Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R0339

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/339 tal-25 ta’ Frar 2021 li jimplimenta l-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja

    ĠU L 68, 26.2.2021, p. 29–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/339/oj

    26.2.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 68/29


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/339

    tal-25 ta’ Frar 2021

    li jimplimenta l-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta' Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8a(1) u (3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fit-18 ta' Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja.

    (2)

    Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK (2), il-Kunsill iddeċieda li jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stabbiliti fiha jiġu estiżi sat-28 ta' Frar 2022.

    (3)

    Jenħtieġ li d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet jiġu emendati fir-rigward ta' disa' persuni fiżiċi u tliet persuni ġuridiċi li huma inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006. Jenħtieġ li tiżdied id-data tal-elenkar għall-persuni fiżiċi kollha inklużi f'dak l-Anness.

    (4)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa sostitwit bl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2021.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. P. ZACARIAS


    (1)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 285 17.10.2012, p. 1).


    ANNESS

    “ANNESS

    Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2(1)

    A.   Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 2(1)

     

    Ismijiet (Trażlitterazzjoni tal-ortografija Belarussa)

    (Trażlitterazzjoni tal-ortografija Russa)

    Ismijiet

    (ortografija Belarussa)

    (ortografija Russa)

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet għall-elenkar

    Data tal-elenkar

    1.

    Uladzimir Uladzimiravich NAVUMAU,

    Vladimir Vladimirovich NAUMOV

    Уладзiмiр Уладзiмiравiч НАВУМАЎ

    Владимир Владимирович НАУМОВ

    Posizzjoni(jiet): Eks Ministru għall-Affarijiet Interni; eks Kap tas-Servizz tas-Sigurtà tal-President

    Data tat-twelid: 7.2.1956

    Post tat-twelid: Smolensk, eks Unjoni Sovjetika (illum, Federazzjoni Russa)

    Sess: raġel

    Naqas milli jieħu azzjoni biex jinvestiga l-każ tal-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Belarussja fl-1999 u fl-2000. Eks Ministru għall-Affarijiet Interni u wkoll eks Kap tas-Servizz tas-Sigurtà tal-President. Bħala Ministru għall-Affarijiet Interni huwa kien responsabbli għar-repressjoni matul id-dimostrazzjonijiet paċifiċi sakemm irtira fis-6 ta' April 2009 għal raġunijiet ta' saħħa. Ingħata residenza f'Minsk fid-distrett tan-nomenklatura Drozdy mill-Amministrazzjoni Presidenzjali. F'Ottubru 2014 ingħata l-Ordni "Għall-Mertu" grad III mill-President Lukashenka.

    24.9.2004

    2.

    Dzmitry Valerievich PAULICHENKA,

    Dmitri Valerievich PAVLICHENKO (Dmitriy Valeriyevich PAVLICHENKO)

    Дзмiтрый Валер'евiч ПАЎЛIЧЭНКА

    Дмитрий Валериевич ПАВЛИЧЕНКО

    Posizzjoni(jiet): Eks Kmandant tal-Unità ta' Reazzjoni Rapida Speċjali (SOBR)

    Data tat-twelid: 1966

    Post tat-twelid: Vitebsk/Viciebsk, eks Unjoni Sovjetika (illum, Belarussja)

    Indirizz: Belarusian Association of Veterans of Special Forces of the Ministry of Internal Affairs ‘Honour’, 111 Mayakovskogo St., Minsk 220028, Belarus

    Sess: raġel

    Persuna ċentrali fl-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Belarussja fl-1999 u fl-2000. Eks Kmandant tal-Unità ta’ Reazzjoni Rapida Speċjali (SOBR) fil-Ministeru għall-Intern.

    Negozjant, Kap tal-"Unur", l-Assoċjazzjoni tal-Ministeru għall-Intern tal-veterani mill-forzi speċjali tal-Ministeru għall-Intern.

    24.9.2004

    3.

    Viktar Uladzimiravich SHEIMAN (Viktar Uladzimiravich SHEYMAN)

    Viktor Vladimirovich SHEIMAN (Viktor Vladimirovich SHEYMAN)

    Вiктар Уладзiмiравiч ШЭЙМАН

    Виктор Владимирович ШЕЙМАН

    Posizzjoni(jiet): Kap tal-Belarus President Property Management Directorate Eks Ministru għall-Affarijiet Interni;

    Data tat-twelid: 26.5.1958

    Post tat-twelid: Soltanishki, Reġjun/Oblast ta' Grodno/Hrodna, eks Unjoni Sovjetika (illum, Belarussja)

    Indirizz: Belarus President Property Management Directorate, 38 K. Marx St., Minsk 220016, Belarus

    Sess: raġel

    Kap tal-Belarus President Property Management Directorate. Responsabbli għall-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Belarussja fl-1999 u l-2000. Eks Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà. Sheiman għadu Assistent Speċjali tal-President.

    24.9.2004

    4.

    Iury Leanidavich SIVAKAU (Yuri Leanidavich SIVAKAU, SIVAKOU)

    Iury (Yuri) Leonidovich SIVAKOV

    Юрый Леанiдавiч СIВАКАЎ, СIВАКОЎ

    Юрий Леонидович СИВАКОВ

    Posizzjoni(jiet): Eks Ministru għall-Affarijiet Interni; eks Viċi Kap tal-Amministrazzjoni Presidenzjali

    Data tat-twelid: 5.8.1946

    Post tat-twelid: Onory, Reġjun/Oblast ta' Sakhalin, eks Unjoni Sovjetika (illum, Belarussja)

    Indirizz: Belarusian Association of Veterans of Special Forces of the Ministry of Internal Affairs ‘Honour’, 111 Mayakovskogo St., Minsk 220028, Belarus

    Sess: raġel

    Organizza l-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Belaussja fl-1999 u l-2000. Eks Ministru għat-Turiżmu u l-Isport, eks Ministru għall-Affarijiet Interni u eks Viċi Kap tal-Amministrazzjoni Presidenzjali.

    24.9.2004

    5.

    Yuri Khadzimuratavich KARAEU

    Yuri Khadzimuratovich KARAEV

    Юрый Хаджымуратавiч КАРАЕЎ

    Юрий Хаджимуратович КАРАЕВ

    Posizzjoni(jiet): (Eks Ministru għall-Affarijiet Interni; Logutenent Ġeneral tal-Milizzja (forza tal-pulizija); Assistent tal-President tar-Repubblika tal-Belarussja - Spettur għar-Reġjun/l-Oblast ta' Grodno/Hrodna

    Data tat-twelid: 21.6.1966

    Post tat-twelid: Ordzhonikidze eks Unjoni Sovjetika (issa Vladikavkaz, Federazzjoni Russa)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni ta' tmexxija li kellu bħala Ministru għall-Affarijiet Interni, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u ta' intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluża t-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

    Għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala assistent tal-President tal-Belarussja – Spettur għar-Reġjun/l-Oblast ta' Grodno/Hrodna.

    2.10.2020

    6.

    Genadz Arkadzievich KAZAKEVICH

    Gennadi Arkadievich KAZAKEVICH

    Генадзь Аркадзьевiч КАЗАКЕВIЧ

    Геннадий Аркадьевич КАЗАКЕВИЧ

    Posizzjoni(jiet): Eks l-Ewwel Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni

    Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni – Kap tal-Milizzja Kriminali, Kurunell tal-Milizzja (forza tal-pulizija)

    Data tat-twelid: 14.2.1975

    Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni ta' tmexxija li kellu bħala l-Ewwel Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u ta' intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluża t-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

    Għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala l-Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni. Għadu jżomm il-kariga tiegħu ta' Kap tal-Milizzja Kriminali.

    2.10.2020

    7.

    Aliaksandr Piatrovich BARSUKOU

    Alexander (Alexandr) Petrovich BARSUKOV

    Аляксандр Пятровiч БАРСУКОЎ

    Александр Петрович БАРСУКОВ

    Posizzjoni(jiet): Eks Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni, Logutenent Ġeneral tal-Milizzja (forza tal-pulizija);

    Assistent tal-President tar-Repubblika tal-Belarussja - Spettur għar-Reġjun/l-Oblast ta' Minsk

    Data tat-twelid: 29.4.1965

    Post tat-twelid: Distrett ta' Vetkovski (Vetka), eks USSR (issa Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni ta' tmexxija li kellu bħala Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u ta' intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluża t-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

    Għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala assistent tal-President tal-Belarussja – Spettur għar-Reġjun/l-Oblast ta' Minsk.

    2.10.2020

    8.

    Siarhei Mikalaevich KHAMENKA

    Sergei Nikolaevich KHOMENKO

    Сяргей Мiкалаевiч ХАМЕНКА

    Сергей Николаевич ХОМЕНКО

    Posizzjoni(jiet): Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni, Maġġur Ġeneral tal-Milizzja (forza tal-pulizija)

    Data tat-twelid: 21.9.1966

    Post tat-twelid: Yasinovataya, eks Unjoni Sovjetika (issa l-Ukrajna)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluża t-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

    2.10.2020

    9.

    Yuri Genadzevich NAZARANKA

    Yuri Gennadievich NAZARENKO

    Юрый Генадзевiч НАЗАРАНКА

    Юрий Геннадьевич НАЗАРЕНКО

    Posizzjoni(jiet): Eks Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni, Eks Kmandant tat-Truppi Interni;

    L-Ewwel Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni, Kap tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika, Ġeneral Maġġur tal-Milizzja (forza tal-pulizija)

    Data tat-twelid: 17.4.1976

    Post tat-twelid: Slonim, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni ta' tmexxija li kellu bħala Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni u Kmandant tat-Truppi Interni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, b'mod partikolari t-Truppi Interni taħt il-kmand tiegħu, wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluża t-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

    Għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala l-Ewwel Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni u Kap tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika.

    2.10.2020

    10.

    Khazalbek Baktibekavich ATABEKAU

    Khazalbek Bakhtibekovich ATABEKOV

    Хазалбек Бактiбекавiч АТАБЕКАЎ

    Хазалбек Бахтибекович АТАБЕКОВ

    Posizzjoni(jiet): Viċi Kmandant tat-Truppi Interni

    Data tat-twelid: 18.3.1967

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi Kmandant tat-Truppi Interni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, b'mod partikolari t-Truppi Interni taħt il-kmand tiegħu, wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluża t-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

    2.10.2020

    11.

    Aliaksandr Valerievich BYKAU

    Alexander (Alexandr) Valerievich BYKOV

    Аляксандр Валер’евiч БЫКАЎ

    Александр Валерьевич БЫКОВ

    Posizzjoni(jiet): Kmandant tal-Unità Speċjali ta' Reazzjoni Rapida (SOBR), Logutenent Kurunell

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kmandant tal-Unità Speċjali ta' Reazzjoni Rapida (SOBR) tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-SOBR wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluża t-tortura, ta' dimostranti paċifiċi.

    2.10.2020

    12.

    Aliaksandr Sviataslavavich SHEPELEU

    Alexander (Alexandr) Svyatoslavovich SHEPELEV

    Аляксандр Святаслававiч ШЭПЕЛЕЎ

    Александр Святославович ШЕПЕЛЕВ

    Posizzjoni(jiet): Kap tad-Dipartiment għas-Sikurezza u s-Sigurtà, Ministeru għall-Affarijiet Interni

    Data tat-twelid: 14.10.1975

    Post tat-twelid: ir-raħal ta' Rublevsk, distrett ta' Kruglyanskiy, Reġjun/Oblast ta' Mogilev/Mahiliou, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni għolja tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment għas-Sikurezza u s-Sigurtà fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni, huwa involut fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluża t-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

    2.10.2020

    13.

    Dzmitry Uladzimiravich BALABA

    Dmitry Vladimirovich BALABA

    Дзмiтрый Уладзiмiравiч БАЛАБА

    Дмитрий Владимирович БАЛАБА

    Posizzjoni(jiet): Kap tal-OMON ("Taqsima Distakkata Speċjali tal-Milizzja") għall-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta' Minsk

    Data tat-twelid: 1.6.1972

    Post tat-twelid: ir-raħal ta' Gorodilovo, Reġjun/Oblast ta' Minsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni tiegħu ta' kmand fuq il-forzi tal-OMON f'Minsk, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-OMON f'Minsk wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluża t-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

    2.10.2020

    14.

    Ivan Uladzimiravich KUBRAKOU

    Ivan Vladimirovich KUBRAKOV

    Iван Уладзiмiравiч КУБРАКОЎ

    Иван Владимирович КУБРАКОВ

    Posizzjoni(jiet): Eks Kap tad-Direttorat Prinċipali għall-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta' Minsk;

    Ministru għall-Affarijiet Interni, Maġġur Ġeneral tal-Milizzja (forza tal-pulizija)

    Data tat-twelid: 5.5.1975

    Post tat-twelid: il-villaġġ ta' Malinovka, Reġjun/Oblast ta' Mogilev/Mahiliou, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni li kellu ta' Kap tad-Direttorat Prinċipali għall-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta' Minsk, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-pulizija wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluża t-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

    Għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala l-Ministru għall-Affarijiet Interni.

    2.10.2020

    15.

    Maxim Aliaksandravich GAMOLA (HAMOLA)

    Maxim Alexandrovich GAMOLA

    Максiм Аляксандравiч ГАМОЛА

    Максим Александрович ГАМОЛА

    Posizzjoni(jiet): Eks Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija fid-Distrett ta' Moskovski, Minsk;

    Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tal-Belt ta' Minsk, Kap tal-Pulizija Kriminali

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni li kellu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija fid-Distrett ta' Moskovski, Minsk, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija f'dak id-distrett kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura.

    Għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tal-Belt ta' Minsk u Kap tal-Pulizija Kriminali

    2.10.2020

    16.

    Aliaksandr Mikhailavich ALIASHKEVICH

    Alexander (Alexandr) Mikhailovich ALESHKEVICH

    Аляксандр Мiхайлавiч АЛЯШКЕВIЧ

    Александр Михайлович АЛЯШКЕВIЧ

    Posizzjoni(jiet): L-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Distrettwali tal-Affarijiet Interni fid-Distrett ta' Moskovski, Minsk, Kap tal-Pulizija Kriminali

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Distrettwali tal-Affarijiet Interni fid-Distrett ta' Moskovski, Minsk u Kap tal-Pulizija Kriminali, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni f'dak id-distrett kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura.

    2.10.2020

    17.

    Andrei Vasilievich GALENKA

    Andrey Vasilievich GALENKA

    Андрэй Васiльевiч ГАЛЕНКА

    Андрей Васильевич ГАЛЕНКА

    Posizzjoni(jiet): Viċi Kap tad-Dipartiment Distrettwali tal-Affarijiet Interni fid-Distrett ta' Moskovski, Minsk, Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi Kap tad-Dipartiment Distrettwali tal-Affarijiet Interni fid-Distrett ta' Moskovski, Minsk u Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija f'dak id-distrett kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura.

    2.10.2020

    18.

    Aliaksandr Paulavich VASILIEU

    Alexander (Alexandr) Pavlovich VASILIEV

    Аляксандр Паўлавiч ВАСIЛЬЕЎ

    Александр Павлович ВАСИЛЬЕВ

    Posizzjoni(jiet): Kap tad-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar- Reġjun/l-Oblast ta' Gomel/Homyel

    Data tat-twelid: 24.3.1975

    Post tat-twelid: Mogilev/Mahilou, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta' Gomel/Homyel, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni f’dak ir-reġjun /l-oblast kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura.

    2.10.2020

    19.

    Aleh Mikalaevich SHULIAKOUSKI

    Oleg Nikolaevich SHULIAKOVSKI

    Алег Мiкалаевiч ШУЛЯКОЎСКI

    Олег Николаевич ШУЛЯКОВСКИЙ

    Posizzjoni(jiet): L-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta' Gomel/Homyel, Kap tal-Pulizija Kriminali

    Data tat-twelid: 26.7.1977

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta' Gomel/Homyel u Kap tal-Pulizija Kriminali, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija f’dak ir-reġjun /l-oblast kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura.

    2.10.2020

    20.

    Anatol Anatolievich VASILIEU

    Anatoli Anatolievich VASILIEV

    Анатоль Анатольевiч ВАСIЛЬЕЎ

    Анатолий Анатольевич ВАСИЛЬЕВ

    Posizzjoni(jiet): Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta' Gomel/Homyel, Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika

    Data tat-twelid: 26.1.1972

    Post tat-twelid: Gomel/Homyel, Oblast ta' Gomel/Homyel, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta' Gomel/Homyel u Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija f’dak ir-reġjun /l-oblast kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura.

    2.10.2020

    21.

    Aliaksandr Viachaslavavich ASTREIKA

    Alexander (Alexandr) Viacheslavovich ASTREIKO

    Аляксандр Вячаслававiч АСТРЭЙКА

    Александр Вячеславович АСТРЕЙКО

    Posizzjoni(jiet): Kap tad-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta' Brest, Maġġur-Ġeneral tal-Milizzja (forza tal-pulizija)

    Data tat-twelid: 22.12.1971

    Post tat-twelid: Kapyl, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun/l-Oblast ta' Brest u Maġġur-Ġeneral tal-Milizzja, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija f’dak ir-reġjun /l-oblast kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura.

    2.10.2020

    22.

    Leanid ZHURAUSKI

    Leonid ZHURAVSKI

    Леанiд ЖУРАЎСКI

    Леонид ЖУРАВСКИЙ

    Posizzjoni(jiet): Kap tal-OMON ( "Stakkament tal-Pulizija għal Skopijiet Speċjali") f'Vitebsk/Viciebsk

    Data tat-twelid: 20.9.1975

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni tiegħu ta' kmand fuq il-forzi tal-OMON f'Vitebsk/Viciebsk, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-OMON f'Vitebsk/Viciebsk wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin ta' dimostranti paċifiċi.

    2.10.2020

    23.

    Mikhail DAMARNACKI

    Mikhail DOMARNATSKY

    Мiхаiл ДАМАРНАЦКI

    Михаил ДОМАРНАЦКИЙ

    Posizzjoni(jiet): Kap tal-OMON ("Stakkament tal-Pulizija għal Skopijiet Speċjali") f'Gomel/Homyel

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni tiegħu ta' kmand fuq il-forzi tal-OMON f'Gomel/Homyel, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-OMON f'Gomel/Homyel wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin ta' dimostranti paċifiċi.

    2.10.2020

    24.

    Maxim MIKHOVICH

    Maxim MIKHOVICH

    Максiм МIХОВIЧ

    Максим МИХОВИЧ

    Posizzjoni(jiet): Kap tal-OMON ("Stakkament tal-Pulizija għal Skopijiet Speċjali") fi Brest, Logutenent Kurunell

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni tiegħu ta' kmand fuq il-forzi tal-OMON fi Brest, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-OMON fi Brest wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin ta' dimostranti paċifiċi.

    2.10.2020

    25.

    Aleh Uladzimiravich MATKIN

    Oleg Vladimirovitch MATKIN

    Алег Уладзiмiравiч МАТКIН

    Олег Владимирович МАТКИН

    Posizzjoni(jiet): Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni, Maġġur-Ġeneral tal-Milizzja (forza tal-pulizija)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali li għandu awtorità fuq il-faċilitajiet ta' detenzjoni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fuq ċittadini detenuti f'dawk il-faċilitajiet ta' detenzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020 u għar-repressjoni brutali ġenerali fuq dimostranti paċifiċi.

    2.10.2020

    26.

    Ivan Yurievich SAKALOUSKI

    Ivan Yurievich SOKOLOVSKI

    Iван Юр’евiч САКАЛОЎСКI

    Иван Юрьевич СОКОЛОВСКИЙ

    Posizzjoni(jiet): Direttur taċ-ċentru ta' detenzjoni Akrestina, Minsk

    Sess: raġel

    Fil-kapaċità tiegħu bħala Direttur taċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Akrestina f'Minsk, huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, imwettaq fuq ċittadini detenuti fiċ-ċentru ta' detenzjoni Akrestina wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020.

    2.10.2020

    27.

    Valeri Paulavich VAKULCHYK

    Valery Pavlovich VAKULCHIK

    Валерый Паўлавiч

    ВАКУЛЬЧЫК

    Валерий Павлович ВАКУЛЬЧИК

    Posizzjoni(jiet): Eks President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB).

    Eks Segretarju tal-Istat tal-Kunsill tas-Sigurtà

    Assistent tal-President tar-Repubblika tal-Belarussja – Spettur għar-Reġjun/l-Oblast ta' Brest

    Data tat-twelid: 19.6.1964

    Post tat-twelid: Radostovo, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni ta' tmexxija li kellu bħala President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB), kien responsabbli għall-parteċipazzjoni tal-KGB fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluża t-tortura, ta' dimostranti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni.

    Għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala Assistent tal-President tal-Belarussja – Spettur għar-Reġjun/l-Oblast ta' Brest.

    2.10.2020

    28.

    Siarhei Yaugenavich TSERABAU

    Sergey Evgenievich TEREBOV

    Сяргей Яўгенавiч ЦЕРАБАЎ

    Сергей Евгеньевич ТЕРЕБОВ

    Posizzjoni(jiet): L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB)

    Data tat-twelid: 1972

    Post tat-twelid: Borisov/Barisaw, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB), huwa responsabbli għall-parteċipazzjoni tal-KGB fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluża t-tortura, ta' dimostranti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni.

    2.10.2020

    29.

    Dzmitry Vasilievich RAVUTSKI

    Dmitry Vasilievich REUTSKY

    Дзмiтрый Васiльевiч РАВУЦКI

    Дмитрий Васильевич РЕУЦКИЙ

    Posizzjoni(jiet): Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB), huwa responsabbli għall-parteċipazzjoni tal-KGB fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluża t-tortura, ta' dimostranti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni.

    2.10.2020

    30.

    Uladzimir Viktaravich KALACH

    Vladimir Viktorovich KALACH

    Уладзiмiр Вiктаравiч КАЛАЧ

    Владимир Викторович КАЛАЧ

    Posizzjoni(jiet): Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB), huwa responsabbli għall-parteċipazzjoni tal-KGB fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluża t-tortura, ta' dimostranti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni.

    2.10.2020

    31.

    Alieg Anatolevich CHARNYSHOU

    Oleg Anatolievich CHERNYSHEV

    Алег Анатольевiч ЧАРНЫШОЎ

    Олег Анатольевич ЧЕРНЫШЁВ

    Posizzjoni(jiet): Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB), huwa responsabbli għall-parteċipazzjoni tal-KGB fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluża t-tortura, ta' dimostranti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni.

    2.10.2020

    32.

    Aliaksandr Uladzimiravich KANYUK

    Alexander (Alexandr) Vladimirovich KONYUK

    Аляксандр Уладзiмiравiч КАНЮК

    Александр Владимирович КОНЮК

    Posizzjoni(jiet): Eks Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Belarussja

    Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Belarussja għall-Armenja

    Data tat-twelid: 11.7.1960

    Post tat-twelid: Grodno/Hrodna, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni li kellu bħala Prosekutur Ġenerali, huwa responsabbli għall-użu mifrux ta' proċeduri kriminali biex jiġu skwalifikati kandidati tal-oppożizzjoni qabel l-elezzjoni presidenzjali tal-2020 u biex persuni ma jitħallewx jingħaqdu mal-Kunsill ta' Koordinazzjoni mniedi mill-oppożizzjoni biex jikkontesta l-eżitu tal-elezzjoni.

    Għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala ambaxxatur tal-Belarussja għall-Armenja.

    2.10.2020

    33.

    Lidzia Mihailauna YARMOSHINA

    Lidia Mikhailovna YERMOSHINA

    Лiдзiя Мiхайлаўна ЯРМОШЫНА

    Лидия Михайловна ЕРМОШИНА

    Posizzjoni(jiet): President tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC)

    Data tat-twelid: 29.1.1953

    Post tat-twelid: Slutsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Sess: mara

    Bħala President tas-CEC, hija responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.

    B'mod partikolari, is-CEC u t-tmexxija tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.

    2.10.2020

    34.

    Vadzim Dzmitryevich IPATAU

    Vadim Dmitrievich IPATOV

    Вадзiм Дзмiтрыевiч IПАТАЎ

    Вадим Дмитриевич ИПАТОВ

    Posizzjoni(jiet): Viċi President tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC)

    Data tat-twelid: 30.10.1964

    Post tat-twelid: Kolomyia, Reġjun/Oblast ta’ Ivano-Frankivsk, eks Unjoni Sovjetika (issa l-Ukrajna)

    Sess: raġel

    Bħala Viċi President tas-CEC, huwa responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.

    B'mod partikolari, is-CEC u t-tmexxija tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.

    2.10.2020

    35.

    Alena Mikalaeuna DMUHAILA

    Elena Nikolaevna DMUHAILO

    Алена Мiкалаеўна ДМУХАЙЛА

    Елена Николаевна ДМУХАЙЛО

    Posizzjoni(jiet): Segretarja tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC)

    Data tat-twelid: 1.7.1971

    Sess: mara

    Bħala Segretarja tas-CEC, hija responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.

    B'mod partikolari, is-CEC u t-tmexxija tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.

    2.10.2020

    36.

    Andrei Anatolievich GURZHY

    Andrey Anatolievich GURZHIY

    Андрэй Анатольевiч ГУРЖЫ

    Андрей Анатольевич ГУРЖИЙ

    Posizzjoni(jiet): Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC)

    Data tat-twelid: 10.10.1975

    Sess: raġel

    Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, huwa responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.

    B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.

    2.10.2020

    37.

    Volga Leanidauna DARASHENKA

    Olga Leonidovna DOROSHENKO

    Вольга Леанiдаўна ДАРАШЭНКА

    Ольга Леонидовна ДОРОШЕНКО

    Posizzjoni(jiet): Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC)

    Data tat-twelid: 1976

    Sess: mara

    Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, hija responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.

    B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.

    2.10.2020

    38.

    Siarhei Aliakseevich KALINOUSKI

    Sergey Alexeyevich KALINOVSKIY

    Сяргей Аляксеевiч КАЛIНОЎСКI

    Сергей Алексеевич КАЛИНОВСКИЙ

    Posizzjoni(jiet): Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC)

    Data tat-twelid: 3.1.1969

    Sess: raġel

    Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, huwa responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.

    B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.

    2.10.2020

    39.

    Sviatlana Piatrouna KATSUBA

    Svetlana Petrovna KATSUBO

    Святлана Пятроўна КАЦУБА

    Светлана Петровна КАЦУБО

    Posizzjoni(jiet): Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC)

    Data tat-twelid: 6.8.1959

    Post tat-twelid: Podilsk, Reġjun/Oblast ta’ Odessa, eks Unjoni Sovjetika (issa l-Ukrajna)

    Sess: mara

    Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, hija responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.

    B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.

    2.10.2020

    40.

    Aliaksandr Mikhailavich LASYAKIN

    Alexander (Alexandr) Mikhailovich LOSYAKIN

    Аляксандр Мiхайлавiч ЛАСЯКIН

    Александр Михайлович ЛОСЯКИН

    Posizzjoni(jiet): Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC)

    Data tat-twelid: 21.7.1957

    Sess: raġel

    Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, huwa responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.

    B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.

    2.10.2020

    41.

    Igar Anatolievich PLYSHEUSKI

    Ihor Anatolievich PLYSHEVSKIY

    Iгар Анатольевiч ПЛЫШЭЎСКI

    Игорь Анатольевич ПЛЫШЕВСКИЙ

    Posizzjoni(jiet): Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC)

    Data tat-twelid: 19.2.1979

    Post tat-twelid: Lyuban, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Sess: raġel

    Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, huwa responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.

    B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.

    2.10.2020

    42.

    Marina Yureuna RAKHMANAVA

    Marina Yurievna RAKHMANOVA

    Марына Юр’еўна РАХМАНАВА

    Марина Юрьевна РАХМАНОВА

    Posizzjoni(jiet): Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC)

    Data tat-twelid: 26.9.1970

    Sess: mara

    Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, hija responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.

    B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.

    2.10.2020

    43.

    Aleh Leanidavich SLIZHEUSKI

    Oleg Leonidovich SLIZHEVSKI

    Алег Леанiдавiч СЛIЖЭЎСКI

    Олег Леонидович СЛИЖЕВСКИЙ

    Posizzjoni(jiet): Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC)

    Data tat-twelid: 16.8.1972

    Post tat-twelid: Grodno/Hrodna, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Sess: raġel

    Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, huwa responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.

    B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.

    2.10.2020

    44.

    Irina Aliaksandrauna TSELIKAVETS

    Irina Alexandrovna TSELIKOVEC

    Iрына Аляксандраўна ЦЭЛIКАВЕЦ

    Ирина Александровна ЦЕЛИКОВЕЦ

    Posizzjoni(jiet): Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC)

    Data tat-twelid: 2.11.1976

    Post tat-twelid: Zhlobin, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Sess: mara

    Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, hija responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.

    B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.

    2.10.2020

    45.

    Aliaksandr Ryhoravich LUKASHENKA

    Alexander (Alexandr) Grigorievich LUKASHENKO

    Аляксандр Рыгоравiч ЛУКАШЭНКА

    Александр Григорьевич ЛУКАШЕНКО

    Posizzjoni(jiet): President tar-Repubblika tal-Belarussja

    Data tat-twelid: 30.8.1954

    Post tat-twelid: Kopys settlement, Reġjun/Oblast ta’ Vitebsk/Viciebsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Sess: raġel

    Bħala l-President tal-Belarussja b’awtorità fuq il-korpi statali, huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti mwettqa mill-apparat tal-Istat qabel u wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari l-esklużjoni ta’ kandidati ewlenin tal-oppożizzjoni, arresti arbitrarji u l-maltrattament ta’ dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

    6.11.2020

    46.

    Viktar Aliaksandravich LUKASHENKA

    Viktor Alexandrovich LUKASHENKO

    Вiктар Аляксандравiч ЛУКАШЭНКА

    Виктор Александрович ЛУКАШЕНКО

    Posizzjoni(jiet): Konsulent tal-President dwar is-Sigurtà Nazzjonali, Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà

    Data tat-twelid: 28.11.1975

    Post tat-twelid: Mogilev/Mahiliou (eks Unjoni Sovjetika, issa Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Konsulent tal-President dwar is-Sigurtà Nazzjonali u Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, kif ukoll il-pożizzjoni superviżorja informali tiegħu fuq il-forzi tas-sigurtà tal-Belarussja, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll l-intimidazzjoni u l-vjolenza fuq il-ġurnalisti.

    6.11.2020

    47.

    Ihar Piatrovich SERGYAENKA

    Igor Petrovich SERGEENKO

    Iгар Пятровiч СЕРГЯЕНКА

    Игорь Петрович СЕРГЕЕНКО

    Posizzjoni(jiet): Kap tal-Persunal tal-Amministrazzjoni Presidenzjali

    Data tat-twelid: 14.1.1963

    Post tat-twelid: Il-villaġġ ta' Stolitsa fir-Reġjun/l-Oblast ta’ Vitebsk/Viciebsk (eks Unjoni Sovjetika, issa Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tal-Persunal tal-Amministrazzjoni Presidenzjali, huwa assoċjat mill-qrib mal-President u responsabbli milli tiġi żgurata l-implimentazzjoni tas-setgħat presidenzjali fil-qasam tal-politika domestika u barranija. Għaldaqstant qiegħed jappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka, inkluż fil-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020.

    6.11.2020

    48.

    Ivan Stanislavavich TERTEL

    Ivan Stanislavovich TERTEL

    Iван Станiслававiч ТЭРТЭЛЬ

    Иван Станиславович ТЕРТЕЛЬ

    Posizzjoni(jiet): President tal-Kumitat tas-Sigurtà Statali (KGB), eks President tal-Kumitat ta’ Kontroll Statali

    Data tat-twelid: 8.9.1966

    Post tat-twelid: il-villaġġ ta’ Privalka/Privalki fir-Reġjun/l-Oblast ta’ Grodno/Hrodna, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala President tal-Kumitat tas-Sigurtà Statali (KGB) u fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala l-President tal-Kumitat ta’ Kontroll Statali, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll l-intimidazzjoni u l-vjolenza fuq il-ġurnalisti.

    6.11.2020

    49.

    Raman Ivanavich MELNIK

    Roman Ivanovich MELNIK

    Раман Iванавiч МЕЛЬНIК

    Роман Иванович МЕЛЬНИК

    Posizzjoni(jiet): Kap tad-Direttorat Ewlieni tal-Protezzjoni tal-Ordni Pubbliku u l-Prevenzjoni fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni,

    Data tat-twelid: 29.5.1964

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala l-Kap tad-Direttorat Ewlieni tal-Protezzjoni tal-Ordni Pubbliku u l-Prevenzjoni fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll l-intimidazzjoni u l-vjolenza fuq il-ġurnalisti.

    6.11.2020

    50.

    Ivan Danilavich NASKEVICH

    Ivan Danilovich NOSKEVICH

    Iван Данiлавiч НАСКЕВIЧ

    Иван Данилович НОСКЕВИЧ

    Posizzjoni(jiet): President tal-Kumitat Investigattiv

    Data tat-twelid: 25.3.1970

    Post tat-twelid: il-villaġġ ta’ Cierabličy fir-Reġjun/l-Oblast ta’ Brest, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala l-President tal-Kumitat Investigattiv, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-Kumitat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, partikolarment minħabba l-investigazzjonijiet li nbdew kontra l-Kunsill ta’ Koordinazzjoni u kontra d-dimostranti paċifiċi.

    6.11.2020

    51.

    Aliaksey Aliaksandravich VOLKAU

    Alexei Alexandrovich VOLKOV

    Аляксей Аляксандравiч ВОЛКАЎ

    Алексей Александрович ВОЛКОВ

    Posizzjoni(jiet): Eks l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat Investigattiv, attwalment President tal-Kumitat tal-Istat għall-Għarfien Espert fil-Forensika

    Data tat-twelid: 7.9.1973

    Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu ta’ tmexxija bħala l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat Investigattiv, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-Kumitat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, partikolarment minħabba l-investigazzjonijiet li nbdew kontra l-Kunsill ta’ Koordinazzjoni u kontra d-dimostranti paċifiċi.

    6.11.2020

    52.

    Siarhei Yakaulevich AZEMSHA

    Sergei Yakovlevich AZEMSHA

    Сяргей Якаўлевiч АЗЕМША

    Сергей Яковлевич АЗЕМША

    Posizzjoni(jiet): Viċi President tal-Kumitat Investigattiv

    Data tat-twelid: 17.7.1974

    Post tat-twelid: Rechitsa, Reġjun/Oblast ta’ Gomel/Homyel, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala l-Viċi President tal-Kumitat Investigattiv, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-Kumitat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, partikolarment minħabba l-investigazzjonijiet li nbdew kontra l-Kunsill ta’ Koordinazzjoni u kontra d-dimostranti paċifiċi.

    6.11.2020

    53.

    Andrei Fiodaravich SMAL

    Andrei Fyodorovich SMAL

    Андрэй Фёдаравiч СМАЛЬ

    Андрей Федорович СМАЛЬ

    Posizzjoni(jiet): Viċi President tal-Kumitat Investigattiv

    Data tat-twelid: 1.8.1973

    Post tat-twelid: Brest, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala l-Viċi President tal-Kumitat Investigattiv, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-Kumitat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, partikolarment minħabba l-investigazzjonijiet li nbdew kontra l-Kunsill ta’ Koordinazzjoni u kontra d-dimostranti paċifiċi.

    6.11.2020

    54.

    Andrei Yurevich PAULIUCHENKA

    Andrei Yurevich PAVLYUCHENKO

    Андрэй Юр’евiч ПАЎЛЮЧЕНКА

    Андрей Юрьевич ПАВЛЮЧЕНКО

    Posizzjoni(jiet): Kap taċ-Ċentru Operazzjonali-Analitiku

    Data tat-twelid: 1.8.1971

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala l-Kap taċ-Ċentru Operazzjonali-Analitiku, huwa assoċjat mill-qrib mal-President u responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili, b’mod partikolari billi xekkel il-konnessjoni man-networks tat-telekomunikazzjoni bħala għodda ta’ repressjoni tas-soċjetà ċivili, tad-dimostranti paċifiċi u tal-ġurnalisti.

    6.11.2020

    55.

    Ihar Ivanavich BUZOUSKI

    Igor Ivanovich BUZOVSKI

    Iгар Iванавiч БУЗОЎСКI

    Игорь Иванович БУЗОВСКИЙ

    Posizzjoni(jiet): Viċi Ministru għall-Informazzjoni

    Data tat-Twelid: 10.7.1972

    Post tat-twelid: il-villaġġ ta’ Koshelevo Reġjun/Oblast ta’ Grodno/Hrodna, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala Viċi Ministru għall-Informazzjoni, huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili, partikolarment bid-deċiżjoni tal-Ministeru għall-Informazzjoni li jwaqqaf l-aċċess għal siti web indipendenti u jillimita l-aċċess għall-Internet fil-Belarussja wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, bħala għodda ta’ repressjoni tas-soċjetà ċivili, tad-dimostranti paċifiċi u tal-ġurnalisti.

    6.11.2020

    56.

    Natallia Mikalaeuna EISMANT

    Natalia Nikolayevna EISMONT

    Наталля Мiкалаеўна ЭЙСМАНТ

    Наталья Николаевна ЭЙСМОНТ

    Posizzjoni(jiet): Segretarju tal-Istampa tal-President tal-Belarussja

    Data tat-twelid: 16.2.1984

    Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Kunjom ta' xebba: Kirsanova (Ortografija Russa: Кирсанова) jew Selyun (Ortografija Russa: Селюн)

    Sess: mara

    Fil-pożizzjoni tagħha bħala Segretarju tal-Istampa tal-President tal-Belarussja, hija assoċjata mill-qrib mal-President u hija responsabbli mill-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-media tal-President, fosthom l-abbozzar ta’ stqarrijiet u l-organizzazzjoni ta’ dehriet pubbliċi. Għaldaqstant qed tappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka, inkluż fil-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020. B’mod partikolari, bl-istqarrijiet pubbliċi tagħha fejn iddefendiet lill-President u kkritikat l-attivisti tal-oppożizzjoni kif ukoll id-dimostranti paċifiċi, li għamlet wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, ikkontribwiet biex jiddgħajfu serjament id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Belarussja.

    6.11.2020

    57.

    Siarhei Yaugenavich ZUBKOU

    Sergei Yevgenevich ZUBKOV

    Сяргей Яўгенавiч ЗУБКОЎ

    Сергей Евгеньевич ЗУБКОВ

    Posizzjoni(jiet): Kmandant tal-Unità Alfa

    Data tat-twelid: 21.8.1975

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni ta’ kmand tiegħu fuq il-forzi tal-Unità Alfa, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni li twettqet minn dawk il-forzi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll l-intimidazzjoni u l-vjolenza fuq il-ġurnalisti.

    6.11.2020

    58.

    Andrei Aliakseevich RAUKOU

    Andrei Alexeyevich RAVKOV

    Андрэй Аляксеевiч РАЎКОЎ

    Андрей Алексеевич РАВКОВ

    Posizzjoni(jiet): Eks Segretarju tal-Istat tal-Kunsill tas-Sigurtà

    Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Belarussja għall-Ażerbajġan

    Data tat-twelid: 25.6.1967

    Post tat-twelid: il-villaġġ ta’ Revyaki, Reġjun/Oblast ta’ Vitebsk/Viciebsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu ta’ Segretarju tal-Istat tal-Kunsill tas-Sigurtà, huwa kien assoċjat mill-qrib mal-President u huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni li twettqet mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll l-intimidazzjoni u l-vjolenza fuq il-ġurnalisti.

    Għadu attiv fir-reġim ta' Lukashenka bħala ambaxxatur tal-Belarussja għall-Ażerbajġan.

    6.11.2020

    59.

    Pyotr Piatrovich MIKLASHEVICH

    Petr Petrovich MIKLASHEVICH

    Пётр Пятровiч МIКЛАШЭВIЧ

    Петр Петрович МИКЛАШЕВИЧ

    Posizzjoni(jiet): President tal-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Belarussja

    Data tat-twelid: 18.10.1954

    Post tat-twelid: Reġjun/Oblast ta’ Minsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Sess: raġel

    Bħala l-President tal-Qorti Kostituzzjonali, huwa responsabbli għad-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali adottata fil-25 ta’ Awwissu 2020, li permezz tagħha ġew leġittimizzati r-riżultati tal-elezzjonijiet frodulenti. Għaldaqstant appoġġa u ffaċilita azzjonijiet ta’ kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mill-apparat tal-Istat kontra dimostranti paċifiċi u ġurnalisti u huwa għaldaqstant responsabbli għad-dgħajfien serju tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Belarussja.

    6.11.2020

    60.

    Anatol Aliaksandravich SIVAK

    Anatoli Alexandrovich SIVAK

    Анатоль Аляксандравiч СIВАК

    Анатолий Александрович СИВАК

    Posizzjoni(jiet): Viċi Prim Ministru; eks President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta' Minsk

    Data tat-twelid: 19.7.1962

    Post tat-twelid: Zavoit, Distrett ta' Narovlya, Reġjun/Oblast ta' Gomel/Homyel, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-kapaċità ta' tmexxija preċedenti tiegħu bħala President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta' Minsk, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat lokali f'Minsk taħt is-sorveljanza tiegħu wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. Huwa għamel bosta dikjarazzjonijiet pubbliċi li fihom ikkritika l-protesti paċifiċi li kienu qed iseħħu fil-Belarussja.

    Fil-pożizzjoni ta' tmexxija attwali tiegħu bħala Viċi Prim Ministru huwa jkompli jappoġġa r-reġim ta' Lukashenka.

    17.12.2020

    61.

    Ivan Mikhailavich EISMANT

    Ivan Mikhailovich EISMONT

    Iван Мiхайлавiч ЭЙСМАНТ

    Иван Михайлович ЭЙСМОНТ

    Posizzjoni(jiet): President tal-Kumpannija Nazzjonali tat-Televiżjoni u tar-Radju tal-Istat, Kap tal-Kumpannija Belteleradio

    Data tat-twelid: 20.1.1977

    Post tat-twelid: Grodno/Hrodna, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni attwali tiegħu bħala l-Kap tal-Kumpannija tat-Televiżjoni u tar-Radju tal-Istat tal-Belarussja, huwa responsabbli għat-tixrid tal-propaganda tal-istat fil-media pubblika u jkompli jappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka. Dan jinkludi l-użu ta’ mezzi tal-media biex tiġi appoġġata l-kontinwazzjoni tal-mandat tal-President, minkejja l-elezzjonijiet presidenzjali frawdolenti li saru fid-9 ta’ Awwissu 2020, u r-repressjoni vjolenti sussegwenti u ripetuta fuq protesti paċifiċi u leġittimi.

    Eismont għamel dikjarazzjonijiet pubbliċi li fihom kkritika tad-dimostranti paċifiċi u rrifjuta li jipprovdi rappurtaġġ mill-mezzi tax-xandir tal-protesti. Taħt it-tmexxija tiegħu, huwa keċċa wkoll lill-impjegati tal-Kumpannija Belteleradio li ħadu sehem fi strajk, u b'hekk huwa responsabbli għal ksur ta' drittijiet tal-bniedem.

    17.12.2020

    62.

    Uladzimir Stsiapanavich KARANIK

    Vladimir Stepanovich KARANIK

    Уладзiмiр Сцяпанавiч КАРАНIК

    Владимир Степанович КАРАНИК

    Posizzjoni(jiet): Gvernatur tar-Reġjun/l-Oblast ta' Grodno/Hrodna; eks Ministru għall-Kura tas-Saħħa

    Data tat-twelid: 30.11.1973

    Post tat-twelid: Grodno/Hrodna, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-kapaċità ta' tmexxija preċedenti tiegħu bħala l-Ministru għall-Kura tas-Saħħa, huwa kien responsabbli għall-użu tas-servizzi tal-kura tas-saħħa għar-repressjoni tad-dimostranti paċifiċi, inkluż bl-użu ta' ambulanzi biex jittrasportaw lil dimostranti li kienu jeħtieġu assistenza medika lejn swali ta' iżolament, minflok lejn sptarijiet. Huwa għamel bosta dikjarazzjonijiet pubbliċi li fihom ikkritika l-protesti paċifiċi li kienu qed iseħħu fil-Belarussja, u darba minnhom akkuża lil dimostrant li kien qiegħed taħt l-influwenza tax-xorb jew tad-drogi.

    Fil-pożizzjoni ta' tmexxija attwali tiegħu bħala l-Gvernatur tar-Reġjun/l-Oblast ta' Grodno/Hrodna huwa jkompli jappoġġa r-reġim ta' Lukashenka.

    17.12.2020

    63.

    Natallia Ivanauna KACHANAVA

    Natalia Ivanovna KOCHANOVA

    Наталля Iванаўна КАЧАНАВА

    Наталья Ивановна КОЧАНОВА

    Posizzjoni(jiet): President tal-Kunsill tar-Repubblika tal-Assemblea Nazzjonali tal-Belarussja

    Data tat-twelid: 25.9.1960

    Post tat-twelid: Polotsk, Reġjun/Oblast ta' Vitebsk/Viciebsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Sess: mara

    Fil-pożizzjoni ta' tmexxija attwali tagħha bħala President tal-Kunsill tar-Repubblika tal-Assemblea Nazzjonali tal-Belarussja, hija responsabbli talli appoġġat id-deċiżjonijiet tal-President fil-qasam tal-politika domestika. Hija wkoll responsabbli għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet frawdolenti li saru fid-9 ta’ Awwissu 2020. Hija għamlet dikjarazzjonijiet pubbliċi li fihom iddefendiet ir-repressjoni brutali tal-apparat tas-sigurtà fuq dimostranti paċifiċi.

    17.12.2020

    64.

    Pavel Mikalaevich LIOHKI

    Pavel Nikolaevich LIOHKI

    Павел Мiкалаевiч ЛЁГКI

    Павел Николаевич ЛЁГКИЙ

    Posizzjoni(jiet): L-Ewwel Viċi Ministru għall-Informazzjoni

    Data tat-twelid: 30.5.1972

    Post tat-twelid: Baranavichy, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Ministru għall-Informazzjoni, huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili, u b'mod partikolari għad-deċiżjoni tal-Ministeru għall-Informazzjoni li jitwaqqaf l-aċċess għal siti web indipendenti u jillimita l-aċċess għall-internet fil-Belarussja wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, bħala għodda ta' repressjoni tas-soċjetà ċivili, tad-dimostranti paċifiċi u tal-ġurnalisti.

    17.12.2020

    65.

    Ihar Uladzimiravich LUTSKY

    Igor Vladimirovich LUTSKY

    Iгар Уладзiмiравiч ЛУЦКI

    Игорь Владимирович ЛУЦКИЙ

    Posizzjoni(jiet): Ministru għall-Informazzjoni

    Data tat-twelid: 31.10.1972

    Post tat-twelid: Stolin, Reġjun/Oblast ta' Brest, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Ministru għall-Informazzjoni, huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili, u b'mod partikolari għad-deċiżjoni tal-Ministeru għall-Informazzjoni li jitwaqqaf l-aċċess għal siti web indipendenti u jillimita l-aċċess għall-internet fil-Belarussja wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, bħala għodda ta' repressjoni tas-soċjetà ċivili, tad-dimostranti paċifiċi u tal-ġurnalisti.

    17.12.2020

    66.

    Andrei Ivanavich SHVED

    Andrei Ivanovich SHVED

    Андрэй Iванавiч ШВЕД

    Андрей Иванович ШВЕД

    Posizzjoni(jiet): Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Belarussja

    Data tat-twelid: 21.4.1973

    Post tat-twelid: Glushkovichi, Reġjun/Oblast ta' Gomel/Homyel, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Prosekutur Ġenerali, huwa responsabbli għar-repressjoni li għaddejja tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, b'mod partikolari għat-tnedija ta' bosta proċedimenti kriminali kontra dimostranti paċifiċi, mexxejja tal-oppożizzjoni u ġurnalisti wara l-elezzjonijiet presidenzjali tal-2020. Huwa għamel ukoll dikjarazzjonijiet pubbliċi li fihom hedded lil dawk li pparteċipaw f''manifestazzjonijiet mhux awtorizzati' b'kastig.

    17.12.2020

    67.

    Genadz Andreevich BOGDAN

    Gennady Andreievich BOGDAN

    Генадзь Андрэевiч БОГДАН

    Геннадий Андреевич БОГДАН

    Posizzjoni(jiet): Viċi Kap tal-Belarus President Property Management Directorate

    Data tat-twelid: 8.1.1977

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Viċi Kap tal-Belarus President Property Management Directorate, huwa jissorvelja l-funzjonament ta' bosta intrapriżi. Il-korp taħt it-tmexxija tiegħu jipprovdi appoġġ finanzjarju, materjali u tekniku, soċjali, domestiku u mediku lill-apparat tal-istat u l-awtoritajiet repubblikani. Huwa assoċjat mill-qrib mal-President u għadu jappoġġa r-reġim ta' Lukashenka.

    17.12.2020

    68.

    Ihar Paulavich BURMISTRAU

    Igor Pavlovich BURMISTROV

    Iгар Паўлавiч БУРМIСТРАЎ

    Игорь Павлович БУРМИСТРОВ

    Posizzjoni(jiet): Kap tal-Persunal u l-Ewwel Viċi Kmandant tat-Truppi Interni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni

    Data tat-twelid: 30.9.1968

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Kmandant tat-Truppi Interni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mit-Truppi Interni taħt il-kmand tiegħu wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluża t-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

    17.12.2020

    69.

    Arciom Kanstantinavich DUNKA

    Artem Konstantinovich DUNKO

    Арцём Канстанцiнавiч ДУНЬКА

    Артем Константинович ДУНЬКО

    Posizzjoni(jiet): Spettur Anzjan għal Kwistjonijiet Speċjali tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Istat

    Data tat-twelid: 8.6.1990

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Spettur Anzjan għal Kwistjonijiet Speċjali tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Istat, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari investigazzjonijiet imnedija dwar il-mexxejja u l-attivisti tal-oppożizzjoni.

    17.12.2020

    70.

    Aleh Heorhievich KARAZIEI

    Oleg Georgevich KARAZEI

    Алег Георгiевiч КАРАЗЕЙ

    Олег Георгиевич КАРАЗЕЙ

    Posizzjoni(jiet): Kap tad-Dipartiment tal-Prevenzjoni tad-Dipartiment Ewlieni tal-Infurzar tal-Liġi u l-Prevenzjoni tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni

    Data tat-twelid: 1.1.1979

    Post tat-twelid: Reġjun/Oblast ta' Minsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Prevenzjoni tad-Dipartiment Ewlieni tal-Infurzar tal-Liġi u l-Prevenzjoni tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-pulizija wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza fuq il-ġurnalisti.

    17.12.2020

    71.

    Dzmitry Aliaksandravich KURYAN

    Dmitry Alexandrovich KURYAN

    Дзмiтрый Аляксандравiч КУРЯН

    Дмитрий Александрович КУРЯН

    Posizzjoni(jiet): Kurunell tal-Pulizija, Viċi Kap tad-Dipartiment Ewlieni u Kap tad-Dipartiment tal-Infurzar tal-Liġi fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni

    Data tat-twelid: 3.10.1974

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala Kurunell tal-Pulizija u Viċi Kap tad-Dipartiment Ewlieni u Kap tad-Dipartiment tal-Infurzar tal-Liġi fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-pulizija wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza fuq il-ġurnalisti.

    17.12.2020

    72.

    Aliaksandr Henrykavich TURCHIN

    Alexander (Alexandr) Henrihovich TURCHIN

    Аляксандр Генрыхавiч ТУРЧЫН

    Александр Генрихович ТУРЧИН

    Posizzjoni(jiet): President tal-Kumitat Eżekuttiv Reġjonali ta' Minsk

    Data tat-twelid: 2.7.1975

    Post tat-twelid: Novogrudok, Reġjun/Oblast ta' Grodno/Hrodna, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-President tal-Kumitat Eżekuttiv Reġjonali ta' Minsk, huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-amministrazzjoni lokali, inkluż numru ta' kumitati. Huwa għalhekk qed jappoġġa r-reġim ta' Lukashenka.

    17.12.2020

    73.

    Dzmitry Mikalaevich SHUMILIN

    Dmitry Nikolayevich SHUMILIN

    Дзмiтрый Мiкалаевiч ШУМIЛIН

    Дмитрий Николаевич ШУМИЛИН

    Posizzjoni(jiet): Viċi Kap tad-dipartiment għall-avvenimenti tal-massa tal-GUVD (id-Dipartiment Ewlieni tal-Affarijiet Interni) tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta' Minsk

    Data tat-twelid: 26.7.1977

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi Kap tad-dipartiment għall-avvenimenti tal-massa tal-GUVD tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta’ Minsk, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat lokali wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta’ dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

    Huwa ddokumentat li qed jieħu sehem personalment fid-detenzjoni illegali ta' dimostranti paċifiċi.

    17.12.2020

    74.

    Vital Ivanavich STASIUKEVICH

    Vitalyi Ivanovich STASIUKEVICH

    Вiталь Iванавiч СТАСЮКЕВIЧ

    Виталий Иванович СТАСЮКЕВИЧ

    Posizzjoni(jiet): Viċi Kap tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika fi Grodno/Hrodna

    Data tat-twelid: 5.3.1976

    Post tat-twelid: Grodno/Hrodna, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi Kap tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika fi Grodno/Hrodna, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-pulizija lokali taħt il-kmand tiegħu wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

    Skont ix-xhieda huwa ssorvelja personalment id-detenzjoni illegali ta' dimostranti paċifiċi.

    17.12.2020

    75.

    Siarhei Leanidavich KALINNIK

    Sergei Leonidovich KALINNIK

    Сяргей Леанiдавiч КАЛИННИК

    Сергей Леонидович КАЛИННИК

    Posizzjoni(jiet): Kurunell tal-Pulizija, Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Sovetsky ta' Minsk

    Data tat-twelid: 23.7.1979

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Sovetsky ta' Minsk, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-pulizija lokali taħt il-kmand tiegħu wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

    Skont ix-xhieda huwa ssorvelja personalment u ħa sehem fit-tortura ta' dimostranti detenuti illegalment.

    17.12.2020

    76.

    Vadzim Siarhaevich PRYGARA

    Vadim Sergeyevich PRIGARA

    Вадзiм Сяргеевiч ПРЫГАРА

    Вадим Сергеевич ПРИГАРА

    Posizzjoni(jiet): Logutenent Kurunell tal-Pulizija, Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali f'Molodechno

    Data tat-twelid: 31.10.1980

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali f'Molodechno, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-pulizija lokali taħt il-kmand tiegħu wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

    Skont ix-xhieda, huwa ssorvelja personalment is-swat ta' dimostranti detenuti illegalment. Huwa għamel ukoll bosta dikjarazzjonijiet derogatorji dwar id-dimostranti lill-media.

    17.12.2020

    77.

    Viktar Ivanavich STANISLAUCHYK

    Viktor Ivanovich STANISLAVCHIK

    Вiктар Iванавiч СТАНIСЛАЎЧЫК

    Виктор Иванович СТАНИСЛАВЧИК

    Posizzjoni(jiet): Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta' Sovetsky ta' Minsk, Kap tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika

    Data tat-twelid: 27.1.1971

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta’ Sovetsky ta’ Minsk u Kap tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-pulizija lokali taħt il-kmand tiegħu wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta’ dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

    Skont ix-xhieda, huwa ssorvelja personalment id-detenzjoni ta' dimostranti paċifiċi u s-swat ta' dawk detenuti illegalment.

    17.12.2020

    78.

    Aliaksandr Aliaksandravich PIETRASH

    Alexander (Alexandr) Alexandrovich PETRASH

    Аляксандр Аляксандравiч ПЕТРАШ

    Александр Александрович ПЕТРАШ

    Posizzjoni(jiet): President tal-qorti tad-distrett ta' Moskovski f'Minsk

    Data tat-twelid: 16.5.1988

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni tiegħu bħala president tal-qorti tad-distrett ta' Moskovski f'Minsk, huwa responsabbli għal bosta deċiżjonijiet politikament motivati kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tiegħu, kien hemm rapporti ta' ksur tad-drittijiet tad-difiża u dipendenza fuq dikjarazzjonijiet minn xhieda foloz.

    Huwa kien strumentali fl-immultar u d-detenzjoni ta' dimostranti, ġurnalisti u mexxejja tal-oppożizzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020.

    Għalhekk huwa responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

    17.12.2020

    79.

    Andrei Aliaksandravich LAHUNOVICH

    Andrei Alexandrovich LAHUNOVICH

    Андрэй Аляксандравiч ЛАГУНОВIЧ

    Андрей Александрович ЛАГУНОВИЧ

    Posizzjoni(jiet): Imħallef tal-qorti tad-distrett ta' Sovetsky f'Gomel/Homyel

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni tiegħu bħala mħallef tal-qorti tad-distrett ta' Sovetsky f'Gomel/Homyel, huwa responsabbli għal bosta deċiżjonijiet politikament motivati kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tiegħu, kien hemm rapporti ta' ksur tad-drittijiet tad-difiża.

    Għalhekk huwa responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

    17.12.2020

    80.

    Alena Vasileuna LITVINA

    Elena Vasilevna LITVINA

    Алена Васiльеўна ЛIТВIНА

    Елена Васильевна ЛИТВИНА

    Posizzjoni(jiet): Imħallef tal-qorti tad-distrett ta' Leninsky f'Mogilev

    Sess: mara

    Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-qorti tad-distrett ta' Leninsky f'Mogilev, hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet politikament motivati kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti, b'mod partikolari għas-sentenzjar ta' Siarhei Tsikhanousky – attivist tal-oppożizzjoni u r-raġel tal-kandidat presidenzjali Svetlana Tsikhanouskaya. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża.

    Għalhekk hija responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

    17.12.2020

    81.

    Victoria Valeryeuna SHABUNYA

    Victoria Valerevna SHABUNYA

    Вiкторыя Валер’еўна ШАБУНЯ

    Виктория Валерьевна ШАБУНЯ

    Posizzjoni(jiet): Imħallef tal-Qorti tad-distrett ċentrali f'Minsk

    Data tat-twelid: 27.2.1974

    Sess: mara

    Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-Qorti tad-distrett ċentrali f’Minsk, hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti, b’mod partikolari għas-sentenzjar ta' Sergei Dylevsky - membru tal-Kunsill ta’ Koordinazzjoni u mexxej ta’ kumitat tal-istrajk. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża.

    Għalhekk hija responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

    17.12.2020

    82.

    Alena Aliaksandravna ZHYVITSA

    Elena Alexandrovna ZHYVITSA

    Алена Аляксандравна ЖЫВIЦА

    Елена Александровна ЖИВИЦА

    Posizzjoni(jiet): Imħallef tal-Qorti tad-distrett ta' Oktyabrsky f'Minsk

    Data tat-twelid: 9.4.1990

    Sess: mara

    Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-Qorti tad-distrett ta' Oktyabrsky f’Minsk, hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża.

    Għalhekk hija responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

    17.12.2020

    83.

    Natallia Anatolievna DZIADKOVA

    Natalia Anatolievna DEDKOVA

    Наталля Анатольеўна ДЗЯДКОВА

    Наталья Анатольевна ДЕДКОВА

    Posizzjoni(jiet): Imħallef tal-Qorti tad-distrett ta' Partizanski f'Minsk

    Data tat-twelid: 2.12.1979

    Sess: mara

    Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-Qorti tad-distrett ta' Partizanski f’Minsk, hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti, b’mod partikolari għas-sentenzjar tal-mexxej tal-Kunsill ta’ Koordinazzjoni Mariya Kalesnikava. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża.

    Għalhekk hija responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

    17.12.2020

    84.

    Maryna Arkadzeuna FIODARAVA

    Marina Arkadievna FEDOROVA

    Марына Аркадзьеўна ФЁДАРАВА

    Марина Аркадьевна ФЕДОРОВА

    Posizzjoni(jiet): Imħallef tal-Qorti tad-distrett ta' Sovetsky f'Minsk

    Data tat-twelid: 11.9.1965

    Sess: mara

    Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-Qorti tad-distrett ta' Sovetsky f’Minsk, hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża.

    Għalhekk hija responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

    17.12.2020

    85.

    Yulia Chaslavauna HUSTYR

    Yulia Cheslavovna HUSTYR

    Юлiя Чаславаўна ГУСТЫР

    Юлия Чеславовна ГУСТЫР

    Posizzjoni(jiet): Imħallef tal-Qorti tad-distrett ċentrali f'Minsk

    Data tat-twelid: 14.1.1984

    Sess: mara

    Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-Qorti tad-distrett ċentrali f’Minsk, hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti, b’mod partikolari għas-sentenzjar tal-kandidat presidenzjali tal-oppożizzjoni Viktar Babarika. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża.

    Għalhekk hija responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

    17.12.2020

    86.

    Alena Tsimafeeuna NYAKRASAVA

    Elena Timofeyevna NEKRASOVA

    Алена Цiмафееўна НЯКРАСАВА

    Елена Тимофеевна НЕКРАСОВА

    Posizzjoni(jiet): Imħallef tal-Qorti tad-distrett ta' Zavodsky f'Minsk

    Data tat-twelid: 26.11.1974

    Sess: mara

    Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-Qorti tad-distrett ta' Zavodsky f’Minsk, hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża.

    Għalhekk hija responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

    17.12.2020

    87.

    Aliaksandr Vasilevich SHAKUTSIN

    Alexander (Alexandr) Vasilevich SHAKUTIN

    Аляксандр Васiльевiч ШАКУЦIН

    Александр Васильевич ШАКУТИН

    Posizzjoni(jiet): Negozjant, sid tal-impriża Amkodor Holding

    Data tat-twelid: 12.1.1959

    Post tat-twelid: Bolshoe Babino, Orsha Rayon, Reġjun/Oblast ta' Vitebsk/ Viciebsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja)

    Sess: raġel

    Huwa wieħed min-negozjanti ewlenin li joperaw fil-Belarussja, b’interessi kummerċjali fis-setturi tal-kostruzzjoni, tal-bini tal-magni, tal-agrikoltura u oħrajn.

    Huwa rrappurtat li huwa wieħed mill-persuni li bbenefikaw l-aktar mill-privatizzazzjoni matul il-mandat ta’ Lukashenka bħala President. Huwa wkoll membru tal-presidju tal-assoċjazzjoni pubblika favur Lukashenka "Belaya Rus" u membru tal-Kunsill għall-Iżvilupp tal-Intraprenditorija fir-Repubblika tal-Belarussja.

    Għaldaqstant qed jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed jappoġġah.

    F’Lulju 2020 huwa għamel kummenti pubbliċi li jikkundannaw il-protesti tal-oppożizzjoni fil-Belarussja, u b’hekk ikkontribwixxa għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

    17.12.2020

    88.

    Mikalai Mikalaevich VARABEI/VERABEI

    Nikolay Nikolaevich VOROBEY

    Мiкалай Мiкалаевiч ВАРАБЕЙ/ВЕРАБЕЙ

    Николай Николаевич ВОРОБЕЙ

    Posizzjoni(jiet): Negozjant, koproprjetarju tal-grupp Bremino

    Data tat-twelid: 4.5.1963

    Post tat-twelid: l-eks Repubblika Sovjetika Ukrena (issa l-Ukrajna)

    Sess: raġel

    Huwa wieħed min-negozjanti ewlenin li joperaw fil-Belarussja, b’interessi kummerċjali fis-setturi taż-żejt, tat-tranżitu tal-faħam, tal-banek u oħrajn.

    Huwa l-koproprjetarju tal-grupp Bremino – kumpannija li gawdiet minn ħelsien mit-taxxa u forom oħra ta’ appoġġ mill-amministrazzjoni Belarussa.

    Għaldaqstant qed jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed jappoġġah.

    17.12.2020

    B.   Persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 4(1)

     

    Ismijiet

    (Trażlitterazzjoni tal-ortografija Belarussa)

    (Trażlitterazzjoni tal-ortografija Russa)

    Ismijiet

    (ortografija Belarussa)

    (ortografija Russa)

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet għall-elenkar

    Data tal-elenkar

    1.

    Beltechexport

    Белтехэкспорт

    Indirizz: Nezavisimosti ave., 86-B, Minsk, Belarussja

    Sit web: https://bte.by/

    Indirizz elettroniku: mail@bte.by

    Beltechexport hija entità privata li tesporta armi u tagħmir militari prodotti minn kumpanniji tal-istat tal-Belarussja lejn pajjiżi fl-Afrika, l-Amerka t’Isfel, l-Asja u l-Lvant Nofsani. Beltechexport hija assoċjata mill-qrib mal-Ministeru tad-Difiża tal-Belarussja.

    Għaldaqstant Beltechexport qed tibbenefika mill-assoċjazzjoni tagħha mar-reġim ta’ Lukashenka u tappoġġah, billi ġġib benefiċċji għall-Amministrazzjoni Presidenzjali.

    17.12.2020

    2.

    Dana Holdings / Dana Astra

    Дана Холдингз / Дана Астра

    Indirizz: P. Mstislavtsa 9 (1st floor), Minsk, il-Belarussja

    Numru tar-reġistrazzjoni: Dana Astra - 191295361

    Sit elettroniku: https://en.dana-holdings.com; https://dana-holdings.com/

    Indirizz elettroniku: PR@bir.by

    Tel. : +375 17 26-93-290; +375 17 39-39-465

    Dana Holdings / Dana Astra hija waħda mill-iżviluppaturi u l-kostrutturi ewlenin tal-proprjetà immobbli fil-Belarussja. Il-kumpannija rċeviet plottijiet ta’ art għall-iżvilupp ta’ diversi kumplessi residenzjali kbar u ċentri tan-negozju.

    Is-sidien ta’ Dana Holdings/Dana Astra għandhom relazzjonijiet mill-qrib mal-President Lukashenka. Liliya Lukashenko, bint tar-rispett tal-President, kellha pożizzjoni ta’ kariga għolja fil-kumpannija.

    Għaldaqstant Dana Holdings / Dana Astra qed tibbenefika mill-assoċjazzjoni tagħha mar-reġim ta’ Lukashenka u qed tappoġġah.

    17.12.2020

    3.

    GHU - Id-Dipartiment Ekonomiku Prinċipali tal-Belarus President Property Management Directorate

    Главное хозяйственное управление

    Indirizz: Miasnikova str. 37, Minsk, Belarus

    Sit web: http://ghu.by

    Indirizz elettroniku: ghu@ghu.by

    Id-Dipartiment Ekonomiku Prinċipali (GHU) tal-Belarus President Property Management Directorate huwa l-akbar operatur fis-suq tal-proprjetà immobbli mhux residenzjali fil-Belarussja u superviżur ta’ bosta kumpanniji.

    Viktor Sheiman, li bħala l-kap tal-Belarus President Property Management Directorate jeżerċita kontroll dirett fuq il-GHU, intalab mill-President Lukashenka biex jissorvelja s-sikurezza tal-elezzjonijiet presidenzjali tal-2020.

    Għaldaqstant, il-GHU qed jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed jappoġġah.

    17.12.2020

    4.

    LLC SYNESIS

    ООО “Синезис”

    Indirizz: Platonova 20B, 220005, Minsk, Belarus; Mantulinskaya 24, Moscow 123100, Russia.

    Numru tar-reġistrazzjoni (УНН/ИНН): 190950894 (Belarussja); 7704734000/770301001 (Russja).

    Sit web: https://synesis.partners; https://synesis-group.com/

    Tel.: +375 17 240-36-50

    Indirizz elettroniku: s@synesis.by

    LLC Synesis tipprovdi lill-awtoritajiet tal-Belarussja bi pjattaforma ta’ sorveljanza, li tista’ tfittex u tanalizza filmati u tuża software ta’ rikonoxximent tal-wiċċ, li jagħmel lill-kumpannija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika mill-apparat tal-istat fil-Belarussja.

    L-impjegati ta’ Synesis huma pprojbiti milli jikkomunikaw bil-Belarussu, u b’hekk jappoġġjaw il-politika ta’ diskriminazzjoni tar-reġim ta’ Lukashenka abbażi tal-lingwa.

    Il-Kumitat għas-Sigurtà tal-Istat tal-Belarussja (KGB) u l-Ministeru tal-Affarijiet Interni huma elenkati bħala utenti ta’ sistema maħluqa minn Synesis. Il-kumpannija għalhekk qed tibbenefika mill-assoċjazzjoni tagħha mar-reġim ta’ Lukashenka u qed tappoġġah.

    L-uffiċjal kap eżekuttiv ta’ Synesis Alexander Shatrov ikkritika pubblikament lil dawk li pprotestaw kontra r-reġim ta’ Lukashenka u ddeskriva n-nuqqas ta’ demokrazija fil-Belarussja bħala relattiv.

    17.12.2020

    5.

    AGAT electromechanical Plant OJSC

    Агат-электромеханический завод

    Indirizz: Nezavisimosti ave., 115, 220114 Minsk, Belarussja

    Tel.:

    +375 17 272-01-32

    +375 17 570-41-45

    Indirizz elettroniku: marketing@agat-emz.by

    Sit web: https://agat-emz.by/

    L-AGAT electromechanical Plant OJSC hija parti mill-Awtorità tal-Istat tal-Belarussja għall-Industrija Militari tar-Repubblika tal-Belarussja (magħrufa wkoll bħala SAMI jew Kumitat Industrijali Militari tal-Istat), li hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politika militari-teknika tal-Istat u subordinata għall-Kunsill tal-Ministri u l-President tal-Belarussja. Għaldaqstant l-AGAT electromechanical Plant OJSC qed tibbenefika mill-assoċjazzjoni tagħha mar-reġim ta’ Lukashenka u qed tappoġġah.

    Il-kumpannija timmanifattura 'Rubezh' – sistema ta’ ostakli mfassla għall-kontroll tal-irvellijiet. Is-sistema Rubezh intużat kontra dimostrazzjonijiet paċifiċi li seħħew wara l-elezzjonijiet presidenzjali li saru fid-9 ta’ Awwissu 2020, u għalhekk il-kumpannija hi responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

    17.12.2020

    6.

    140 Repair Plant

    140 ремонтный завод

    Sit web: 140zavod.org

    L-140 Repair Plant hija parti mill-Awtorità tal-Istat tal-Belarussja għall-Industrija Militari tar-Repubblika tal-Belarussja (magħrufa wkoll bħala SAMI jew Kumitat Industrijali Militari tal-Istat), li hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politika militari-teknika tal-Istat u subordinata għall-Kunsill tal-Ministri u l-President tal-Belarussja. Għaldaqstant l-140 Repair Plant qed tibbenefika mill-assoċjazzjoni tagħha mar-reġim ta' Lukashenka u qed tappoġġah.

    Il-kumpannija timmanifattura vetturi tat-trasport u vetturi armati, li ntużaw kontra dimostrazzjonijiet paċifiċi li seħħew wara l-elezzjonijiet presidenzjali li saru fid-9 ta’ Awwissu 2020, u b’hekk il-kumpannija hi responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

    17.12.2020

    7.

    MZKT (magħruf ukoll bħala VOLAT)

    МЗКТ - Минский завод колёсных тягачей

    Indirizz elettroniku: Sit web: www.mzkt.by

    L-MZKT (magħrufa wkoll bħala l-VOLAT) hija parti mill-Awtorità tal-Istat tal-Belarussja għall-Industrija Militari tar-Repubblika tal-Belarussja (magħrufa wkoll bħala SAMI jew Kumitat Industrijali Militari tal-Istat), li hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politika militari-teknika tal-Istat u subordinata għall-Kunsill tal-Ministri u l-President tal-Belarussja. Għaldaqstant l-MZKT (magħrufa wkoll bħala l-VOLAT) qed tibbenefika mill-assoċjazzjoni tagħha mar-reġim ta’ Lukashenka u qed tappoġġah.

    Ħaddiema tal-MZKT li pprotestaw matul iż-żjara tal-President Lukashenka fil-fabbrika u bdew strajk wara l-elezzjonijiet presidenzjali tal-2020 fil-Belarussja tkeċċew, u dan jagħmel il-kumpannija reponsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem.

    17.12.2020.


    Top