This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R0584
Council Implementing Regulation (EU) 2021/584 of 12 April 2021 implementing Regulation (EU) No 359/2011 concerning restrictive measures directed against certain persons, entities and bodies in view of the situation in Iran
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/584 tat-12.4.2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/584 tat-12.4.2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran
ST/6041/2021/INIT
ĠU L 124I, 12.4.2021, p. 1–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 124/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/584
tat-12.4.2021
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 tat-12 ta’ April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-12 ta’ April 2011 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 359/2011. |
(2) |
Fit-8 ta’ Diċembru 2019 ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni fejn iddeplora l-użu mifrux u sproporzjonat tal-forza mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, li wassal għal għadd kbir ta’ mwiet u korrimenti matul ir-reazzjoni għad-dimostrazzjonijiet ta’ Novembru 2019. Id-dikjarazzjoni spjegat ukoll li l-Unjoni tistenna li l-awturi kollha tal-vjolenza jinżammu responsabbli u appellat lill-awtoritajiet Iranjani biex jiżguraw investigazzjonijiet trasparenti u kredibbli biex jiċċaraw l-għadd ta’ mwiet u arrestati, u biex jipprovdu proċess dovut lid-detenuti kollha. Barra minn hekk, b’reazzjoni għad-deċiżjoni tal-Iran li jagħlaq l-aċċess tal-Internet għan-networks globali għal aktar minn ġimgħa, li jipprevjeni l-komunikazzjoni u l-fluss liberu ta’ informazzjoni għaċ-ċittadini Iranjani, id-dikjarazzjoni enfasizzat li d-drittijiet fundamentali, bħal-libertà ta’ espressjoni u ta’ għaqda, iridu dejjem jiġu rispettati. |
(3) |
F’dan il-kuntest, u f’konformità mal-impenn tal-Unjoni li tindirizza l-kwistjonijiet kollha ta’ tħassib mal-Iran, inkluż is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, jenħtieġ li tmien persuni u tliet entitajiet jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi stabbilita fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 359/2011. |
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 359/2011 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 359/2011 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12.4.2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. P. ZACARIAS
ANNESS
Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 359/2011:
|
Persuni
|
|
Entitajiet
|