Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D2173

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2173 tat-8 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/919 fir-rigward tal-istandards armonizzati għas-sistemi tat-trattament tad-drenaġġ, għall-pompi tas-sentina li jaħdmu bl-elettriku, għall-plakka tal-bennej u għall-kapaċità ta’ tagħbija massima ta’ inġenji żgħar (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2021/8896

ĠU L 440, 9.12.2021, p. 6–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 16/10/2022; Impliċitament imħassar minn 32022D1954

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/2173/oj

9.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 440/6


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2173

tat-8 ta’ Diċembru 2021

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/919 fir-rigward tal-istandards armonizzati għas-sistemi tat-trattament tad-drenaġġ, għall-pompi tas-sentina li jaħdmu bl-elettriku, għall-plakka tal-bennej u għall-kapaċità ta’ tagħbija massima ta’ inġenji żgħar

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-prodotti li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma preżunti konformi mar-rekwiżiti koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom, stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2013/53/UE u fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2015) 8736 (3), il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) għall-abbozzar u għar-reviżjoni tal-istandards armonizzati b’appoġġ għad-Direttiva 2013/53/UE li tindirizza rekwiżiti essenzjali aktar stretti stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2013/53/UE u fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, meta mqabbla mad-Direttiva 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li ġiet imħassra.

(3)

Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2015) 8736, is-CEN u s-Cenelec intalbu wkoll jirrevedu standards li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati permezz tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2015/C 087/01 (5).

(4)

Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2015) 8736, is-CEN irreveda l-istandards armonizzati li ġejjin: EN ISO 8849:2018 dwar pompi tas-sentina li jaħdmu bl-elettriku b’kurrent dirett, li r-referenza tiegħu ġiet ippubblikata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/919 (6) u EN ISO 14946:2001/AC:2005 dwar il-kapaċità ta’ tagħbija massima, li r-referenza tiegħu ġiet ippubblikata bil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2018/C 209/05 (7). Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati li ġejjin: EN ISO 8849:2021 u EN ISO 14946:2021.

(5)

Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2015) 8736, is-CEN abbozza wkoll l-istandards armonizzati ġodda EN ISO 8099-2:2021 dwar is-sistemi tat-trattament tad-drenaġġ u EN ISO 14945:2021 dwar il-plakka tal-bennej.

(6)

Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk dawk l-istandards kif ġew abbozzati jew riveduti mis-CEN jikkonformawx mat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2015) 8736.

(7)

L-istandard EN ISO 8099-2:2021 jistabbilixxi r-rekwiżiti għad-disinn, kostruzzjoni u installazzjoni ta’ sistemi tat-trattament tad-drenaġġ fuq inġenji żgħar.

(8)

L-istandard EN ISO 8849:2021 jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-pompi tas-sentina li jaħdmu bl-elettriku maħsuba biex jintużaw għat-tneħħija tal-ilma tas-sentina.

(9)

L-istandard EN ISO 14945:2021 jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-wiri uniformi tal-informazzjoni murija fuq il-plakka tal-bennej ta’ inġenji żgħar.

(10)

L-istandard EN ISO 14946:2021 jispeċifika l-elementi inklużi fit-tagħbija massima ta’ inġenji żgħar, mingħajr ma jinqabżu l-limiti stabbiliti minn standards oħra għall-istabbiltà, għall-freeboard, għall-flotazzjoni u għall-prevenzjoni ta’ persuni milli jaqgħu fl-ilma. Jistabbilixxi wkoll rekwiżiti għaż-żoni ta’ bilqiegħda u ta’okkupanza tal-membri tal-ekwipaġġ.

(11)

L-istandards EN ISO 8099-2:2021, EN ISO 8849:2021, EN ISO 14945:2021 u EN ISO 14946:2021 jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2013/53/UE, kif ukoll fil-Parti A tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva. Għalhekk huwa xieraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(12)

L-istandard EN ISO 8849:2021 se jissostitwixxi l-istandard EN ISO 8849:2018. L-istandard EN ISO 14946:2021 se jissostitwixxi l-istandard EN ISO 14946:2001/AC:2005.

(13)

Għalhekk, jeħtieġ li r-referenzi tal-istandards armonizzati EN ISO 8849:2018 u EN ISO 14946:2001/AC:2005 jiġu rtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(14)

Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw il-prodotti tagħhom għall-verżjonijiet riveduti tal-istandards armonizzati EN ISO 8849:2018 u EN ISO 14946:2001/AC:2005, jeħtieġ li l-irtirar tar-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġi differit.

(15)

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/919 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2013/53/UE. Ir-referenzi tal-istandards armonizzati EN ISO 8099-2:2021, EN ISO 8849:2021, EN ISO 14945:2021 u EN ISO 14946:2021 jenħtieġ li jiġu inklużi f’dak l-Anness. Ir-referenza tal-istandard armonizzat EN ISO 8849:2018 jenħtieġ li titħassar minn dak l-Anness.

(16)

L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/919 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2013/53/UE li huma rtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ir-referenza tal-istandard armonizzat EN ISO 14946:2001/AC:2005 jenħtieġ li tiġi inkluża f’dak l-Anness.

(17)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/919 tiġi emendata skont dan.

(18)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/919 hija emendata kif ġej:

(1)

l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni;

(2)

l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punt (1) tal-Anness I għandu japplika mid-9 ta’ Ġunju 2022.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  Id-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali u li tħassar id-Direttiva 94/25/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 90).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8736 tal-15 ta’ Diċembru 2015 fuq talba ta’ standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali b’appoġġ għad-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali u li tħassar id-Direttiva 94/25/KE.

(4)  Id-Direttiva 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mad-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 15).

(5)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mad-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni (Pubblikazzjoni ta’ titoli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni) (ĠU C 87, 13.3.2015, p. 1).

(6)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/919 tal-4 ta’ Ġunju 2019 dwar l-istandards armonizzati għall-inġenji li jintużaw għar-rikreazzjoni u għall-inġenji tal-ilma personali abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 146, 5.6.2019, p. 106).

(7)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali u li tħassar id-Direttiva 94/25/KE (Pubblikazzjoni ta’ titoli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni) (ĠU C 209, 15.6.2018, p. 137).


ANNESS I

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/919 huwa emendat kif ġej:

(1)

titħassar l-entrata 8;

(2)

jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

“40.

EN ISO 8099-2:2021

 

Inġenji żgħar - Sistemi tal-iskart - Parti 2: Sistemi tat-trattament tad-drenaġġ

41.

EN ISO 8849:2021

 

Inġenji żgħar - pompi tas-sentina li jaħdmu bl-elettriku

42.

EN ISO 14945:2021

 

Inġenji żgħar - Plakka tal-bennej

43.

EN ISO 14946:2021

 

Inġenji żgħar - Kapaċità ta’ tagħbija massima”.


ANNESS II

Fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/919 tiżdied l-entrata li ġejja:

Nru

Referenza tal-istandard

Data tal-irtirar

“36.

EN ISO 14946:2001

Inġenji żgħar - Kapaċità ta’ tagħbija massima

EN ISO 14946:2001/AC:2005

Id-9 ta’ Ġunju 2022”.


Top