EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D2267

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2267 tas-17 ta’ Diċembru 2021 li tistabbilixxi l-format għar-rapportar tad-data u l-informazzjoni dwar l-iskart miġbur wara l-konsum tal-prodotti tat-tabakk bil-filtri u tal-filtri kkumerċjalizzati għall-użu flimkien mal-prodotti tat-tabakk (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2021/9295

ĠU L 455, 20.12.2021, p. 32–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/2267/oj

20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 455/32


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2267

tas-17 ta’ Diċembru 2021

li tistabbilixxi l-format għar-rapportar tad-data u l-informazzjoni dwar l-iskart miġbur wara l-konsum tal-prodotti tat-tabakk bil-filtri u tal-filtri kkumerċjalizzati għall-użu flimkien mal-prodotti tat-tabakk

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tagħha, it-tielet subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva (UE) 2019/904 tirrikjedi li l-Istati Membri jirrapportaw d-data dwar l-iskart miġbur wara l-konsum tal-prodotti tat-tabakk b’filtri u ta’ filtri kkummerċjalizzati għall-użu flimkien mal-prodotti tat-tabakk skont l-Artikolu 13(1)(f) ta’ dik id-Direttiva, lill-Kummissjoni. Id-data trid tkun akkumpanjata minn rapport ta’ verifika tal-kwalità.

(2)

Id-data dwar l-ammonti ta’ skart wara l-użu ta’ prodotti tat-tabakk b’filtri u ta’ filtri kkummerċjalizzati għall-użu flimkien ma’ prodotti tat-tabakk miġbura permezz ta’ sistemi pubbliċi għall-ġbir tal-iskart u attivitajiet ta’ tindif taż-żibel skont l-Artikolu 13(1)(f) tad-Direttiva (UE) 2019/904 għandha tiġi rrappurtata mill-Istati Membri abbażi tal-piż totali tagħhom f’tunnellati. Ir-rapport ta’ verifika tal-kwalità li jkun ma’ dik id-data għandu jiġi pprovdut f’format li jiżgura li tiġi pprovduta deskrizzjoni tal-metodoloġiji u tas-sorsi tad-data applikati għall-kejl u l-verifika ta’ din id-data.

(3)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Rapportar tad- data

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw id-data msemmija fl-Artikolu 13(1), il-punt (f), tad-Direttiva (UE) 2019/904 fil-format stabbilit fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Huma għandhom jissottomettu ir-rapport ta’ verifika tal-kwalità msemmi fl-Artikolu 13(2) ta’ dik id-Direttiva fir-rigward ta’ dik id-data fil-format stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 155, 12.6.2019, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).


ANNESS I

FORMAT GĦAR-RAPPORTAR TAD-DATA

Il-format għar-rapportar dwar l-iskart wara l-konsum tal-prodotti tat-tabakk bil-filtri u l-filtri kkumerċjalizzati għall-użu flimkien mal-prodotti tat-tabakk miġbura bħala żibel u permezz tas-sistemi pubbliċi tal-ġbir tal-iskart skont l-Artikolu 13(1), il-punt (f) tad-Direttiva (UE) 2019/904.

1

2

 

(tunnellati)

Il-piż totali tal-iskart wara l-konsum tal-prodotti tat-tabakk bil-filtri u l-filtri kkumerċjalizzati għall-użu flimkien mal-prodotti tat-tabakk miġbura bħala żibel u permezz tas-sistemi pubbliċi tal-ġbir tal-iskart skont l-Artikolu 13(1), il-punt (f) tad-Direttiva (UE) 2019/904.

 


ANNESS II

FORMAT GĦAR-RAPPORT TA’ VERIFIKA TAL-KWALITÀ

I.   Informazzjoni ġenerali

1.1.

L-Istat Membru:

 

1.2.

Organizzazzjoni li qed tibgħat id-data u d-deskrizzjoni:

 

1.3.

Isem il-kuntatt:

 

1.4.

Indirizz tal-posta elettronika tal-kuntatt:

 

1.5.

Numru tat-telefown tal-kuntatt:

 

1.6.

Sena tar-referenza:

 

1.7.

Data tal-konsenja/verżjoni:

 

1.8.

Link għall-pubblikazzjoni tad-data mill-Istat Membru (jekk hemm):

 

II.   Deskrizzjoni tal-istituzzjonijiet involuti fil-ġbir tad-data

Isem l-istituzzjoni

Deskrizzjoni tar-responsabbiltajiet ewlenin

 

 

 

 

Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ

III.   Deskrizzjoni tal-metodi użati

Deskrizzjoni tal-metodi u s-sorsi tad-data użati għall-kejl tal-piż tal-iskart wara l-konsum tal-prodotti tat-tabakk bil-filtri u l-filtri kkumerċjalizzati għall-użu flimkien mal-prodotti tat-tabakk miġbura bħala żibel u permezz tas-sistemi pubbliċi tal-ġbir tal-iskart skont l-Artikolu 13(1), il-punt (f) tad-Direttiva (UE) 2019/904.

3.1

Is-sorsi tad-data u l-metodi għall-kalkolu u s-sehem fit-total.

Spjega kif il-piż tal-iskart ta’ wara l-konsum imsemmi fl-ewwel paragrafu ta’ dan il-kapitolu tkejjel u kif tqiesu l-umdità u r-residwi tal-karta u tat-tabakk. Spjega l-approċċ meħud biex jiġi żgurat kampjunar rappreżentattiv tal-iskart miġbur. Indika f’liema sena twettqet l-analiżi tal-kompożizzjoni tal-iskart u taż-żibel.

Sorsi tad-data, sena

Deskrizzjoni tal-metodi applikati

Sehem mit-total

 

 

 

Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ

3.2

Deskrizzjoni tal-metodi użati għad-determinazzjoni tal-fatturi ta’ konverżjoni u l-applikazzjoni tagħhom.

F’każ li l-piż tal-iskart ta’ wara l-konsum imsemmi fl-ewwel paragrafu ta’ dan il-kapitolu jiġi ddeterminat permezz tad-determinazzjoni tal-għadd totali ta’ skart ta’ wara l-konsum tal-prodotti tat-tabakk bil-filtri u l-filtri kkumerċjalizzati għall-użu flimkien mal-prodotti tat-tabakk, speċifika l-fattur ta’ konverżjoni użat.

 

Fattur ta’ konverżjoni

Iddeskrivi l-varjabbli inklużi fil-kalkolu tal-fatturi ta’ konverżjoni u kif dawn il-varjabbli ġew ikkalkulati

Fattur ta’ konverżjoni minn punt għal piż

 

 

Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ

IV.   Sistema għall-verifika u għall-kontroll tad-data

4.1

Spjegazzjoni tal-ambitu u l-validità tal-ġbir tad-data dwar tal-iskart wara l-konsum tal-prodotti tat-tabakk bil-filtri u l-filtri kkumerċjalizzati għall-użu flimkien mal-prodotti tat-tabakk miġbura bħala żibel u permezz tas-sistemi pubbliċi tal-ġbir tal-iskart skont l-Artikolu 13(1), il-punt (f) tad-Direttiva (UE) 2019/904.

 

Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ

4.2

Differenzi mid-data rrapportata għas-snin preċedenti.

Bidliet sinifikanti fil-metodu tal-kalkolu użat għas-sena ta’ referenza attwali meta mqabbel mal-metodu użat għas-snin ta’ referenza preċedenti, jekk hemm (b’mod partikolari r-reviżjonijiet retrospettivi, il-karatteristiċi tagħhom u jekk għandux jiġi sinjalat waqfien fis-serje għal sena speċifika).

 

Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ

V.   Kunfidenzjalità

Ġustifikazzjoni biex ma jiġux ippubblikati partijiet speċifiċi ta’ dan ir-rapport ta’ verifika tal-kwalità fejn dan ikun meħtieġ u l-elenkar tal-partijiet li jeħtieġ jinżammu.

 

Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ

VI.   Siti web, dokumenti ta’ referenza u pubblikazzjonijiet nazzjonali ewlenin

Jekk jogħġbok ipprovdi l-isem u l-url tas-siti, dokumenti ta’ referenza u pubblikazzjonijiet ewlenin relatati ma’ dan il-ġbir ta’ data.

 

Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ


Top