Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R0466

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/466 tas-17 ta’ Novembru 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika n-numru u t-titolu tal-varjabbli għad-dominju tal-introjtu u tal-kundizzjonijiet tal-għajxien dwar is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2020/7896

ĠU L 96, 19.3.2021, p. 1–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/466/oj

19.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 96/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/466

tas-17 ta’ Novembru 2020

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika n-numru u t-titolu tal-varjabbli għad-dominju tal-introjtu u tal-kundizzjonijiet tal-għajxien dwar is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tkopri l-ħtiġijiet identifikati fis-suġġetti dettaljati rilevanti, il-Kummissjoni jenħtieġ tispeċifika n-numru u t-titli tal-varjabbli għas-sett tad-data fid-dominju tal-kundizzjonijiet tal-għajxien (UE-SILC).

(2)

L-istatistika tal-UE mill-istħarriġ dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien (“stħarriġ tal-EU-SILC”) hi strument ewlieni biex tingħata l-informazzjoni meħtieġa mis-Semestru Ewropew u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, b’mod partikolari għad-distribuzzjoni tal-introjtu, il-faqar u l-esklużjoni soċjali. Tipprovdi wkoll informazzjoni dwar il-kura tas-saħħa, id-determinanti tas-saħħa, l-istat tas-saħħa u d-diżabbiltà mill-modulu ta’ kull tliet snin dwar is-Saħħa, u data dwar il-benesseri u l-parteċipazzjoni soċjali u kulturali mill-modulu ta’ kull sitt snin dwar il-Kwalità tal-Ħajja.

(3)

In-numru tal-varjabbli li jridu jinġabru ma jaqbiżx b’aktar minn 5% lin-numru tal-varjabbli miġbura għad-dominju tal-kundizzjonijiet tal-għajxien fit-3 ta’ Novembru 2019 meta daħal fis-seħħ ir-Regolament (UE) 2019/1700,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

In-numru u t-titolu tal-varjabbli għall-modulu ta’ kull tliet snin dwar is-Saħħa u għall-modulu ta’ kull sitt snin dwar il-Kwalità tal-Ħajja fid-dominju tal-kundizzjonijiet tal-għajxien huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Novembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 261 I, 14.10.2019, p. 1.


ANNESS

In-numru u t-titolu tal-varjabbli għall-modulu ta’ kull tliet snin dwar is-Saħħa u għall-modulu ta’ kull sitt snin dwar il-Kwalità tal-Ħajja fid-dominju tal-introjtu u tal-kundizzjonijiet tal-għajxien.

Modulu

Suġġett dettaljat

Identifikatur tal-varjabbli

Isem il-varjabbli

Saħħa

Kura tas-saħħa

(6 varjabbli miġbura)

HS200

Piż finanzjarju tal-kura medika (għajr il-mediċini)

HS210

Piż finanzjarju tal-kura dentali

HS220

Piż finanzjarju tal-mediċini

PH090

Għadd ta’ konsulti ma’ prattikant mediku ġenerali jew ma’ tabib tal-familja fl-aħħar 12-il xahar

PH080

Għadd ta’ konsulti ma’ dentist, ortodontista jew speċjalisti oħra tal-kura dentali fl-aħħar 12-il xahar

PH100

Għadd ta’ konsulti ma’ speċjalista mediku jew kirurġiku (għajr dentisti, ortodontisti jew speċjalisti oħra tal-kura dentali) fl-aħħar 12-il xahar

Determinanti tas-saħħa

(8 varjabbli miġbura)

PH110A

BMI 1 Piż

PH110B

BMI 2 Għoli

PH122

Tip ta’ attività fiżika waqt ix-xogħol

PH132

Frekwenza tal-attivitajiet fiżiċi (għajr ix-xogħol innifsu)

PH142

Frekwenza tal-konsum tal-frott (għajr il-frott magħsur)

PH152

Frekwenza tal-konsum tal-ħaxix jew tal-insalata, (għajr il-frott magħsur)

PH171

Frekwenza tal-użu tat-tabakk (għajr sigaretti elettroniċi jew apparat elettroniku simili)

PH180

Frekwenza tal-konsum ta’ xorb alkoħoliku ta’ kwalunkwe tip

Dettalji dwar l-istatus tas-saħħa u d-diżabbiltà

(6 varjabbli miġbura)

PH101

Diffikultà fil-vista, anki meta jintlibsu nuċċali jew lentijiet tal-kuntatt

PH111

Diffikultà fis-smigħ, anki meta tintlibes l-għajnuna għas-smigħ

PH121

Diffikultà fil-mixi jew fit-tlugħ ta’ turġien

PH131

Diffikultà bil-memorja jew bil-konċentrazzjoni

PH141

Diffikultà bil-kura personali bħall-ħasil tal-ġisem kollu u bix-xedd tal-ilbies

PH151

Diffikultà bil-komunikazzjoni (bl-użu tal-lingwa ordinarja, pereżempju biex tifhem jew tinftiehem)

Kwalità tal-ħajja

Benesseri

(7 varjabbli miġbura)

PW241

Sentiment ta’ emarġinazzjoni

PW030

Sodisfazzjon bis-sitwazzjoni finanzjarja

PW160

Sodisfazzjon bir-relazzjonijiet personali

PW120

Sodisfazzjon bil-mod kif jitqatta’ l-ħin (l-ammont ta’ ħin liberu)

PW230

Solitudni

PW090

Kuntentizza

PW180

Għajnuna mingħand ħaddieħor

Parteċipazzjoni soċjali u kulturali

(13-il varjabbli miġbura)

PS010

Għadd ta’ mawriet fiċ-ċinema

PS020

Għadd ta’ mawriet għal avvenimenti live (reċti, kunċerti, opri, balè u wirjiet taż-żfin)

PS030

Għadd ta’ mawriet f’siti kulturali

PS040

Għadd ta’ avvenimenti sportivi live miżjura

PS041

Prattika ta’ attivitajiet artistiċi

PS042

Qari ta’ kotba (fosthom kotba elettroniċi jew kotba awdjo, tul is-sena)

PS050

Frekwenza ta’ attivitajiet li jlaqqgħu lill-familja (qraba)

PS060

Frekwenza ta’ attivitajiet li jlaqqgħu lill-ħbieb

PS070

Frekwenza tal-kuntatti mal-familja (qraba)

PS080

Frekwenza tal-kuntatti mal-ħbieb

PS110

Parteċipazzjoni f’attivitajiet volontarji formali

PS111

Parteċipazzjoni f’attivitajiet volontarji informali

PS102

Ċittadinanza attiva


Top