This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R0242
Commission Implementing Regulation (EU) 2021/242 of 11 February 2021 approving non-minor amendments to the specification for a name entered in the register of traditional specialities guaranteed (‘Tepertős pogácsa’ (TSG))
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/242 tal-11 ta’ Frar 2021 li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem irreġistrat fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [“Tepertős pogácsa” (STG)]
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/242 tal-11 ta’ Frar 2021 li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem irreġistrat fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [“Tepertős pogácsa” (STG)]
C/2021/1047
ĠU L 57, 18.2.2021, p. 76–76
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
18.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 57/76 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/242
tal-11 ta’ Frar 2021
li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem irreġistrat fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [“Tepertős pogácsa” (STG)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Ungerija għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-ispeċjalità tradizzjonali garantita “Tepertős pogácsa”, irreġistrata skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1144/2013 (2) kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1415 (3). |
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhix minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba biex issir l-emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(b) ta’ dak ir-Regolament. |
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-isem “Tepertős pogácsa” (STG) hija b’dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1144/2013 tat-13 ta’ Novembru 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Tepertős pogácsa (STG)] (ĠU L 303, 14.11.2013, p. 17).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1415 tal-24 ta’ Awwissu 2016 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Tepertős pogácsa (STG)] (ĠU L 230, 25.8.2016, p. 20).