This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R0559
Council Implementing Regulation (EU) 2021/559 of 6 April 2021 implementing Article 12 of Regulation (EU) No 356/2010 imposing certain specific restrictive measures directed against certain natural or legal persons, entities or bodies, in view of the situation in Somalia
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/559 tas-6 ta’ April 2021 li jimplimenta l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 356/2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/559 tas-6 ta’ April 2021 li jimplimenta l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 356/2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja
ST/7427/2021/INIT
ĠU L 115I, 6.4.2021, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
6.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 115/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/559
tas-6 ta’ April 2021
li jimplimenta l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 356/2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 tas-26 ta' April 2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta' April 2010 l-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 356/2010. |
(2) |
Fis-26 ta' Frar 2021 il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-KSNU 751 (1992) approva ż-żieda ta’ tliet persuni mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 356/2010 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 356/2010 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ April 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. P. ZACARIAS
ANNESS
Il-persuni elenkati hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 356/2010:
I. Persuni
“18. |
Abukar Ali Adan (psewdonimu: a) Abukar Ali Aden; b) Ibrahim Afghan; c) Sheikh Abukar)
Deżinjazzjoni: Viċi Mexxej ta' Al-Shabaab Data tat-twelid: a) 1972; b) 1971; c) 1973 Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 26 ta' Frar 2021 Informazzjoni oħra: Miżjud mal-lista f'konformità mal-paragrafu 8(a) tar-riżoluzzjoni 1844 (2008) billi "Involut f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja jew jipprovdi appoġġ għalihom, inkluż atti li jheddu l-Ftehim ta' Djibouti tat-18 ta' Awwissu 2008 jew il-proċess politiku, jew jheddu t-TFIs jew AMISOM bil-forza (Traduzzjoni mhux uffiċjali)." Abukar Ali Adan huwa assoċjat ukoll ma' affiljati ta' Al-Qaida, Al-Qaida fil-Peniżola Għarbija (AQAP – Qde.129) u Al-Qaida fil-Magreb Iżlamiku (AQIM – Qde.014). |
19. |
Maalim Ayman (psewdonimu: a) Ma'alim Ayman; b) Mo'alim Ayman; c) Nuh Ibrahim Abdi; d) Ayman Kabo; e) Abdiaziz Dubow Ali)
Deżinjazzjoni: Fundatur u mexxej ta' Jaysh Ayman, unità ta' al-Shabaab li twettaq attakki u operazzjonijiet fil-Kenja u s-Somalja Data tat-twelid: a) 1973; b) 1983 Post tat-Twelid: Kenja Indirizz: a) Fruntiera Kenja/Somalja; b) Badamadow, Reġjun ta' Juba t'Isfel, is-Somalja Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 26 ta' Frar 2021 Informazzjoni oħra: Miżjud mal-lista f'konformità mal-paragrafu 8(a) tar-riżoluzzjoni 1844 (2008) billi "Involut f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja jew jipprovdi appoġġ għalihom, inkluż atti li jheddu l-Ftehim ta' Djibouti tat-18 ta' Awwissu 2008 jew il-proċess politiku, jew jheddu t-TFIs jew AMISOM bil-forza (Traduzzjoni mhux uffiċjali)."Maalim Ayman għen bit-tħejjijiet għall-attakk tal-5 ta' Jannar 2020 fuq Camp Simba fil-Kontea ta' Lamu, il-Kenja. |
20. |
Mahad Karate (psewdonimu: a) Mahad Mohamed Ali Karate; b) Mahad Warsame Qalley Karate; c) Abdirahim Mohamed Warsame)
Data tat-Twelid: Bejn l-1957 u l-1962 Post tat-Twelid: Xararadheere, is-Somalja Indirizz: is-Somalja Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 26 ta' Frar 2021 Informazzjoni oħra: Miżjud mal-lista f'konformità mal-paragrafu 8(a) tar-riżoluzzjoni 1844 (2008) billi "Involut f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja jew jipprovdi appoġġ għalihom, inkluż atti li jheddu l-Ftehim ta' Djibouti tat-18 ta' Awwissu 2008 jew il-proċess politiku, jew jheddu t-TFIs jew AMISOM bil-forza (Traduzzjoni mhux uffiċjali)."Mahad Karate kellu rwol ewlieni fl-Amniyat, il-fergħa ta' al-Shabaab responsabbli għall-attakk reċenti fuq Garissa University College fil-Kenja li wassal għal kważi 150 persuna mejta. L-Amniyat hija l-fergħa tal-intelligence ta' al-Shabaab, li għandha rwol ewlieni fl-eżekuzzjoni ta' attakki suwiċidi u qtil fis-Somalja, fil-Kenja, u f'pajjiżi oħra fir-reġjun, u tipprovdi loġistika u appoġġ għall-attivitajiet terroristiċi ta' al-Shabaab.” |