This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R0115
Commission Delegated Regulation (EU) 2021/115 of 27 November 2020 amending Annex I to Regulation (EU) 2019/1021 of the European Parliament and of the Council as regards perfluorooctanoic acid (PFOA), its salts and PFOA-related compounds (Text with EEA relevance)
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/115 tat-27 ta’ Novembru 2020 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aċidu perfluworoottanojku (PFOA), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/115 tat-27 ta’ Novembru 2020 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aċidu perfluworoottanojku (PFOA), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/7980
ĠU L 36, 2.2.2021, p. 7–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
2.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 36/7 |
IR-REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/115
tat-27 ta’ Novembru 2020
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aċidu perfluworoottanojku (PFOA), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1021 jimplimenta l-impenji tal-Unjoni skont il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar il-Pollutanti Organiċi Persistenti (2) (“il-Konvenzjoni”) u skont il-Protokoll għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja Fuq Distanza Twila rigward Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (3). |
(2) |
L-Anness A tal-Konvenzjoni (“l-Eliminazzjoni”) fih lista ta’ sustanzi kimiċi li kull Parti għall-Konvenzjoni hija meħtieġa li tipprojbixxihom u/jew li twettaq il-miżuri legali u amministrattivi meħtieġa biex jiġu eliminati l-produzzjoni, l-użu, l-importazzjoni u l-esportazzjoni tagħhom, filwaqt li tqis l-eżenzjonijiet speċifiċi applikabbli stabbiliti f’dak l-Anness. |
(3) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/784 (4) emenda l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 biex jinkludi l-aċidu perfluworoottanojku (PFOA), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA. |
(4) |
L-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2019/1021 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati biex timmodifika l-entrati eżistenti tal-Anness I biex tadattahom għall-progress xjentifiku u tekniku. |
(5) |
Wara l-adozzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/784, il-Kummissjoni ġiet infurmata bil-preżenza ta’ impuritajiet mhux intenzjonati tal-PFOA u l-imlieħ tiegħu ogħla mil-limitu ta’ 0,025 mg/kg (0,0000025 % skont il-piż) stabbilit f’dak ir-Regolament f’xi apparati mediċi għajr apparati impjantabbli u apparati invażivi. |
(6) |
Sabiex tiġi evitata l-projbizzjoni tal-manifattura ta’ tali apparati mediċi wara t-3 ta’ Diċembru 2020 u sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex inaqqsu l-livell tal-impuritajiet, jenħtieġ li jiġi stabbilit limitu ta’ Kontaminant fi Traċċi Mhux intenzjonat (UTC) ta’ 2 mg/kg (0,0002 % skont il-piż) għall-PFOA, l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA, soġġett għal rieżami. |
(7) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/784 introduċa limitu tal-UTC għall-PFOA u l-imlieħ tiegħu fil-mikrotrabijiet tal-politetrafluworoetilen (PTFE) prodotti minn irradjazzjoni jonizzanti sa 400 kilograys. |
(8) |
Wara l-adozzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/784, il-Kummissjoni ġiet infurmata li r-rekwiżit li l-proċess ta’ produzzjoni permezz tal-irradjazzjoni jonizzanti jsir sa 400 kilograys kien speċifiku wisq għall-operaturi biex jikkonformaw miegħu u għall-awtoritajiet biex jivverifikaw il-konformità. Għalhekk jenħtieġ li r-referenza għal 400 kilograys titħassar. |
(9) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/784 introduċa limitu tal-UTC għall-komposti relatati mal-PFOA meta jkunu preżenti f’sustanza li tintuża bħala sustanza intermedja iżolata trasportata għall-produzzjoni tas-sustanzi fluworokimiċi b’katina tal-karbonju ta’ 6 atomi jew iqsar. |
(10) |
Il-limitu tal-UTC kien maħsub biex ikopri s-sustanzi intermedji użati għall-produzzjoni ta’ alternattivi għall-PFOA b’6 atomi tal-karbonju jew anqas kompletament fluworurati. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-kelma “perfluworurata” jenħtieġ li tiddaħħal wara “katina tal-karbonju”. |
(11) |
Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/1021 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-27 ta’ Novembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 169, 25.6.2019, p. 45.
(2) ĠU L 209, 31.7.2006, p. 3.
(3) ĠU L 81, 19.3.2004, p. 37.
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/784 tat-8 ta’ April 2020 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-elenkar tal-aċidu perfluworoottanojku (PFOA), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA (ĠU L 188 I, 15.6.2020, p. 1).
ANNESS
Fit-tabella tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021, ir-raba’ kolonna (“Eżenzjoni speċifika fuq użu intermedju jew speċifikazzjoni oħra”) tal-entrata għall-aċidu perfluworoottanojku (PFOA), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA hija emendata kif ġej:
(1) |
l-ewwel sentenza tal-punt 3 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(2) |
l-ewwel sentenza tal-punt 4 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(3) |
jiżdied il-punt (10) li ġej:
|