EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R0446

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/446 tat-12 ta’ Marzu 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

ST/5893/2021/INIT

ĠU L 87, 15.3.2021, p. 19–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/446/oj

15.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/19


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/446

tat-12 ta’ Marzu 2021

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) u (3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

Abbażi ta’ rieżami mill-Kunsill, jenħtieġ li tiġi emendata l-informazzjoni li tikkonċerna 14-il individwu u 13-il entità fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


ANNESS

Fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014, l-entrati li jikkonċernaw il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

 

Persuni

 

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“5.

Aleksei Mikhailovich CHALIY (Алексей Михайлович ЧАЛЫЙ) Oleksiy Mykhaylovych CHALYY (Олексiй Михайлович ЧАЛИЙ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 13.6.1961

Post tat-twelid: Moska, il-Federazzjoni Russa jew Sevastopol, l-Ukrajna

Chaliy sar “Sindku tal-Poplu ta’ Sevastopol” b’nomina mill-poplu fit-23 ta’ Frar 2014 u aċċetta dan il-“vot”. Huwa mexxa kampanja b’mod attiv biex Sevastopol issir entità separata tal-Federazzjoni Russa b’segwitu għal referendum fis-16 ta’ Marzu 2014. Kien wieħed mill-kofirmatarji tat-“trattat dwar l-adeżjoni tal-Krimea mal-Federazzjoni Russa” tat-18 ta’ Marzu 2014. Huwa kien aġent “gvernatur” ta’ Sevastopol mill-1 sal-14 ta’ April 2014 u kien President “elett” tal-“Assemblea Leġiżlattiva” tal-Belt ta’ Sevastopol. Eks membru tal-“Assemblea Leġiżlattiva” tal-Belt ta’ Sevastopol (sa Settembru 2019).

Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti.

Għall-involviment tiegħu fil-proċess tal-annessjoni, ġie ppremjat bl-ordni tal-Istat Russu ta’ “Mertu lejn il-Patrija” – l-ewwel grad.

Maniġer ġenerali ta’ Smart Electric Networks LLC (OOO “Разумные электрические сети”).

17.3.2014

12.

Nikolai Ivanovich RYZHKOV (Николай Иванович РЫЖКОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 28.9.1929

Post tat-twelid: Dyleevka, reġjun ta’ Donetsk, SSR tal-Ukrajna, issa l-Ukrajna

Membru tal-Kumitat għall-kwistjonijiet federali, politika reġjonali u t-Tramuntana tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

Fl-1 ta’ Marzu 2014 Ryzhkov appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

Għall-involviment tiegħu fil-proċess tal-annessjoni, fl-2014 ġie ppremjat bl-ordni tal-Istat Russu ta’ “Mertu lejn il-Patrija” l-ewwel grad.

17.3.2014

28.

Valery Vladimirovich KULIKOV (Валерий Владимирович КУЛИКОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 1.9.1956

Post tat-twelid: Zaporozhye, SSR tal-Ukrajna, issa l-Ukrajna

Eks Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall.

Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna.

Fis-26 ta’ Settembru 2017, permezz ta’ Digriet tal-President tal-Federazzjoni Russa, huwa tneħħa minn din il-kariga u mis-servizz militari.

Eks membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa, fejn jirrappreżenta l-Belt annessa ta’ Sevastopol. Attwalment iservi bħala deputat fl-“Assemblea Leġiżlattiva” tal-Belt ta’ Sevastopol.

21.3.2014

34.

Dmitry Nikolayevich KOZAK (Дмитрий Николаевич КОЗАК)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 7.11.1958

Post tat-twelid: Bandurovo, reġjun ta’ Kirovograd, SSR tal-Ukrajna, issa l-Ukrajna

Nazzjonalità: Russa

Eks Viċi Prim Ministru. Responsabbli mis-sorveljanza tal-integrazzjoni tar-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea” li ġiet annessa fil-Federazzjoni Russa. Viċi Kap tal-Persunal tal-Amministrazzjoni Presidenzjali tal-Federazzjoni Russa. Huwa l-Mibgħut Speċjali tal-President għall-ġestjoni tal-kunflitt fl-Ukrajna.

29.4.2014

35.

Oleg Yevgenyvich BELAVENTSEV (Олег Евгеньевич БЕЛАВЕНЦЕВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 15.9.1949

Post tat-twelid: Moska jew Ostrov, ir-reġjun Pskov, Federazzjoni Russa

Eks Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fl-hekk imsejjaħ “Distrett Federali tal-Krimea”, responsabbli mill-implimentazzjoni tal-prerogattivi kostituzzjonali tal-Kap tal-Istat Russu fit-territorju tar-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea” li ġiet annessa. Eks membru mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà Russu.

Eks Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fid-Distrett Federali tal-Kawkasu tat-Tramuntana (sa Ġunju 2018).

Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti. Konslu Onorarju tan-Nikaragwa fil-Krimea minn Ottubru 2020.

29.4.2014

51.

Vladimir Nikolaevich PLIGIN (Владимир Николаевич ПЛИГИН)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 19.5.1960

Post tat-twelid: Ignatovo, Oblast ta’ Vologodsk, USSR (illum il-Federazzjoni Russa)

Eks membru tad-Duma tal-Istat u eks President tal-Kumitat tal-Liġi Kostituzzjonali tad-Duma. Responsabbli għall-faċilitazzjoni tal-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni dwar l-annessjoni tal-Krimea u Sevastopol mal-Federazzjoni Russa.

Eks Membru tal-Kunsill Suprem tal-partit Russja Magħquda. Konsulent għall-Ispeaker tad-Duma, Volodin. Attwalment riċerkatur fl-Istitut tal-Istat u l-Liġi tal-Akkademja Russa tax-Xjenzi.

12.5.2014

62.

Aleksandr Yurevich BORODAI (Александр Юрьевич БОРОДАЙ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 25.7.1972

Post tat-twelid: Moska, Federazzjoni Russa

Qabel kien l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”, bħala tali responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” (eż. fit-8 ta’ Lulju 2014 iddikjara li “l-militar tagħna qed iwettaq operazzjoni speċjali kontra l-“faxxisti” Ukreni”), firmatarju tal-Memorandum ta’ Qbil dwar l-“unjoni ta’ Novorossiya”. Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti; imexxi l-“Unjoni ta’ voluntieri ta’ Donbas”.

President tal-Bord tal-Unjoni ta’ Voluntieri ta’ Donbas. Involut b’mod attiv fir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-“voluntiera” mibgħuta jiġġieldu f’Donbas.

12.7.2014

79.

Mikhail Vladimirovich DEGTYARYOV/DEGTYAREV (Михаил Владимирович ДЕГТЯРËВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 10.7.1981

Post tat-twelid: Kuibyshev (Samara), Federazzjoni Russa

Eks Membru tad-Duma tal-Istat.

Bħala membru tad-Duma huwa ħabbar l-inawgurazzjoni tal-“ambaxxata de facto” tal-hekk imsejħa u mhux rikonoxxuta “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” f’Moska, huwa jikkontribwixxi għall-ipperikolar jew it-theddid tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Eks President tal-Kumitat tad-Duma tal-Istat Russu dwar l-Edukazzjoni Fiżika, l-Isport u l-Affarijiet taż-Żgħażagħ.

Mill-20 ta’ Lulju 2020, Aġent Gvernatur ta’ Khabarovsk Krai.

25.7.2014

95.

Nikolay Terentievich SHAMALOV (Николай Терентьевич ШАМАЛОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 24.1.1950

Post tat-twelid: Moska, Federazzjoni Russa

Is-Sur Shamalov ilu jaf lill-President Putin għal żmien twil. Huwa kofundatur tal-hekk imsejħa Ozero Dacha, soċjetà kooperattiva li tlaqqa’ grupp influwenti ta’ individwi madwar il-President Putin.

Huwa qed jibbenefika mill-konnessjonijiet tiegħu ma’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja. Huwa t-tieni l-akbar azzjonist tal-Bank Rossiya, li fl-2013 kien jippossjedi madwar 10 % tiegħu, u li huwa kkunsidrat il-bank personali ta’ Uffiċjali Għolja tal-Federazzjoni Russa. Wara l-annessjoni illegali tal-Krimea, il-Bank Rossiya fetaħ fergħat fil-Krimea kollha u f’Sevastopol, biex b’hekk ikkonsolida l-integrazzjoni tagħhom fil-Federazzjoni Russa.

Barra minn dan, il-Bank Rossiya għandu interessi importanti fin-National Media Group li, min-naħa tiegħu, jikkontrolla l-istazzjonijiet televiżivi li jappoġġaw attivament il-politika tal-gvern Russu ta’ destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

30.7.2014

108.

Vladimir Abdualiyevich VASILYEV (Владимир Абдуалиевич ВАСИЛЬЕВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 11.8.1949

Post tat-twelid: Klin, Reġjun ta’ Moska, Federazzjoni Russa

Eks Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta’ Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-“Repubblika tal-Krimea” u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda – ir-“Repubblika tal-Krimea” u l-Belt ta’ Status Federali Sevastopol”.

Eks kap tar-Repubblika ta’ Dagestan.

12.9.2014

119.

Alexander Mikhailovich BABAKOV (Aлександр Михайлович БАБАКОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 8.2.1963

Post tat-twelid: Chisinau, SSR Moldovana (issa r-Repubblika tal-Moldova)

Eks membru tad-Duma tal-Istat. Eks Deputat tad-Duma tal-Istat, President tal-Kummissjoni tad-Duma tal-Istat dwar Dispożizzjonijiet Leġiżlattivi għall-Iżvilupp tal-Kumpless Militari-Industrijali tal-Federazzjoni Russa. Huwa membru prominenti tar-“Russja Magħquda” u negozjant b’investimenti importanti fl-Ukrajna u fil-Krimea.

Fl-20 ta’ Marzu 2014, ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-“Repubblika tal-Krimea” u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda – ir-“Repubblika tal-Krimea” u l-Belt ta’ Status Federali Sevastopol”.

Attwalment membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Membru tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin.

12.9.2014

120.

Sergey Yurievich KOZYAKOV (Сергей Юрьевич КОЗЬЯКОВ) Serhiy Yuriyovych KOZYAKOV (Сергiй Юрiйович КОЗЬЯКОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 29.9.1982 jew 23.9.1982

Fil-kapaċità li kellu qabel bħala l-hekk imsejjaħ “Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali ta’ Luhansk” kien responsabbli mill-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta’ Novembru 2014 fir-“Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. Dawn l-“elezzjonijiet” kienu ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Bejn Ottubru 2015 u Diċembru 2017 hekk imsejjaħ “Ministru għall-Ġustizzja” tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

Billi assuma u aġixxa f’dawn il-kapaċitajiet, u billi organizza l-“elezzjonijiet” illegali, huwa għaldaqstant b’mod attiv appoġġa azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Elenkat bħala nutar fil-belt ta’ Luhansk.

Ikompli jappoġġa u jilleġittimizza politiki separatisti f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet separatisti.

29.11.2014

161.

Dmitry Vladimirovich OVSYANNIKOV (Дмитрий Владимирович ОВСЯННИКОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 21.2.1977

Post tat-twelid: Omsk, USSR (issa l-Federazzjoni Russa)

Eks “Gvernatur ta’ Sevastopol” (sa Lulju 2019).

Ovsyannikov ġie elett bħala l-“Gvernatur ta’ Sevastopol” fl-elezzjonijiet tal-10 ta’ Settembru 2017 organizzati mill-Federazzjoni Russa fil-belt annessa illegalment ta’ Sevastopol.

Fit-28 ta’ Lulju 2016, il-President Putin ħatru bħala aġent “Gvernatur ta’ Sevastopol”. F’din il-kapaċità, huwa ħadem għal aktar integrazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment fi ħdan il-Federazzjoni Russa, u għalhekk huwa responsabbli għall-appoġġ jew l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Fl-2017 għamel dikjarazzjonijiet pubbliċi b’appoġġ għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol u fl-anniversarju tar-“referendum” illegali tal-Krimea. Huwa kkommemora l-veterani tal-hekk imsejħa “unitajiet ta’ awtodifiża” li ffaċilitaw l-iskjerament ta’ forzi Russi fil-peniżola tal-Krimea qabel ma saret l-annessjoni illegali tagħha mill-Federazzjoni Russa, u appella biex Sevastopol issir il-kapitali tan-Nofsinhar tal-Federazzjoni Russa.

Eks Viċi Ministru għall-Industrija u l-Kummerċ tal-Federazzjoni Russa (sa April 2020).

21.11.2017

190.

Mikhail Vladimirovich RAZVOZHAEV (Михаил Владимирович РАЗВОЖАЕВ) Mykhailo Volodymyrovich RAZVOZHAEV (Михайло Володимирович РАЗВОЖАЄВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 30.12.1980

Post tat-twelid: Krasnoyarsk, USSR (issa l-Federazzjoni Russa)

L-hekk imsejjaħ “Gvernatur” tal-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, ħadem għall-integrazzjoni ulterjuri fi ħdan il-Federazzjoni Russa tal-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment u b’hekk, b’mod attiv, appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.1.2020”

 

Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“5.

L-hekk imsejjaħ “Stat Federali ta’ Novorossiya”

“Федеративное государство Новороссия”

“Federativnoye Gosudarstvo Novorossiya”

Riżorsi tal-media:

http://novopressa.ru/

http://novorossia-tv.ru/

http://novorossiia.ru/

https://vk.com/novorossiatv

Fl-24 ta’ Mejju 2014, l-hekk imsejħin “Repubbliki tal-Poplu” ta’ Donetsk u Luhansk iffirmaw ftehim dwar il-ħolqien tal-hekk imsejjaħ “Stat Federali ta’ Novorossiya” li mhux rikonoxxut.

Dan huwa bi ksur tal-liġi kostituzzjonali Ukrena, u, bħala konsegwenza, tad-dritt internazzjonali, u għaldaqstant jipperikola l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

25.7.2014

15.

Intrapriża Unitarja Statali tar-“Repubblika tal-Krimea”“Universal-Avia”

Государственное унитарное предприятие Республики Крым “Универсал-Авиа”

(qabel kienet magħrufa bħala l-intrapriża tal-Istat “Universal -Avia”

Государственное предприятие “Универсал-Авиа”

Gosudarstvenoye predpriyatiye “Universal-Avia”)

Aeroflotskaya Street 5, 295021, Simferopol

ул. Аэрофлотская, дом 5, 295021, г. Симферополь

Tel. +7 (3652) 502-300; +7 (918) 699-1020

unavia_2014@mail.ru

https://universal-avia.ru/

Numru tar-reġistrazzjoni: 1159102026742

Is-sjieda tal-entità ġiet ittrasferita bi ksur tal-liġi Ukrena. Fl-24 ta’ Marzu 2014 il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni “Dwar l-Intrapriża ta’ Sjieda tal-Istat ‘Gosudarstvenoye predpriyatiye “Universal-Avia”’ (“О Государственном предприятии ‘Универсал-Авиа’”)" Nru 1794-6/14 li tiddikjara l-approprjazzjoni ta’ assi li jappartjenu lill-intrapriża statali “Universal-Avia” f’isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b’hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Reġistrata mill-ġdid fil-15 ta’ Jannar 2015 bħala l-Intrapriża Unitarja Statali tar-“Repubblika tal-Krimea”“Universal-Avia” (Государственное унитарное предприятие Республики Крым “Универсал-Авиа”). Fundatur: Il-Ministeru għat-Trasport tar-“Repubblika tal-Krimea” (Министерство транспорта Республики Крым).

25.7.2014

16.

Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Sanatorium “Nizhnyaya Oreanda”" tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (qabel magħrufa bħala ċ-Ċentru “Nizhnyaya Oreanda” Санаторий “Нижняя Ореанда”)

Resort ‘Nizhnyaya Oreanda’, 298658, Yalta, Oreanda, House 12, Ukraine

Санаторий ‘Нижняя Ореанда’, 298658, г. Ялта, пгт. Ореанда, дом 12, Украина

www.oreanda-resort.ru

marketing@oreanda-resort.ru

+ 7 (978) 944 83 00,

+ 7 (978) 944 83 30

Numru tar-reġistrazzjoni: 1149102054221

Is-sjieda tal-entità ġiet ittrasferita kontra l-liġi Ukrena. Fil-21 ta’ Marzu 2014 il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni “Dwar il-kwistjonijiet tal-ħolqien ta’ Assoċjazzjoni ta’ sanatorji u ċentri” Nru 1767-6/14 li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu liċ-ċentru “Nizhnyaya Oreanda” f’isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b’hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea.

Reġistrata mill-ġdid fid-9 ta’ Ottubru 2014 bħala Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Sanatorium Nizhnyaya Oreanda” tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (федеральное государственное бюджетное учреждение “санаторий ‘нижняя ореанда’ управления делами президента российской федерации”). Fundatur: L-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (Управление делами Президента Российской Федерации).

25.7.2014

18.

Kumpannija b’ishma konġunti “Unjoni Agrarja tal-Produzzjoni “Massandra””

Aкционерное общество ‘Производственно-аграрное объединение “Массандра”’

(qabel kienet magħrufa bħala Intrapriża Unitarja Statali tar-“Repubblika tal-Krimea”“Unjoni Agrarja tal-Produzzjoni “Massandra””

Государственное унитарное предприятие Республики Крым ‘Производственно-аграрное объединение “Массандра”’

298650, Crimea, Yalta, Massandra, str. Vinodela Egorova 9.

298650, Крым, г. Ялта, пгт. Массандра, ул. Винодела Егорова, д. 9

Sit web: http://massandra.su

+ 7 978 936 75 04

+ 7 3654 23 31 96

+ 7 3654 26 16 83

Numru tar-reġistrazzjoni: 1149102026985

Is-sjieda tal-entità ġiet ittrasferita kontra l-liġi Ukrena. Fid-9 ta’ April 2014 il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14 “Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea” tas-26 ta’ Marzu 2014 Nru 1836-6/14 “Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agroindustrijali, li jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea” li tiddikjara l-approprjazzjoni ta’ assi li jappartjenu lill-entità statali “Assoċjazzjoni Nazzjonali ta’ produtturi “Massandra”” f’isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b’hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea.

Reġistrata mill-ġdid fl-1 ta’ Awwissu 2014 bħala l-Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Proizvodstvenno agrarnoye obyedinenye “Massandra”” tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (Федеральное государственное унитарное предприятие “Производственно-аграрное объединение “Массандра” Управления делами Президента Российской Федерации”). Fundatur: L-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (Управление делами Президента Российской Федерации).

25.7.2014

 

Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Unjoni Agrarja tal-Produzzjoni “Massandra”" tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa

Федеральное государственное унитарное предприятие ‘Производственно-аграрное объединение “Массандра” Управления делами Президента Российской Федерации’

Entità statali “Assoċjazzjoni Nazzjonali ta’ produtturi “Massandra””

 

Reġistrata mill-ġdid fl-1 ta’ April 2019 bħala l-Intrapriża Unitarja Statali tar-“Repubblika tal-Krimea” “Unjoni Agrarja tal-Produzzjoni “Massandra”". Reġistrata mill-ġdid fl-1 ta’ Ottubru 2020 bħala kumpannija b’ishma konġunti “Unjoni Agrarja tal-Produzzjoni “Massandra”.

 

Национальное производственно аграрное объединение “Массандра”

Nacionalnoye proizvodstvenno agrarnoye obyedinenye “Massandra”)

 

 

 

22.

DOBROLET magħrufa wkoll bħala DOBROLYOT

ДОБРОЛЕТ/ДОБРОЛЁТ

Kodiċi tal-linja tal-ajru QD

International Highway, House 31, building 1, 141411 Moscow

141411, г. Москва, Международное ш., дом 31, строение 1

Sit web: https://aviakompaniya.com/dobrolet/

www.pobeda.aero

Dobrolet hija sussidjarja ta’ linja tal-ajru proprjetà tal-Istat Russu. Sa mill-annessjoni illegali tal-Krimea, Dobrolet ħaddmet titjiriet esklużivament bejn Moska u Simferopol. Għalhekk, hija ffaċilitat l-integrazzjoni tar-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea” li ġiet annessa illegalment mal-Federazzjoni Russa u pperikolat is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

30.7.2014

23.

Kumpannija Pubblika b’Ishma Konġunti “Russian National Commercial Bank”

(Публичное акционерное общество “Российский национальный коммерческий банк”)

295000, Simferopol, Naberezhnaja str named after 60th anniversary of USSR, 34

295000, Симферополь, ул. Набережная имени 60–летия СССР, д. 34

Sit web: http://www.rncb.ru

Numru tar-reġistrazzjoni: 1027700381290

Wara l-annessjoni illegali tal-Krimea, ir-Russian National Commercial Bank (RNCB) sar totalment proprjetà tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. F’Jannar 2016 sar proprjetà tal-Aġenzija Federali għall-Ġestjoni tal-Propjetà tal-Istat, magħrufa wkoll bħala Rosimushchestvo (Федеральное агентство по управлению государственным имуществом (Росимущество)).

Sar attur dominanti fis-suq, meta qabel l-annessjoni ma kellu l-ebda preżenza fil-Krimea. Billi xtara jew ħa pussess ta’ fergħat ta’ banek li rtiraw l-operazzjonijiet tagħhom fil-Krimea, l-RNCB appoġġa materjalment u finanzjarjament l-azzjonijiet tal-gvern Russu biex jintegra l-Krimea fil-Federazzjoni Russa, u b’hekk ipperikola l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

Fid-29 ta’ Jannar 2020, il-Bank Ċentrali Russu ddeċieda li jorganizza mill-ġdid is-Sevastopol Marine Bank bil-parteċipazzjoni tal-RNCB. Il-bank ipparteċipa f’żewġ proġetti infrastrutturali kbar fil-Krimea - huwa jiffinanzja l-kostruzzjoni ta’ kumpless ġdid ta’ terminal tal-ajru f’Simferopol u faċilitajiet ta’ ġenerazzjoni (Balaklavskaya TPP u Tavricheskaya TPP)

30.7.2014

25.

Paċi għar-Reġjun ta’ Luhansk (Mir Luganschine) Мир Луганщине

https://mir-lug.info/

Indirizz: Karl Marx Street 7, Luhansk, Ukraine

улица Карла Маркса, 7, г. Луганск, Украина

info@mir-lug.info

“Organizzazzjoni” pubblika li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk” fit-2 ta’ Novembru 2014 u l-11 ta’ Novembru 2018. Dawn l-“elezzjonijiet” huma bi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Mis-17 ta’ Frar 2018, il-president tal-organizzazzjoni huwa Leonid PASECHNIK u għalhekk assoċjat ma’ persuna maħtura mill-Kunsill.

Bil-parteċipazzjoni formali fl-“elezzjonijet” illegali hija għalhekk appoġġat b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukrajna.

29.11.2014

28.

L-Unjoni Ekonomika ta’ Luhansk (Luganskiy Ekonomicheskiy Soyuz)

Луганский экономический союз

Informazzjoni uffiċjali:

https://nslnr.su/about/obshchestvennye-organizatsii/337/

https://vk.com/public97306393

“Organizzazzjoni soċjali” li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” illegali tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta’ Luhansk” fit-2 ta’ Novembru 2014 u l-11 ta’ Novembru 2018. Innominat kandidat, Oleg AKIMOV, biex ikun “Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta’ Luhansk” fl-2014 u membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika Popolari ta’ Luhansk” fl-2018. Dawn l-“elezzjonijiet” huma bi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Il-presidenza tal-“Luganskiy Economicheskiy Soyuz” bħalissa hija okkupata minn Zinaida NADION, li hija Deputat tal-“Kunsill tal-Poplu tal-LPR.”

Bil-parteċipazzjoni formali fl-“elezzjonijet” illegali hija għalhekk appoġġat b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukrajna.

29.11.2014

33.

Brigata Prizrak

Бригада “Призрак”

Indirizz: District 50 Year of the USSR, 18; c. of Kirovsk

https://vk.com/battalionprizrak

http://prizrak.info/

mail@prizrak.info

+ 38 (072) 199-86-39

Grupp separatist armat li appoġġa b’mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Parti mill-hekk imsejjaħ “It-tieni Korp tal-Armata” tar-“Repubblika Popolari ta’ Lugansk”.

Jissejjaħ ukoll l-14-il Battaljun Motorizzat tal-Azzarini.

16.2.2015

42.

AO “Institute Giprostroymost — Saint-Petersburg”

АО Институт Гипростроймост – Санкт-Петербург

Indirizz: 7 Yablochkova street, St. Petersburg, 197198 Russia

Sit web: http://gpsm.ru

Indirizz elettroniku: office@gpsm.ru

Tel. (812) 498-08-14

Numru tar-reġistrazzjoni statali: 1037828021660

Numru tar-reġistrazzjoni tat-taxxa: 7826717210

AO “Institute Giprostroymost – Saint-Petersburg” ipparteċipat fil-kostruzzjoni tal-Pont ta’ Kerch permezz tad-diżinn tagħha tal-Pont, li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment. Għaldaqstant qiegħda tappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

31.7.2018

43.

PJSC Mostotrest

ПАО Мостотрест

Indirizz: 6 Barklaya street, Bld. 5 Moscow, 121087 Russia

www.mostotrest.ru

info@mostro.ru

Tel.(495)6697999

Numru tar-reġistrazzjoni statali: 1027739167246

Numru tar-reġistrazzjoni tat-taxxa: 7701045732

PJSC Mostotrest ipparteċipat b’mod attiv fil-kostruzzjoni tal-Pont ta’ Kerch permezz tal-kuntratt statali tagħha għall-manutenzjoni tal-pont, li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment, u għat-tħaddim tal-parti ferrovjarja tal-pont. Barra minn hekk hija proprjetà ta’ individwu (Arkady Rotenberg) li diġà huwa ddeżinjat għall-azzjonijiet tiegħu li jdgħajfu s-sovranità tal-Ukrajna (persuna Nru 92 f’dan l-Anness). Għaldaqstant il-kumpannija qed tappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

31.7.2018

44.

JSC Zaliv Shipyard

Судостроительный завод “Залив”

Indirizz: 4 Tankistov street, 298310 Kerch, Crimea

Sit web: http://zalivkerch.com

Numru tar-reġistrazzjoni statali: 1149102028602

Tel. +7(36561)33055

Numru tar-reġistrazzjoni tat-taxxa: 9111001119

JSC Zaliv Shipyard ipparteċipat b’mod attiv fil-kostruzzjoni tal-linja tal-ferrovija ġdida lejn il-Pont ta’ Kerch, li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment. Għaldaqstant qiegħda tappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

31.7.2018

45.

STROYGAZMONTAZH Joint Stock Company

STROYGAZMONTAZH Corporation (SGM Group)

ООО Стройгазмонтаж

(груп СГМ)

Indirizz: Prospect Vernadskogo 53, Moscow, 119415 Russia

Sit web: www.ooosgm.com

info@ooosgm.ru

Numru tar-reġistrazzjoni statali: 1077762942212

Numru tar-reġistrazzjoni tat-taxxa: 7729588440

INN: 9729299794

PSRN: 1207700324941, KPP 772901001.

Stroygazmontazh Corporation (SGM Group) ipparteċipat b’mod attiv fil-kostruzzjoni tal-Pont ta’ Kerch permezz tal-kuntratt statali tagħha għall-kostruzzjoni tal-pont li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment. Għaldaqstant il-kumpannija qed tappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

31.7.2018”.


Top