EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D2196

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2196 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

ST/14518/2021/INIT

ĠU L 445I, 13.12.2021, p. 14–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/2196/oj

13.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 445/14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/2196

tat-13 ta’ Diċembru 2021

li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1).

(2)

Fid-dawl tal-involviment fl-Ukrajna tal-Grupp Wagner, entità militari privata mhux inkorporata bbażata fir-Russja, f’azzjonijiet li jipperikolaw u jheddu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, b’mod partikolari f’Donbas, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jinżdiedu tliet persuni mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

(3)

Għalhekk l-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jinżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).


ANNESS

Il-persuni li ġejjin jinżdiedu mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK:

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“201.

Dimitriy (Dimitry, Dmitri, Dmitry) Valerievich UTKIN

(Дмитрий Валерьевич УТКИН)

Pożizzjoni(jiet): Fundatur u Kmandant tal-Grupp Wagner; Kap Eżekuttiv ta’ Concord Management and Consulting

Grad: Logutenent Kurunell (militar Russu)

Sinjal tas-sejħa: Vagner/Wagner

Data tat-twelid: 1.6.1970 jew 11.6.1970

ID tal-Grupp Wagner: M-0209

Post tat-twelid: Asbest, Sverdlovsk Oblast, ex USSR (ex Unjoni tar-Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi) (issa l-Federazzjoni Russa)

Nazzjonalità: Russa

Indirizz: Pskov, il-Federazzjoni Russa

Ġeneru: maskil

Dimitriy Utkin, eks uffiċjal tal-intelligence militari Russa (GRU), huwa l-fundatur tal-Grupp Wagner u huwa responsabbli għall-koordinazzjoni u l-ippjanar tal-operazzjonijiet għall-iskjerament tal-merċenarji tal-Grupp Wagner fl-Ukrajna.

Fil-pożizzjoni ta’ kmand tiegħu fi ħdan il-Grupp Wagner, huwa kien personalment preżenti fuq il-post tal-ġlied fl-Ukrajna billi kkoordina u ppjana l-attivitajiet tal-membri ta’ Wagner.

Minħabba l-pożizzjoni ta’ kmand tiegħu, huwa għalhekk responsabbli għal azzjonijiet li dgħajfu u heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u implimentahom b’mod attiv.

13.12.2021

202.

Denis Yurievich KHARITONOV

(Денис Юрьевич ХАРИТОНОВ)

Pożizzjoni(jiet): Viċi kap reġjonali tal-fergħa ta’ Astrakhan tal-Unjoni tal-Voluntiera ta’ Donbass; membru tad-Duma ta’ Astrakhan Oblast; merċenarju tal-Grupp Wagner

Data tat-twelid: 16.3.1980

Post tat-twelid: Astrakhan Oblast, SFSR Russa

Nazzjonalità: Russa

Passaport: 76 2759110

Maħruġ minn MVD 30001

Data ta’ skadenza: 10.3.2030

Indirizz: Il-villaġġ ta’ Ilyinka, Astrakhan Oblast, il-Federazzjoni Russa

Ġeneru: maskil

Denis Kharitonov huwa viċi kap reġjonali tal-fergħa ta’ Astrakhan tal-Unjoni tal-Voluntiera ta’ Donbass, membru tad-Duma ta’ Astrakhan Oblast u merċenarju tal-Grupp Wagner.

Huwa ġġieled f’Donbas fil-battaljun separatista ta’ Steppe, fejn ikkmanda platun ta’ kumpless ta’ missili kontra l-inġenji tal-ajru portabbli. Huwa ammetta li personalment waqqa’ ħelikopter Ukren u żewġ inġenji tal-ajru Su-25 waqt li kien qiegħed Donbas.

Huwa rċieva l-Ordni tal-Mertu tal-Federazzjoni Russa għall-Patrija. Huwa rċieva wkoll premjijiet interni tal-Grupp Wagner kif ukoll premjijiet mill-kap tal-Unjoni tal-Voluntiera ta’ Donbas u eks Prim Ministru tal-hekk imsejħa Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk (DPR) Alexander Borodai (soġġett għal miżuri restrittivi abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK). B’hekk huwa appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

13.12.2021

203.

Sergey Vladimirovich SHCHERBAKOV

(Сергей Владимирович ЩЕРБАКОВ)

Pożizzjoni(jiet): Impjegat freelance tal-GRU Russu u merċenarju tal-grupp Wagner

Data tat-twelid: 21.7.1981

Nazzjonalità: Russa

Indirizz: Possibbilment: Astrakhan, Kirovskiy rayon, Raskolnikova 11 app. 5, il-Federazzjoni Russa

Ġeneru: maskil

Sergey Shcherbakov huwa impjegat freelance tal-GRU Russu u merċenarju tal-Grupp Wagner.

Huwa ġġieled f’Donbas għall-forzi separatisti favur ir-Russja bħala membru ta’ unità militari ta’ kumpless ta’ missili kontra l-inġenji tal-ajru portabbli fil-battaljun separatist ta’ Steppe favur ir-Russja li waqqgħu ħelikopter Ukren u żewġ inġenji tal-ajru Su-25 f’Donbas. B’hekk huwa appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

13.12.2021”.


Top