This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R0612
Council Implementing Regulation (EU) 2021/612 of 15 April 2021 implementing Regulation (EU) 2016/1686 imposing additional restrictive measures directed against ISIL (Da’esh) and Al-Qaeda and natural and legal persons, entities or bodies associated with them
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/612 tal-15 ta’ April 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/612 tal-15 ta’ April 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom
ST/7286/2021/INIT
ĠU L 129I, 15.4.2021, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
15.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 129/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/612
tal-15 ta’ April 2021
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 tal-20 ta’ Settembru 2016 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fl-20 ta’ Settembru 2016 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/1686. |
(2) |
Fid-dawl tat-theddida kontinwa ta’ ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, jenħtieġ li tiżdied persuna waħda mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686. |
(3) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/1686 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ April 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. P. ZACARIAS
ANNESS
L-entrata li ġejja tiżdied mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686:
“7. |
Mesut SEKERCI; data tat-twelid: 22 ta’ Lulju 1995; post tat-twelid: Evreux (Franza); nazzjonalità: Franċiża, Torka.” |