Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D2099

    Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/2099 tal-25 ta’ Novembru 2021 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (EUAM RCA/1/2021)

    ST/13609/2021/INIT

    ĠU L 428, 30.11.2021, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/08/2022

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/2099/oj

    30.11.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 428/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2021/2099

    tal-25 ta’ Novembru 2021

    li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (EUAM RCA/1/2021)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2110 tad-9 ta’ Diċembru 2019 dwar il-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Skont id-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA), inkluż id-deċiżjoni tal-ħatra ta’ Kap tal-Missjoni.

    (2)

    Fis-17 ta’ Diċembru 2019, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2189 (2) li taħtar lis-Sur Paulo SOARES bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUAM RCA mid-9 ta’ Diċembru 2019 sat-8 ta’ Diċembru 2020.

    (3)

    Fl-24 ta’ Novembru 2020, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1774 (3) li testendi l-mandat tas-Sur Paulo SOARES bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUAM RCA mid-9 ta’ Diċembru 2020 sat-8 ta’ Diċembru 2021.

    (4)

    Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona li l-mandat tas-Sur Paulo SOARES bħala l-Kap tal-Missjoni ta’ EUAM RCA jiġi estiż ulterjorment mid-9 ta’ Diċembru 2021 sat-8 ta’ Awwissu 2022,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-mandat tas-Sur Paulo SOARES bħala Kap tal-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) huwa b’dan estiż mid-9 ta’ Diċembru 2021 sat-8 ta’ Awwissu 2022.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Għandha tapplika mid-9 ta’ Diċembru 2021.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2021.

    Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

    Il-President

    D. PRONK


    (1)  ĠU L 318, 10.12.2019, p. 141

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2019/2189 tas-17 ta’ Diċembru 2019 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni għall-Missjoni ta’ Konsulenza tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (EUAM RCA/1/2019) (ĠU L 330, 20.12.2019, p. 51).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2020/1774 tal-24 ta’ Novembru 2020 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (EUAM RCA/1/2020) (ĠU L 398, 27.11.2020, p. 22).


    Top