Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D2315

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2315 tas-17 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (notifikata bid-dokument C(2021) 9751) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2021/9751

    ĠU L 464, 28.12.2021, p. 17–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/12/2022; Impliċitament imħassar minn 32022R2293

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/2315/oj

    28.12.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 464/17


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2315

    tas-17 ta’ Diċembru 2021

    li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE

    (notifikata bid-dokument C(2021) 9751)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 29(1) u l-Artikolu 29(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 96/23/KE jirrikjedi li l-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw annimali u prodotti tal-annimali koperti minn dik id-Direttiva, jissottomettu pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi li jipprovdu l-garanziji meħtieġa (“il-pjanijiet”). Jenħtieġ li l-pjanijiet ikopru mill-inqas il-gruppi tar-residwi u tas-sustanzi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 96/23.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (2) tapprova l-pjanijiet sottomessi minn ċerti pajjiżi terzi dwar l-annimali u l-prodotti tal-annimali, li huma elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni.

    (3)

    Il-pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti tal-laħam u stonkijiet, vexxiki u intestini ttrattati għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), huma elenkati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (4). Il-pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti tal-laħam f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), huma elenkati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 (6).

    (4)

    L-Albanija, l-Arġentina, l-Awstralja, il-Belarussja, il-Brażil, iċ-Ċilì, iċ-Ċina, il-Kolombja, l-Eġittu, l-Indja, l-Iran, il-Ġappun, il-Libanu, il-Mongolja, il-Marokk, New Zealand, il-Pakistan, il-Paragwaj, ir-Russja, is-Serbja, l-Iżvizzera, is-Sirja, it-Tuneżija, it-Turkija, l-Ukrajna, ir-Renju Unit (7), l-Urugwaj u l-Użbekistan issottomettew pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi speċifiċi għall-budellati u ġew ivvalutati b’mod sodisfaċenti mill-Kummissjoni. Il-pjanijiet kollha sottomessi jipprovdu biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġu approvati. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiġi inkluża entrata għal dawn il-pajjiżi terzi fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

    (5)

    Jenħtieġ li l-kolonna “Akkwakultura” fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE tinqasam f’erba’ subkolonni, jiġifieri “Ħut bil-pinen”, “Prodotti tal-ħut bil-pinen”, “Krustaċji” u “Molluski”, biex tkun allinjata aħjar mal-kategoriji użati għaċ-ċertifikati stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 (8), u mal-listi ta’ pajjiżi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti stabbiliti fl-Annessi VIII u IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405.

    (6)

    Sabiex jiġu riflessi l-prodotti differenti tal-akkwakultura esportati mill-pajjiżi terzi, il-Kummissjoni evalwat il-pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi tagħhom u kkonkludiet l-erba’ subkolonni, jiġifieri “Ħut bil-pinen”, “Prodotti tal-ħut bil-pinen”, “Krustaċji” u “Molluski”, abbażi tal-informazzjoni stabbilita fil-pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi tal-akkwakultura tagħhom li ssottomettew, skont dan.

    (7)

    L-Albanija, l-Arġentina, l-Armenja, il-Belarussja, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Gżejjer Falkland, il-Gżejjer Faeroe, Isle of Man, Iżrael, il-Ġappun, il-Kenja, Mauritius, il-Moldova, il-Montenegro, il-Marokk, New Zealand, il-Maċedonja ta’ Fuq, is-Serbja, Singapore, it-Turkija, l-Uganda, l-Ukrajna, ir-Renju Unit u l-Urugwaj issottomettew pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi speċifiċi, ristretti għal subkategorija waħda biss tal-akkwakultura, “ħut bil-pinen”, u ġew evalwati b’mod sodisfaċenti mill-Kummissjoni. Dawn il-pjanijiet kollha jipprovdu biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġu approvati. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiġi inkluża entrata għal dawn il-pajjiżi terzi fis-subkolonna tal-ħut bil-pinen fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

    (8)

    L-Awstralja, l-Iran u Madagascar issottomettew pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi speċifiċi relatati mas-subkategorija tal-akkwakultura “prodotti tal-ħut bil-pinen” u ġie evalwat b’mod sodisfaċenti mill-Kummissjoni. Dawn il-pjanijiet kollha jipprovdu biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġu approvati. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiġi inkluża entrata għal dawn il-pajjiżi terzi fis-subkolonna tal-prodotti tal-ħut bil-pinen fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

    (9)

    Il-Belize, il-Brunei, Kuba, il-Gwatemala, il-Mozambique, New Caledonia, in-Nikaragwa, in-Niġerja, it-Tanzanija u l-Venezwela ssottomettew pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi speċifiċi, ristrett għal subkategorija waħda biss tal-akkwakultura, “krustaċji” u ġie evalwat b’mod sodisfaċenti mill-Kummissjoni. Dawn il-pjanijiet kollha jipprovdu biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġu approvati. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiġi inkluża entrata għal dawn il-pajjiżi terzi fis-subkolonna tal-krustaċji fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

    (10)

    Il-Messiku ma ssottomettiex pjan għall-prodotti tal-majjal lill-Kummissjoni. Madankollu, il-Messiku pprovda garanziji, fir-rigward tal-prodotti tal-majjal li joriġinaw jew mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi li huma approvati biex jesportaw dawn il-prodotti lejn l-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiżdied entrata għall-Messiku fil-kolonna tal-porċini bin-nota f’qiegħ il-paġna adegwata fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

    (11)

    L-Emirati Għarab Magħquda ma ssottomettewx pjan għall-ħut bil-pinen lill-Kummissjoni. Madankollu, l-Emirati Għarab Magħquda pprovdew garanziji, fir-rigward tal-ħut bil-pinen li joriġinaw jew mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi li huma approvati biex jesportaw dawn il-prodotti lejn l-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiżdied entrata għall-Emirati Għarab Magħquda fis-subkolonna tal-ħut bil-pinen bin-nota f’qiegħ il-paġna adegwata fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

    (12)

    Il-pajjiżi terzi jistgħu jakkwistaw prodotti pproċessati ta’ oriġini mill-annimali li jinsabu fi prodotti komposti jew mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħra approvati għall-importazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti pproċessati lejn l-Unjoni, bil-għan li jintużaw biss għall-preparazzjoni ta’ prodotti komposti għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiżdied entrata għall-pajjiżi terzi li jeħtieġu l-użu ta’ dan il-prodott ipproċessat ta’ oriġini mill-annimali li jinsab fil-prodotti komposti bin-nota f’qiegħ il-paġna adegwata fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

    (13)

    L-Albanija ma tistax tipprovdi pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-ħalib, ekwivalenti għal dak meħtieġ fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/23/KE. Madankollu, l-Albanija pprovdiet garanziji, permezz ta’ dikjarazzjoni f’konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2011/163/UE, li tuża biss ħalib li joriġina jew minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi approvati biex jesportaw dawn il-prodotti lejn l-Unjoni, fil-prodott kompost li għandu jiġi esportat lejn l-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiżdied entrata għall-Albanija fir-rigward tal-ħalib fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

    (14)

    L-Eġittu ma jistax jipprovdi pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-ħalib, ekwivalenti għal dak meħtieġ fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/23/KE. Madankollu, l-Eġittu pprovda garanziji, permezz ta’ dikjarazzjoni f’konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2011/163/UE, li juża biss ħalib li joriġina jew minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi approvati biex jesportaw dawn il-prodotti lejn l-Unjoni, fil-prodott kompost li għandu jiġi esportat lejn l-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiżdied entrata għall-Eġittu fir-rigward tal-ħalib fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

    (15)

    L-Indoneżja ma tistax tipprovdi pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-ħalib u l-bajd, ekwivalenti għal dak meħtieġ fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/23/KE. Madankollu, l-Indoneżja pprovdiet garanziji, permezz ta’ dikjarazzjoni f’konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2011/163/UE, li tuża biss ħalib u bajd li joriġinaw jew minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi approvati biex jesportaw dawn il-prodotti lejn l-Unjoni, fil-prodott kompost li għandu jiġi esportat lejn l-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiżdied entrata għall-Indoneżja fir-rigward tal-ħalib u l-bajd fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

    (16)

    Il-Ġappun ma jistax jipprovdi pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-għasel, ekwivalenti għal dak meħtieġ fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/23/KE. Madankollu, il-Ġappun ipprovda garanziji, permezz ta’ dikjarazzjoni f’konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2011/163/UE, li juża biss għasel li joriġina jew minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi approvati biex jesportaw dawn il-prodotti lejn l-Unjoni, fil-prodott kompost li għandu jiġi esportat lejn l-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiżdied entrata għall-Ġappun fir-rigward tal-għasel fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

    (17)

    Il-Messiku ma jistax jipprovdi pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-ħalib, ekwivalenti għal dak meħtieġ fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/23/KE. Madankollu, il-Messiku pprovda garanziji, permezz ta’ dikjarazzjoni f’konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2011/163/UE, li juża biss ħalib li joriġina jew minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi approvati biex jesportaw dawn il-prodotti lejn l-Unjoni, fil-prodott kompost li għandu jiġi esportat lejn l-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiżdied entrata għall-Messiku fir-rigward tal-ħalib fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

    (18)

    Il-Marokk ma jistax jipprovdi pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-ħalib, għall-krustaċji u għall-bajd, ekwivalenti għal dak meħtieġ fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/23/KE. Madankollu, il-Marokk ipprovda garanziji, permezz ta’ dikjarazzjoni f’konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2011/163/UE, li juża biss ħalib, krustaċji u bajd li joriġinaw jew minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi approvati biex jesportaw dawn il-prodotti lejn l-Unjoni, fil-prodott kompost li għandu jiġi esportat lejn l-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiżdied entrata għall-Marokk fir-rigward tal-ħalib, il-krustaċji u l-bajd fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

    (19)

    L-Oman ma jistax jipprovdi pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-ħalib, il-bajd u l-għasel, ekwivalenti għal dak meħtieġ fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/23/KE. Madankollu, l-Oman ipprovda garanziji, permezz ta’ dikjarazzjoni f’konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2011/163/UE, li juża biss ħalib, bajd u għasel li joriġinaw jew minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi approvati biex jesportaw dawn il-prodotti lejn l-Unjoni, fil-prodott kompost li għandu jiġi esportat lejn l-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiżdied entrata għall-Oman fir-rigward tal-ħalib, il-bajd u l-għasel fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

    (20)

    It-Tajwan ma jistax jipprovdi pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-ħalib, ekwivalenti għal dak meħtieġ fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/23/KE. Madankollu, it-Tajwan ipprovda garanziji, permezz ta’ dikjarazzjoni f’konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2011/163/UE, li juża biss ħalib li joriġina jew minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi approvati biex jesportaw dawn il-prodotti lejn l-Unjoni, fil-prodott kompost li għandu jiġi esportat lejn l-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiżdied entrata għat-Tajwan fir-rigward tal-ħalib fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

    (21)

    Il-Vjetnam ma jistax jipprovdi pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-ħalib u l-bajd, ekwivalenti għal dak meħtieġ fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/23/KE. Madankollu, il-Vjetnam ipprovda garanziji, permezz ta’ dikjarazzjoni f’konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2011/163/UE, li juża biss ħalib u bajd li joriġinaw jew minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi approvati biex jesportaw dawn il-prodotti lejn l-Unjoni, fil-prodott kompost li għandu jiġi esportat lejn l-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiżdied entrata għall-Vjetnam fir-rigward tal-ħalib u l-bajd fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

    (22)

    L-Awstralja ssottomettiet pjan għall-bajd lill-Kummissjoni. Dak il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġi approvat. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiġi inkluża entrata għall-Awstralja għall-bajd fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

    (23)

    Attwalment, il-Ghana hija inkluża fil-lista ta’ approvazzjoni għall-għasel, stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE. Il-Ghana ssottomettiet pjan għall-għasel lill-Kummissjoni li ma jipprovdix biżżejjed garanziji. Għaldaqstant, jenħtieġ li titħassar l-entrata għall-Ghana fir-rigward tal-għasel mill-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE.

    (24)

    Attwalment, l-Iran huwa inkluż fil-lista ta’ approvazzjoni għall-prodotti tal-akkwakultura esklużi l-ħut bil-pinen, stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE. L-Iran issottometta pjan għall-prodotti tal-ħut bil-pinen u għall-krustaċji lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiġi inkluża entrata għall-Iran għall-prodotti tal-ħut bil-pinen u għall-krustaċji biss fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

    (25)

    Attwalment, l-Oman huwa inkluż fil-lista ta’ approvazzjoni għall-prodotti tal-akkwakultura esklużi l-krustaċji, stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE. L-Oman issottometta pjan għall-ħut bil-pinen lill-Kummissjoni li ma jipprovdix biżżejjed garanziji. Għaldaqstant, jenħtieġ li titħassar l-entrata għall-Oman fir-rigward tal-ħut bil-pinen mill-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE.

    (26)

    Attwalment, it-Tuneżija hija inkluża fil-lista ta’ approvazzjoni għall-kaċċa salvaġġa, stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE. It-Tuneżija ma ssottomettietx pjan għall-kaċċa salvaġġa lill-Kummissjoni u indikat li ma kien hemm l-ebda produzzjoni tal-kaċċa salvaġġa għal ħafna snin. Għaldaqstant, jenħtieġ li titħassar l-entrata għat-Tuneżija fir-rigward tal-kaċċa salvaġġa mill-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

    (27)

    Wallis u Futuna ssottomettew pjan għall-għasel lill-Kummissjoni. Dak il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġi approvat. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiġi inkluża entrata għall-Wallis u Futuna għall-għasel fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE skont dan.

    (28)

    Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/163/UE tiġi emendata skont dan.

    (29)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (9).

    Artikolu 2

    L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2021.

    Għall-Kummissjoni

    Stella KYRIAKIDES

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta’ Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).

    (3)  Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) ( ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).

    (6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 118).

    (7)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.

    (8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 1).

    (9)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).


    ANNESS

    “ANNESS

    Kodiċi tal-ISO2

    Pajjiż  (1)

    Bovini

    Ovini/kaprini

    Porċini

    Ekwini

    Tjur tat-trobbija

    Prodotti tal-akkwakultura

    Ħalib

    Bajd

    Fniek

    Kaċċa salvaġġa

    Kaċċa mrobbija

    Għasel

    Budellati

    Prodotti tas-sajd

    Molluski (molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-ibħra)

    Ħut bil-pinen

    Prodotti tal-ħut bil-pinen (eż. il-kavjar)

    Krustaċji

    AD

    Andorra

    X

    X

    X (2)

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    AE

    L-Emirati Għarab Magħquda

     

     

     

     

     

    X (2)

     

     

     

    X (3)

     

     

     

     

     

     

    AL

    L-Albanija

     

    X

     

     

     

    X

     

     

     

    X ((2a))

    X

     

     

     

     

    X

    AM

    L-Armenja

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    AR

    L-Arġentina

    X

    X

     

    X

    X

    X

     

     

     

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    AU

    L-Awstralja

    X

    X

     

    X

     

    X

    X

    X

    X

    X

    X

     

    X

    X

    X

    X

    BA

    Il-Bożnija-Ħerzegovina

    X

    X

    X

     

    X

    X

     

     

     

    X

    X

     

     

     

    X

     

    BD

    Il-Bangladesh

     

     

     

     

     

    X

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

    BF

    Il-Burkina Faso

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    BJ

    Il-Benin

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    BN

    Il-Brunei

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

    BR

    Il-Brażil

    X

     

     

    X

    X

    X

     

    X

     

     

     

     

     

     

    X

    X

    BW

    Il-Botswana

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    BY

    Il-Belarussja

     

     

     

    X (7)

     

    X

     

     

     

    X

    X

     

     

     

    X

    X

    BZ

    Il-Belize

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

    CA

    Il-Kanada

    X

    X

    X

    X

    X

    X

     

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

     

    CH

    L-Iżvizzera

    X

    X

    X

    X

    X

    X

     

     

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    CL

    Iċ-Ċilì

    X

    X

    X

     

    X

    X

     

     

    X

    X

     

     

    X

     

    X

    X

    CM

    Il-Kamerun

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    CN

    Iċ-Ċina

     

     

     

     

    X

    X

     

    X

     

     

    X

    X

     

     

    X

    X

    CO

    Il-Kolombja

     

     

     

     

     

    X

     

    X

     

    X

    X (2)

     

     

     

     

    X

    CR

    Il-Costa Rica

     

     

     

     

     

    X

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

    CU

    Kuba

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

    X

     

    DO

    Ir-Repubblika Dominicana

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    EC

    L-Ekwador

     

     

     

     

     

    X

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

    EG

    L-Eġittu

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X ((2a))

     

     

     

     

     

    X

    ET

    L-Etjopja

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    FK

    Il-Gżejjer Falkland

    X

    X (5)

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    FO

    Il-Gżejjer Faeroe

    Il-Gżejjer

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    GB

    Ir-Renju Unit

    X

    X

    X

    X

    X

    X

     

     

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    GE

    Il-Georgia

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    GG

    Guernsey

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

    GL

    Greenland

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

     

    GT

    Il-Gwatemala

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

    X

     

    HN

    Il-Honduras

     

     

     

     

     

    X

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

    ID

    L-Indoneżja

     

     

     

     

     

    X

     

    X

     

    X ((2a))

    X ((2a))

     

     

     

     

     

    IL

    Iżrael (4)

     

     

     

     

    X

    X

     

     

     

    X

    X

     

     

     

    X

     

    IM

    Isle of Man

    X

    X

    X

     

     

    X

     

     

    X

    X

     

     

     

     

    X

     

    IN

    L-Indja

     

     

     

     

    X ((2a))

    X

     

    X

     

    X ((2a))

    X

     

     

     

    X

    X

    IR

    L-Iran

     

     

     

     

     

     

    X

    X

     

     

     

     

     

     

     

    X

    JE

    Jersey

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

    JM

    Il-Ġamajka

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    JP

    Il-Ġappun

    X

     

    X

     

    X

    X

     

     

    X

    X

    X

     

     

     

    X ((2a))

    X

    KE

    Il-Kenja

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    KR

    Il-Korea t’Isfel

     

     

     

     

    X

    X

     

    X

    X

    X ((2a))

    X ((2a))

     

     

     

    X ((2a))

     

    LB

    Il-Libanu

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    LK

    Is-Sri Lanka

     

     

     

     

     

    X

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

    MA

    Il-Marokk

     

     

     

     

    X

    X

     

    X ((2a))

    X

    X ((2a))

    X ((2a))

     

     

     

     

    X

    MD

    Il-Moldova

     

     

     

     

    X

    X

     

     

     

    X

    X

     

     

     

    X

     

    ME

    Il-Montenegro

    X

    X (5)

    X

     

    X

    X

     

     

     

    X

    X

     

     

     

    X

     

    MG

    Il-Madagascar

     

     

     

     

     

    X

    X

    X

     

     

     

     

     

     

    X

     

    MK

    Il-Maċedonja ta’ Fuq

    X

    X

    X

     

    X

    X

     

     

     

    X

    X

     

    X

     

    X

     

    MM

    Il-Myanmar

     

     

     

     

     

    X

     

    X

     

     

     

     

     

     

    X

     

    MN

    Il-Mongolja

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    MU

    Mauritius

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

    X (2)

     

    MX

    Il-Messiku

     

     

    X (2)

     

     

    X

     

    X

     

    X ((2a))

    X

     

     

     

    X

     

    MY

    Il-Malasja

     

     

     

     

    X (2)

    X

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

    MZ

    Il-Mozambique

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

    NA

    In-Namibja

    X

    X (5)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

    NC

    New Caledonia

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

    X

    X

     

    NG

    In-Niġerja

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

    NI

    In-Nikaragwa

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

    X

     

    NZ

    New Zealand

    X

    X

    X ((2a))

    X

    X ((2a))

    X

     

     

    X

    X

    X ((2a))

    X ((2a))

    X

    X

    X

    X

    OM

    L-Oman

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X ((2a))

    X ((2a))

     

     

     

    X ((2a))

     

    PA

    Il-Panama

     

     

     

     

     

    X

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

    PE

    Il-Perù

     

     

     

     

     

    X

     

    X

    X

     

     

     

     

     

     

     

    PH

    Il-Filippini

     

     

     

     

     

    X

     

    X

     

    X ((2a))

    X ((2a))

     

     

     

     

     

    PK

    Il-Pakistan

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    PM

    Saint Pierre u Miquelon

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    PN

    Il-Gżejjer Pitcairn

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    PY

    Il-Paragwaj

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    RS

    Is-Serbja (6)

    X

    X

    X

    X (7)

    X

    X

     

     

     

    X

    X

     

    X

     

    X

    X

    RU

    Ir-Russja

    X

    X

    X

     

    X

     

     

     

     

    X

    X

     

     

    X (8)

    X

    X

    RW

    Ir-Rwanda

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    SA

    L-Arabja Sawdija

     

     

     

     

     

    X

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

    SG

    Singapore

    X (2)

    X (2)

    X (2)

    X (9)

    X (2)

    X

     

     

     

    X (2)

    X ((2a))

     

    X (9)

    X (9)

     

     

    SL

    Sierra Leone

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    SM

    San Marino

    X

     

    X (2)

     

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

    X

     

    SV

    El Salvador

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    SY

    Is-Sirja

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    SZ

    L-Eswatini

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    TG

    It-Togo

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    TH

    It-Tajlandja

    X ((2a))

     

    X ((2a))

     

    X

    X

     

    X

    X

    X ((2a))

    X ((2a))

     

     

     

    X

     

    TN

    It-Tuneżija

     

     

     

     

     

    X

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

    X

    TR

    It-Turkija

     

     

     

     

    X

    X

     

     

    X

    X

    X

     

     

     

    X

    X

    TW

    It-Tajwan

     

     

     

     

     

    X

     

    X

     

    X ((2a))

    X

     

     

     

    X

     

    TZ

    It-Tanzanija

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

    X

     

    UA

    L-Ukrajna

    X

     

    X

     

    X

    X

     

     

    X

    X

    X

    X

     

     

    X

    X

    UG

    L-Uganda

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    US

    L-Istati Uniti

    X

    X (10)

    X

     

    X

    X

     

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

     

    UY

    L-Urugwaj

    X

    X

     

    X

     

    X

     

     

    X

    X

     

     

    X

     

    X

    X

    UZ

    L-Użbekistan

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    VE

    Il-Venezwela

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

    VN

    Il-Vjetnam

     

     

     

     

     

    X

     

    X

    X

    X ((2a))

    X ((2a))

     

     

     

    X

     

    WF

    Wallis u Futuna

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    XK

    Il-Kosovo  (*)

     

     

     

     

    X (2)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    ZA

    L-Afrika t’Isfel

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    X (11)

     

     

    ZM

    Iż-Żambja

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    ”.

    (1)  Din it-tabella fiha lista ta’ pajjiżi u territorji. Mhijiex limitata għall-pajjiżi rikonoxxuti mill-Unjoni.

    (2)  Pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima jew mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħra li jkunu approvati għall-importazzjoni ta’ din il-materja prima lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2.

    ((2a))  Pajjiżi terzi li jużaw prodotti ta’ oriġini mill-annimali jew mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħra li jkunu approvati għall-importazzjonijiet ta’ tali prodotti proċessati lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2, bil-fini li jintużaw biss għall-preparazzjoni ta’ prodotti komposti destinati għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

    (3)  Il-ħalib tal-ġemel biss.

    (4)  Minn hawn ’il quddiem mifhum bħala l-Istat ta’ Iżrael, bl-esklużjoni tat-territorji taħt l-amministrazzjoni ta’ Iżrael minn Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet ta’ Golan, l-Istrixxa ta’ Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.

    (5)  L-ispeċi ovina biss.

    (6)  Il-Kosovo mhux inkluż.

    (7)  L-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ ekwidi ħajjin għat-tbiċċir (annimali li jipproduċu l-ikel biss).

    (8)  Iċ-ċriev biss.

    (9)  Għall-komoditajiet ta’ laħam frisk li joriġinaw minn New Zealand biss, destinati għall-Unjoni, u li jinħattu, jitgħabbew mill-ġdid u jgħaddu minn Singapore, kemm jekk jinħażnu hemm, kif ukoll jekk le.

    (10)  L-ispeċi kaprina biss.

    (11)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għal pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-Dikjarazzjoni tal-Indipendenza tal-Kosovo.

    (*)  Ir-ratiti biss


    Top