EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D2161

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2161 tas-6 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1788 b’appoġġ għaċ-Ċentru tax-Xlokk u tal-Lvant tal-Ewropa għall-Kontroll tal-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir (SEESAC) għall-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali Reġjonali dwar il-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ armi fil-Balkani tal-Punent

ST/13904/2021/INIT

ĠU L 436, 7.12.2021, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/2161/oj

7.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 436/46


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/2161

tas-6 ta’ Diċembru 2021

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1788 b’appoġġ għaċ-Ċentru tax-Xlokk u tal-Lvant tal-Ewropa għall-Kontroll tal-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir (SEESAC) għall-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali Reġjonali dwar il-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ armi fil-Balkani tal-Punent

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fid-19 ta' Novembru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1788 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1788 tipprevedi perijodu ta' implimentazzjoni ta' 36 xahar għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tagħha mid-data tal-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 3(3) tagħha.

(3)

Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni, il-Programm ta’ Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti), li jaġixxi f’isem iċ-Ċentru tax-Xlokk u tal-Lvant tal-Ewropa għall-kontroll tal-Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir talab estensjoni tal-perijodu ta’ implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1788 sas-17 ta’ Ottubru 2022, fid-dawl tad-dewmien fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-proġetti skont id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1788 minħabba l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19.

(4)

It-tkomplija tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1788 sas-17 ta' Ottubru 2022 tista’ titwettaq mingħajr ebda konsegwenza fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji .

(5)

Għalhekk jenħtieġ li l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1788 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1788 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fis-17 ta' Ottubru 2022.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. CIGLER KRALJ


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1788 tad-19 ta' Novembru 2018 b'appoġġ għaċ-Ċentru tax-Xlokk u tal-Lvant tal-Ewropa għall-kontroll tal-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir (SEESAC) għall-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali Reġjonali għall-ġlieda kontra t- traffikar illeċitu ta' armi fil-Balkani tal-Punent (ĠU L 293, 20.11.2018, p. 11).


Top