp ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/698.; |
(c) |
twettaq il-kompiti assenjati lilha skont id-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE; |
(d) |
tipprovdi l-għarfien espert tekniku tagħha lill-Kummissjoni u kull informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament. |
6. Biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-infrastruttura terrestri li tifforma parti integrali mill-Programm u li tkun tinsab fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri għandhom:
(a) |
jieħdu miżuri li minn tal-inqas ikunu ekwivalenti għal dawk meħtieġa:
|
(b) |
it-twettiq tal-kompiti ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 42 ta' dan ir-Regolament. |
7. L-entitajiet involuti fil-Programm għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa, inkluż fid-dawl tal-kwistjonijiet identifikati fl-analiżi tar-riskju, biex jiżguraw is-sigurtà tal-Programm.
Artikolu 35
Sigurtà tas-sistemi u s-servizzi użati
Kull meta s-sigurtà tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha tkun tista' tiġi affettwata mit-tħaddim tas-sistemi, għandhom japplikaw il-proċeduri stipulati fid-Deċiżjoni (PESK) 2021/698.
KAPITOLU II
Akkreditazzjoni tas-sigurtà
Artikolu 36
Awtorità għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà
Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà stabbilit fl-Aġenzija għandu jkun l-awtorità għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà għall-komponenti kollha tal-Programm.
Artikolu 37
Prinċipji ġenerali tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà
L-attivitajiet ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà għall-komponenti kollha tal-Programm għandhom jitwettqu skont il-prinċipji li ġejjin:
(a) |
l-attivitajiet u d-deċiżjonijiet ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà għandhom jitwettqu f'kuntest ta' responsabbiltà kollettiva għas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri; |
(b) |
għandhom isiru sforzi biex id-deċiżjonijiet fil-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà jintlaħqu b'konsensus; |
(c) |
l-attivitajiet ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà għandhom jitwettqu billi jintuża approċċ ta' ġestjoni u ta' valutazzjoni tar-riskji, li jikkunsidra r-riskji għas-sigurtà tal-komponent ikkonċernat kif ukoll l-impatt fuq il-kost jew l-iskeda ta' kwalunkwe miżura biex jittaffew ir-riskji, filwaqt li jitqies l-għan li ma jitnaqqasx il-livell ġenerali ta' sigurtà ta' dan il-komponent; |
(d) |
id-deċiżjonijiet tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà dwar l-akkreditazzjoni tas-sigurtà għandhom jitħejjew u jittieħdu minn professjonisti li jkunu kkwalifikati debitament fil-qasam tal-akkreditazzjoni ta' sistemi kumplessi, li jkollhom livell xieraq ta' approvazzjoni tas-sigurtà u li jaġixxu b'mod oġġettiv; |
(e) |
għandhom isiru sforzi sabiex jiġu kkonsultati l-partijiet rilevanti kollha li jkollhom interess fil-kwistjonijiet marbuta mas-sigurtà għal dan il-komponent; |
(f) |
l-attivitajiet ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà għandhom jitwettqu mill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha tal-komponent skont strateġija ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà, mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Kummissjoni; |
(g) |
id-deċiżjonijiet dwar l-akkreditazzjoni tas-sigurtà tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, filwaqt li jsegwu l-proċess definit fl-istrateġija rilevanti għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà definita minn dak il-Bord, għandhom ikunu bbażati fuq deċiżjonijiet lokali dwar l-akkreditazzjoni tas-sigurtà meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali rispettivi għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà tal-Istati Membri; |
(h) |
proċess ta' monitoraġġ permanenti, trasparenti u li jinftiehem għalkollox għandu jiżgura li r-riskji għas-sigurtà tal-komponent ikkonċernat ikunu magħrufa, li jiġu definiti miżuri tas-sigurtà biex inaqqsu tali riskji għal livell aċċettabbli fid-dawl tal-ħtiġijiet tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha u biex dak il-komponent jimxi ħarir, u li dawk il-miżuri jiġu applikati skont il-kunċett ta' difiża profonda. L-effettività ta' tali miżuri għandha tiġi evalwata kontinwament. Il-proċess marbut mal-valutazzjoni u mal-ġestjoni tar-riskji għas-sigurtà għandu jsir bħala proċess iterattiv b'mod konġunt mill-partijiet ikkonċernati tal-komponent ikkonċernat; |
(i) |
il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jieħu d-deċiżjonijiet dwar l-akkreditazzjoni tas-sigurtà b'mod rigorożament indipendenti, inkluż fir-rigward tal-Kummissjoni u tal-korpi l-oħra responsabbli għall-implimentazzjoni tal-komponent ikkonċernat u għall-forniment ta' servizzi relatati, kif ukoll fir-rigward tad-Direttur Eżekuttiv u tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija; |
(j) |
l-attivitajiet ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà għandhom jitwettqu billi titqies kif suppost il-ħtieġa għal koordinazzjoni adegwata bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tar-regoli tas-sigurtà; |
(k) |
l-akkreditazzjoni tas-sigurtà ta' EGNOS imwettqa mill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-attivitajiet ta' akkreditazzjoni mwettqa għall-avjazzjoni mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni. |
Artikolu 38
Kompiti tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà
1. Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jwettaq il-kompiti tiegħu mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni jew għal dawk iddelegati lill-korpi l-oħra tal-Aġenzija, b'mod partikolari għal kwistjonijiet marbuta mas-sigurtà, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istati Membri fir-rigward tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà.
2. Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:
(a) |
għad-definizzjoni u għall-approvazzjoni ta' strateġija għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà li tistabbilixxi:
|
(b) |
għat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-akkreditazzjoni tas-sigurtà, b'mod partikolari dwar l-approvazzjoni tal-illanċjar ta' satelliti, dwar l-awtorizzazzjoni għat-tħaddim tas-sistemi stabbiliti fil-qafas tal-komponenti tal-Programm jew tal-elementi ta' dawn il-komponenti fil-konfigurazzjonijiet differenti tagħhom u għad-diversi servizzi li jipprovdu, inkluż u sas-sinjal fl-ispazju, u dwar l-awtorizzazzjoni tat-tħaddim tal-istazzjonijiet ta' fuq l-art. |
(c) |
għat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tan-netwerks u t-tagħmir konnessi mal-PRS imsemmi fl-Artikolu 45, jew konnessi ma' kwalunkwe servizz sigur ieħor li jirriżulta mill-komponenti tal-Programm, biss dwar l-awtorizzazzjoni ta' korpi biex jiżviluppaw jew jimmanifatturaw teknoloġiji sensittivi tal-PRS, riċevituri tal-PRS jew moduli tas-sigurtà tal-PRS, jew kwalunkwe teknoloġija oħra jew tagħmir ieħor li jridu jiġu kkontrollati skont ir-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 34(2), filwaqt li jqis il-pariri pprovduti mill-entitajiet nazzjonali kompetenti fi kwistjonijiet tas-sigurtà u r-riskji ġenerali għas-sigurtà; |
(d) |
għall-eżami u, għajr fir-rigward ta' dokumenti li jridu jiġu adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 34(2) ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE, għall-approvazzjoni tad-dokumentazzjoni kollha marbuta mal-akkreditazzjoni tas-sigurtà; |
(e) |
għall-għoti ta' pariri, fil-qasam tal-kompetenza tiegħu, lill-Kummissjoni dwar it-tfassil ta' abbozzi ta' testi għall-atti msemmija fl-Artikolu 34(2) ta' dan ir-Regolament u fl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE, inkluż għall-istabbiliment ta' proċeduri operazzjonali tas-sigurtà, u għall-forniment ta' dikjarazzjoni bil-pożizzjoni tal-konklużjoni tiegħu; |
(f) |
għall-eżami u għall-approvazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għas-sigurtà mfassla skont il-proċess ta' monitoraġġ imsemmi fil-punt (h) Artikolu 37 ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jqis il-konformità mad-dokumenti msemmija fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu u dawk imfassla skont l-Artikolu 34(2) ta' dan ir-Regolament u skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE; u għall-kooperazzjoni mal-Kummissjoni biex jiġu definiti l-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskji; |
(g) |
għall-kontroll tal-implimentazzjoni tal-miżuri tas-sigurtà fir-rigward tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà tal-komponenti tal-Programm billi jwettaq jew jisponsorja valutazzjonijiet, spezzjonijiet, awditi jew rieżamijiet tas-sigurtà, skont l-Artikolu 42(2) ta' dan ir-Regolament; |
(h) |
għall-approvazzjoni tal-għażla ta' prodotti u ta' miżuri ta' protezzjoni approvati kontra l-interċettazzjonijiet elettroniċi (TEMPEST) u ta' prodotti kriptografiċi approvati li jintużaw biex jipprovdu sigurtà għall-komponenti tal-Programm; |
(i) |
għall-approvazzjoni jew, fejn ikun rilevanti, għall-parteċipazzjoni fl-approvazzjoni konġunta, flimkien mal-entitajiet rilevanti kompetenti fi kwistjonijiet tas-sigurtà, tal-interkonnessjoni bejn is-sistemi stabbiliti fil-qafas tal-komponenti tal-Programm jew taħt partijiet ta' dawk il-komponenti u s-sistemi l-oħra; |
(j) |
għall-qbil mal-Istat Membru rilevanti fir-rigward tal-mudell għall-kontroll tal-aċċess imsemmi fl-Artikolu 42(4); |
(k) |
għat-tħejjija ta' rapporti dwar ir-riskji u l-għoti ta' informazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Bord Amministrattiv u lid-Direttur Eżekuttiv dwar il-valutazzjoni tar-riskji tiegħu u l-għoti ta' pariri lilhom dwar l-opzjonijiet ta' trattament tar-riskji residwi għal deċiżjoni partikolari ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà; |
(l) |
għall-assistenza lill-Kunsill u lir-Rappreżentant Għoli, f'kollegament mill-qrib mal-Kummissjoni, bl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/698. fuq talba speċifika mill-Kunsill u/jew mir-Rappreżentant Għoli; |
(m) |
għat-twettiq tal-konsultazzjonijiet meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tiegħu; |
(n) |
għall-adozzjoni u għall-pubblikazzjoni tar-regoli ta' proċedura tiegħu. |
3. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri, għandu jiġi stabbilit korp subordinat speċjali li jirrappreżenta lill-Istati Membri taħt is-superviżjoni tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà biex iwettaq b'mod partikolari l-kompiti li ġejjin:
(a) |
il-ġestjoni tal-kodiċijiet tal-Programm tat-titjiriet; |
(b) |
il-verifika, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-istabbiliment u l-infurzar tal-proċeduri għall-kontabbiltà, it-trattament sigur, il-ħżin, id-distribuzzjoni u d-disponiment tal-kodiċijiet tal-PRS ta' Galileo. |
Artikolu 39
Kompożizzjoni tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà
1. Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jkun magħmul minn rappreżentant ta' kull Stat Membru, rappreżentant tal-Kummissjoni u rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli. Il-mandat tal-membri tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jkun ta' erba' snin u jkun jista' jiġġedded.
2. Il-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju tal-ħtieġa ta' tagħrif. Fejn xieraq, rappreżentanti tal-ESA u rappreżentanti tal-Aġenzija mhux involuti fl-akkreditazzjoni tas-sigurtà jistgħu jiġu mistiedna jattendu l-laqgħat tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà bħala osservaturi. Fuq bażi eċċezzjonali, rappreżentanti ta' aġenziji tal-Unjoni, ta' pajjiżi terzi jew ta' organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu wkoll jiġu mistiedna jattendu l-laqgħat bħala osservaturi għal kwistjonijiet relatati direttament ma' dawk il-pajjiżi terzi jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali, speċjalment kwistjonijiet li jikkonċernaw l-infrastruttura li tappartjeni lilhom jew li tkun stabbilita fit-territorju tagħhom. L-arranġamenti għal tali parteċipazzjoni ta' rappreżentanti ta' pajjiżi terzi jew ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u l-kondizzjonijiet għal tali parteċipazzjoni għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehimiet rilevanti u għandhom ikunu konformi mar-regoli ta' proċedura tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà.
Artikolu 40
Regoli tal-votazzjoni tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà
Jekk ma jkunx jista' jintlaħaq kunsens skont il-prinċipji ġenerali msemmija filpunt (b) tal-Artikolu 37, il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jieħu d-deċiżjonijiet abbażi ta' votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata, skont l-Artikolu 16 TUE. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni u r-rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli ma għandhomx jivvutaw. Il-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jiffirma, f'isem il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, id-deċiżjonijiet adottati mill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà.
Artikolu 41
Komunikazzjoni u impatt tad-deċiżjonijiet tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà
1. Id-deċiżjonijiet tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandhom jiġu indirizzati lill-Kummissjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà infurmat b'mod kontinwu dwar l-impatt ta' kwalunkwe deċiżjoni prevista mill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà dwar il-funzjonament kif suppost tal-komponenti tal-Programm, u dwar l-implimentazzjoni ta' pjanijiet tat-trattament tar-riskji residwi. Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jieħu nota ta' kwalunkwe informazzjoni ta' dan it-tip riċevuta mill-Kummissjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill infurmati, mingħajr dewmien, dwar l-impatt tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar l-akkreditazzjoni tas-sigurtà fir-rigward tal-funzjonament kif suppost tal-Programm. Jekk il-Kummissjoni tqis li deċiżjoni meħuda mill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà jista' jkollha effett sinifikanti fuq il-funzjonament kif suppost ta' dawn il-komponenti, pereżempju f'termini ta' kostijiet, ta' skeda jew ta' prestazzjoni, għandha tinforma minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
4. Il-Bord Amministrattiv għandu jinżamm infurmat perjodikament bl-evoluzzjoni tal-ħidma tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà.
5. L-iskeda għall-ħidma tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà ma għandhiex tfixkel l-iskeda tal-attivitajiet ipprovduta fil-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 100.
Artikolu 42
Rwol l-Istati Membri fl-akkreditazzjoni tas-sigurtà
1. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà l-informazzjoni kollha li huma jikkunsidraw li tkun rilevanti għall-iskopijiet tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà;
2. Bi qbil mal-entitajiet nazzjonali kompetenti fi kwistjonijiet tas-sigurtà u taħt is-superviżjoni tagħhom, l-Istati Membri għandhom jippermettu li persuni awtorizzati debitament u maħtura mill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà jkollhom aċċess għal kwalunkwe informazzjoni u għal kwalunkwe żona u/ sit fir-rigward tas-sigurtà ta' sistemi li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tagħhom, b'konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti nazzjonali tagħhom, inkluż għall-iskopijiet ta' spezzjonijiet, awditi u testijiet tas-sigurtà kif deċiżi mill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà u tal-proċess ta' monitoraġġ tar-riskji għas-sigurtà msemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 37. Dak l-aċċess għandu jkun mingħajr ebda diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità kontra ċittadini tal-Istati Membri.
3. L-awditi u t-testijiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jitwettqu skont il-prinċipji li ġejjin:
(a) |
għandha tiġi enfasizzata l-importanza tas-sigurtà u tal-ġestjoni effettiva tar-riskji fl-entitajiet spezzjonati; |
(b) |
għandhom jiġu rrakkomandati kontromiżuri li jtaffu l-impatt speċifiku tat-telf ta' kunfidenzjalità, ta' integrità jew ta' disponibbiltà tal-informazzjoni klassifikata; |
4. Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għat-tħejjija ta' mudell għall-kontroll tal-aċċess, li jiddeskrivi jew jelenka ż-żoni jew is-siti li jridu jiġu akkreditati. Il-mudell għall-kontroll tal-aċċess għandu jintlaħaq qbil dwaru minn qabel bejn l-Istati Membri u l-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, sabiex b'hekk ikun żgurat li qed jiġi pprovdut l-istess livell ta' kontroll tal-aċċess mill-Istati Membri kollha.
5. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli, fil-livell lokali, għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà tas-siti li jinsabu fit-territorju tagħhom u li jiffurmaw parti miż-żona ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà għall-komponenti tal-Programm, u jirrappurtaw, għal dan l-għan, lill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà.
KAPITOLU III
Protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata
Artikolu 43
Protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata
1. L-iskambju ta' informazzjoni klassifikata relatata mal-Programm għandu jkun soġġett għall-eżistenza ta' ftehim internazzjonali bejn l-Unjoni u pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali dwar l-iskambju ta' informazzjoni klassifikata jew, fejn ikun applikabbli, arranġament konkluż mill-Istituzzjoni jew il-korp kompetenti tal-Unjoni u l-awtoritajiet rilevanti ta' pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali dwar l-iskambju ta' informazzjoni klassifikata, u għall-kondizzjonijiet stabbiliti fihom;
2. Il-persuni fiżiċi residenti f'pajjiżi terzi u l-persuni ġuridiċi stabbiliti f'pajjiżi terzi jistgħu jittrattaw IKUE fir-rigward tal-Programm biss meta huma jkunu soġġetti, f'dawk il-pajjiżi, għal regolamenti dwar is-sigurtà li jiżguraw livell ta' protezzjoni li jkun minn tal-inqas ekwivalenti għal dak ipprovdut bir-regoli dwar is-sigurtà tal-Kummissjoni stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/444 u bir-regoli dwar is-sigurtà tal-Kunsill stabbiliti fl-Annessi tad-Deċiżjoni 2013/488/UE. L-ekwivalenza tar-regolamenti dwar is-sigurtà applikati f'pajjiż terz jew f'organizzazzjoni internazzjonali għandha tkun definita fi ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni, li jinkludi, jekk rilevanti, kwistjonijiet tas-sigurtà industrijali, konkluż bejn l-Unjoni u dak il-pajjiż terz jew dik l-organizzazzjoni internazzjonali skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 218 TFUE u billi jitqies l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni 2013/488/UE.
3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE u għar-regoli li jirregolaw il-qasam tas-sigurtà industrijali kif stabbiliti fid-Deċiżjoni t (UE, Euratom) 2015/444, persuna fiżika jew persuna ġuridika, pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali jista' jingħatalhom aċċess għal IKUE meta jitqies meħtieġ fuq bażi ta' każ b'każ, skont in-natura u l-kontenut ta' din l-informazzjoni, il-ħtieġa għall-għarfien tal-benefiċjarju u l-grad ta' vantaġġ għall-Unjoni.
TITOLU VI
Galileo u EGNOS
Artikolu 44
Azzjonijiet eliġibbli
L-esplojtazzjoni ta' Galileo u ta' EGNOS għandha tkopri l-azzjonijiet eliġibbli li ġejjin:
(a) |
il-ġestjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni, it-titjib kontinwu, l-evoluzzjoni u l-protezzjoni ta’infrastruttura spazjali, inkluż l-aġġornamenti u l-ġestjoni tal-obsolexxenza; |
(b) |
il-ġestjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni, it-titjib kontinwu, l-evoluzzjoni u l-protezzjoni tal-infrastruttura tal-art, b'mod partikolari ċ-ċentri u l-istazzjonijiet ibbażati fuq l-art imsemmija fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/413 jew id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (EU) 2017/1406 (45), in-netwerks, inklużi l-aġġornamenti u l-ġestjoni tal-obsolexxenza; |
(c) |
l-iżvilupp tal-ġenerazzjonijiet futuri tas-sistemi u l-evoluzzjoni tas-servizzi pprovduti minn Galileo u minn EGNOS, inkluż billi jitqiesu l-ħtiġijiet tal-partijiet ikkonċernati rilevanti: dan ma għandux jaffettwa d-deċiżjonijiet futuri dwar il-perspettivi finanzjarji mingħajr preġudizzju għad- tal-Unjoni; |
(d) |
l-appoġġ għall-iżvilupp tal-applikazzjonijiet downstream ta' Galileo u EGNOS u l-iżvilupp u l-evoluzzjoni ta' elementi teknoloġiċi fundamentali, bħal chipsets u riċevituri abilitati għall-Galileo; |
(e) |
l-appoġġ għall-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni u ta' standardizzazzjoni relatati ma' Galileo u EGNOS, b'mod partikolari fis-settur tat-trasport; |
(f) |
il-forniment kontinwu tas-servizzi pprovduti minn Galileo u minn EGNOS u, f'komplementarjetà mal-inizjattivi tal-Istati Membri u tas-settur privat, l-iżvilupp tas-suq ta' dawk is-servizzi, b'mod partikolari, sabiex jiġu massimizzati l-benefiċċji soċjoekonomiċi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1); |
(g) |
il-kooperazzjoni ma' sistemi reġjonali jew globali oħra tan-navigazzjoni bis-satellita, inkluż biex jiġu ffaċilitati l-kompatibbiltà u l-interoperabbiltà; |
(h) |
l-elementi biex jimmonitorjaw l-affidabbiltà tas-sistemi u l-esplojtazzjoni tagħhom, u l-prestazzjoni tas-servizzi; |
(i) |
l-attivitajiet relatati mal-forniment tas-servizzi u mal-koordinazzjoni tal-estensjoni tal-kopertura tagħhom. |
Artikolu 45
Servizzi pprovduti minn Galileo
1. Is-servizzi pprovduti minn Galileo għandhom jinkludu:
(a) |
servizz miftuħ ta' Galileo (GOS), li għandu jkun mingħajr ħlas għall-utenti u jipprovdi informazzjoni dwar il-pożizzjonament u s-sinkronizzazzjoni, maħsub l-aktar għall-applikazzjonijiet tal-massa tan-navigazzjoni bis-satellita biex jintużaw mill-konsumaturi; |
(b) |
servizz b'akkuratezza għolja (HAS), li għandu jkun mingħajr ħlas għall-utenti u li għandu jipprovdi informazzjoni b'akkuratezza għolja dwar il-pożizzjonament u s-sinkronizzazzjoni permezz tad-disseminazzjoni ta' data addizzjonali f'medda ta' frekwenzi supplimentari, maħsub l-aktar għall-applikazzjonijiet tan-navigazzjoni bis-satellita għal użu professjonali jew kummerċjali; |
(c) |
servizz ta' awtentikazzjoni tas-sinjali (SAS), ibbażat fuq il-kodiċijiet kriptati inkorporati fis-sinjali, maħsub l-aktar għall-applikazzjonijiet tan-navigazzjoni bis-satellita għal użu professjonali jew kummerċjali; |
(d) |
servizz pubbliku regolat (PRS), li għandu jkun ristrett għall-utenti awtorizzati mill-gvernijiet, għal applikazzjonijiet sensittivi li jirrikjedu livell għoli ta' kontinwità tas-servizz, inkluż fil-qasam tas-sigurtà u tad-difiża, u li jużaw sinjali qawwija u kriptati; dan għandu jkun mingħajr ħlas għall-Istati Membri, il-Kunsill, il-Kummissjoni, is-SEAE u, fejn xieraq, aġenziji debitament awtorizzati tal-Unjoni; il-kwistjoni ta' jekk il-parteċipanti l-oħra tal-PRS imsemmija fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE għandhomx jintalbu jħallsu tariffi għandha tiġi vvalutata skont il-każ, u għandhom jiġu speċifikati dispożizzjonijiet xierqa fil-ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 3(5) ta' dik id-Deċiżjoni; l-aċċess għall-PRS għandu jkun irregolat skont id-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE; |
(e) |
servizz ta' emerġenza (ES), li għandu jkun mingħajr ħlas għall-utenti, u li għandu jxandar, billi jemetti sinjali, twissijiet rigward diżastri naturali jew emerġenzi oħra f'żoni partikolari.fejn ikun xieraq dan għandu;jiġi pprovdut f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni ċivili tal-Istati Membri. |
(f) |
servizz tat-teħid tal-ħinijiet (TS), li għandu jkun mingħajr ħlas għall-utenti u għandu jipprovdi ħin ta' referenza preċiż u robust kif ukoll realizzazzjoni tal-ħin universali koordinat, li jiffaċilita l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet tat-teħid tal-ħinijiet ibbażati fuq Galileo u l-użu f'applikazzjonijiet kritiċi. |
2. Galileo għandu jagħti kontribut ukoll:
(a) |
għas-servizz ta' sostenn għat-tfittxija u għas-salvataġġ (SAR) tas-sistema COSPAS-SARSAT billi jagħraf is-sinjali ta' emerġenza mibgħuta minn trażmettituri u billi jibgħatilhom lura messaġġi permezz ta' "kollegament ta' ritorn"; |
(b) |
għas-servizzi ta' monitoraġġ tal-integrità standardizzati fil-livell Unjoni jew fil-livell internazzjonali biex jintużaw mis-servizzi tas-sikurezza tal-ħajja, abbażi tas-sinjali tas-servizz miftuħ ta' Galileo u flimkien ma' EGNOS u ma' sistemi oħra tan-navigazzjoni bis-satellita; |
(c) |
għas-servizzi ta' informazzjoni dwar it-temp mill-ispazju permezz taċ-Ċentru tas-Servizzi GNSS kif imsemmi fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/413u s-servizzi ta' twissija bikrija permezz tal-infrastruttura ta' fuq l-art ta' Galileo, maħsuba l-aktar biex inaqqsu r-riskji potenzjali għall-utenti tas-servizzi pprovduti minn Galileo u minn GNSS oħrajn marbuta mal-ispazju. |
Artikolu 46
Servizzi pprovduti minn EGNOS
1. Is-servizzi pprovduti minn EGNOS għandhom jinkludu:
(a) |
servizz miftuħ ta' EGNOS (EOS), li għandu jkun mingħajr ħlas għall-utenti u jipprovdi informazzjoni dwar il-pożizzjonament u s-sinkronizzazzjoni, maħsub l-aktar għall-applikazzjonijiet tal-massa tan-navigazzjoni bis-satellita biex jintużaw mill-konsumaturi; |
(b) |
servizz ta' aċċess għad-data ta' EGNOS (EDAS), li għandu jkun mingħajr ħlas għall-utenti u jipprovdi informazzjoni dwar il-pożizzjonament u s-sinkronizzazzjoni, maħsub l-aktar għall-applikazzjonijiet tan-navigazzjoni bis-satellita għal użu professjonali jew kummerċjali, li joffri prestazzjoni mtejba u data b'aktar valur miżjud minn dik miksuba permezz tal-EOS; |
(c) |
servizz ta' sikurezza tal-ħajja (SoL), li għandu jkun mingħajr ħlasijiet diretti għall-utenti u jipprovdi informazzjoni dwar il-pożizzjonament u sinkronizzazzjoni tal-ħin b'livell għoli ta' kontinwità, disponibbiltà u akkuratezza, inkluż messaġġ ta' integrità li javża lill-utenti bi kwalunkwe ħsara, jew sinjali li nqabżu l-parametri ta' tolleranza emessi minn Galileo u minn GNSS oħrajn, li EGNOS iżid fiż-żona ta' kopertura, maħsub l-aktar għall-utenti li għalihom is-sikurezza hija essenzjali, b'mod partikolari fis-settur tal-avjazzjoni ċivili għall-iskop tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, skont l-istandards tal-ICAO jew setturi oħra tat-trasport. |
2. Is-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu pprovduti bħala prijorità fit-territorju tal-Istati Membri kollha li jinsabu ġeografikament fl-Ewropa, inkluż għal dak il-għan Ċipru, l-Azores, il-Gżejjer Kanarji u Madeira, sa tmiem l-2026.
3. Il-kopertura ġeografika ta' EGNOS tista' tiġi estiża għal reġjuni oħra tad-dinja, b'mod partikolari għat-territorji ta' pajjiżi kandidati, ta' pajjiżi terzi assoċjati mal-Ajru Uniku Ewropew u ta' pajjiżi terzi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, soġġett għall-fattibbiltà teknika u f'konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 34(2), u, għas-servizz ta' SoL, abbażi ta' ftehimiet internazzjonali.
4. Il-kost tal-estensjoni tal-kopertura ġeografika ta’ EGNOS skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, inkluż il-kostijiet relatati tat-tħaddim li jkunu speċifiċi għal dawn ir-reġjuni, ma għandux jiġi kopert bil-baġit imsemmi fl-Artikolu 11. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra programmi jew strumenti oħra biex tiffinanzja attivitajiet bħal dawn. Tali estensjoni ma għandhiex iddewwem l-offerta tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fit-territorju kollu tal-Istati Membri li jinsabu ġeografikament fl-Ewropa.
Artikolu 47
Miżuri ta' implimentazzjoni għal Galileo u għal EGNOS
Fejn ikun meħtieġ biex Galileo u EGNOS jimxu ħarir u biex jiġu adottati mis-suq, il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għandha tistabbilixxi, fejn ikun meħtieġ, il-miżuri neċessarji biex:
(a) |
tiġġestixxi u tnaqqas ir-riskji inerenti fl-operat ta' Galileo u ta' EGNOS, b'mod partikolari biex tiżgura l-kontinwità tas-servizz; |
(b) |
tispeċifika l-istadji ewlenin tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta' Galileo u ta' EGNOS; |
(c) |
tistabbilixxi l-post fejn jinsabu ċ-ċentri li jiffurmaw parti mill-infrastruttura ta' fuq l-art ta' Galileo u ta' EGNOS skont ir-rekwiżiti tas-sigurtà, wara li jkun ġie segwit proċess miftuħ u trasparenti, u tiżgura t-tħaddim tagħhom. |
(d) |
tiddetermina l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali relatati mas-servizzi msemmija fil-punti (c), (e) u (f) tal-Artikolu 45(1)u fil-punt (c) tal-Artikolu 45(2). |
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).
Artikolu 48
Kompatibbiltà, interoperabbiltà u standardizzazzjoni
1. Galileo u EGNOS, u s-servizzi li jipprovdu, għandhom ikunu kompatibbli u interoperabbli mil-lat tekniku, inkluż fil-livell tal-utenti.
2. Galileo u EGNOS, u s-servizzi li jipprovdu, għandhom ikunu kompatibbli u interoperabbli mas-sistemi l-oħra tan-navigazzjoni bis-satellita u mal-mezzi konvenzjonali ta' radjunavigazzjoni, fejn ir-rekwiżiti meħtieġa ta' kompatibbiltà u ta' interoperabbiltà u l-kondizzjonijiet tagħhom ikunu stabbiliti fi ftehimiet internazzjonali.
TITOLU VII
COPERNICUS
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 49
Ambitu ta' Copernicus
1. Copernicus għandu jiġi implimentat billi jissejjes fuq investimenti preċedenti, inkluż minn partijiet ikkonċernati bħall-ESA u EUMETSAT u, fejn ikun xieraq u kosteffettiv, billi juża l-kapaċitajiet nazzjonali jew reġjonali tal-Istati Membri u jqis il-kapaċitajiet tal-fornituri kummerċjali ta' data u ta' informazzjoni komparabbli u l-ħtieġa li jitrawmu l-kompetizzjoni u l-iżvilupp tas-suq , filwaqt li jiġu massimizzati l-opportunitajiet għall-utenti Ewropej.
2. Copernicus għandu jipproduċi data u informazzjoni imsejsa fuq il-ħtiġijiet tal-utenti ta' Copernicus u abbażi ta' politika ta' aċċess bla ħlas, totali u miftuħ għad-data.
3. Copernicus għandu jappoġġa l-formulazzjoni, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha b'mod partikolari fl-oqsma tal-ambjent, it-tibdil fil-klima, il-baħar, is-settur marittimu, l-atmosfera, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, il-preservazzjoni tal-wirt kulturali, il-protezzjoni ċivili, il-monitoraġġ tal-infrastruttura, is-sikurezza u s-sigurtà, kif ukoll l-ekonomija diġitali bil-għan li jkompli jitnaqqas il-piż amministrattiv;
4. Copernicus għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:
(a) |
l-akkwiżizzjoni tad-data li għandha tinkludi:
|
(b) |
l-ipproċessar tad-data u tal-informazzjoni permezz tas-Servizzi ta' Copernicus, li għandu jinkludi l-attivitajiet għall-ġenerazzjoni ta' informazzjoni b'valur miżjud b'sostenn għas-servizzi tal-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-assigurazzjoni tal-konformità ambjentali, tal-protezzjoni ċivili u tas-sigurtà; |
(c) |
l-aċċess għad-data u d-distribuzzjoni tagħha, li għandu jinkludi l-infrastruttura u s-servizzi biex jiġu żgurati l-iskoperta, il-wiri, id-distribuzzjoni u l-esplojtazzjoni u l-preservazzjoni fit-tul tad-data ta' Copernicus u tal-informazzjoni ta' Copernicus u l-aċċess għalihom, b'mod li jkun faċli għall-utenti; |
(d) |
l-adozzjoni mill-utenti, l-iżvilupp tas-suq u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet skont l-Artikolu 28(6), li għandu jinkludi l-attivitajiet, ir-riżorsi u s-servizzi rilevanti għall-promozzjoni ta' Copernicus, tad-data ta’ Copernicus u tas-Servizzi ta’ Copernicus, kif ukoll l-applikazzjonijiet downstream relatati u l-iżvilupp tagħhom fil-livelli kollha biex jiġu mmassimizzati l-benefiċċji soċjoekonomiċi msemmija fl-Artikolu 4(1) kif ukoll il-ġbir u l-analiżi tal-ħtiġijiet tal-utenti ta’ Copernicus. |
5. Copernicus għandu jippromwovi l-koordinazzjoni internazzjonali tas-sistemi ta' osservazzjoni u l-iskambji relatati ta' data, sabiex tissaħħaħ id-dimensjoni globali u l-kumplementarjetà tiegħu filwaqt li jitqiesu l-ftehimiet internazzjonali u l-proċessi ta' koordinazzjoni.
KAPITOLU II
Azzjonijiet eliġibbli
Artikolu 50
Azzjonijiet eliġibbli għall-akkwiżizzjoni tad-data
L-azzjonijiet eliġibbli fil-qafas ta' Copernicus għandhom ikopru:
(a) |
l-azzjonijiet biex tiġi pprovduta l-kontinwità msaħħa tal-missjonijiet eżistenti tas-satelliti Sentinel ta’ Copernicus u għall-iżvilupp, il-varar, iż-żamma u t-tħaddim ta' aktar satelliti Sentinel ta’ Copernicus li jespandu l-ambitu ta' osservazzjoni, filwaqt li tingħata prijorità b'mod partikolari lill-kapaċitajiet ta' osservazzjoni għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet antropoġeniċi ta' CO2 u ta' gassijiet oħra b'effett ta' serra, li jippermettu l-monitoraġġ tar-reġjuni polari u li jagħtu lok għal applikazzjonijiet ambjentali innovattivi fl-agrikoltura, fil-ġestjoni tal-foresti, tal-ilma u tar-riżorsi tal-baħar, u tal-wirt kulturali; |
(b) |
l-azzjonijiet li jipprovdu l-aċċess għad-data u l-informazzjoni ta' partijiet terzi ta’ Copernicus li jkunu meħtieġa biex jiġu ġġenerati s-Servizzi ta' Copernicus jew biex tintuża mill-istituzzjonijiet, mill-aġenziji, mis-servizzi deċentralizzati tal-Unjoni u, fejn xieraq u kosteffettiv mill-korpi pubbliċi nazzjonali jew reġjonali; |
(c) |
l-azzjonijiet li jipprovdu u jikkoordinaw l-aċċess għad-data fil-post u għal data anċillari oħra ta’ Copernicus meħtieġa għall-ġenerazzjoni, għall-kalibrazzjoni u għall-validazzjoni tad-data ta' Copernicus u tal-informazzjoni ta' Copernicus,inkluż fejn xieraq u kosteffettiv l-użu ta' kapaċitajiet nazzjonali eżistenti u l-evitar ta' duplikazzjonijiet. |
Artikolu 51
Azzjonijiet eliġibbli għas-servizzi ta' Copernicus
1. L-azzjonijiet eliġibbli taħt is-servizzi ta’ Copernicus jinkludu:
(a) |
is-servizzi tal-monitoraġġ, tar-rappurtar u tal-assigurazzjoni tal-konformità ambjentali li jkopru:
|
(b) |
is-servizz ta' ġestjoni tal-emerġenzi biex tiġi pprovduta informazzjoni b'sostenn lill-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għall-protezzjoni ċivili u b'koordinazzjoni magħhom, u b'sostenn għall-operazzjonijiet tal-protezzjoni ċivili u ta' rispons fl-emerġenzi (li jtejbu l-attivitajiet ta' twissija bikrija u l-kapaċitajiet ta' rispons fil-kriżijiet), u għall-azzjonijiet ta' prevenzjoni u ta' tħejjija (l-analiżi tar-riskji u tal-irkupru) fir-rigward ta' tipi differenti ta' diżastri; |
(c) |
is-servizz tas-sigurtà b'sostenn għas-sorveljanza fi ħdan l-Unjoni u fil-fruntieri esterni tagħha, għas-sorveljanza marittima, għall-azzjoni esterna tal-Unjoni sabiex jagħtu rispons għall-isfidi tas-sigurtà li qed tiffaċċa l-Unjoni, u għall-għanijiet u għall-azzjonijiet tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni. |
2. Il-Kummissjoni, appoġġata fejn rilevanti minn għarfien espert indipendenti estern, għandha tiżgura r-rilevanza tas-Servizzi ta’ Copernicus billi:
(a) |
tivvalida l-fattibbiltà teknika u l-adegwatezza għall-iskop tar-rekwiżiti espressi mill-komunitajiet tal-utenti; |
(b) |
tivvaluta l-mezzi u s-soluzzjonijiet, proposti jew eżegwiti, biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-komunitajiet tal-utenti u l-għanijiet tal-Programm. |
Artikolu 52
Azzjonijiet eliġibbli għall-aċċess għad-data u għall-informazzjoni u d-distribuzzjoni tagħhom
1. Copernicus għandu jinkludi azzjonijiet li jipprovdu aċċess imsaħħaħ għad-data kollha ta' Copernicus u għall-informazzjoni kollha ta' Copernicus u, fejn ikun xieraq, għandu jipprovdi infrastruttura u servizzi addizzjonali biex jitrawmu d-distribuzzjoni, l-aċċess u l-użu ta' dik id-data u ta' dik l-informazzjoni.
2. Fejn id-data ta' Copernicus u l-informazzjoni ta' Copernicus jitqiesu li huma sensittivi fir-rigward tas-sigurtà skont it-tifsira tal-Artikoli 12 sa 16 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1159/2013, il-Kummissjoni tista' tinkariga l-akkwist, is-superviżjoni tal-akkwiżizzjoni, l-aċċess għaliha u d-distribuzzjoni ta' dik id-data u ta' dik l-informazzjoni lil entità fiduċjarja waħda jew iktar. Tali entitajiet għandhom jistabbilixxu u jżommu reġistru tal-utenti akkreditati u jagħtu aċċess għad-data ristretta permezz ta' fluss segregat.
KAPITOLU III
Politika dwar id-data ta' Copernicus
Artikolu 53
Politika dwar id-data ta' Copernicus u informazzjoni ta' Copernicus
1. Id-data ta' Copernicus u l-informazzjoni ta' Copernicus għandhom jiġu pprovduti lill-utenti ta’ Copernicus bil-politika ta' aċċess bla ħlas, totali u miftuħ għad-data kif ġej:
(a) |
l-utenti ta' Copernicus jistgħu, fuq bażi dinjija u mingħajr ħlas, jirriproduċu, jiddistribwixxu, jikkomunikaw lill-pubbliku, jadattaw u jimmodifikaw id-data kollha ta' Copernicus u l-informazzjoni kollha ta' Copernicus u jikkombinawhom ma' data u ma' informazzjoni oħrajn; |
(b) |
il-politika ta' aċċess bla ħlas, totali u miftuħ għad-data għandha tinkludi l-limitazzjonijiet li ġejjin:
|
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 105 biex tissupplimenta d-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet, tal-kondizzjonijiet u tal-proċeduri għall-aċċess għad-data ta' Copernicus u għall-informazzjoni ta' Copernicus u għall-użu tagħhom.
3. Fejn raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jeħtieġu dan,il-proċedura prevista fl-Artikolu 106 għandha tapplika għal atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.
4. Il-Kummissjoni għandha toħroġ liċenzji u avviżi għall-aċċess għad-data ta' Copernicus u għall-informazzjoni ta' Copernicus u għall-użu tagħhom, inkluż il-klawżoli tal-attribuzzjoni, skont il-politika dwar id-data ta' Copernicus kif stabbilita f'dan ir-Regolament u fl-atti delegati applikabbli adottati skont il-paragrafu 2.
TITOLU VIII
KOMPONENTI OĦRA TAL-PROGRAMM
KAPITOLU I
SSA
Artikolu 54
Ambitu tas subkomponent SST
1. Is-subkomponent SST għandu jagħti sostenn għall-attivitajiet li ġejjin:
(a) |
l-istabbiliment, l-iżvilupp u t-tħaddim ta' netwerk ta' sensuri tal-SST ta' fuq l-art u/jew spazjali tal-Istati Membri, inkluż sensuri żviluppati permezz tal-ESA jew tas-settur privat tal-Unjoni, u sensuri tal-Unjoni mħaddma fuq bażi nazzjonali, għas-sorveljanza u l-insegwiment tal-oġġetti spazjali u għall-produzzjoni ta' katalogu Ewropew ta' oġġetti spazjali; |
(b) |
l-ipproċessar u l-analiżi tad-data tal-SST fil-livell nazzjonali sabiex jiġu prodotti l-informazzjoni tal-SST u s-servizzi tal-SST imsemmija fl-Artikolu 55(1); |
(c) |
il-forniment tas-servizzi tal-SST imsemmija fl-Artikolu 55(1) lill-utenti tal-SSTmsemmija fl-Artikolu 56; |
(d) |
il-monitoraġġ u tfittxija ta' sinerġiji ma' inizjattivi li jippromwovu l-iżvilupp u l-użu ta' teknoloġiji għad-disponiment tal-inġenji spazjali fi tmiem il-ħajja operattiva u ta' sistemi teknoloġiċi għall-prevenzjoni u l-eliminazzjoni tar-residwi spazjali kif ukoll mal-inizjattivi internazzjonali fil-qasam tal-ġestjoni tat-traffiku spazjali. |
2. Is-subkomponent tal-SST għandu wkoll jipprovdi sostenn tekniku u amministrattiv sabiex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-qafas għall-appoġġ tal-SST stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE.
Artikolu 55
Servizzi tal-SST
1. Is-servizzi tal-SST għandhom jinkludu:
(a) |
il-valutazzjoni tar-riskji ta' kolliżjoni bejn l-inġenji spazjali jew bejn l-inġenji spazjali u r-residwi spazjali u l-ġenerazzjoni potenzjali ta' twissijiet għall-evitar ta' kolliżjonijiet matul il-fażijiet tal-varar, l-orbita bikrija, iż-żieda fl-elevazzjoni tal-orbita, l-operazzjonijiet fl-orbita u d-disponiment tal-missjonijiet tal-inġenji spazjali; |
(b) |
l-iskoperta u l-karatterizzazzjoni ta' frammentazzjonijiet, ta' tkissir jew ta' kolliżjonijiet fl-orbita; |
(c) |
il-valutazzjoni tar-riskji tad-dħul mill-ġdid mhux ikkontrollat ta' oġġetti spazjali u ta' residwi spazjali fl-atmosfera tad-dinja u l-ġenerazzjoni ta' informazzjoni relatata, inkluża l-istima tal-perjodu ta' żmien u tal-post fejn x'aktarx iseħħ impatt eventwali; |
(d) |
l-iżvilupp ta' attivitajiet bi tħejjija għal:
|
2. Is-servizzi tal-SST għandhom ikunu mingħajr ħlas, disponibbli fi kwalunkwe ħin mingħajr interruzzjoni u adattati għall-ħtiġijiet tal-utenti msemmija fl-Artikolu 56.
3. L-Istati Membri li jipparteċipaw fis-subkomponent tal-SST, il-Kummissjoni u, meta jkun rilevanti, il-Front Desk tal-SST imsemmija fl-Artikolu 59(1), ma għandhomx jinżammu responsabbli għal:
(a) |
ħsara li tirriżulta min-nuqqas jew l-interruzzjoni tal-forniment tas-servizzi tal-SST; |
(b) |
dewmien fil-forniment tas-servizzi tal-SST;" |
(c) |
ineżattezza tal-informazzjoni pprovduta permezz tas-servizzi tal-SST; jew |
(d) |
azzjoni meħuda b'rispons għall-forniment tas-servizzi tal-SST. |
Artikolu 56
Utenti tal-SST
1. L-utenti tal-UE għandhom jinkludu:
(a) |
l-utenti ewlenin tal-SST: l-Istati Membri, is-SEAE, il-Kummissjoni, il-Kunsill, l-Aġenzija kif ukoll is-sidien u l-operaturi pubbliċi u privati tal-inġenji spazjali stabbiliti fl-Unjoni; |
(b) |
l-utenti mhux ewlenin tal-SST: entitajiet pubbliċi u privati oħra stabbiliti fl-Unjoni. |
L-utenti ewlenin tal-SST għandu jkollhom aċċess għas-servizzi kollha tal-SST imsemmija fl-Artikolu 55(1).
L-utenti mhux ewlenin tal-SST jista' jkollhom aċċess għas-servizzi tal-SST imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 55(1):
2. L-utenti internazzjonali tal-SST għandhom jinkludu pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali li ma jkollhomx il-kwartieri ġenerali tagħhom fl-Unjoni u entitajiet privati li mhumiex stabbiliti fl-Unjoni. Dawn għandu jkollhom aċċess għas-servizzi tal-SST imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 55(1) bil-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali li ma jkollhomx il-kwartieri ġenerali tagħhom fl-Unjoni jista' jkollhom aċċess għas-servizzi tal-SST skont l-Artikolu 8(2); |
(b) |
l-entitajiet privati mhux stabbiliti fl-Unjoni jista' jkollhom aċċess għas-servizzi tal-SST b'soġġett għal ftehim internazzjonali konkluż mill-Unjoni, skont l-Artikolu 8(2), mal-pajjiż terz fejn ikunu stabbiliti u li jagħtihom dak l-aċċess. |
Ma għandu jkun meħtieġ ebda ftehim internazzjonali għal aċċess tas-servizzi tal-SST disponibbli għall-pubbliku msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 55(1).
3. Il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, dispożizzjonijiet dettaljati rigward l-aċċess għas-servizzi tal-SST u proċeduri rilevanti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).
Artikolu 57
Parteċipazzjoni tal-Istati Membri fis-subkomponent tal-SST
1. L-Istati Membri li jkunu jixtiequ jipparteċipaw fil-forniment tas-servizzi tal-SST msemmija fl-Artikolu 55(1) li jkopru l-orbiti kollha għandhom jippreżentaw proposta konġunta unika lill-Kummissjoni fejn juru l-konformità mal-kriterji li ġejjin:
(a) |
is-sjieda ta' sensuri adegwati tal-SST disponibbli għas-subkomponent tal-SST u tar-riżorsi umani biex jitħaddmu, jew ta' analiżi operazzjonali adegwata u ta' kapaċitajiet tal-ipproċessar tad-data speċifikament iddisinjati għall-SST u disponibbli għas-subkomponent tal-SST, jew l-aċċess għalihom; |
(b) |
il-valutazzjoni inizjali tar-riskji għas-sigurtà ta' kull assi tal-SST imwettqa u vvalidata mill-Istat Membru rilevanti; |
(c) |
pjan ta' azzjoni li jqis il-pjan ta' koordinazzjoni adottat skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 541/2014/UE, għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet speċifikati fl-Artikolu 54 ta' dan ir-Regolament; |
(d) |
id-distribuzzjoni tal-attivitajiet differenti fost it-Timijiet ta' Esperti kif maħtura skont l-Artikolu 58 ta' dan ir-Regolament; |
(e) |
ir-regoli dwar il-kondiviżjoni tad-data meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament. |
Fir-rigward tal-kriterji msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu , kull Stat Membru li jkun jixtieq jipparteċipa fil-forniment tas-servizzi tal-SST għandu juri konformità ma' dawn il-kriterji separatament.
Fir-rigward tal-kriterji msemmija fil-punti (c), (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu, kull Stat Membru li jkun jixtieq jipparteċipa fil-forniment tas-servizzi tal-SST għandu juri konformità ma' dawk il-kriterji b'mod kollettiv.
2. Il-kriterji msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu li ġew issodisfati mill-Istati Membri li jipparteċipaw fis-subkomponent tal-SST li l-entitajiet nazzjonali maħtura tagħhom ikunu membri tal-Konsorzju stabbilit skont l-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE mit-12 ta’ Mejju 2021.
3. Meta ma tkun ġiet ippreżentata ebda proposta konġunta skont il-paragrafu 1 jew meta l-Kummissjoni tikkunsidra li proposta konġunta ppreżentata ma tikkonformax mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1, minn tal-inqas ħames Stati Membri jistgħu jippreżentaw proposta konġunta ġdida lill-Kummissjoni, u juru l-konformità mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1.
4. Il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-proċeduri u l-elementi msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).
Artikolu 58
Qafas organizzattiv tal-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fis-subkomponent tal-SST
1. Kull Stat Membru li jkun ppreżent proposta li l-Kummissjoni tqis li tkun konformi mal-Artikolu 57(1) jew li tkun intgħażlet mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 56(3) għandu jaħtar Entità Nazzjonali Kostitwenti stabbilita fit-territorju tagħu biex tirrappreżentah. L-Entità Nazzjonali Kostitwenti maħtura għandha tkun awtorità pubblika ta' Stat Membru jew korp iddelegat bl-eżerċizzju ta' tali awtorità pubblika.
2. L-Entitajiet Nazzjonali Kostitwenti maħtura skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkonkludu ftehim li joħloq sħubija tal-SST (“ftehim ta’ sħubija SST”) u li jistabbilixxi r-regoli u l-mekkaniżmi għall-kooperazzjoni tagħhom fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 54. B'mod partikolari, il-ftehim ta’ sħubija SST għandu jinkludi l-elementi msemmija fil-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 57(1) u l-istabbiliment ta' struttura għall-ġestjoni tar-riskji biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-użu u l-iskambju sigur tad-data tal-SST u tal-informazzjoni tal-SST.
3. L-Entitajiet Nazzjonali Kostitwenti għandhom jiżviluppaw servizzi tal-SST ta' kwalità għolja tal-Unjoni skont pjan pluriennali, skont l-indikaturi ewlenin rilevanti tal-prestazzjoni, u skont ir-rekwiżiti tal-utenti, abbażi tal-attivitajiet tat-Timijiet ta' Esperti msemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).
4. L-Entitajiet Nazzjonali Kostitwenti għandhom joħolqu netwerk tas-sensuri eżistenti u ta' dawk futuri possibbli biex iħaddmuhom b'mod ikkoordinat u ottimizzat bil-ħsieb li jistabbilixxu u jżommu katalogu komuni aġġornat Ewropew, mingħajr ma jiġu affettwati l-prerogattivi tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà nazzjonali.
5. L-Istati Membri li jipparteċipaw fis-subkomponent tal-SST għandhom iwettqu akkreditazzjoni tas-sigurtà abbażi tar-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 34(2).
6. It-Timijiet ta' Esperti għandhom jinħatru mill-Istati Membri li jipparteċipaw fis-subkomponent tal-SST sabiex ikunu ddelegati minn kwistjonijiet speċifiċi marbuta mal-attivitajiet differenti tal-SST. It-Timijiet ta' Esperti għandhom ikunu permanenti u ġestiti mill-Entitajiet Nazzjonali Kostitwenti tal-Istati Membri li ħatruhom u jistgħu jinkludu esperti minn kull Entità Nazzjonali Kostitwenti.
7. L-Entitajiet Nazzjonali Kostitwenti u t-Timijiet ta' Esperti għandhom jiżguraw il-protezzjoni tad-data tal-SST, tal-informazzjoni tal-SST u tas-servizzi tal-SST.
8. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, regoli dettaljati dwar il-funzjonament tal-qafas organizzattiv tal-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fl-SST. Dawk ir-regoli għandhom ikopru wkoll l-inklużjoni fi stadju aktar tard ta' Stat Membru fil-ftehim ta' sħubija tal-SST imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).
Artikolu 59
Front Desk tal-SST
1. Il-Kummissjoni, filwaqt li tqis ir-rakkomandazzjoni tal-Entitajiet Nazzjonali Kostitwenti, għandha tagħżel il-Front Desk tal-SST abbażi tal-aqwa għarfien espert fi kwistjonijiet tas-sigurtà u fil-provvista tas-servizzi. I-Front Desk tal-SST għandu:
(a) |
jipprovdi l-interfaċċi siguri meħtieġa għaċ-ċentralizzazzjoni, il-ħżin u t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-utenti tal-SST imsemmija fl-Artikolu 56tal-informazzjoni tal-SST, filwaqt li jiżgura t-trattament u t-traċċabbiltà xierqa tagħhom; |
(b) |
jipprovdi rappurtar dwar il-prestazzjoni tas-servizzi tal-SST lis-sħubija tal-SST imsemmija fl-Artikolu 58(2) u lill-Kummissjoni; |
(c) |
jiġbor ir-reazzjonijiet neċessarji għas-sħubija tal-SST imsemmija fl-Artikolu 58(2) sabiex jiġi żgurat l-allinjament meħtieġ tas-servizzi mal-aspettattivi tal-utenti tal-SST; |
(d) |
jippromwovi u jħeġġeġ l-użu tas-servizzi tal-SST u jagħtih sostenn. |
2. L-Entitajiet Nazzjonali Kostitwenti għandhom jikkonkludu l-arranġamenti ta' implimentazzjoni meħtieġa mal-Front Desk tal-SST.
Artikolu 60
Attivitajiet ta’ SWE
1. Is-subkomponent ta’ SWE jista’ jagħti sostenn għall-attivitajiet li ġejjin:
(a) |
il-valutazzjoni u l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-utenti fis-setturi identifikati fil-punt (b) tal-paragrafu 2 bil-għan li jiġu stabbiliti s-servizzi ta’ SWE li jridu jiġu pprovduti; |
(b) |
il-forniment tas-servizzi ta’ SWE lill-utenti tas-servizzi tat-temp spazjali, skont il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tekniċi identifikati tal-utenti. |
2. Is-servizzi ta’ SWE għandhom ikunu disponibbli fi kwalunkwe ħin mingħajr interruzzjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħżel dawk is-servizzi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, skont ir-regoli li ġejjin:
(a) |
il-Kummissjoni għandha tipprijoritizza s-servizzi ta’ SWE li jridu jiġu fornuti fil-livell tal-Unjoni skont il-ħtiġijiet tal-utenti ta’ SWE, l-istat ta' tħejjija teknoloġika tas-servizzi u r-riżultat ta' valutazzjoni tar-riskji; |
(b) |
is-servizzi ta’ SWE jistgħu jagħtu kontribut għal attivitajiet ta' protezzjoni ċivili u għall-protezzjoni ta' firxa wiesgħa ta' setturi bħalma huma[...] l-ispazju, it-trasport, il-GNSSs, il-grilji tal-elettriku u l-komunikazzjoni. |
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' konsulenza msemmija fl-Artikolu 107(2).
3. L-għażla tal-entitajiet pubbliċi jew privati li jridu jipprovdu s-servizzi ta’ SWE għandha titwettaq permezz ta' sejħa għall-offerti.
Artikolu 61
Attivitajiet tal-NEO
1. Is-subkomponenti tal-NEO jistgħu jagħtu sostenn għall-attivitajiet li ġejjin:
(a) |
l-immappjar tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri għall-iskoperta u għall-monitoraġġ tal-oġġetti qrib id-Dinja; |
(b) |
il-promozzjoni tal-użu ta' netwerks għall-faċilitajiet u ċ-ċentri ta' riċerka tal-Istati Membri; |
(c) |
l-iżvilupp tas-servizz imsemmi fil-paragrafu 2. |
(d) |
l-iżvilupp ta' servizz ta' rispons rapidu ta' rutina li jkun jista' jikkaratterizza l-oġġetti qrib id-Dinja li jkunu għadhom kif ġew skoperti. |
(e) |
il-ħolqien ta' katalogu Ewropew tal-oġġetti qrib id-Dinja. |
2. Il-Kummissjoni, fil-qasam ta' kompetenza tagħha, tista' tistabbilixxi l-proċeduri għall-koordinazzjoni, bl-involviment tal-korpi xierqa tan-NU, tal-azzjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u tal-Unjoni li jkunu responsabbli għall-protezzjoni ċivili fil-każ li jinstab li oġġett qrib id-Dinja jkun qed joqrob lejn id-dinja.
KAPITOLU II
GOVSATCOM
Artikolu 62
Ambitu ta' GOVSATCOM
Fil-qafas tal-komponent ta' GOVSATCOM, il-kapaċitajiet u s-servizzi tal-komunikazzjoni bis-satellita għandhom jiġu kkombinati f'ġabra komuni ta' kapaċitajiet u servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita tal-Unjoni, b'rekwiżiti ta' sigurtà xierqa. Dan il-komponent jinkludi:
(a) |
l-iżvilupp, il-kostruzzjoni, u l-operazzjonijiet tal-infrastruttura tas-segment ta' fuq l-art [...] imsemmija fl-Artikolu 67 u l-infrastruttura spazjali possibbli msemmija fl-Artikolu 102(2); |
(b) |
l-akkwist ta' kapaċitajiet u ta' servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita governattivi u kummerċjali, kif ukoll ta' tagħmir tal-utenti meħtieġ għall-forniment tas-servizzi ta' GOVSATCOM; |
(c) |
il-miżuri meħtieġa għal interoperabbiltà u għal standardizzazzjoni ulterjuri tat-tagħmir tal-utenti ta' GOVSATCOM. |
Artikolu 63
Kapaċitajiet u servizzi ta' GOVSATCOM
1. Il-forniment ta' kapaċitajiet u ta' servizzi ta' GOVSATCOM għandu jiġi żgurat skont kif stabbilit fil-portafoll tas-servizzi msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u skont ir-rekwiżiti operazzjonali msemmija fil-paragrafu 2, skont ir-rekwiżiti speċifiċi tas-sigurtà ta' GOVSATCOM imsemmija fl-Artikolu 34(2) u fil-limiti tar-regoli dwar il-kondiviżjoni u l-prijoritizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 66(2).
L-aċċess għal kapaċitajiet u servizzi ta' GOVSATCOM għandu jkun mingħajr ħlas għall-utenti istituzzjonali u governattivi sakemm il-Kummissjoni ma tiddefinixxix politika tal-ipprezzar skont l-Artikolu 65(2)
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ir-rekwiżiti operazzjonali għas-servizzi ta' GOVSATCOM, fil-forma ta' speċifikazzjonijiet tekniċi għall-każijiet tal-użu marbuta b'mod partikolari mal-ġestjoni tal-kriżijiet, mas-sorveljanza u mal-ġestjoni tal-infrastruttura ewlenija, inkluż in-netwerks tal-komunikazzjoni diplomatika. Dawk ir-rekwiżiti operazzjonali għandhom ikunu bbażati fuq l-analiżi dettaljata tar-rekwiżiti tal-utenti ta’ GOVSATCOM, u għandhom iqisu r-rekwiżiti li jirriżultaw mit-tagħmir u min-netwerks eżistenti tal-utenti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-portafoll tas-servizzi għas-servizzi ta' GOVSATCOM, fil-forma ta' lista ta' kategoriji tal-kapaċitajiet u s-servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita u l-attributi tagħhom, li tinkludi l-kopertura ġeografika, il-frekwenza, il-bandwidth, it-tagħmir tal-utenti, u l-karatteristiċi tas-sigurtà. Il-portafoll tas-servizz għandu jikkunsidra s-servizzi kummerċjalment disponibbli eżistenti sabiex ma jkunx hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu aġġornati regolarment u jkunu bbażati fuq ir-rekwiżiti operazzjonali u tas-sigurtà msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u għandhom jipprijoritizzaw is-servizzi pprovduti lill-utenti skont kemm ikunu rilevanti u kritiċi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).
4. L-utenti ta' GOVSATCOM għandu jkollhom aċċess għall-kapaċitajiet u għas-servizzi ta’ GOVSATCOM elenkati fil-portafoll tas-servizzi msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Dak l-aċċess għandu jiġi pprovdut permezz taċ-Ċentri ta' GOVSATCOM imsemmija fl-Artikolu 67(1).
Artikolu 64
Fornituri ta' kapaċitajiet u ta' servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita
Il-kapaċitajiet u s-servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita fil-qafas ta' GOVSATCOM jistgħu jiġu pprovduti mill-entitajiet li ġejjin:
(a) |
il-parteċipanti ta' GOVSATCOM kif imsemmija fl-Artikolu 68, u |
(b) |
il-persuni ġuridiċi debitament akkreditati biex jipprovdu kapaċitajiet jew servizzi ta’ komunikazzjoni satellitari skont il-proċedura ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 37, li għandha ssir f’konformità mar-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà għall-komponent GOVSATCOM, kif imsemmija fl-Artikolu 34. |
Artikolu 65
Utenti ta' GOVSATCOM
1. L-entitajiet li ġejjin jistgħu jkunu utenti ta' GOVSATCOM dment li jkunu ddelegati b'kompiti marbuta mas-superviżjoni u mal-ġestjoni ta' infrastrutturi, operazzjonijiet u missjonijiet ta' emerġenza u kritiċi għas-sigurtà:
(a) |
awtorità pubblika jew korp tal-Unjoni jew ta' Stat Membru inkarigat bl-eżerċizzju ta' tali awtorità pubblika; |
(b) |
persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi f'isem u taħt il-kontroll ta' entità msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu. |
2. L-utenti ta' GOVSATCOM imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolugħandhom ikunu debitament awtorizzati minn parteċipant imsemmi fl-Artikolu 68 biex jużaw il-kapaċitajiet u s-servizzi ta' GOVSATCOM u għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 34(2), definiti għal GOVSATCOM.
Artikolu 66
Kondiviżjoni u prijoritizzazzjoni
1. Il-kapaċitajiet, is-servizzi u t-tagħmir tal-utenti miġburin flimkien għall-komunikazzjoni bis-satellita għandhom ikunu kondiviżi u prijoritizzati bejn il-parteċipanti ta' GOVSATCOM imsemmija fl-Artikolu 68 skont analiżi tar-riskji għas-sikurezza u għas-sigurtà tal-utenti. Tali analiżi għandha tqis l-infrastruttura ta' komunikazzjoni eżistenti u d-disponibbiltà tal-kapaċitajiet eżistenti kif ukoll il-kopertura ġeografika tagħhom fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali. Din il-kondiviżjoni u din il-prijoritizzazzjoni għandhom jagħtu prijorità lill-utenti ta’ GOVSATCOM skont kemm ikunu rilevanti u kritiċi.
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ir-regoli dettaljati dwar il-kondiviżjoni u l-prijoritizzazzjoni tal-kapaċitajiet ta’ komunikazzjoni bis-satellita, tas-servizzi u tat-tagħmir tal-utenti, filwaqt li tqis id-domanda mistennija għall-każijiet tal-użu differenti tal-GOVSATCOM, l-analiżi tar-riskji għas-sigurtà għal dawk il-każijiet tal-użu u, fejn ikun xieraq, il-kosteffiċjenza.
Billi tiddefinixxi politika tal-ipprezzar f'dawk ir-regoli, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-provvista tal-kapaċitajiet u s-servizzi ta' GOVSATCOM ma toħloqx distorsjoni tas-suq u li ma jkunx hemm nuqqas ta' kapaċitajiet ta' GOVSATCOM.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).
3. Il-kondiviżjoni u l-prijoritizzazzjoni tal-kapaċitajiet u tas-servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita bejn l-utenti ta' GOVSATCOM li jkunu awtorizzati mill-istess parteċipant ta' GOVSATCOM għandhom jiġu stabbiliti u implimentati minn dak il-parteċipant ta’ GOVSATCOM.
Artikolu 67
Infrastruttura u tħaddim tas-segment ta' fuq l-art
1. Is-segment ta' fuq l-art għandu jinkludi l-infrastruttura meħtieġa biex tippermetti l-forniment tas-servizzi lill-utenti skont l-Artikolu 66, b'mod partikolari ċ-Ċentri ta' GOVSATCOM li għandhom jiġu akkwistati fil-qafas ta' dan il-komponent biex l-utenti ta' GOVSATCOM ikunu konnessi mal-fornituri tal-kapaċitajiet u s-servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita. Is-segment ta' fuq l-art u l-operat tiegħu għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 34(2), definit għall- GOVSATCOM.
2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-post fejn tkun tinsab l-infrastruttura tas-segment ta' fuq l-art. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(3), u għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' Stat Membru li jiddeċiedi li ma jospita ebda tali infrastruttura.
Artikolu 68
Parteċipanti u awtoritajiet kompetenti ta' GOVSATCOM
1. L-Istati Membri, il-Kunsill, il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom ikunu parteċipanti ta' GOVSATCOM sakemm dawn jawtorizzaw lill-utenti ta' GOVSATCOM, jew jipprovdu kapaċitajiet ta' komunikazzjoni bis-satellita jew siti tas-segment ta' fuq l-art jew parti mill-faċilitajiet tas-segment ta' fuq l-art.
Meta l-Kunsill, il-Kummissjoni jew is-SEAE jawtorizzaw lill-utenti ta' GOVSATCOM, jew jipprovdu kapaċitajiet ta' komunikazzjoni bis-satellita, siti tas-segment ta' fuq l-art jew parti mill-faċilitajiet tas-segment ta' fuq l-art, fit-territorju ta' Stat Membru, dik l-awtorizzazzjoni jew dik id-dispożizzjoni ma għandhiex tikser id-dispożizzjonijiet dwar in-newtralità jew in-nonallinjament stipulati fid-dritt kostituzzjonali ta' dak l-Istat Membru.
2. L-aġenziji tal-Unjoni ma jistgħux isiru parteċipanti ta' GOVSATCOM ħlief sa fejn ikun meħtieġ biex iwettqu l-kompiti tagħhom u skont ir-regoli dettaljati stabbiliti f'arranġament amministrattiv konkluż bejn l-aġenzija kkonċernata u l-istituzzjoni tal-Unjoni li tissorveljaha.
3. Pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jsiru parteċipanti ta’ GOVSATCOM f’konformità mal-Artikolu 7.
4. Kull parteċipant GOVSATCOM għandu jaħtar awtorità kompetenti waħda ta' GOVSATCOM.
5. Awtorità kompetenti ta' GOVSATCOM għandha tiżgura li:
(a) |
l-użu tas-servizzi jkun konformi mar-rekwiżiti tas-sigurtà applikabbli; |
(b) |
id-drittijiet tal-aċċess għall-utenti ta' GOVSATCOM ikunu stabbiliti u ġestiti; |
(c) |
it-tagħmir tal-utenti kif ukoll il-konnessjonijiet u l-informazzjoni assoċjati tal-komunikazzjoni elettronika jintużaw u jiġu ġestiti skont ir-rekwiżiti tas-sigurtà applikabbli; |
(d) |
ikun stabbilit punt ċentrali ta' kuntatt biex jassisti kif ikun meħtieġ fir-rappurtar tar-riskji u tat-theddidiet għas-sigurtà, b'mod partikolari fis-sejbien ta' interferenza elettromanjetika potenzjalment dannuża li taffettwa lis-servizzi fil-qafas ta' dan il-komponent. |
Artikolu 69
Monitoraġġ tal-provvista u tad-domanda għal GOVSATCOM
Sabiex jiġi ottimizzat il-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda għas-servizzi ta' GOVSATCOM, il-Kummissjoni għandha ssegwi kontinwament l-evoluzzjoni tal-provvista, inkluż il-kapaċitajiet eżistenti ta' GOVSATCOM fl-orbita għall-akkomunament u l-kondiviżjoni, u tad-domanda għall-kapaċitajiet u għas-servizzi ta' GOVSATCOM, filwaqt li tqis riskji u theddidiet ġodda, kif ukoll żviluppi ġodda fit-teknoloġija.
TITOLU IX
L-AĠENZIJA TAL-UNJONI EWROPEA GĦALL-PROGRAMM SPAZJALI
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali marbuta mal-Aġenzija
Artikolu 70
Status ġuridiku tal-Aġenzija
1. L-Aġenzija għandha tkun korp tal-Unjoni. Għandu jkollha personalità ġuridika.
2. F'kull wieħed mill-Istati Membri, l-Aġenzija għandu jkollha l-iktar kapaċità ġuridika estensiva li tingħata lill-persuni ġuridiċi skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom. B'mod partikolari, tista' takkwista jew tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tkun parti fi proċedimenti ġuridiċi.
3. L-Aġenzija għandha tkun irrappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha.
Artikolu 71
Sede tal-Aġenzija u l-uffiċċji lokali tal-Aġenzija
1 Is-sede tal-Aġenzija tinsab fi Praga (iċ-Ċekja).
2. Il-persunal tal-Aġenzija jista' jkun ibbażat f'wieħed miċ-ċentri bbażati fuq l-art ta' Galileo jew ta' EGNOS imsemmija fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/413 jew (UE) 2017/1406, biex iwettaq l-attivitajiet tal-Programm previsti fil-ftehim rilevanti.
3. Skont il-ħtiġijiet tal-Programm, jistgħu jiġu stabbiliti uffiċċji lokali fl-Istati Membri skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 79(2).
KAPITOLU II
Organizzazzjoni tal-Aġenzija
Artikolu 72
Struttura amministrattiva u ta' ġestjoni
1. L-istruttura amministrattiva u ta' ġestjoni tal-Aġenzija għandha tinkludi:
(a) |
il-Bord Amministrattiv; |
(b) |
id-Direttur Eżekuttiv; |
(c) |
il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà |
2. Il-Bord Amministrattiv, id-Direttur Eżekuttiv, u l-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandhom jikkooperaw biex jiżguraw l-operat u l-koordinazzjoni tal-Aġenzija skont il-proċeduri stabbiliti bir-regoli interni tal-Aġenzija, bħal ma huma r-regoli ta' proċedura tal-Bord Amministrattiv, ir-regoli ta' proċedura tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija, ir-regoli ta' implimentazzjoni tar- Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“Regolamenti tal-Persunal”) u r-regoli dwar l-aċċess għad-dokumenti.
Artikolu 73
Bord Amministrattiv
1. Il-Bord Amministrattiv għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru, u minn tliet rappreżentanti tal-Kummissjoni, li kollha kemm huma jkollhom id-drittijiet tal-vot. Il-Bord Amministrattiv għandu jinkludi wkoll membru wieħed maħtur mill-Parlament Ewropew, li ma jkollu ebda dritt tal-vot.
2. Il-President jew il-Viċi President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, rappreżentant tal-Kunsill, rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli u rappreżentant tal-ESA għandhom jiġu mistiedna jattendu l-laqgħat tal-Bord Amministrattiv bħala osservaturi għall-kwistjonijiet relatati direttament magħhom, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-regoli ta' proċedura tal-Bord Amministrattiv.
3. Kull membru tal-Bord Amministrattiv għandu jkollu membru supplenti. Il-membru supplenti għandu jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu jew tagħha.
4. Kull Stat Membru għandu jinnomina membru u membru supplenti tal-Bord Amministrattiv b'kont meħud tal-għarfien tagħhom fil-qasam tal-kompiti tal-Aġenzija, filwaqt li jitqiesu l-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji rilevanti. Sabiex jiżguraw il-kontinwità tal-attivitajiet tal-Bord Amministrattiv, il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jillimitaw it-tibdil tar-rappreżentanti tagħhom fil-Bord Amministrattiv. Il-partijiet kollha għandu jkollhom l-għan li jiksbu rappreżentanza bbilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fil-Bord Amministrattiv.
5. Il-mandat tal-membri tal-Bord Amministrattiv u tas-supplenti tagħhom għandu jkun ta' erba' snin u għandu jkun li jista' jiġġedded.
6. Fejn ikun xieraq, il-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti ta' pajjiżi terzi jew ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u l-kondizzjonijiet għal tali parteċipazzjoni għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 98 u għandhom ikunu konformi mar-regoli ta' proċedura tal-Bord Amministrattiv. Dawk ir-rappreżentanti ma għandu jkollhom ebda dritt tal-vot.
Artikolu 74
President tal-Bord Amministrattiv
1. Il-Bord Amministrattiv għandu jeleġġi President u Viċi President minn fost il-membri tiegħu li għandhom id-drittijiet tal-vot. Il-Viċi President għandu jieħu post il-President awtomatikament jekk dan tal-aħħar ma jkunx jista' jwettaq dmirijietu.
2. Il-mandat tal-President u tal-Viċi President għandu jkun ta' sentejn u għandu jkun jista' jiġġedded darba. Kull mandat għandu jintemm jekk dik il-persuna ma tibqax membru tal-Bord Amministrattiv.
3. Il-Bord Amministrattiv għandu jkollu s-setgħa li jneħħi mill-kariga lill-President, lill-Viċi President jew lit-tnejn li huma.
Artikolu 75
Laqgħat tal-Bord Amministrattiv
1. Il-laqgħat tal-Bord Amministrattiv għandhom jissejħu mill-President tiegħu.
2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet tal-Bord Amministrattiv, sakemm il-President ma jiddeċidix mod ieħor. Id-Direttur Eżekuttiv ma għandux ikollu d-dritt li jivvota.
3. Il-Bord Amministrattiv għandu jorganizza laqgħat ordinarji fuq bażi regolari, mill-inqas darbtejn fis-sena. Barra minn hekk, għandu jiltaqa' fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu jew fuq it-talba ta' minn tal-inqas terz tal-membri tiegħu.
4. Il-Bord Amministrattiv jista' jistieden lil kwalunkwe persuna, li l-opinjoni tagħha tista' tkun ta' interess, biex tattendi l-laqgħat tiegħu bħala osservatur. Il-membri tal-Bord Amministrattiv jistgħu, soġġett għar-regoli ta' proċedura tiegħu, ikunu assistiti minn konsulenti jew minn esperti.
5. Meta d-diskussjoni tkun tikkonċerna l-użu ta' infrastruttura nazzjonali sensittiva, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni jistgħu jattendu l-laqgħat u d-deliberazzjonijiet tal-Bord Amministrattiv, fuq bażi ta' ħtieġa ta' tagħrif. Madanakollu huma biss dawk ir-rappreżentanti tal-Istati Membri li jkollhom tali infrastruttura u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni li għandhom jieħdu sehem fil-votazzjoni. Meta l-President tal-Bord Amministrattiv ma jkunx jirrappreżenta wieħed mill-Istati Membri li jkollhom tali infrastruttura, dan għandu jiġi sostitwit mir-rappreżentanti ta' Stati Membri li jkollhom tali infrastruttura. Ir-regoli ta' proċedura tal-Bord Amministrattiv għandhom jistabbilixxu s-sitwazzjonijiet fejn tista' tapplika din il-proċedura.
6. L-Aġenzija għandha tipprovdi s-segretarjat tal-Bord Amministrattiv.
Artikolu 76
Regoli tal-votazzjoni tal-Bord Amministrattiv
1. Sakemm dan ir-Regolament ma jkunx jistipula mod ieħor, il-Bord Amministrattiv għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu bil-maġġoranza tal-membri tiegħu li jivvutaw.
Għandha tkun meħtieġa maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri kollha li jivvotaw għall-elezzjoni u għat-tneħħija mill-kariga tal-President u tal-Viċi President tal-Bord Amministrattiv u għall-adozzjoni tal-baġit u tal-programmi ta' ħidma, għall-approvazzjoni tal-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 98(2) u tar-regoli ta' sigurtà tal-Aġenzija, għall-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura, għall-istabbiliment ta' uffiċċji lokali u għall-approvazzjoni tal-ftehimiet ta' akkoljenza msemmija fl-Artikolu 92.
2. Kull rappreżentant tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni għandu jkollu vot wieħed. Fin-nuqqas ta' membru li jkollu d-dritt tal-vot, il-membru supplenti tiegħu għandu jkun intitolat jeżerċita d-dritt tal-vot tiegħu. Id-deċiżjonijiet abbażi tal-punt (a) tal-Artikolu 77(2), għajr għal kwistjonijiet taħt il-Kapitolu II tat-Titolu V, jew abbażi tal-Artikolu 77(5), għandhom jiġu adottati biss b'vot favorevoli tar-rappreżentanti tal-Kummissjoni.
3. Ir-regoli ta' proċedura tal-Bord Amministrattiv għandhom jistabbilixxu arranġamenti iktar dettaljati tal-votazzjoni, b'mod partikolari l-kondizzjonijiet biex membru jaġixxi f'isem membru ieħor, kif ukoll kwalunkwe rekwiżit ta' kworum skont kif ikun xieraq.
Artikolu 77
Kompiti tal-Bord Amministrattiv
1. Il-Bord Amministrattiv għandu jiżgura li l-Aġenzija twettaq il-ħidma fdata lilha, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, u għandu jieħu kwalunkwe deċiżjoni meħtieġa għal dak il-għan. Dan ma għandux jaffettwa l-kompetenzi fdati lill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għall-attivitajiet fil-qafas tal-Kapitolu II tat-Titolu V.
2. Il-Bord Amministrattiv għandu wkoll:
(a) |
jadotta, sal-15 ta' Novembru ta' kull sena, il-programm ta' ħidma tal-Aġenzija għas-sena ta' wara, wara li tkun ġiet inkorporata fih, mingħajr ebda tibdil, it-taqsima mfassla mill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, skont il-punt (b) tal-Artikolu 80, u wara li jkun irċieva l-opinjoni tal-Kummissjoni; |
(b) |
jadotta, sat-30 ta' Ġunju tal-ewwel sena tal-qafas finanzjarju pluriennali previst skont l-Artikolu 312 TFUE, il-programm ta' ħidma pluriennali tal-Aġenzija għall-perjodu kopert minn dak il-qafas finanzjarju pluriennali wara li tkun ġiet inkorporata fih, mingħajr ebda tibdil, it-taqsima mfassla mill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà skont il-punt (a) tal-Artikolu 80 ta' dan ir-Regolament u wara li jkun irċieva l-opinjoni tal-Kummissjoni. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi kkonsultat dwar il-programm ta' ħidma pluriennali, dment li l-għan tal-konsultazzjoni jkun skambju ta' fehmiet u l-eżitu ma jkunx vinkolanti fuq l-Aġenzija. |
(c) |
iwettaq il-funzjonijiet baġitarji stipulati fl-Artikolu 84(5), (6), (10) u (11); |
(d) |
jissorvelja l-operat taċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sigurtà ta' Galileo kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 34(5); |
(e) |
jadotta arranġamenti għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (46), skont l-Artikolu 94 ta' dan ir-Regolament; |
(f) |
japprova l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 98, wara li jikkonsulta l-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-arranġamenti dwar l-akkreditazzjoni tas-sigurtà; |
(g) |
jadotta l-proċeduri tekniċi meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tiegħu; |
(h) |
jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet u l-prospetti tal-Aġenzija, wara li tkun ġiet inkorporata fih, mingħajr ebda tibdil, it-taqsima mfassla mill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà skont il-punt (c) tal-Artikolu 80 u jibagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, sal-1 ta' Lulju ta’ kull sena; |
(i) |
jiżgura segwitu adegwat għas-sejbiet u għar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-evalwazzjonijiet u mill-awditi msemmija fl-Artikolu 102, kif ukoll dawk li jirriżultaw minn investigazzjonijiet imwettqa mill- OLAF u mir-rapporti kollha ta' awditjar intern jew estern, u jibgħat l-informazzjoni kollha rilevanti għall-eżitu tal-proċeduri ta' evalwazzjoni lill-awtorità baġitarja; |
(j) |
jiġi kkonsultat mid-Direttur Eżekuttiv dwar l-FFPA msemmi fl-Artikolu 31u l-ftehimiet ta' kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 27(3) u l-Artikolu 29(5) qabel ma jiġu ffirmati; |
(k) |
jadotta r-regoli dwar is-sigurtà tal-Aġenzija kif imsemmija fl-Artikolu 96; |
(l) |
japprova strateġija kontra l-frodi, abbażi ta' proposta mid-Direttur Eżekuttiv,; |
(m) |
fejn ikun meħtieġ u abbażi ta' proposti mid-Direttur Eżekuttiv, japprova l-istrutturi organizzattivi msemmija fil-punt (l) tal-Artikolu 79(1); |
(n) |
jaħtar Uffiċjal tal-Kontabbiltà, li jista' jkun l-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni, li għandu jkun
|
(o) |
jadotta u jippubblika r-regoli ta' proċedura tiegħu. |
3. Fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, il-Bord Amministrattiv għandu jeżerċita s-setgħat ikkonferiti bir-Regolamenti tal-Persunal fuq l-awtorità tal-ħatra u bil-Kondizzjonijiet tal-Impjieg fuq l-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi kuntratti ta' impjieg (is-"setgħat tal-awtorità tal-ħatra").
Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta, skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, deċiżjoni abbażi tal-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 6 tal-Kondizzjonijiet tal-Impieg li tiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u li tiddefinixxi l-kondizzjonijiet li bihom din id-delega tas-setgħat tista' tiġi sospiża. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta lura lill-Bord Amministrattiv dwar l-eżerċizzju ta' dawk is-setgħat delegati. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun awtorizzat li jissottodelega dawk is-setgħat.
B'applikazzjoni tat-tieni sottoparagrafu ta' dan il-paragrafu, fejn ċirkostanzi eċċezzjonali jkunu jirrikjedu li dan isir, il-Bord Amministrattiv jista' jissospendi temporanjament, permezz ta' deċiżjoni, id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u dawk sottodelegati mid-Direttur Eżekuttiv, u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal ieħor għajr id-Direttur Eżekuttiv.
B'deroga mit-tieni sottoparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-Bord Amministrattiv għandu jkun meħtieġ jiddelega lill-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà s-setgħat imsemmija fl-ewwel sottoparagrafu fir-rigward tar-reklutaġġ, il-valutazzjoni u l-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-persunal involut fl-attivitajiet koperti bil-Kapitolu II tat-Titolu V kif ukoll il-miżuri dixxiplinari li jridu jittieħdu fir-rigward ta' tali persunal.
Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg b'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal. Għandu jikkonsulta l-ewwel lill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà u mbagħad iqis l-osservazzjonijiet tiegħu fir-rigward tar-reklutaġġ, il-valutazzjoni u l-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-persunal involut fl-attivitajiet skont il-Kapitolu II tat-Titolu V ta' dan ir-Regolament u l-miżuri dixxiplinari rilevanti li jridu jittieħdu.
Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta wkoll deċiżjoni li tistabbilixxi r-regoli dwar l-issekondar ta' esperti nazzjonali lill-Aġenzija. Qabel ma jadotta dik id-deċiżjoni, il-Bord Amministrattiv għandu jikkonsulta lill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà fir-rigward tal-issekondar ta' esperti nazzjonali involuti fl-attivitajiet ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà taħt il-Kapitolu II tat-Titolu V u għandu jqis debitament l-osservazzjonijiet tiegħu.
4. Il-Bord Amministrattiv għandu jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u jista' jestendilu jew itemmlu l-mandat tiegħu skont l-Artikolu 89.
5. Għajr fir-rigward ta' attivitajiet imwettqa skont il-Kapitolu II tat-Titolu V.il-Bord Amministrattiv għandu jeżerċita awtorità dixxiplinari fuq id-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-prestazzjoni tiegħu, b'mod partikolari fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' sigurtà li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Aġenzija.
Artikolu 78
Direttur Eżekuttiv
1. L-Aġenzija għandha tiġi ġestita mid-Direttur Eżekuttiv tagħha. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jagħti rendikont ta' għemilu lill-Bord Amministrattiv.
Dan il-paragrafu ma għandux jaffettwa l-awtonomija jew l-indipendenza tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà u tal-persunal tal-Aġenzija taħt is-superviżjoni tiegħu skont l-Artikolu 82 u għas-setgħat mogħtija lill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà u lill-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà skont l-Artikoli 38 u 81 rispettivament.
2. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni u tal-Bord Amministrattiv, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun indipendenti fit-twettiq ta' dmirijietu u la għandu jfittex u lanqas jieħu struzzjonijiet mingħand xi gvern jew minn xi korp ieħor.
Artikolu 79
Kompiti tad-Direttur Eżekuttiv
1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:
(a) |
jirrappreżenta lill-Aġenzija u jiffirma l-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 27(3), fl-Artikolu 29(5) u fl-Artikolu 31; |
(b) |
iħejji l-ħidma tal-Bord Amministrattiv u jipparteċipa, mingħajr ma jkollu d-dritt tal-vot, fil-ħidma tal-Bord Amministrattiv, soġġett għat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 75(2); |
(c) |
jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-Bord Amministrattiv; |
(d) |
iħejji l-programmi ta' ħidma annwali u pluriennali tal-Aġenzija u jippreżentahom lill-Bord Amministrattiv għall-approvazzjoni, bl-eċċezzjoni tal-partijiet imħejjija u adottati mill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 80; |
(e) |
jimplimenta l-programmi ta' ħidma annwali u pluriennali, bl-eċċezzjoni tal-partijiet implimentati mill-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà; |
(f) |
iħejji rapport ta' progress dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali u, fejn ikun rilevanti, tal-programm ta' ħidma pluriennali għal kull laqgħa tal-Bord Amministrattiv, li jinkorpora, mingħajr ebda tibdil, it-taqsima mħejjija mill-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà; |
(g) |
iħejji r-rapport annwali dwar l-attivitajiet u l-prospetti tal-Aġenzija bl-eċċezzjoni tat-taqsima mħejjija u approvata mill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà skont il-punt (c) tal-Artikolu 80 dwar l-attivitajiet taħt it-Titolu V, u jippreżentah lill-Bord Amministrattiv għall-approvazzjoni; |
(h) |
jieħu ħsieb l-amministrazzjoni ta' kuljum tal-Aġenzija u jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżgura l-funzjonament tal-Aġenzija skont dan ir-Regolament, inkluż l-adozzjoni tal-istruzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni tal-avviżi; |
(i) |
ifassal abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u tan-nefqa għall-Aġenzija skont l-Artikolu 84 u jimplimenta l-baġit skont l-Artikolu 85; |
(j) |
jiżgura li l-Aġenzija, bħala l-operatur taċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sigurtà ta' Galileo, tkun tista' tirrispondi għall-istruzzjonijiet ipprovduti skont id-Deċiżjoni (PESK) 2021/698 u twettaq ir-rwol tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE; |
(k) |
jiżgura ċ-ċirkolazzjoni tal-informazzjoni rilevanti kollha, b'mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà, fl-istruttura tal-aġenzija msemmija fl-Artikolu 72(1); |
(l) |
jistabbilixxi, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għal kwistjonijiet marbuta mal-attivitajiet ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà skont il-Kapitolu II tat-Titolu V, l-istrutturi organizzattivi tal-Aġenzija u jippreżentahom lill-Bord Amministrattiv għall-approvazzjoni. Dawk l-istrutturi għandhom jirriflettu l-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi komponenti tal-Programm; |
(m) |
fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, jeżerċita s-setgħat tal-awtorità tal-ħatra imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 77(3), sal-punt li dawk is-setgħat ikunu ġew iddelegati lilu b'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 77(3); |
(n) |
jiżgura li jiġu pprovduti lill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, lill-korpi msemmija fl-Artikolu 38(3) u fl-Artikolu 82(3) u lill-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà s-servizzi ta' segreterija u r-riżorsi kollha meħtieġa għall-funzjonament tagħhom kif suppost; |
(o) |
bl-eċċezzjoni tat-taqsima tal-pjan ta' azzjoni dwar l-attivitajiet taħt il-Kapitolu II tat-Titolu V, iħejji pjan ta' azzjoni biex jiżgura s-segwitu tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 102u jippreżenta lill-Kummissjoni, wara li jkun inkorpora, mingħajr ebda tibdil, it-taqsima mfassla mill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, jippreżenta rapport ta' progress darbtejn fis-sena, li għandu jiġi ppreżentat ukoll lill-Bord Amministrattiv għall-informazzjoni; |
(p) |
jieħu l-miżuri li ġejjin għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni:
|
(q) |
ifassal strateġija kontra l-frodi għall-Aġenzija li tkun proporzjonata għar-riskju ta' frodi, filwaqt li titqies analiżi tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-miżuri li jridu jiġu implimentati u jitqiesu s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-investigazzjonijiet tal-OLAF u jippreżentaha lill-Bord Amministrattiv għall-approvazzjoni; |
(r) |
jipprovdi rapporti lill-Parlament Ewropew dwar it-twettiq ta' dmirijietu meta jiġi mistieden biex jagħmel dan. Il-Kunsill jista' jistieden lid-Direttur Eżekuttiv biex jirrapporta dwar dmirijietu. |
2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ li membru wieħed jew iktar membri mill-persunal ikun jinsab fi Stat Membru wieħed jew iktar għall-iskop tat-twettiq tal-kompiti tal-Aġenzija b'mod effiċjenti u effettiv. Qabel ma jiddeċiedi li jistabbilixxi uffiċċju lokali, id-Direttur Eżekuttiv għandu jikseb l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, tal-Bord Amministrattiv u tal-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika l-ambitu tal-attivitajiet li jridu jitwettqu fl-uffiċċju lokali b'tali mod li jiġu evitati l-kostijiet bla bżonn u d-duplikazzjoni tal-funzjonijiet amministrattivi tal-Aġenzija. Meta jkun possibbli, l-impatt f'termini ta' baġit u allokazzjoni tal-persunal għandu jiġi inkorporat fl-abbozz ta' dokument uniku ta' programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 84(6).
Artikolu 80
Kompiti ta' ġestjoni tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà
Minbarra l-kompiti msemmija fl-Artikolu 38, il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu, bħala parti mill-ġestjoni tal-Aġenzija:
(a) |
iħejji u japprova dik il-parti tal-programm ta' ħidma pluriennali fir-rigward tal-attivitajiet operazzjonali taħt il-Kapitolu II tat-Titolu V u fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa biex jitwettqu dawk l-attivitajiet, u jippreżentaha lill-Bord Amministrattiv fiż-żmien propizju sabiex tiġi inkorporata fil-programm ta' ħidma pluriennali; |
(b) |
iħejji u japprova dik il-parti tal-programm ta' ħidma annwali fir-rigward tal-attivitajiet operazzjonali taħt il-Kapitolu II tat-Titolu V u fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa biex jitwettqu dawk l-attivitajiet, u jippreżentaha lill-Bord Amministrattiv fi żmien biżżejjed biex tiġi inkorporata fil-programm ta' ħidma annwali; |
(c) |
iħejji u japprova dik il-parti tar-rapport annwali li tikkonċerna l-attivitajiet u l-prospetti tal-Aġenzija taħt il-Kapitolu II tat-Titolu V u r-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa biex jitwettqu dawk l-attivitajiet u l-prospetti, u jippreżentaha lill-Bord Amministrattiv fi biżżejjed biex tiġi inkorporata fir-rapport annwali. |
Artikolu 81
President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà
1. Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jeleġġi President u Viċi President minn fost il-membri tiegħu b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri kollha li jkollhom id-dritt tal-vot. Fejn ma tinkisibx maġġoranza ta' żewġ terzi wara żewġ laqgħat tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, għandha tkun meħtieġa maġġoranza sempliċi.
2. Il-Viċi President għandu awtomatikament jissostitwixxi lill-President jekk il-President ma jkunx jista' jwettaq dmirijietu.
3. Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jkollu s-setgħa li jneħħi mill-kariga lill-President, lill-Viċi President, jew lit-tnejn li huma. Għandu jadotta d-deċiżjoni tat-tneħħija mill-kariga b'maġġoranza ta' żewġ terzi.
4. Il-mandat tal-President u tal-Viċi President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jkun ta' sentejn u jista' jiġġedded darba. Kull mandat għandu jintemm meta dik il-persuna ma tibqax membru tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà.
Artikolu 82
Aspetti organizzattivi tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà
1. Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jkollu aċċess għar-riżorsi umani u materjali kollha meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tiegħu b'mod indipendenti. Għandu jkollu aċċess għal kwalunkwe informazzjoni utli għat-twettiq tal-kompiti tiegħu u li tkun fil-pussess tal-korpi l-oħra tal-Aġenzija, mingħajr preġudizzju għall-prinċipji tal-awtonomija u tal-indipendenza msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 37(.
2. Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà u l-persunal tal-Aġenzija taħt is-superviżjoni tiegħu għandhom iwettqu ħidmiethom b'tali mod li jiżgura l-awtonomija u l-indipendenza fir-rigward tal-attivitajiet l-oħra tal-Aġenzija, b'mod partikolari l-attivitajiet operazzjonali assoċjati mal-esplojtazzjoni tas-sistemi, b'konformità mal-għanijiet tad-diversi komponenti tal-Programm. Membru tal-persunal tal-Aġenzija taħt is-superviżjoni tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà ma għandux jiġi assenjat fl-istess ħin biex iwettaq kompiti oħra fl-Aġenzija.
Għal dak l-għan, għandha tiġi stabbilita segregazzjoni organizzattiva effettiva fl-Aġenzija bejn il-persunal involut fl-attivitajiet taħt il-Kapitolu II tat-Titolu V u l-persunal l-ieħor tal-Aġenzija. Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jinforma minnufih lid-Direttur Eżekuttiv, lill-Bord Amministrattiv u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe ċirkostanza li tista' xxekkel l-awtonomija jew l-indipendenza tiegħu. Fil-każ li ma jinstab ebda rimedju fl-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha teżamina s-sitwazzjoni, b'konsultazzjoni mal-partijiet rilevanti. Abbażi tal-eżitu ta' dak l-eżami, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa ta' mitigazzjoni li jridu jiġu implimentati mill-Aġenzija, u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan.
3. Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jistabbilixxi korpi subordinati speċjali, li jaġixxu fuq l-istruzzjonijiet tiegħu, sabiex jindirizzaw kwistjonijiet speċifiċi. B'mod partikolari, filwaqt li jiżgura l-kontinwità meħtieġa tal-ħidma, għandu jistabbilixxi panel biex iwettaq analiżi u testijiet tas-sigurtà u jipproduċi r-rapporti rilevanti dwar ir-riskji sabiex jgħinuh fit-tħejjija tad-deċiżjonijiet tiegħu. Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà jista' jistabbilixxi u jxolji gruppi ta' esperti sabiex jagħtu kontribut għall-ħidma tal-panel.
Artikolu 83
Kompiti tal-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà
1. Il-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jiżgura li l-Bord iwettaq l-attivitajiet ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà b'mod totalment indipendenti u għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:
(a) |
jiġġestixxi l-attivitajiet ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà taħt is-superviżjoni tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà; |
(b) |
jimplimenta l-parti tal-programmi ta' ħidma annwali u pluriennali tal-Aġenzija taħt il-Kapitolu II tat-Titolu V taħt is-superviżjoni tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà; |
(c) |
jikkoopera mad-Direttur Eżekuttiv sabiex jgħinu jħejji l-abbozz tal-pjan ta' stabbiliment imsemmi fl-Artikolu 84(4) u l-istrutturi organizzattivi tal-Aġenzija; |
(d) |
iħejji t-taqsima tar-rapport ta' progress fir-rigward tal-attivitajiet operazzjonali taħt il-Kapitolu II tat-Titolu V, u jressaqha lill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà u lid-Direttur Eżekuttiv fi żmien biżżejjed biex tkun tista' tiġi inkorporata fir-rapport ta' progress; |
(e) |
iħejji t-taqsima tar-rapport annwali u tal-pjan ta' azzjoni, dwar l-attivitajiet operazzjonali taħt il-Kapitolu II tat-Titolu V, u jippreżentaha lid-Direttur Eżekuttiv fiż-żmien propizju; |
(f) |
jirrappreżenta lill-Aġenzija għall-attivitajiet u għad-deċiżjonijiet koperti bil-Kapitolu II tat-Titolu V; |
(g) |
fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija involut fl-attivitajiet taħt il-Kapitolu II tat-Titolu V, jeżerċita is-setgħat imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 77(3), li jkunu ddelegati lilu skont ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 77(3). |
2. Għall-attivitajiet taħt il-Kapitolu II tat-Titolu V, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jistiednu lill-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għal skambju ta' fehmiet ma' dawk l-istituzzjonijiet dwar il-ħidma u l-prospetti tal-Aġenzija, inkluż fir-rigward tal-programmi ta' ħidma annwali u pluriennali.
KAPITOLU III
Dispożizzjonijiet finanzjarji marbuta mal-Aġenzija
Artikolu 84
Baġit tal-Aġenzija
1. Mingħajr preġudizzju għal riżorsi u għal pagamenti dovuti oħra, id-dħul tal-Aġenzija għandu jinkludi kontribuzzjoni mill-Unjoni mdaħħla fil-baġit tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat bilanċ bejn id-dħul u n-nefqa. L-Aġenzija tista' tirċievi għotjiet ad hoc mill-baġit tal-Unjoni.
2. In-nefqa tal-Aġenzija għandha tkopri n-nefqa għall-persunal, l-amministrazzjoni u l-infrastruttura, il-kostijiet operazzjonali u n-nefqa assoċjata mal-funzjonament tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, inkluż il-korpi msemmija fl-Artikolu 38(3) u fl-Artikolu 82(3), u l-kuntratti u l-ftehimiet konklużi mill-Aġenzija sabiex twettaq il-kompiti fdati lilha.
3. Id-dħul u n-nefqa għandhom ikunu bbilanċjati.
4. Id-Direttur Eżekuttiv, b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għall-attivitajiet taħt il-Kapitolu II tat-Titolu V, għandu jfassal abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u tan-nefqa għall-Aġenzija għas-sena finanzjarja li jmiss, filwaqt li jagħmel distinzjoni ċara bejn dawk l-elementi tal-abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi, marbuta mal-attivitajiet ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà, u dawk marbuta mal-attivitajiet l-oħra tal-Aġenzija. Il-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà jista' jikteb dikjarazzjoni dwar dak l-abbozz, u d-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat kemm l-abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi kif ukoll id-dikjarazzjoni lill-Bord Amministrattiv u lill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, flimkien ma' abbozz tal-pjan ta' stabbiliment.
5. Kull sena, abbażi tal-abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u tan-nefqa u b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għall-attivitajiet taħt il-Kapitolu II tat-Titolu V, il-Bord Amministrattiv għandu jfassal id-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u tan-nefqa għall-Aġenzija għas-sena finanzjarja li jmiss.
6. Sal-31 ta' Jannar ta’ kull sena, il-Bord Amministrattiv għandu jibgħat abbozz ta' dokument uniku ta' programmazzjoni li jinkludi, fost affarijiet oħra, dikjarazzjoni tal-estimi, abbozz ta' pjan ta' stabbiliment u programm ta' ħidma annwali proviżorju lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi terzi jew lill-organizzazzjonijiet internazzjonali li l-Aġenzija tkun daħlet f'arranġamenti magħhom skont l-Artikolu 98.
7. Il-Kummissjoni għandha tibgħat id-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u tan-nefqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ("l-awtorità baġitarja") flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
8. Abbażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea l-estimi li tqis li jkunu meħtieġa għall-pjan ta' stabbiliment u l-ammont tas-sussidju li jrid jitħallas mill-baġit ġenerali. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-abbozz tal-baġit ġenerali lill-awtorità baġitarja skont l-Artikolu 314 TFUE.
9. L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni lill-Aġenzija u għandha tadotta l-pjan ta' stabbiliment għall-Aġenzija.
10. Il-baġit għandu jiġi adottat mill-Bord Amministrattiv. Għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Fejn ikun meħtieġ, il-baġit għandu jiġi aġġustat skont dan.
11. Il-Bord Amministrattiv għandu, mill-iktar fis possibbli, jinnotifika lill-awtorità baġitarja bl-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kwalunkwe proġett li jkun ser ikollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-finanzjament tal-baġit, b'mod partikolari kwalunkwe proġett marbut ma' proprjetà bħall-kiri jew ix-xiri ta' bini. Il-Bord Amministrattiv għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan.
12. Fejn fergħa tal-awtorità baġitarja tkun innotifikat l-intenzjoni tagħha li toħroġ opinjoni, din għandha tibgħat l-opinjoni tagħha lill-Bord Amministrattiv fi żmien perjodu ta' sitt ġimgħat mid-data tan-notifika tal-proġett.
Artikolu 85
Implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija
1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplementa l-baġit tal-Aġenzija.
2. Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jikkomunika lill-awtorità baġitarja l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom ta' evalwazzjoni.
Artikolu 86
Preżentazzjoni tal-kontijiet tal-Aġenzija u kwittanza
Il-preżentazzjoni tal-kontijiet proviżorji u finali tal-Aġenzija u l-kwittanza għandhom isegwu r-regoli u l-iskeda tar-Regolament Finanzjarju u tar-regolament finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 87
Dispożizzjonijiet finanzjarji marbuta mal-Aġenzija
Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija għandhom jiġu adottati mill-Bord Amministrattiv wara li jikkonsulta lill-Kummissjoni. Dawk ir-regoli ma għandhomx jitbiegħdu mir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament Finanzjarju, sakemm tali tbegħid ma jkunx meħtieġ speċifikament għall-operat tal-Aġenzija u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel.
KAPITOLU IV
Riżorsi umani tal-Aġenzija
Artikolu 88
Persunal tal-Aġenzija
1. Ir-Regolamenti tal-Persunal, il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni għall-iskopijiet tal-applikazzjoni ta' dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg għandhom japplikaw għall-persunal impjegat mill-Aġenzija.
2. Il-persunal tal-Aġenzija għandu jikkonsisti minn aġenti impjegati mill-Aġenzija kif meħtieġ biex twettaq il-kompiti tagħha. Dawn għandu jkollhom approvazzjoni tas-sigurtà xierqa għall-klassifikazzjoni tal-informazzjoni li jittrattaw.
3. Ir-regoli interni tal-Aġenzija, bħal ma huma r-regoli ta' proċedura tal-Bord Amministrattiv, ir-regoli ta' proċedura tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija, ir-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal u r-regoli għall-aċċess għad-dokumenti, għandhom jiżguraw l-awtonomija u l-indipendenza tal-persunal li jwettaq l-attivitajiet ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà fil-konfront tal-persunal li jwettaq l-attivitajiet l-oħra tal-Aġenzija, skont il-punt(i) tal-Artikolu 37.
Artikolu 89
Ħatra u mandat tad-Direttur Eżekuttiv
1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi rreklutat bħala aġent temporanju tal-Aġenzija skont il-punt (a) tal-Artikolu 2 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg .
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord Amministrattiv abbażi tal-mertu u tal-ħiliet amministrattivi u maniġerjali ddokumentati, kif ukoll abbażi tal-kompetenza u tal-esperjenza rilevanti, minn lista ta' mill-inqas tliet kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara kompetizzjoni miftuħa u trasparenti, wara l-pubblikazzjoni ta' sejħa għal espressjonijiet ta' interess f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew xi mkien ieħor.
Il-kandidat li jintgħażel mill-Bord Amministrattiv għall-kariga ta' Direttur Eżekuttiv jista' jiġi mistieden mill-iktar fis biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u biex iwieġeb mistoqsijiet mill-membri tiegħu.
Il-President tal-Bord Amministrattiv għandu jirrappreżenta lill-Aġenzija għall-iskop tal-konklużjoni tal-kuntratti tad-Direttur Eżekuttiv.
Il-Bord Amministrattiv għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu għall-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu.
2. Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin. Fi tmiem dak il-mandat, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, filwaqt li tqis il-kompiti u l-isfidi li tkun ser tiffaċċa l-Aġenzija fil-ġejjieni.
Abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni li tqis il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Bord Amministrattiv jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba għal perjodu ta' żmien sa ħames snin.
Kwalunkwe deċiżjoni ta' estensjoni tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandha tiġi adottata b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tal-Bord Amministrattiv.
Wara li jkun ġie estiż il-mandat ta' Direttur Eżekuttiv, dan ma jkunx jista' jipparteċipa fi proċedura tal-għażla għall-istess kariga.
Il-Bord Amministrattiv għandu jinforma lill-Parlament Ewropew bl-intenzjoni tiegħu li jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv. Qabel l-estensjoni, id-Direttur Eżekuttiv jista' jiġi mistieden biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitati rilevanti tal-Parlament Ewropew u biex iwieġeb il-mistoqsijiet tal-membri tagħhom.
3. Il-Bord Amministrattiv jista' jneħħi lid-Direttur Eżekuttiv mill-kariga tiegħu, abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni jew abbażi ta' terz tal-membri tiegħu, permezz ta' deċiżjoni adottata minn maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu.
4. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jistiednu lid-Direttur Eżekuttiv għal skambju ta' fehmiet quddiem dawk l-istituzzjonijiet dwar il-ħidma u l-prospetti tal-Aġenzija, inkluż fir-rigward tal-programmi ta' ħidma annwali u pluriennali. Dak l-iskambju ta' fehmiet ma għandux ikun fuq kwistjonijiet marbuta mal-attivitajiet ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà taħt il-Kapitolu II tat-Titolu V.
Artikolu 90
Sekondar ta' esperti nazzjonali lill-Aġenzija
L-Aġenzija tista' timpjega esperti nazzjonali mill-Istati Membri, kif ukoll, skont l-Artikolu 98(2), esperti nazzjonali minn pajjiżi terzi u minn organizzazzjonijiet internazzjonali li jipparteċipaw fil-ħidma tal-Aġenzija. Dawn l-esperti għandu jkollhom approvazzjoni tas-sigurtà xierqa għall-klassifikazzjoni tal-informazzjoni li jkunu qed jittrattaw, skont l-Artikolu 43(2). Ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ma għandhomx japplikaw għal dan il-persunal.
KAPITOLU V
Dispożizzjonijiet oħra
Artikolu 91
Privileġġi u immunitajiet
Il-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea anness mat-TUE u mat-TFUE għandu japplika għall-Aġenzija u għall-persunal tagħha.
Artikolu 92
Ftehim dwar il-kwartieri ġenerali u ftehimiet ta' akkoljenza dwar l-uffiċċji lokali
1. L-arranġamenti meħtieġa fir-rigward tal-akkomodazzjoni li trid tiġi pprovduta għall-Aġenzija fl-Istat Membru ospitanti fejn tkun tinsab is-sede tal-Aġenzija u l-faċilitajiet li dak l-Istat Membru jrid jara li jkunu disponibbli flimkien mar-regoli speċifiċi applikabbli fl-Istat Membru ospitanti għad-Direttur Eżekuttiv, għall-membri tal-Bord Amministrattiv, għall-persunal tal-Aġenzija u għall-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim dwar il-kwartieri ġenerali bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru kkonċernat fejn tkun tinsab is-sede. Il-ftehim dwar il-kwartieri ġenerali għandu jiġi konkluż wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Bord Amministrattiv.
2. Fejn ikun meħtieġ għall-operat ta’ uffiċċju lokali tal-Aġenzija, stabbilit fżkonformità mal-Artikolu 79(2), għandu jiġi konkluż ftehim tal-akkoljenza bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru kkonċernat fejn jinsab l-uffiċċju lokali wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Bord Amministrattiv.
3. L-Istati Membri ospitanti tal-Aġenzija għandhom jipprovdu l-aqwa kondizzjonijiet possibbli biex jiġi żgurat il-funzjonament effiċjenti u bla intoppi tal-Aġenzija, inkluż skejjel b'orjentazzjoni Ewropea multilingwi u konnessjonijiet tat-trasport adattati.
Artikolu 93
Arranġamenti lingwistiċi għall-Aġenzija
1. Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 (48) għandu japplika għall-Aġenzija.
2. Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 94
Politika dwar l-aċċess għad-dokumenti li jkollha l-Aġenzija
1. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għad-dokumenti li jkollha l-Aġenzija.
2. Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta arranġamenti għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.
3. Id-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Aġenzija skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta' lment lill-Ombudsman jew ta' azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikoli 228 u 263 TFUE rispettivament.
Artikolu 95
Prevenzjoni tal-frodi mill-Aġenzija
1. Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, fi żmien sitt xhur mill-jum li ssir operattiva l-Aġenzija għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (49) u tadotta dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tal-Aġenzija billi tuża l-mudell tad-deċiżjoni stabbilit fl-Anness ta' dak il-Ftehim.
2. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħa tal-awditjar, abbażi ta' dokumenti u fuq il-post, fir-rigward tal-benefiċjarji tal-għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi mill-Unjoni mingħand l-Aġenzija.
3. L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' għotja jew ma' kuntratt iffinanzjati mill-Aġenzija, b'konformità mad-dispożizzjonijiet u mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 u fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.
4. Il-ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, il-kuntratti, il-ftehimiet dwar għotjiet u d-deċiżjonijiet dwar għotjiet tal-Aġenzija għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jagħtu espliċitament is-setgħa lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu dak l-awditjar u dawk l-investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom. Dan ma għandux jaffettwa il-paragrafi 1, 2 u 3.
Artikolu 96
Protezzjoni ta' IKUE jew ta' informazzjoni sensittiva mhux klassifikata mill-Aġenzija
Soġġett għall-konsultazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tadotta r-regoli tas-sigurtà tagħha stess li jkunu ekwivalenti għar-regoli tas-sigurtà tal-Kummissjoni għall-protezzjoni tal-IKUE u tal-informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, inkluż ir-regoli dwar l-iskambju, l-ipproċessar u l-ħżin ta' tali informazzjoni, skont id-Deċiżjonijiet (UE, Euratom) 2015/443 u (UE, Euratom) 2015/444
Artikolu 97
Responsabbiltà tal-Aġenzija
1. Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Aġenzija għandha tiġi rregolata bil-liġi applikabbli għall-kuntratt inkwistjoni.
2. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġurisdizzjoni li toħroġ sentenza fir-rigward ta' kwalunkwe klawżola li jkun hemm f'kuntratt konkluż mill-Aġenzija.
3. Fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Aġenzija, b'konformità mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, għandha tagħmel tajjeb għal kwalunkwe dannu kkawżat mid-dipartimenti tagħha jew mill-aġenti impjegati magħha fit-twettiq ta' dmirijiethom.
4. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġurisdizzjoni fit-tilwimiet dwar il-kumpens għad-danni msemmija fil-paragrafu 3.
5. Ir-responsabbiltà personali tal-aġenti fil-konfront tal-Aġenzija li timpjegahom għandha tkun irregolata bid-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal jew fil-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għalihom.
Artikolu 98
Kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali
1. L-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali li jkunu daħlu fi ftehimiet internazzjonali mal-Unjoni għal dan ir-rigward.
2. Fil-qafas tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 43, għandhom jiġu żviluppati arranġamenti li jispeċifikaw, b'mod partikolari, in-natura, il-livell u l-mod kif il-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kkonċernati jridu jipparteċipaw fil-ħidma tal-Aġenzija, inkluż id-dispożizzjonijiet marbuta mal-parteċipazzjoni fl-inizjattivi mwettqa mill-Aġenzija, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u l-persunal. Fir-rigward tal-kwistjonijiet tal-persunal, dawk l-arranġamenti għandhom, fi kwalunkwe każ, ikunu konformi mar-Regolamenti tal-Persunal. Meta jkun rilevanti, dawn għandhom jinkludu wkoll dispożizzjonijiet dwar l-iskambju u l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.
3. Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta strateġija dwar ir-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, fil-qafas tal-ftehimiet internazzjonali msemmija fil-paragrafu 1, fir-rigward ta' kwistjonijiet li għalihom tkun kompetenti l-Aġenzija.
4. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, fir-relazzjonijiet tagħha ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, l-Aġenzija taġixxi skont il-mandat tagħha u l-qafas istituzzjonali eżistenti billi tikkonkludi arranġament xieraq ta' ħidma mad-Direttur Eżekuttiv.
Artikolu 99
Kunflitti ta' interess
1. Il-Membri tal-Bord Amministrattiv u tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, id-Direttur Eżekuttiv, l-esperti nazzjonali ssekondati u l-osservaturi għandhom jagħmlu dikjarazzjoni tal-impenji u dikjarazzjoni tal-interessi fejn jindikaw l-assenza jew l-eżistenza ta' kwalunkwe interess dirett jew indirett li jista' jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom. Dawk id-dikjarazzjonijiet għandhom
(a) |
ikunu preċiżi u kompluti, |
(b) |
isiru bil-miktub mad-dħul fis-servizz tal-persuni kkonċernati u |
(c) |
jiġġeddu kull sena; u |
(d) |
jiġu aġġornati kull meta jkun meħtieġ, b'mod partikolari fil-każ ta' tibdil rilevanti fiċ-ċirkostanzi personali tal-persuni kkonċernati. |
2. Qabel kwalunkwe laqgħa li jridu jattendu, il-membri tal-Bord Amministrattiv u tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, id-Direttur Eżekuttiv, l-esperti nazzjonali ssekondati, l-osservaturi u l-esperti esterni li jipparteċipaw fi gruppi ta' ħidma ad hoc għandhom jiddikjaraw b'mod preċiż u komplut l-assenza jew l-eżistenza ta' kwalunkwe interess li jista' jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom fir-rigward ta' kwalunkwe punt fuq l-aġenda u, jekk tali interess jeżisti, għandu jastjeni milli jipparteċipa fid-diskussjoni u milli jivvota dwar tali punti.
3. Il-Bord Amministrattiv u l-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandhom jistabbilixxu, fir-regoli ta' proċedura tagħhom, l-arranġamenti prattiċi għar-regoli dwar id-dikjarazzjoni tal-interessi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u għall-prevenzjoni u għall-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess.
TITOLU X
PROGRAMMAZZJONI, MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U KONTROLL
Artikolu 100
Programm ta' ħidma
Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju, li għandhom ikunu programmi ta' ħidma speċifiċi u totalment separati għal kull wieħed mill-komponenti tal-Programm. Il-programmi ta' ħidma għandhom jistabbilixxu l-azzjonijiet u l-baġit assoċjat meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm u, fejn ikun applikabbli, l-ammont globali riżervat għal operazzjonijiet ta' taħlit.
Il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta’ ħidma permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).
Artikolu 101
Monitoraġġ u rapportar
1. L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm biex jintlaħqu l-għanijiet ġenerali u speċifiċi stipulati fl-Artikolu 4 huma stabbiliti fl-Anness.
2. Sabiex tiżgura l-valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 105, biex temenda l-Anness fir-rigward tal-indikaturi fejn jitqies li dan ikun meħtieġ kif ukoll biex tissupplimenta dan ir-Regolament b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni.
3. Fejn meħtieġ minħabba raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, il-proċedura prevista fl-Artikolu 106 għandha tapplika għal atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.
4. Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u r-riżultati tal-Programm jinġabru b'mod effiċjenti, effettiv u rapidu.
Għal dak l-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti proporzjonati ta' rapportar fuq ir-riċevituri tal-fondi mill-UE u, fejn ikun xieraq, fuq l-Istati Membri.
5. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, ir-riċevituri tal-fondi mill-Unjoni għandhom jipprovdu l-informazzjoni xierqa. Id-data meħtieġa għall-verifika tal-prestazzjoni għandha tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv u rapidu.
Artikolu 102
Evalwazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet f'waqthom tal-Programm sabiex jagħtu kontribut fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
2. Sat-30 ta' Ġunju 2024, u kull erba' snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni tal-Programm. L-evalwazzjoni għandha tkopri l-komponenti u l-azzjonijiet kollha tal-Programm. Għandha tivvaluta
(a) |
il-prestazzjoni tas-servizzi pprovduti taħt il-Programm, |
(b) |
l-evoluzzjoni tal-ħtiġijiet tal-utenti tal-Programm; u |
(c) |
meta tevalwa l-implimentazzjoni ta' Galileo, Copernicus u EGNOS, l-evoluzzjoni tal-kapaċitajiet disponibbli għall-kondiviżjoni u l-akkomunament, jew, meta meta tevalwa l-implimentazzjoni ta' Galileo, Copernicus u EGNOS, l-evalwazzjoni tas-servizzi offruti mill-kompetituri. |
Għal kull wieħed mill-komponenti tal-Programm, l-evalwazzjoni għandha, abbażi ta' analiżi tal-kostijiet u tal-benefiċċji, tivvaluta wkoll l-impatt tal-evoluzzjonijiet imsemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, inkluż il-ħtieġa li tinbidel il-politika tal-ipprezzar jew il-ħtieġa ta' aktar infrastruttura spazjali jew ta' fuq l-art.
Jekk ikun meħtieġ, l-evalwazzjoni għandha tkun akkumpanjata bi proposta xierqa.
3. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
4. L-entitajiet involuti fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jipprovdu d-data u l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għall-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
5. Sat-30 ta' Ġunju 2024, u kull erba' snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-prestazzjoni tal-Aġenzija, b'rabta mal-għanijiet, mal-mandat u mal-kompiti tagħha, skont il-linji gwida tal-Kummissjoni. L-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji. B'mod partikolari, l-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi modifikat il-mandat tal-Aġenzija, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe tali modifika. Għandha wkoll tindirizza l-politika tal-Aġenzija dwar il-kunflitti ta' interess u l-indipendenza u l-awtonomija tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà. Il-Kummissjoni tista' tevalwa wkoll il-prestazzjoni tal-Aġenzija biex tivvaluta l-possibbiltà li tinkarigaha b'kompiti addizzjonali, skont l-Artikolu 29(3). Jekk ikun meħtieġ, l-evalwazzjoni għandha tkun akkumpanjata bi proposta xierqa.
Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li ma jkunx għad hemm raġunijiet biex l-Aġenzija tkompli twettaq l-attivitajiet tagħha, minħabba l-għanijiet, il-mandat u l-kompiti tagħha, tista' tipproponi li temenda dan ir-Regolament kif ikun xieraq.
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-evalwazzjoni tal-Aġenzija kif ukoll il-konklużjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bord Amministrattiv u lill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà tal-Aġenzija. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 103
Awditi
L-awditi dwar l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mwettqa minn persuni jew minn entitajiet, inkluż minn oħrajn mhux imqabbda mill-istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni, għandhom jiffurmaw il-bażi tal-garanzija globali skont l-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 104
Protezzjoni tad-data personali u tal-privatezza
1. Id-data personali kollha li tintuża fil-kuntest tal-kompiti u tal-attivitajiet previsti f'dan ir-Regolament, inkluż mill-Aġenzija, għandha tiġi pproċessata skont id-dritt applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali, b'mod partikolari r-Regolamenti (UE) 2016/679 (50) u (UE)2018/1725 (51) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
2. Il-Bord Amministrattiv għandu jistabbilixxi miżuri għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 mill-Aġenzija, inkluż dawk li jikkonċernaw il-ħatra ta' Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Aġenzija. Dawk il-miżuri għandhom jiġu stabbiliti wara li jiġi kkonsultat il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
TITOLU XI
DELEGA U MIŻURI TA' IMPLIMENTAZZJONI
Artikolu 105
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija kkonferita lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 53 u 101 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 53 u 101 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data iktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 53 u 101 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kemm il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 106
Proċedura ta' urġenza
1. L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta' urġenza.
2. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 105(6). F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
Artikolu 107
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat tal-Programm. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Il-kumitat tal-Programm għandu jiltaqa' f'konfigurazzjonijiet differenti speċifiċi kif ġej:
(a) |
Galileo u EGNOS; |
(b) |
Copernicus; |
(c) |
SSA; |
(d) |
GOVSATCOM; |
(e) |
Konfigurazzjoni tas-Sigurtà: l-aspetti kollha tas-sigurtà tal-Programm, mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà: rappreżentanti tal-ESA u tal-Aġenzija jistgħu jiġu mistiedna jieħdu sehem bħala osservaturi: L-Is-SEAE għandu jiġi mistieden ukoll biex jassisti; |
(f) |
Konfigurazzjoni orizzontali: ħarsa ġenerali strateġika lejn l-implimentazzjoni tal-Programm, koerenza bejn il-komponenti differenti tal-Programm, miżuri trasversali u allokazzjoni mill-ġdid tal-baġit kif imsemmi fl-Artikolu 11. |
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
4. Meta l-kumitat tal-Programm ma jagħti ebda opinjoni dwar l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 34(2) ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
5. B'konformità mal-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni, ir-rappreżentanti ta' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jiġu mistiedna bħala osservaturi fil-laqgħat tal-kumitat tal-Programm skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-regoli ta' proċedura, tiegħu filwaqt li titqies is-sigurtà tal-Unjoni.
6. Il-kumitat tal-Programm għandu, skont ir-regoli ta' proċedura tiegħu, jistabbilixxi l-"Forum tal-Utenti", bħala grupp ta' ħidma biex jagħti pariri lill-Kumitat tal-Programm dwar l-aspetti tar-rekwiżiti tal-utenti, l-evoluzzjoni tas-servizzi u l-adozzjoni mill-utenti. Il-Forum tal-Utenti għandu jimmira li jiggarantixxi involviment kontinwu u effettiv tal-utenti u għandu jiltaqa' f'konfigurazzjonijiet speċifiċi għal kull wieħed mill-komponenti tal-Programm.
TITOLU XII
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI
Artikolu 108
Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità
1. Ir-riċevituri ta' finanzjament mill-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini ta' dawk il-fondi u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament mill-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż lill-media u lill-pubbliku.
2. Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, mal-azzjonijiet li jittieħdu skont il-Programmu mar-riżultati miksuba.
Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawk il-prijoritajiet ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4.
3. L-Aġenzija tista' tinvolvi ruħha f'attivitajiet ta' komunikazzjoni fuq l-inizjattiva tagħha stess fil-qasam ta' kompetenza tagħha. L-allokazzjoni tar-riżorsi għal attivitajiet ta' komunikazzjoni ma għandhomx ikunu ta' detriment għat-twettiq effettiv tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 29. Tali attivitajiet ta' komunikazzjoni għandhom isiru skont il-pjanijiet rilevanti ta' komunikazzjoni u ta' disseminazzjoni adottati mill-Bord Amministrattiv.
Artikolu 109
Tħassir
1. Ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE jitħassru b'effett mill-1 ta' Jannar 2021.
2. Referenzi għall-atti mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 110
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u kontinwità tas-servizzi wara l-2027
1. Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, skont ir-Regolamenti (UE) Nru 911/2010, (UE) Nru 1285/2013 u (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE, li għandhom jibqgħu japplikaw għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom. B'mod partikolari, il-Konsorzju stabbilit skont l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 541/2014/UE għandu jipprovdi s-servizzi tal-SST sa tliet xhur wara l-iffirmar mill-Entitajiet Nazzjonali Kostitwenti tal-ftehim tas-sħubija SST previst fl-Artikolu 58 ta' dan ir-Regolament.
2. Il-pakkett finanzjarju għall-Programm jista' jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati skont ir-Regolamenti (UE) Nru 1285/2013 u (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE.
3. Jekk ikun meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż neċessarji biex jinkisbu l-għanijiet previsti fl-Artikolu 4, sabiex jippermettu l-ġestjoni ta' azzjonijiet mhux ikkompletati sa tmiem il-Programm, kif ukoll spejjeż li jkopru attivitajiet operazzjonali kritiċi u l-forniment ta' servizzi, inkluż permezz tal-FPPA u ftehimiet ta' kontribuzzjoni.
Artikolu 111
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil- jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2021.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill.
Il-President
A. P. ZACARIAS
(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tad-19 ta' April 2021 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1
(3) Regolament (UE) 2021/695. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni (ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(4) Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ĠU L 107, 26.3.21 p.30).
(5) Regolament (UE) 2021/697. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092 (ara paġna 149 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(6) ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 28.
(7) ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.
(8) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).
(9) Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1)
(10) Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
(11) Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(12) Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(13) Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(15) Id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (ĠU L 81, 21.3.2012, p. 7).
(16) Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta’ strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11).
(17) ĠU L 261, 6.8.2004, p. 64.
(18) Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li tistabbilixxi Qafas għall-Appoġġ tas-Sorveljanza u l-Insegwiment fl-Ispazju (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 227)
(19) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/698 tad-30 ta’ April 2021 dwar is-sigurtà tas-sistemi u s-servizzi skjerati, operati u użati taħt il-Programm Spazjali tal-Unjoni li jistgħu jaffettwaw is-sigurtà tal-Unjoni, u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/496/PESK (ara paġna 178 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(20) Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (2010/427/UE) (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).
(21) Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).
(22) Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).
(23) Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni (ĠU L 79I, 21.3.2019, p. 1).
(24) Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).
(25) Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002 u r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 1).
(26) Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/224 tat-8 ta' Frar 2017 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali li jippermettu lis-servizz kummerċjali offrut mis-sistema stabbilita skont il-programm Galileo jissodisfa l-funzjoni prevista fl-Artikolu 2(4)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 34, 9.2.2017, p. 36-40.
(27) Ir-Regolament (UE) Nru 377/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Programm Copernicus u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 911/2010 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 44).
(28) Ir-Regolament (UE) Nru 911/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar il-Programm Ewropew ta' Monitoraġġ tad-Dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu (2011-2013)(ĠU L 276, 20.10.2010, p. 1).
(29) Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).
(30) Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 90).
(31) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1159/2013 tat- 12 ta’ Lulju 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 911/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm Ewropew ta’ monitoraġġ tad-dinja (GMES) billi jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ reġistrazzjoni u ta’ liċenzjar għall-utenti tal-GMES u jiddefinixxi l-kriterji għar-restrizzjoni tal-aċċess għad-dejta ddedikata tal-GMES u l-informazzjoni ta’ servizz tal-GMES (ĠU L 309, 19.11.2013, p. 1).
(32) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(33) Deċiżjoni meħuda bi ftehim komuni bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-10 ta’ Diċembru 2010 dwar il-post tas-Sede tal-Aġenzija Ewropea GNSS((2010/803/UE) (ĠU L 342, 28.12.2010, p. 15).
(34) Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/413 tat-18 ta' Marzu 2016 li tiddetermina l-lokalizzazzjoni tal-infrastruttura tas-sistema stabbilita skont il-programm Galileo u li tipprevedi l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-operat tiegħu u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/117/UE (ĠU L 74, 19.3.2016, p. 45).
(35) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(36) Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 11).
(37) Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat- 13 ta' Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).
(38) Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 (ĠU L 166, 11.5.2021, p.1).
(39) Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2011 dwar ir-regoli ta' aċċess għas-servizz pubbliku regolat offrut mis-sistema dinjija ta' navigazzjoni bis-satellita li ġiet stabbilita taħt il-programm Galileo (ĠU L 287, 4.11.2011, p. 1).
(40) Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
(41) Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
(42) Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76)..
(43) Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni tal-15.9.2015 li tissupplimenta d-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jirrigwarda l-istandards minimi komuni li jridu jiġu rrispettati mill-awtoritajiet kompetenti tal-PRS (C(2015) 6123).
(44) Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni ta’ l-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom (ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75).
(45) Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1406 tal-31 ta' Lulju 2017 li tiddetermina fejn se tkun tinsab l-infrastruttura terrestri tas-sistema EGNOS (ĠU L 200, 1.8.2017, p. 4).
(46) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(48) Ir-Regolament Nru 1 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385).
(49) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.
(50) Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119 4.5.2016, p. 1)
(51) Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39)
ANNESS
INDIKATURI EWLENIN
L-indikaturi ewlenin għandhom jistrutturaw il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-programm favur l-għanijiet tiegħu msemmija fl-Artikolu 4, sabiex jiġu minimizzati l-kostijiet u l-piżijiet amministrattivi.
1.
Għal dak il-għan, fir-rigward tar-rappurtar annwali, għandha tinġabar data fir-rigward tas-sett li ġej ta' indikaturi ewlenin li għalihom id-dettalji ta' implimentazzjoni, bħal ma huma l-metrika, iċ-ċifri u l-valuri nominali u l-limiti assoċjati, inkluż data kwantitattiva u studji tal-każijiet kwalitattivi, skont ir-rekwiżiti tal-missjonijiet applikabbli u l-prestazzjoni mistennija, għandhom jiġu definiti fil-ftehimiet konklużi mal-entitajiet nkarigati:
1.1.
Għan speċifiku msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 4(2)Indikatur Nru 1: Akkuratezza tas-servizzi ta' navigazzjoni u kronometraġġ ipprovduti minn Galileo u minn EGNOS separatament
Indikatur Nru 2: Disponibbiltà u kontinwità tas-servizzi pprovduti minn Galileo u minn EGNOS separatament
Indikatur Nru 3: Kopertura ġeografika tas-servizzi ta' EGNOS u l-għadd ta' proċeduri ta' EGNOS ippubblikati (kemm APV-I kif ukoll LPV-200)
Indikatur Nru 4: Sodisfazzjon tal-utenti tal-Unjoni fir-rigward tas-servizzi ta' Galileo u ta' EGNOS
Indikatur Nru 5: Sehem ta' riċevituri kompatibbli ma' Galileo u ma' EGNOS fis-suq dinji u tas-Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita/Sistema ta' Awmentazzjoni bis-Satellita (GNSS/SBAS).
1.2.
Għan speċifiku msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 4(2)Indikatur Nru 1: L-għadd ta' utenti tal-Unjoni tas-Servizzi ta' Copernicus, tad-data ta' Copernicus, u tas-Servizzi ta' Aċċess għad-Data u għall-Informazzjoni (DIAS) inkluż, fejn possibbli, informazzjoni bħat-tip ta' utent, id-distribuzzjoni ġeografika u s-settur tal-attività
Indikatur Nru 2: Fejn japplika, l-għadd ta' attivazzjonijiet tas-Servizzi ta' Copernicus mitluba u/jew servuti
Indikatur Nru 3: Sodisfazzjon tal-utenti tal-Unjoni fir-rigward tas-Servizzi ta' Copernicus u d-DIAS
Indikatur Nru 4: Affidabbiltà, disponibbiltà u kontinwità tal-fluss tad-data ta' Copernicus u tas-Servizzi ta' Copernicus
Indikatur Nru 5: L-għadd ta' prodotti ta' informazzjoni ġodda mogħtija fil-portafoll ta' kull Servizz ta' Copernicus
Indikatur Nru 6: L-ammont ta' data ġġenerata mis-satelliti Sentinel ta’ Copernicus
1.3.
Għan speċifiku msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 4(2)Indikatur Nru 1: L-għadd ta' utenti tal-komponenti tal-SSA, inkluż, fejn possibbli, informazzjoni bħat-tip ta' utent, id-distribuzzjoni ġeografika u s-settur tal-attività
Indikatur Nru 2: Disponibbiltà tas-servizzi
1.4.
Għan speċifiku msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 4(2)Indikatur Nru 1: L-għadd ta' utenti ta' GOVSATCOM, inkluż, fejn possibbli, informazzjoni bħat-tip ta' utent, id-distribuzzjoni ġeografika u s-settur tal-attività
Indikatur Nru 2: Disponibbiltà tas-servizzi
1.5.
Għan Speċifiku msemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 4(2)Indikatur Nru 1: L-għadd ta' llanċjar għall-Programm (inkluż l-għadd skont it-tip ta' lanċaturi)
1.6.
Għan Speċifiku msemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 4(2)Indikatur Nru 1: L-għadd u l-lokalizzazzjoni taċ-ċentri spazjali fl-Unjoni
Indikatur Nru 2: Sehem ta' SMEs stabbiliti fl-Unjoni bħala proporzjon tal-valur totali tal-kuntratti relatati mal-Programm
2.
l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 102 għandha tqis elementi addizzjonali bħalma huma:
2.1
Il-prestazzjoni tal-kompetituri fl-oqsma tan-navigazzjoni u l-osservazzjoni tad-Dinja
2.2
L-adozzjoni mill-utenti tas-servizzi ta' Galileo u ta' EGNOS
2.3
L-integrità tas-servizzi ta' EGNOS
2.4
L-adozzjoni tas-servizzi ta' Copernicus mill-utenti ewlenin ta' Copernicus
2.5
L-għadd ta' politiki tal-Unjoni jew tal-Istati Membri li jisfruttaw jew jibbenefikaw minn Copernicus
2.6
Analiżi tal-awtonomija tas-subkomponent tal-SST u tal-livell ta' indipendenza tal-Unjoni f'dan il-qasam
2.7
Is-sitwazzjoni attwali tal-użu ta' netwerks għall-attivitajiet tas-subkomponent NEO
2.8
Valutazzjoni tal-kapaċitajiet ta' GOVSATCOM fir-rigward tal-ħtiġijiet tal-utenti kif imsemmi fl-Artikoli 69 u 102
2.9
Sodisfazzjon tal-utenti tas-servizzi tal-SSA u ta' GOVSATCOM
2.10
Sehem ta' llanċjar ta' Ariane u ta' Vega fis-suq totali skont data disponibbli pubblikament
2.11
Żvilupp tas-settur downstream imkejjel, meta disponibbli, bl-għadd ta' kumpaniji ġodda li jużaw id-data, is-servizzi u l-informazzjoni spazjali tal-Unjoni, l-impjiegi maħluqa u l-fatturat, skont l-Istat Membru, permezz tal-istħarriġ tal-Kummissjoni (Eurostat) meta jkun disponibbli
2.12
Żvilupp tas-settur spazjali tal-Unjoni upstream imkejjel, meta disponibbli, bl-għadd ta' impjiegi maħluqa u l-fatturat skont l-Istat Membru u s-sehem tas-suq globali tal-industrija spazjali Ewropea, permezz tal-istħarriġ tal-Kummissjoni (Eurostat) meta jkun disponibbli