This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021D2294
Council Decision (EU) 2021/2294 of 20 December 2021 appointing a member and an alternate member, proposed by the Kingdom of the Netherlands, of the Committee of the Regions
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2294 tal-20 ta’ Diċembru 2021 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju tan-Netherlands, fil-Kumitat tar-Reġjuni
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2294 tal-20 ta’ Diċembru 2021 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju tan-Netherlands, fil-Kumitat tar-Reġjuni
ST/14489/2021/INIT
ĠU L 458, 22.12.2021, p. 517–518
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 15/03/2023
22.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 458/517 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/2294
tal-20 ta’ Diċembru 2021
li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju tan-Netherlands, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Netherlandiż,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
(2) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. |
(3) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu s-Sur Andy DRITTY kien propost għall-ħatra, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
(4) |
Il-Gvern Netherlandiż ippropona lis-Sur Henk STAGHOUWER, rappreżentant ta’ korp reġjonali li huwa politikament responsabbli quddiem assemblea eletta, gedeputeerde provincie Groningen (membru tal-Eżekuttiv Provinċjali ta’ Groningen), bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni sal-15 ta’ Marzu 2023. |
(5) |
Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Henk STAGHOUWER bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, ser isir vakanti siġġu ta’ membru supplenti. |
(6) |
Il-Gvern Netherlandiż ippropona lis-Sur Maarten VAN GAANS-GIJBELS, rappreżentant ta’ korp reġjonali li huwa politikament responsabbli quddiem assemblea eletta, gedeputeerde provincie Limburg (membru tal-Eżekuttiv Provinċjali ta’ Limburg), bħala membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni sal-15 ta’ Marzu 2023, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni sal-15 ta’ Marzu 2023:
(a) |
bħala membru:
|
u
(b) |
bħala membru supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. VIZJAK
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).