This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021D2034
Commission Decision (EU) 2021/2034 of 10 June 2021 on the State aid SA.28599 (C 23/2010) (ex NN 36/2010, ex CP 163/2009)) implemented by Spain for the deployment of digital terrestrial television in remote and less urbanised areas (outside Castilla-La Mancha) (notified under document C(2021) 4048) (Only the Spanish version is authentic) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2034 tal-10 ta’ Ġunju 2021 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.28599 (C 23/2010) (ex NN 36/2010, ex CP 163/2009)) implimentata minn Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (barra minn Castilla-La Mancha) (notifikata bid-dokument C(2021) 4048) (Il-verżjoni Spanjola biss hija awtentika) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2034 tal-10 ta’ Ġunju 2021 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.28599 (C 23/2010) (ex NN 36/2010, ex CP 163/2009)) implimentata minn Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (barra minn Castilla-La Mancha) (notifikata bid-dokument C(2021) 4048) (Il-verżjoni Spanjola biss hija awtentika) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2021/4048
ĠU L 417, 23.11.2021, pp. 1–58
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
23.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 417/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2034
tal-10 ta’ Ġunju 2021
dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.28599 (C 23/2010) (ex NN 36/2010, ex CP 163/2009)) implimentata minn Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (barra minn Castilla-La Mancha)
(notifikata bid-dokument C(2021) 4048)
(Il-verżjoni Spanjola biss hija awtentika)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw il-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Fit-18 ta’ Mejju 2009, il-Kummissjoni rċeviet ilment mingħand il-kumpanija SES Astra S.A. (“Astra”). Is-suġġett tal-ilment kien skema allegata ta’ għajnuna mill-Istat li l-awtoritajiet Spanjoli kienu adottaw fir-rigward tal-bidla mit-televiżjoni analoga għat-televiżjoni diġitali f’żoni remoti u inqas urbanizzati ta’ Spanja. Astra argumentat li l-iskema kienet tikkostitwixxi għajnuna mhux notifikata u, għalhekk, illegali, li tirriżulta fi tfixkil tal-kompetizzjoni bejn il-pjattaformi tax-xandir satellitari u terrestri. |
|
(2) |
L-iskema kkontestata għandha l-oriġini tagħha fil-Liġi 10/2005, tal-14 ta’ Ġunju 2005 dwar Miżuri Urġenti għall-Promozzjoni tat-Televiżjoni Diġitali Terrestri, għal-Liberalizzazzjoni tat-Televiżjoni bil-Kejbil u għall-Appoġġ tal-Pluraliżmu (2). Aktar leġiżlazzjoni adottata fir-rigward tal-proċess ta’ tranżizzjoni diġitali terrestri tinkludi, fost l-oħrajn, l-Ordni Amministrattiv 944/2005 tad-29 ta’ Lulju 2005 dwar l-approvazzjoni tal-Pjan Tekniku Nazzjonali għat-Televiżjoni Diġitali Terrestri (3) (“NTP”); l-Ordni Amministrattiv 945/2005 tad-29 ta’ Lulju 2005 li japprova r-Regolamenti Ġenerali għall-konsenja tas-servizz tat-televiżjoni diġitali terrestri (4); l-Ordni ITC 2476/2005, tad-29 ta’ Lulju 2005 li tapprova r-Regolamenti Ġenerali u r-regolamenti relatati mal-konsenja tas-servizz diġitali terrestri (5), u l-Ordni Amministrattiv 920/2006 tat-28 ta’ Lulju 2006 li japprova r-Regolamenti Ġenerali għall-konsenja tax-xandir tar-radju u tat-televiżjoni bil-kejbil (6). |
|
(3) |
Permezz ta’ ittra datata d-29 ta’ Settembru 2010, il-Kummissjoni informat lir-Renju ta’ Spanja li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fir-rigward tal-għajnuna inkwistjoni għat-territorju kollu ta’ Spanja bl-eċċezzjoni ta’ Castilla-La Mancha, li għaliha nfetħet investigazzjoni separata (7). Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura (“id-deċiżjoni tal-ftuħ”) ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-14 ta’ Diċembru 2010 (8). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar il-miżuri. |
|
(4) |
Wara l-estensjoni tal-iskadenza, Spanja wieġbet b’ittra datata t-30 ta’ Novembru 2011 għat-talba għal kummenti magħmula fid-deċiżjoni tal-ftuħ. Minbarra l-gvern ċentrali, l-awtoritajiet ta’ Asturias, ta’ Aragon, tal-Pajjiż Bask, ta’ Castilla y Leon, ta’ Castilla-La Mancha (9), ta’ Extremadura, ta’ Galicia, ta’ la Rioja, ta’ Madrid u ta’ Murcia ppreżentaw il-kummenti u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet li saru fid-deċiżjoni tal-ftuħ. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni rċiviet ukoll kummenti mingħand Radiodifusión Digital SL (Radiodifusión) permezz ta’ ittra datata l-11 ta’ Jannar 2011, mingħand Grupo Antena 3 u UTECA (Union de Televisiones Comerciales Asociadas) permezz ta’ ittri datati t-28 ta’ Jannar 2011, mingħand Gestora La Sexta permezz ta’ ittra datata l-31 ta’ Jannar 2011, mingħand Abertis Telecom SA (mill-1 ta’ April 2015 imsejħa Cellnex Telecom S.A., minn hawn ’il quddiem imsejħa: “Abertis” jew “Cellnex”) permezz ta’ ittra datata t-2 ta’ Frar 2011, mingħand Astra u mingħand Telecinco permezz ta’ ittri datati l-4 ta’ Frar 2011. Permezz ta’ ittri datati d-19 ta’ Jannar 2011 u d-9 ta’ Frar, il-Kummissjoni għaddiet dawk l-osservazzjonijiet lil Spanja, li ngħatat l-opportunità li tirreaġixxi. Spanja pprovdiet kummenti permezz ta’ ittri datati t-22 ta’ Frar 2011 u l-14 ta’ Marzu 2011. |
|
(6) |
Matul l-investigazzjoni, saru diversi laqgħat: bejn il-Kummissjoni u Spanja fil-11 u fit-12 ta’ April 2011, bejn il-Kummissjoni u Astra fl-14 ta’ April 2011, bejn il-Kummissjoni u Abertis fil-5 ta’ Mejju 2011 u bejn il-Kummissjoni u UTECA fil-5 ta’ Lulju 2011. Wara diversi sottomissjonijiet ta’ informazzjoni minn Spanja fuq inizjattiva tagħha stess, inklużi osservazzjonijiet mill-Pajjiż Bask datati l-24 ta’ Frar 2011, ġiet indirizzata talba formali għal informazzjoni lil Spanja permezz ta’ ittra datata l-14 ta’ Frar 2012. Wara l-estensjoni tal-iskadenza, Spanja pprovdiet tweġiba f’ittra datata s-16 ta’ April, li ġiet segwita b’ittri datati l-15, id-19 u l-25 ta’ Ġunju 2012. Peress li parti mill-informazzjoni kienet għadha nieqsa, fid-9 ta’ Awwissu 2012 il-Kummissjoni indirizzat talba għal informazzjoni addizzjonali. Wara l-estensjoni tal-iskadenza, Spanja pprovdiet tweġibiet f’ittra datata l-10 ta’ Ottubru 2012, segwita minn ittra datata t-30 ta’ Ottubru 2012. |
|
(7) |
Barra minn hekk, Abertis ipprovdiet sottomissjonijiet addizzjonali fuq inizjattiva tagħha stess fit-22 ta’ Ġunju 2011 u fil-25 ta’ Lulju 2012. Astra pprovdiet informazzjoni addizzjonali f’ittri datati l-21 ta’ Lulju 2011, is-16 ta’ Mejju 2011, it-8 ta’ Settembru 2011 u l-11 ta’ Novembru 2011, li lkoll intbagħtu lil Spanja għall-kummenti. |
|
(8) |
Fid-19 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2014/489/UE (10) (“id-Deċiżjoni tal-2013”), skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (11) (“ir-Regolament Proċedurali tal-1999”). L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-2013 iddikjara li l-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-operaturi tal-pjattaforma tat-televiżjoni terrestri għat-tnedija, għall-manutenzjoni u għall-operat tan-network tat-televiżjoni diġitali terrestri (“DTT”) fiż-Żona II ġiet implimentata bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, u li kienet inkompatibbli mas-suq intern, ħlief għall-għajnuna li ngħatat f’konformità mal-kriterju tan-newtralità teknoloġika. L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-2013 ordna l-irkupru ta’ dik l-għajnuna inkompatibbli mingħand l-operaturi tad-DTT, kemm jekk dawn irċevew l-għajnuna direttament kif ukoll indirettament. |
|
(9) |
Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-2013, is-servizzi tal-Kummissjoni assistew lil Spanja fl-iżvilupp ta' formola mudell għal offerti teknoloġikament newtrali. Il-formola ġiet iffinalizzata fl-14 ta’ Ottubru 2014. Is-servizzi tal-Kummissjoni taw lil Spanja sal-31 ta’ Ottubru 2014 għar-reġjuni u għall-bliet Awtonomi Spanjoli kollha kkonċernati sabiex iniedu offerti teknoloġikament newtrali ġodda bbażati fuq dik il-formola. Din il-kundizzjoni ma ġietx issodisfata, kif deskritt fit-taqsima 2.3. |
|
(10) |
Spanja u xi wħud mill-benefiċjarji ppreżentaw diversi rikorsi għall-annullament kontra d-Deċiżjoni tal-2013 quddiem il-Qorti Ġenerali. Fis-26 ta’ Novembru 2015, il-Qorti Ġenerali ċaħdet dawk ir-rikorsi kollha, filwaqt li kkonfermat id-Deċiżjoni tal-2013 (12). Sussegwentement, is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali ġew appellati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. L-appelli mnedija minn Spanja, mill-Pajjiż Bask u minn Itelazpi, minn Cataluña u minn CTTI, minn Navarra de Servicios y Tecnologías, u minn Cellnex Telecom u minn Retevisión ġew miċħudin mill-Qorti tal-Ġustizzja (13). Madankollu, fl-20 ta’ Diċembru 2017, wara l-appell ippreżentat mill-Komunità Awtonoma ta’ Galicia u ta’ Retegal, il-Qorti tal-Ġustizzja annullat is-sentenza rispettiva (14) tal-Qorti Ġenerali u annullat id-Deċiżjoni tal-2013 (15), minħabba n-nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li tiddikjara r-raġunijiet dwar is-selettività tal-miżura inkwistjoni. |
|
(11) |
Wara l-annullament tad-Deċiżjoni tal-2013, Astra pprovdiet diversi sottomissjonijiet fuq inizjattiva tagħha stess (fit-22 u fit-30 ta’ Jannar 2018, fid-29 ta’ Mejju 2018, fil-15 ta’ Ġunju 2018, u fil-11 ta’ Jannar 2019), u esprimew il-fehmiet tagħhom dwar il-konsegwenzi tal-annullament. Matul l-investigazzjoni, saru diversi laqgħat fuq l-inizjattiva tal-partijiet: fit-28 ta’ Ġunju 2018 bejn il-Kummissjoni u Cellnex, fid-19 ta’ Settembru 2018 bejn il-Kummissjoni u Astra, fis-16 ta’ Ottubru 2018 bejn il-Kummissjoni u Spanja. Fil-31 ta’ Ottubru 2018, Spanja pprovdiet ħarsa ġenerali lejn il-proċeduri tas-sejħa għall-offerti u miżuri oħrajn imwettqin mill-Komunitajiet Awtonomi wara d-Deċiżjoni tal-2013. Permezz tal-ittra tagħha tal-14 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni mingħand Spanja. Spanja ssottomettiet aktar informazzjoni fid-19 ta’ Frar 2019. Fid-19 ta’ Marzu 2019, Spanja għaddiet lill-Kummissjoni sottomissjoni mill-Pajjiż Bask, datata l-4 ta’ Frar 2019. Fl-4 ta’ April 2019, il-Kummissjoni bagħtet talba għal informazzjoni lil Spanja li għaliha Spanja wieġbet fl-10 ta’ Mejju 2019. Fis-26 ta’ April 2019, il-Kummissjoni bagħtet aktar talbiet għal informazzjoni, filwaqt li stiednet lil Spanja, lil Itelazpi, lil Cellnex, lil Retevisión, lil CTTI, lil Navarra de Servicios y Tecnologias, lil SA, lil Retegal u lil Astra jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar is-selettività tal-miżuri, fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-70/16 P. Astra ssottomettiet it-tweġiba tagħha għat-talba għal informazzjoni fis-27 ta’ Mejju 2019, filwaqt li Cellnex u Itelazpi ssottomettew it-tweġiba tagħhom fit-13 ta’ Ġunju 2019. Spanja pprovdiet it-tweġiba tagħha għal dik it-talba għal informazzjoni fl-14 ta’ Ġunju 2019. Fit-1 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni bagħtet talba għal informazzjoni lill-awtoritajiet Spanjoli, fejn talbet aġġornament dwar il-miżuri implimentati wara d-Deċiżjoni tal-2013. Spanja pprovdiet it-tweġiba tagħha għal dik l-aħħar talba għal informazzjoni fid-19 ta’ Ottubru 2020 u fil-5 ta’ Frar 2021. |
2. DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-GĦAJNUNA
2.1. Sfond
2.1.1. L-ilment
|
(12) |
L-ilmentatur huwa operatur ta’ pjattaforma satellitari. Stabbilita fl-1985 bħala Société Européenne des Satellites (SES), SES ASTRA (“Astra”) kienet l-ewwel operatur satellitari privat fl-Ewropa. Astra topera s-Sistema Satellitari Astra, li toffri portafoll komprensiv ta’ soluzzjonijiet tax-xandir u tal-broadband għall-klijenti fl-Ewropa u barra minnha. Ixxandar programmi tar-radju u tat-televiżjoni direttament lil miljuni ta’ djar, u tipprovdi aċċess għall-internet u servizzi tan-network lil awtoritajiet pubbliċi, lil korporazzjonijiet kbar, lil SMEs u lil unitajiet domestiċi individwali. |
|
(13) |
Fl-ilment tagħha, Astra targumenta li l-miżuri stabbiliti mill-Gvern u mill-Komunitajiet Awtonomi f’żoni remoti u inqas urbanizzati ta’ Spanja jiksru l-prinċipju tan-newtralità teknoloġika peress li jipprevedu t-trażmissjoni terrestri bħala l-unika rotta lejn id-diġitalizzazzjoni. B’mod partikolari, Astra tirreferi għall-każ ta’ Cantabria. Fuq il-bażi ta’ sejħa għall-offerti għall-estensjoni tal-kopertura tat-televiżjoni diġitali għat-territorju kollu ta’ Cantabria mnedija f’Jannar 2008, il-gvern reġjonali ta’ Cantabria kien għażel lil Astra sabiex tipprovdi stazzjonijiet mingħajr ħlas mill-pjattaforma tagħha. Madankollu, f’Novembru 2008, dak il-kuntratt ġie tterminat mill-gvern reġjonali. Skont Astra, l-awtoritajiet itterminaw il-kuntratt biss ladarba ġew informati li l-gvern ċentrali kien se jiffinanzja l-aġġornament tan-network terrestri analogu. Fil-fatt, ittra mill-awtoritajiet ta’ Cantabria datata s-7 ta’ Novembru 2008 spjegat li r-raġuni għat-terminazzjoni tal-kuntratt kienet li sadanittant il-gvern ċentrali kien ħa deċiżjonijiet relatati mal-estensjoni tal-kopertura tat-televiżjoni diġitali għal Spanja kollha (16). Għalhekk, il-każ ta’ Cantabria jidher li juri li, l-ewwel nett, Astra setgħet tikkompeti f’dak is-suq u, it-tieni, li d-deċiżjonijiet tal-gvern ċentrali għamlu din il-kompetizzjoni impossibbli. |
2.1.2. Is-settur
|
(14) |
Il-każ jikkonċerna s-settur tax-xandir, li fih ħafna atturi huma attivi f’livelli differenti tal-katina tal-prodotti tas-servizzi tax-xandir. |
|
(15) |
Ix-“xandara” huma l-edituri tal-istazzjonijiet tat-televiżjoni li jixtru jew jipproduċu kontenuti tat-televiżjoni internament u jirragruppawhom fi stazzjonijiet. Imbagħad, l-istazzjonijiet jiġu pprovduti lill-pubbliku permezz ta’ diversi pjattaformi (pereżempju satellita, DTT, kejbil, IPTV). Fi Spanja, is-servizzi tax-xandir tqiesu bħala servizz pubbliku mil-leġiżlatur u, għalhekk, huma pprovduti kemm mix-xandara tal-Istat (Radiotelevisión Española, RTVE) kif ukoll minn xandara privati mogħtijin konċessjonijiet mill-Istat (17). Dawn l-hekk imsejħa stazzjonijiet “free-to-air” (FTA) huma pprovduti mingħajr ħlas lit-telespettaturi. Sabiex jiġi żgurat li l-popolazzjoni tkun tista’ tibbenefika b’mod effettiv minn dan is-servizz pubbliku, il-liġi torbot obbligi ta’ kopertura minima għat-trażmissjonijiet fdati kemm lix-xandar pubbliku kif ukoll lill-operaturi privati li jkollhom il-konċessjonijiet. Konsegwentement, ix-xandara pubbliċi għandhom l-obbligu li jkopru tal-inqas 98 % tal-popolazzjoni Spanjola, filwaqt li x-xandara privati jeħtiġilhom ikopru tal-inqas 96 % tal-popolazzjoni. Fi Spanja, ix-xandara nazzjonali ma għandhomx network nazzjonali tax-xandir. Għalhekk, jidħlu fi ftehimiet mal-operaturi tal-pjattaformi sabiex jiġi trażmess il-kontenut tagħhom u sabiex jissodisfaw l-obbligi ta’ kopertura tagħhom. |
|
(16) |
L-“operaturi tal-pjattaformi” (jew l-operaturi tan-network) (18) huma entitajiet privati jew ikkontrollati pubblikament li joperaw l-infrastruttura neċessarja (pereżempju jittrasportaw u jxandru s-sinjal) sabiex jipprovdu lill-pubbliku l-istazzjonijiet prodotti mix-xandara. L-operaturi tal-pjattaformi jistgħu jistabbilixxu wkoll l-infrastruttura neċessarja u jipprovdu l-hardware. Fl-ewwel snin tal-industrija tat-televiżjoni, l-unika pjattaforma disponibbli kienet il-pjattaforma analoga terrestri. Hekk kif it-teknoloġija tjiebet, saru disponibbli aktar pjattaformi fis-suq, jiġifieri: il-pjattaforma satellitari, il-pjattaforma tal-kejbil u, l-aktar reċentement, l-IPTV (19), li jisfrutta l-konnessjoni tal-broadband sabiex jittrażmetti s-sinjal tat-televiżjoni. |
|
(17) |
Il-“fornituri tal-hardware” huma manifatturi jew installaturi tal-partijiet neċessarji tal-infrastrutturi u tal-apparati meħtieġa sabiex jinbnew id-diversi pjattaformi. |
|
(18) |
Fix-xandir terrestri, is-sinjal tat-televiżjoni jintbagħat minn studjow tat-televiżjoni lil ċentru ta’ trażmissjoni (“head-end”), li normalment ikun jappartjeni għal operatur tan-network u jitħaddem minnu. Imbagħad is-sinjal jiġi ttrasportat u ddistribwit minn ċentru tat-trażmissjoni (head-end) għaċ-ċentri tax-xandir immexxijin minn operatur tan-network (pereżempju torri); xi drabi s-sinjal jiġi ttrasportat permezz tas-satellita. Fl-aħħar nett, is-sinjal jixxandar miċ-ċentri tax-xandir lid-djar. Sabiex jiġi ddiġitalizzat in-network terrestri analogu, huwa neċessarju li t-trażmettituri jiġu ssostitwiti fuq l-art. Madankollu, peress li s-sinjal diġitali għandu medda aktar baxxa mill-analogu u, għalhekk, it-teknoloġija l-ġdida teħtieġ network aktar kapillari, filwaqt li ż-żamma tal-istess kopertura jew l-estensjoni tagħha f’xi każijiet teħtieġ ukoll il-bini ta’ ċentri ta’ trażmissjoni ġodda. |
|
(19) |
Fix-xandir satellitari, is-sinjal jintbagħat lil ċentru ta’ trażmissjoni (head-end) u mbagħad jiġi ttrasportat lejn is-satellita, li xxandar lid-djar. Inkella, is-sinjal jista’ l-ewwel jintbagħat minn studjow tat-televiżjoni direttament lejn is-satellita, jekk l-istudjow tat-televiżjoni jkollu l-apparat xieraq. It-telespettatur irid ikollu dixx satellitari u dekowder. Sabiex tiżdied il-kopertura satellitari f’reġjun, it-tagħmir fuq l-art jeħtieġ li jiġi installat fid-dar tal-klijent. |
|
(20) |
F’termini ta’ kopertura ġeografika, il-pjattaforma satellitari tista’ tilħaq kważi 100 % tat-territorju Spanjol, filwaqt li l-pjattaforma terrestri tkopri madwar 98 %. |
2.1.3. Sfond
|
(21) |
Il-miżura investigata trid tiġi eżaminata fil-kuntest tad-diġitalizzazzjoni tax-xandir li l-pjattaformi terrestri, satellitari u tal-kejbil għaddew minnhom jew bħalissa għaddejjin minnhom. Meta mqabbel max-xandir analogu, ix-xandir diġitalizzat għandu l-benefiċċju taż-żieda fil-kapaċità tat-trażmissjoni bħala riżultat tal-użu aktar effiċjenti tal-ispettru tal-frekwenza tar-radju. Il-bidla għat-teknoloġija diġitali hija partikolarment sinifikanti għax-xandir terrestri, fejn l-ispettru tal-frekwenza disponibbli huwa limitat. Min-naħa l-oħra, it-trażmissjoni satellitari għandha l-vantaġġ li topera f’banda ta’ frekwenzi kompletament differenti fejn ma hemm l-ebda skarsezza ta’ frekwenzi. |
|
(22) |
Il-bidla mit-televiżjoni analogu għal dik diġitali tirrilaxxa ammont sinifikanti ta’ spettru tar-radju ta’ kwalità għolja f’dak li huwa magħruf bħala “d-dividend diġitali”, li jkun liberu għall-użu ta’ servizzi tal-komunikazzjoni elettronika. Dan id-dividend diġitali, u b’mod speċjali l-frekwenza ta’ 790-862MHz (“il-banda ta’ 800 MHz”), jista’ jagħti spinta lill-industrija tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, ikollu impatt kbir fuq il-kompetittività u fuq it-tkabbir u jipprovdi firxa wiesgħa ta’ benefiċċji soċjali u kulturali (20). |
|
(23) |
Id-“dividend diġitali” jista’ jiġi sfruttat jew billi ssir bidla minn pjattaforma terrestri għal pjattaforma differenti jew billi ssir tranżizzjoni minn xandir analogu terrestri għal xandir diġitali terrestri. Barra minn hekk, tista’ tiġi prevista soluzzjoni mħallta li tgħaqqad pjattaformi differenti (21). |
|
(24) |
Madankollu, fil-każ tax-xandir terrestri, l-iskarsezza tal-frekwenzi tibqa’ problema anki wara d-diġitalizzazzjoni. Dan huwa muri mill-fatt li ftit wara t-terminazzjoni tal-bidla mit-televiżjoni analoga għat-televiżjoni diġitali f’April 2010, il-gvern Spanjol kellu jirriloka x-xandara mill-banda ta’ 800 MHz għal banda oħra ta’ frekwenzi. Ir-rilokazzjoni tal-multiplessi tad-DTT assenjati lix-xandara wasslet għal kostijiet addizzjonali u għal għajnuna mill-Istat addizzjonali li nstabet li kienet għajnuna inkompatibbli mill-Kummissjoni (22). Barra minn hekk, Spanja tappoġġa l-liberazzjoni tal-banda ta’ 700 MHz mis-servizzi tat-televiżjoni terrestri billi tikkumpensa lill-unitajiet domestiċi u lill-fornituri tas-servizzi tat-televiżjoni. Minn naħa waħda, il-miżura tipprovdi kumpens lil sidien ta’ bini b’diversi unitajiet domestiċi għall-kostijiet imġarrbin mill-adattament tat-tagħmir għar-riċevuta tat-televiżjoni. Il-baġit globali jammonta għal EUR 150 miljun. Min-naħa l-oħra, il-miżura tipprovdi kumpens lill-fornituri privati tas-servizzi tat-televiżjoni għall-kostijiet imġarrbin mill-adattament tas-sistemi ta’ trażmissjoni tax-xandir. Il-baġit globali jammonta għal EUR 10 miljun (23). |
|
(25) |
Fir-rigward tax-xandir televiżiv, it-trażmissjoni diġitali terrestri tista’ tiġi ssostitwita fil-futur bit-teknoloġija tal-broadband, peress li n-networks tal-ġenerazzjoni li jmiss (NGA) x’aktarx li jsiru t-teknoloġija ewlenija tat-trażmissjoni. Madankollu, għalissa, fi Spanja, il-kopertura ġeografika ta’ tali networks NGA ma hijiex universali. |
|
(26) |
Fi Spanja llum il-ġurnata hemm erba’ pjattaformi tax-xandir: DTT - teknoloġija diġitali terrestri (DVB-T), is-satellita (DVB-S), il-kejbil (DVB-C) u l-IPTV. Id-DTT hija l-pjattaforma ewlenija għall-istazzjonijiet pubbliċi u privati Spanjoli “free-to-air” (24). L-operatur ewlieni tan-network terrestri huwa Abertis, li jikkontrolla wkoll l-operatur satellitari Hispasat. Hemm ukoll numru ta’ operaturi tat-telekomunikazzjoni lokali li jġorru sinjali tad-DTT, li normalment ikunu interkonnessi man-network nazzjonali ta’ Cellnex. Fir-rigward ta’ stazzjonijiet tat-televiżjoni bi ħlas, dawn jixxandru prinċipalment permezz tas-satellita, permezz tal-kejbil u permezz tal-IPTV. Astra u Hispasat huma l-operaturi satellitari ewlenin. |
|
(27) |
Sabiex jiġi indirizzat il-proċess ta’ diġitalizzazzjoni, sabiex taqleb mit-televiżjoni analoga għal dik diġitali, matul il-perjodu 2005-2009 Spanja adottat sensiela ta’ miżuri regolatorji li kienu jikkonċernaw in-network terrestri, kif deskritt fit-taqsima 2.2. L-awtoritajiet ċentrali Spanjoli qasmu t-territorju ta’ Spanja fi tliet żoni distinti:
|
2.2. Deskrizzjoni tal-għajnuna
|
(28) |
L-iskema li qed tiġi investigata hija bbażata fuq sistema kumplessa ta’ dispożizzjonijiet legali stabbiliti mill-awtoritajiet ċentrali Spanjoli mill-2005. Fuq il-bażi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, l-għajnuna mill-Istat għat-tnedija tad-diġitalizzazzjoni fiż-Żona II ingħatat fis-snin 2008-2009 mill-Komunitajiet Awtonomi u mill-kunsilli tal-bliet, li allokaw lill-benefiċjarji l-fondi mill-baġit ċentrali u mill-baġits rispettivi tagħhom. Barra minn hekk, mill-2009 ingħatat għajnuna kontinwa mill-Komunitajiet Awtonomi għall-manutenzjoni u għall-operat tan-networks fiż-Żona II. |
|
(29) |
Ir-regolamentazzjoni tat-tranżizzjoni għat-teknoloġija tat-televiżjoni diġitali bdiet meta ġiet adottata l-Liġi 10/2005 tal-14 ta’ Ġunju 2005 (26). Hija ssemmi l-ħtieġa li tiġi promossa tranżizzjoni minn teknoloġija analoga terrestri għal teknoloġija diġitali terrestri u kienet teħtieġ li l-gvern jieħu l-miżuri xierqa sabiex jiżgura din it-tranżizzjoni. |
|
(30) |
Wara dan il-mandat, bl-Ordni Amministrattiv 944/2005, il-Kunsill tal-Ministri approva l-Pjan Tekniku Nazzjonali, li stabbilixxa d-data tat-tifi tax-xandir analogu fi Spanja għat-3 ta’ April 2010. |
|
(31) |
Il-Pjan Tekniku Nazzjonali stabbilixxa l-obbligu tax-xandara privati li jilħqu sa dik id-data 96 % (27) tal-popolazzjoni fiż-żoni ta’ kopertura rispettivi tagħhom, filwaqt li x-xandara pubbliċi kienu meħtieġa jilħqu, sal-istess data, 98 % tal-popolazzjoni fiż-żoni ta’ kopertura rispettivi tagħhom. |
|
(32) |
Fiż-Żona I, ix-xandara kellhom l-obbligu li jkopru dawn il-perċentwali tal-popolazzjoni bit-televiżjoni diġitali terrestri, u kellhom iġarrbu l-kostijiet tad-diġitalizzazzjoni huma stess. Għalhekk, ma kienet neċessarja l-ebda għajnuna mill-Istat f’dik iż-Żona. |
|
(33) |
Fir-rigward taż-Żoni II u III, it-Tnax-il Dispożizzjoni Addizzjonali tal-Pjan Tekniku Nazzjonali pprovdiet għall-possibbiltà li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jestendu l-kopertura fil-medda ta’ bejn 96 % u 100 % tal-popolazzjoni. F’dan ir-rigward, il-Pjan Tekniku Nazzjonali jirreferi b’mod espliċitu għat-televiżjoni diġitali terrestri (id-DTT) u jistabbilixxi sitt kundizzjonijiet li fihom l-awtoritajiet lokali jistgħu jwettqu tali estensjoni. Il-kundizzjoni (e) tirrikjedi li l-installazzjoni lokali tkun konformi mal-Pjan Tekniku Nazzjonali għat-televiżjoni diġitali terrestri. |
|
(34) |
Sussegwentement, fis-7 ta’ Settembru 2007, il-Kunsill tal-Ministri approva l-Pjan Nazzjonali għat-Tranżizzjoni għat-Televiżjoni Diġitali Terrestri (“Pjan ta’ Tranżizzjoni”) (28), li jimplimenta l-Pjan Tekniku Nazzjonali. Il-Pjan ta’ Tranżizzjoni qasam it-territorju Spanjol f’disgħin proġett ta’ tranżizzjoni teknika (29) u stabbilixxa skadenza għall-bidla tax-xandir analogu għal kull wieħed minn dawn il-proġetti. |
|
(35) |
Fid-29 ta’ Frar 2008, il-Ministeru tal-Industrija, tat-Turiżmu u tal-Kummerċ (“MITyC”) adotta deċiżjoni mmirata lejn it-titjib tal-infrastrutturi tat-telekomunikazzjoni u l-istabbiliment tal-kriterji u d-distribuzzjoni tal-finanzjament tal-azzjonijiet immirati lejn l-iżvilupp tas-Soċjetà tal-Informazzjoni skont il-Plan Avanza għall-2008 (30). Il-baġit approvat b’din id-deċiżjoni kien jammonta għal EUR 558 miljun u ġie parzjalment allokat għall-iżvilupp tal-broadband, u parzjalment għad-diġitalizzazzjoni tat-televiżjoni f’żoni remoti u inqas urbanizzati ta’ Spanja li jaqgħu barra mill-obbligi statutorji tax-xandara kummerċjali (31). Id-diġitalizzazzjoni f’dik iż-Żona kienet komunement imsejħa “estensjoni tal-kopertura”. Sussegwentement, ġiet implimentata permezz ta’ serje ta’ addenda għall-ftehimiet qafas eżistenti tal-2006 (32) iffirmati mill-MITyC u mill-Komunitajiet Awtonomi bejn Lulju u Novembru 2008 (“l-Addenda għall-Ftehimiet Qafas tal-2006”), ippubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali Spanjola separatament għal kull Komunità Awtonoma. L-Addenda għall-Ftehimiet Qafas tal-2006 isegwu l-istess mudell għall-Komunitajiet Awtonomi kollha, b’xi differenzi żgħar. L-Addenda għall-Ftehimiet Qafas tal-2006 jirreferu għall-Plan Avanza, għall-Pjan ta’ tranżizzjoni u għall-Ordni Amministrattiv 944/2005 dwar il-Pjan ta’ Tranżizzjoni Nazzjonali għat-Televiżjoni Diġitali Terrestri. Il-formulazzjoni ta’ dawn il-ftehimiet fil-maġġoranza tal-każijiet tindika t-teknoloġija diġitali terrestri bħala l-unika teknoloġija li għandha tiġi ffinanzjata. Bħala riżultat tal-ftehimiet, l-MITyC ittrasferixxa fondi lill-Komunitajiet Awtonomi kollha, li ħadu impenn li jkopru l-kostijiet li kien jifdal tal-operazzjoni mill-baġits tagħhom. Dawn l-addenda inkludew ukoll l-obbligu tal-awtoritajiet lokali li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tat-Tnax-il Dispożizzjoni Addizzjonali tal-Pjan Tekniku Nazzjonali. |
|
(36) |
B’mod parallel, fis-17 ta’ Ottubru 2008, il-Kunsill tal-Ministri qabel li jalloka EUR 8,72 miljun oħrajn sabiex tiġi estiża u titlesta l-kopertura tad-DTT fi ħdan il-proġetti ta’ tranżizzjoni li għandhom jitlestew matul l-ewwel nofs tal-2009, il-Fażi I tal-Pjan ta’ Tranżizzjoni. Il-finanzjament ingħata wara l-iffirmar ta’ ftehimiet qafas ġodda bejn l-MITyC u l-Komunitajiet Awtonomi f’Diċembru 2008 (“il-Ftehimiet Qafas tal-2008”). Dawn il-ftehimiet jirreferu għall-finanzjament imsemmi hawn fuq ta’ EUR 8.72 miljun u kienu intitolati “Ftehim Qafas ta’ Kollaborazzjoni bejn il-Ministeru tal-Industrija, tat-Turiżmu u tal-Kummerċ u l-Komunità Awtonoma ta’ [...] għall-Iżvilupp tal-Pjan Nazzjonali għat-Tranżizzjoni lejn id-DTT”. Huma jistabbilixxu lista ta’ attivitajiet li jiġu ffinanzjati mill-awtoritajiet ċentrali u reġjonali sabiex tinkiseb kopertura tat-televiżjoni diġitali ugwali għall-kopertura analoga eżistenti. Dawn l-attivitajiet huma relatati mal-użu tat-televiżjoni diġitali terrestri. |
|
(37) |
Fit-23 ta’ Frar 2009, ġie adottat l-Ordni Amministrattiv 1/2009 dwar miżuri urġenti fis-suġġett tat-telekomunikazzjoni (33). L-Ordni Amministrattiv 1/2009 jikkonferma li l-estensjoni tal-kopertura fiż-Żona II ġiet prevista esklussivament permezz tat-teknoloġija diġitali terrestri: L-Artikolu 2 ta’ dan l-Ordni Amministrattiv iżid dispożizzjoni ġdida għal-Liġi 10/2005, li tiddikjara li “L-aċċess għal dawn l-istazzjonijiet disseminati mis-sistema/i ta’ trażmissjoni satellitari għandu jkun limitat għaċ-ċittadini li jirrisjedu f’żoni fejn, wara l-bidla għat-televiżjoni diġitali terrestri, ma huwiex se jkun hemm kopertura tas-servizz tat-televiżjoni diġitali terrestri fil-livell tal-Istat.” Barra minn hekk, il-preambolu tal-imsemmi Ordni jiddikjara li l-estensjoni tal-kopertura fiż-Żona II, iffinanzjata mill-awtoritajiet, titwettaq esklussivament permezz tat-teknoloġija terrestri. Fi kliem ieħor, l-Ordni Amministrattiv jassumi li t-teknoloġija terrestri biss tintuża fiż-Żoni I u II. (34) |
|
(38) |
Fid-29 ta’ Mejju 2009, il-Kunsill tal-Ministri approva l-kriterji għad-distribuzzjoni ta’ EUR 52 miljun għall-finanzjament ta’ azzjonijiet ta’ tranżizzjoni tad-DTT, immirati lejn il-finanzjament tal-estensjoni tal-kopertura tal-proġetti taħt il-Fażijiet II u III tal-Pjan ta’ Tranżizzjoni (35). Il-ftehim tal-Kunsill tal-Ministri stabbilixxa rabta diretta mal-Pjan ta’ Tranżizzjoni minħabba li ddikjara li “sabiex tintlaħaq il-mira stabbilita fil-Pjan Nazzjonali għat-tranżizzjoni lejn id-DTT, kopertura simili tad-DTT għal dik tal-kopertura terrestri attwali b’teknoloġija analoga, huwa meħtieġ l-appoġġ finanzjarju tal-awtoritajiet pubbliċi” u mbagħad li “l-implimentazzjoni ta’ din il-kooperazzjoni se tiġi fformalizzata fi ħdan il-qafas stabbilit mill-Pjan Nazzjonali għat-Tranżizzjoni lejn id-DTT”. |
|
(39) |
Fl-aħħar nett, bejn Ottubru u Diċembru 2009, l-addenda għall-Ftehimiet Qafas tal-2008 (imsemmijin fil-premessa (36)) ġew ippubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali Spanjola, inkluż il-finanzjament għall-estensjoni tal-kopertura tal-Fażijiet II u III tal-Pjan ta’ Tranżizzjoni. Dawn l-addenda jiddefinixxu x’għandu jinftiehem minn “azzjoni sabiex tiġi estiża l-kopertura”, billi jagħmlu referenza espliċita biss għat-teknoloġija terrestri (għalkemm ma jiġux esklużi formalment teknoloġiji oħrajn) (36). |
|
(40) |
Wara l-pubblikazzjoni tal-Ftehimiet qafas tal-2008 u tal-addenda deskritti hawn fuq (37), il-gvernijiet tal-Komunitajiet Awtonomi bdew jimplimentaw l-estensjoni. Huma organizzaw sejħiet għal offerti pubbliċi huma stess jew inkella talbu lil impriża pubblika bil-kompitu ta’ estensjoni u/jew bit-twettiq tas-sejħa għal offerti biex tagħmel dan. Is-sussidji ġew miftiehma b’mod parzjali mal-MITyC u, għalhekk, iffinanzjati mill-baġit ċentrali (ara l-premessi (35) sa (38) hawn fuq) u parzjalment iffinanzjati mill-Komunitajiet Awtonomi nfushom. F’ċerti każijiet, il-Komunitajiet Awtonomi taw mandat lill-kunsilli tal-muniċipalità sabiex iwettqu l-estensjoni. |
|
(41) |
Is-sejħiet għall-offerti għall-estensjoni tal-kopertura kienu jfissru li l-kumpanija rebbieħa ġiet inkarigata bil-missjoni li tipprovdi (ta’ spiss tibni) network operattiv tad-DTT. Il-kompiti li għandhom jitwettqu kienu jinkludu d-disinn u l-inġinerija tan-network, it-trasport tas-sinjal, l-użu tan-network u l-provvista tat-tagħmir meħtieġ. Is-sejħiet għall-offerti għall-estensjoni tal-kopertura – minbarra l-kuntratt għall-forniment ta’ network operattiv tad-DTT – normalment kienu jinkludu wkoll il-provvista tat-tagħmir neċessarju (u f’ċerti każijiet, il-forniment ta’ tagħmir mingħajr ebda kost għall-operatur tan-network). Barra minn hekk, is-sejħiet għall-offerti għall-estensjoni tal-kopertura spiss kienu jinkludu kuntratti anċillari relatati mad-diġitalizzazzjoni taċ-ċentri ta’ trażmissjoni jew mal-bini ta’ ċentri ġodda ta’ trażmissjoni (bħal pereżempju xogħlijiet ta’ adattament għad-djar, il-provvista tal-enerġija, “manutenzjoni stretta”, kuntratti ta’ lokazzjoni, studji dwar is-sikurezza u s-saħħa.) It-tipi l-oħrajn ta’ sejħiet għall-offerti kienu sejħiet għall-offerti għall-provvista ta’ hardware, organizzati fil-każ ta’ networks diġà eżistenti. Ir-rebbieħ tas-sejħa għall-offerti kien mistenni jaġġornah bit-tagħmir meħtieġ, jiġifieri jforni, jinstalla u jattiva t-tagħmir. |
|
(42) |
Fil-biċċa l-kbira tas-sejħiet għall-offerti, l-awtoritajiet organizzaturi jirreferu b’mod espliċitu, permezz tad-definizzjoni tal-oġġett tas-sejħa għall-offerti (38) u b’mod impliċitu, fid-deskrizzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew tat-tagħmir li għandu jiġi ffinanzjat (39), għat-teknoloġija terrestri u għad-DTT. Fil-ftit każijiet fejn it-teknoloġija satellitari tissemma b’mod espliċitu, dawn ir-referenzi huma għal dixxijiet satellitari għar-riċevuta tas-sinjal satellitari fuq torrijiet terrestri (40) jew tagħmir għall-aċċess tat-televiżjoni diġitali fiż-Żona III (41). Ftit ħafna mis-sejħiet għall-offerti setgħu jitqiesu teknoloġikament newtrali. Dawn l-offerti teknoloġikament newtrali ġew ifformulati b’mod li – minkejja l-pjanijiet tal-Gvern Spanjol li juża d-DTT esklussivament għall-estensjoni tal-kopertura ––ma kinux jeskludu teknoloġiji oħrajn għajr id-DTT (42). Minflok ma ppubblikaw stediniet għas-sejħiet għall-offerti, xi wħud mill-awtoritajiet għażlu mod differenti kif jestendu l-kopertura tad-DTT. Pereżempju, il-Pajjiż Bask ta appoġġ finanzjarju dirett lill-operatur tan-network reġjonali Itelazpi. Barra minn hekk, f’Navarra ntgħażlet soluzzjoni simili. |
|
(43) |
B’kollox, fis-snin 2008-2009 kważi EUR 163 miljun mill-baġit ċentrali (self parzjalment artab mogħti mill-MITyC lill-Komunitajiet Awtonomi (43)), u EUR 60 miljun mill-baġits tas-16-il Komunità Awtonoma investigati (kollha minbarra Castilla-La Mancha) ġew investiti fl-estensjoni għaż-Żona II. Barra minn hekk, il-kunsilli muniċipali ffinanzjaw l-estensjoni b’madwar EUR 3.5 miljun f’fondi proprji. |
|
(44) |
Bħala t-tieni pass wara l-estensjoni tad-DTT għaż-Żona II, mis-sena 2009, xi wħud mill-Komunitajiet Awtonomi kienu qed jorganizzaw sejħiet għall-offerti addizzjonali, jew ikkonkludew kuntratti rilevanti mingħajr sejħiet għall-offerti, għat-tħaddim u għall-manutenzjoni tat-tagħmir diġitalizzat u użat matul l-estensjoni. Għall-kuntrarju tal-għajnuna għall-bdil, dawn il-miżuri tal-aħħar jikkostitwixxu għajnuna kontinwa. Peress li huma għall-operat u għall-manutenzjoni tan-network terrestri kif installat fiż-Żona II, dawn il-kuntratti lanqas ma huma teknoloġikament newtrali. L-ammont totali ta’ fondi mogħtijin permezz ta’ sejħiet għall-offerti għall-operat u għall-manutenzjoni (għajnuna kontinwa) fis-snin 2009-2011 kien ta’ mill-inqas EUR 32.7 miljun. |
2.3. Żviluppi wara l-2013
|
(45) |
Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-2013, xi Komunitajiet Awtonomi introduċew ċerti tibdiliet fil-miżuri relatati mal-operat u mal-manutenzjoni tal-infrastruttura. Jiġifieri (premessi 46 sa 60): |
|
(46) |
Fl-Andalusija, l-Awtorità Kontraenti ppubblikat sejħa għall-offerti fit-12 ta’ Novembru 2014 għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni sabiex tippermetti li jiġu riċevuti stazzjonijiet tat-televiżjoni diġitali nazzjonali mingħajr ħlas f’ċerti żoni ġeografiċi tal-Komunità Awtonoma tal-Andalusija. Is-sejħa għall-offerti ġiet aġġudikata fil-11 ta’ April 2017 lil U.T.E Andalucía Televisión Digital (Retevisión u Axión Infraestructuras de Telecomunicaciones, S.A.). Il-kuntratt ġie ffirmat fid-9 ta’ Ġunju 2017. |
|
(47) |
F’Aragona, is-sejħa għall-offerti għall-provvista ta’ servizz tat-televiżjoni diġitali f’żoni remoti u inqas urbanizzati ġiet ippubblikata fil-25 ta’ Novembru 2016. Is-sejħa għall-offerti ġiet aġġudikata fid-19 ta’ Mejju 2017 lil Retevisión u ġiet iffirmata fis-26 ta’ Ġunju 2017. |
|
(48) |
Fil-Gżejjer Baleariċi, tnediet sejħa għall-offerti fl-14 ta’ Lulju 2014. Il-kuntratt ingħata lil Tradia Telecom, S.A. fil-5 ta’ Novembru 2014. |
|
(49) |
Fil-Gżejjer Kanarji, is-sejħa għall-offerti għas-servizzi ta’ trażmissjoni tax-xandir għal stazzjonijiet tat-televiżjoni diġitali nazzjonali u reġjonali f’żoni remoti u inqas urbanizzati tal-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Kanarji (djalogu kompetittiv) ġiet ippubblikata fit-28 ta’ Jannar 2015. Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Spanjoli fil-5 ta’ Frar 2021, il-kuntratt ġie ffirmat f’Jannar 2020 u s-servizz huwa operazzjonali mit-3 ta’ Lulju 2020. |
|
(50) |
F’Cantabria, is-sejħa għall-offerti għas-servizz ta’ trażmissjoni tax-xandir għall-istazzjonijiet tat-televiżjoni diġitali f’żoni remoti u inqas popolati tal-Komunità Awtonoma ġiet ippubblikata fit-13 ta’ Mejju 2015. Is-sejħa għall-offerta ġiet aġġudikata fit-2 ta’ Diċembru 2015 lil Retevisión u l-kuntratt ġie ffirmat fl-14 ta’ Marzu 2016. |
|
(51) |
F’Extremadura, is-sejħa għall-offerti għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni li tippermetti t-tixrid u r-riċevuta ta’ stazzjonijiet tat-televiżjoni diġitali f’ċerti oqsma tal-Komunità Awtonoma ta’ Extremadura ġiet ippubblikata fit-3 ta’ April 2015. Is-sejħa għal offerta ġiet aġġudikata lil Retevisión fit-30 ta’ Diċembru 2015 u l-kuntratt ġie ffirmat fil-15 ta’ Marzu 2016. |
|
(52) |
F’Navarra, fil-11 ta’ Novembru 2014 ġiet ippubblikata sejħa għall-offerti għall-estensjoni tat-televiżjoni diġitali f’żoni remoti u inqas urbanizzati. Fit-28 ta’ Mejju 2019, l-awtoritajiet ta’ Navarra ddeċidew li ma jagħtux il-kuntratt u li abbandunaw il-proċedura. |
|
(53) |
F’La Rioja, il-proċedura ta’ djalogu kompetittiv ġiet ippubblikata fit-13 ta’ Novembru 2014. Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Spanjoli fil-5 ta’ Frar 2021, il-proċedura għadha għaddejja. |
|
(54) |
Il-Komunità Awtonoma ta’ Asturias nediet sejħa għall-offerti għall-kolokazzjoni tat-tagħmir (44) fit-28 ta’ Diċembru 2018. Dik is-sejħa għall-offerti ngħatat lil Retevisión fl-10 ta’ Jannar 2019. Fid-19 ta’ Diċembru 2018 tnediet sejħa għall-offerti għal kuntratt ta’ servizz għall-manutenzjoni. Barra minn hekk, fl-10 ta’ Diċembru 2018 tnediet sejħa għall-offerti għas-servizzi ta’ trażmissjoni tax-xandir f’Asturias bit-tagħmir li huwa proprjetà ta’ Asturias. Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Spanjoli fis-16 ta’ Jannar 2019, dawn l-aħħar żewġ proċeduri ta’ offerti għadhom għaddejjin. |
|
(55) |
Fir-rigward ta’ Galicia, l-awtoritajiet Spanjoli informaw lill-Kummissjoni li Galicia ma tixtieqx tiffinanzja l-operazzjonijiet u t-tħaddim għall-operaturi fiż-Żona II u, għalhekk, mhux se torganizza l-ebda sejħa ġdida għal offerti teknoloġikament newtrali. L-operazzjonijiet u l-manutenzjoni għall-operaturi fiż-Żona II tan-network tax-xandir ma jkunux ir-responsabbiltà tal-Komunità Awtonoma, iżda pjuttost jaqgħu taħt il-kunsilli muniċipali. |
|
(56) |
L-awtoritajiet Spanjoli informaw lill-Kummissjoni li Madrid nediet proċedura ta’ sejħa għall-offerti għall-manutenzjoni tat-tagħmir tat-televiżjoni diġitali. Is-sejħa għall-offerti ġiet aġġudikata favur Retevisión fit-8 ta’ Lulju 2019 u l-kuntratt ġie ffirmat fis-7 ta’ Awwissu 2019. B’rabta ma’ Melilla u ma’ Murcia, l-Awtoritajiet Spanjoli informaw lill-Kummissjoni li ma kienet se ssir l-ebda proċedura ta’ sejħa għall-offerti u li l-kunsilli muniċipali kienu se jkunu responsabbli għall-manutenzjoni. |
|
(57) |
Skont l-informazzjoni li waslet mingħand Spanja, il-Pajjiż Bask ma organizza l-ebda proċedura ta’ sejħa għall-offerti wara d-Deċiżjoni tal-2013, u lanqas ma għandu l-ħsieb li jagħmel dan. Minflok, il-Pajjiż Bask għamel dikjarazzjoni ta’ Servizz ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali (SGEI). Il-ftehim dwar is-servizz għall-estensjoni tal-kopertura tal-istazzjonijiet tat-televiżjoni fil-Komunità Awtonoma tal-Pajjiż Bask ġie approvat mill-Kunsill Governattiv fit-2 ta’ Diċembru 2014. |
|
(58) |
Fir-rigward ta’ Ceuta, l-Aawtoritajiet Spanjoli informaw lill-Kummissjoni li ma hi se tiġi organizzata l-ebda proċedura ta’ sejħa għall-offerti u affermaw li kwalunkwe ħlas għall-manutenzjoni jaqa’ taħt ir-regoli de minimis . |
|
(59) |
Fil-Komunità ta’ Valencia, saret sejħa għall-offerti f’Jannar 2017 għall-manutenzjoni tat-tagħmir. Is-sejħa għall-offerti ġiet aġġudikata favur Retevisión f’Diċembru 2017 u l-kuntratt ġie ffirmat fit-18 ta’ Mejju 2018. Il-kuntratt huwa limitat għall-manutenzjoni tat-tagħmir u ma jinkludix il-forniment ta’ servizzi ta’ manutenzjoni preventiva u korrettiva. |
|
(60) |
F’Cataluña, fit-3 ta’ Awwissu 2018 ġiet ippubblikata sejħa għall-offerti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (45) għat-trażmissjoni u għad-distribuzzjoni ta’ sinjali awdjoviżivi sabiex ikopru l-popolazzjoni ta’ Cataluña fiż-Żona II. Fl-2019 ġie konkluż kuntratt b’durata ta’ sena, li seta’ jiġġedded għal sena addizzjonali. |
|
(61) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, f’xi wħud mill-Komunitajiet Awtonomi, il-miżuri oriġinali relatati mal-għajnuna għall-operat u għall-manutenzjoni ma tkomplewx mid-data tat-terminazzjoni tal-kuntratti inizjali bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tal-kuntratti li jikkonċernaw il-miżuri modifikati l-ġodda jew tal-introduzzjoni ta’ bażi ġuridika ġdida għall-għajnuna kurrenti għall-operat u għall-manutenzjoni (li – skont il-fehmiet ta’ Spanja – taqa’ taħt l-SGEI jew de minimis). |
|
(62) |
Il-valutazzjoni legali tal-miżuri l-ġodda u modifikati ma hijiex soġġetta għal din id-deċiżjoni. Din id-deċiżjoni bl-ebda mod ma tippreġudika l-evalwazzjoni tal-miżuri modifikati skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. |
2.4. Raġunijiet sabiex jingħata bidu għall-proċedura
|
(63) |
Fid-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura, il-Kummissjoni l-ewwel nett innotat li l-miżura deskritta kienet tidher li tissodisfa l-kriterji kollha tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE u, għalhekk, setgħet titqies bħala għajnuna mill-Istat. |
|
(64) |
Peress li hemm livelli differenti fis-suq tax-xandir, fid-deċiżjoni tal-ftuħ ġew identifikati tliet kategoriji ta’ benefiċjarji tal-għajnuna mill-Istat: (i) l-operaturi tan-network, (ii) il-fornituri tal-hardware li jipparteċipaw fis-sejħiet għall-offerti għall-provvista tat-tagħmir neċessarju għall-estensjoni u (iii) ix-xandara tal-istazzjonijiet tat-televiżjoni. |
|
(65) |
Il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li billi ffinanzjat il-kostijiet assoċjati mal-estensjoni tal-pjattaforma tad-DTT, l-iskema setgħet ħolqot tfixkil potenzjali jew attwali tal-kompetizzjoni bejn il-fornituri tal-hardware attivi f’teknoloġiji differenti u bejn l-operaturi tal-pjattaforma terrestri u satellitari. B’mod partikolari, skont il-fehmiet preliminari tal-Kummissjoni (premessi 66 sa 68): |
|
(66) |
It-tfixkil tal-kompetizzjoni tista’ tinħoloq bejn pjattaformi differenti (terrestri u satellitari), peress li l-miżura kkontestata għandha l-għan li tiddiġitalizza u tinstalla ex novo ċentri ta’ emissjoni terrestri, mingħajr ma titqies it-teknoloġija satellitari; |
|
(67) |
Il-miżura kkontestata tista’ wkoll tfixkel il-kompetizzjoni bejn ix-xandara. Fil-passat, il-pjattaforma terrestri tradizzjonalment ospitat lix-xandara tal-FTA u l-pjattaforma satellitari prinċipalment lix-xandara tat-televiżjoni bi ħlas jew tal-ħlas skont id-domanda. Madankollu, fiż-żmien tad-deċiżjoni tal-ftuħ, ix-xandara tal-FTA kienu qed iniedu inizjattivi tat-televiżjoni bi ħlas fuq il-pjattaforma terrestri u x-xandara satellitari kienu qed ifittxu aċċess għall-istazzjonijiet tal-FTA sabiex ilestu l-offerta tagħhom u jikkompetu b’mod aktar attiv max-xandara tal-FTA. |
|
(68) |
Fir-rigward tal-fornituri tal-hardware, il-miżura kkontestata dehret li tinvolvi vantaġġ kompetittiv (fil-forma ta’ domanda akbar) għall-benefiċċju tal-fornituri tal-hardware. |
|
(69) |
Fil-valutazzjoni preliminari tagħha, il-Kummissjoni, qieset li l-miżura kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE u ma rat l-ebda raġuni li għaliha setgħet tkun kompatibbli mas-suq intern, peress li deher li l-ebda deroga ma kienet applikabbli. |
|
(70) |
Għal dettalji fattwali addizzjonali, din id-deċiżjoni tirreferi għad-deċiżjoni tal-ftuħ. |
3. KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI
3.1. Kummenti ta’ Astra
3.1.1. Rimarki ġenerali
|
(71) |
Astra ttenni l-pożizzjoni preċedenti tagħha li l-miżuri li wasslu għall-bidla għat-televiżjoni diġitali terrestri kienu pjan koordinat imfassal fil-livell tal-gvern ċentrali u implimentat mill-awtoritajiet reġjonali. Madankollu, anke jekk wieħed jassumi li l-għajnuna mill-Istat għall-estensjoni tal-kopertura kienet imfassla, organizzata u implimentata fil-livell reġjonali, Astra temmen li kienet tikkostitwixxi għajnuna illegali u inkompatibbli. |
|
(72) |
Fir-rigward tas-sejħa għall-offerti f’Cantabria, Astra tinsisti li għall-kuntrarju ta’ dak li qed issostni Spanja, kien l-obbligu tal-awtoritajiet ta’ Cantabria li jirċievu l-awtorizzazzjonijiet mix-xandara sabiex jagħmlu l-istazzjonijiet tagħhom disponibbli għall-pjattaforma satellitari. Barra minn hekk, minkejja li l-ittri ntbagħtu mix-xandara f’Marzu 2008, l-awtoritajiet ta’ Cantabria rrakkomandaw lil Komunitajiet Awtonomi oħrajn l-alternattiva satellitari li kienu għażlu f’Lulju 2008. Jekk – kif issostni Spanja – in-nuqqas ta’ rieda tax-xandara li jużaw il-pjattaforma satellitari kienet ir-raġuni għat-terminazzjoni tal-kuntratt ma’ Astra, l-awtoritajiet ta’ Cantabria ma kinux jirrakkomandaw is-soluzzjoni satellitari lil Komunitajiet Awtonomi oħrajn. |
3.1.2. Preżenza ta’ għajnuna mill-Istat
|
(73) |
Fir-rigward tal-vantaġġ li rċevew l-operaturi tan-network u speċjalment Abertis, Astra tinnota li madwar 45 % tas-sejħiet għall-offerti kienu ġew aġġudikati favur Abertis għad-diġitalizzazzjoni tas-siti terrestri li jinsabu fl-estensjoni taż-żoni ta’ kopertura. Peress li l-kumpanija Abertis hija operatur ta’ pjattaforma, id-diġitalizzazzjoni tan-network tiffavorixxi l-offerta kummerċjali tagħha lix-xandara peress li n-network tad-DTT issa jkun jilħaq kważi 100 % tal-popolazzjoni mingħajr ebda kost addizzjonali meta mqabbel mas-96 % - 98 % li kienu jkunu diġitalizzati b’mod terrestri fin-nuqqas tal-miżura kkontestata. Barra minn hekk, Abertis tkun tibbenefika mill-fatt li Astra, bħala l-operatur alternattiv kompetitur ewlieni ta’ pjattaforma, ma titħalliex tikseb sehem mis-suq Spanjol billi tidħol fiż-Żona II. |
|
(74) |
Barra minn hekk, skont Astra, Abertis irċiviet vantaġġi oħrajn bħala riżultat tal-miżuri. L-ewwel nett, numru sinifikanti ta’ siti terrestri ta’ Abertis ibbenefikaw mill-fondi pprovduti mill-awtoritajiet Spanjoli fl-ambitu tal-miżuri investigati u huma tabilħaqq operati minn Abertis. Dan huwa b’mod partikolari l-każ ta’ siti li jinsabu fiż-żona fejn il-kumpanija RTVE (ix-xandar pubbliku) hija obbligata tipprovdi s-sinjal tagħha, iżda fejn ma hemm l-ebda obbligu bħal dan għax-xandara privati (madwar 2.5 % tal-popolazzjoni). It-tieni, Astra ssostni li Abertis ibbenefikat indirettament mill-għajnuna mill-Istat fi swieq kontigwi bħas-suq tat-trasport. Barra minn hekk, l-ilmentatur jinnota li l-miżura investigata twassal għal tfixkil tal-kompetizzjoni fiż-Żona III (46). |
|
(75) |
Astra temmen li l-pjattaformi satellitari u terrestri jappartjenu għall-istess suq. Id-distinzjoni bejn il-ħlas skont id-domanda u t-televiżjoni mingħajr ħlas ma tkunx rilevanti, f’dak li għandu x’jaqsam mal-kompetizzjoni tal-pjattaformi. Sa mil-lum, il-pjattaformi terrestri u satellitari jikkompetu għat-trażmissjoni tat-televiżjoni bi ħlas, peress li diġà hemm mill-inqas żewġ stazzjonijiet bi ħlas skont id-domanda li joffru s-sinjal tagħhom permezz tal-pjattaforma tad-DTT u wieħed minnhom huwa disponibbli biss fuq id-DTT. Barra minn hekk, skont Astra, ix-xandara kollha li bħalissa huma awtorizzati diġà talbu liċenzja mill-Gvern sabiex ixandru l-kontenut tagħhom bil-modalità ta’ ħlas. |
|
(76) |
Fis-sottomissjoni tagħha tas-27 ta’ Mejju 2019, Astra esprimiet il-fehma li l-miżuri inkwistjoni huma selettivi u ma jippromwovux l-iżvilupp ta’ attivitajiet tax-xandir b’mod ġenerali iżda pjuttost jiddiskriminaw favur l-operaturi tan-network terrestri. Astra tispjega li, għall-finijiet li tiġi pprovduta l-estensjoni tal-kopertura f’żoni remoti u rurali, l-operaturi tan-network li jużaw teknoloġiji oħrajn – inkluża Astra – jenħtieġ li jitqiesu bħala li jinsabu f’sitwazzjoni komparabbli ma’ dik tal-operaturi li jużaw it-teknoloġija terrestri. B’mod partikolari, Astra tindika li l-proċeduri ta’ sejħa għall-offerti għall-estensjoni tal-kopertura f’xi każijiet (pereżempju Cantabria, Navarra) ġew organizzati fir-rigward tan-newtralità teknoloġika u l-pjattaformi satellitari kkompetew ma’ operaturi terrestri u rebħu s-sejħa għall-offerti. Fi Stati Membri oħrajn (pereżempju Franza, il-Portugall u r-Renju Unit) pjattaformi alternattivi jikkompetu ma’ pjattaforma terrestri. Barra minn hekk, is-servizzi ta’ operatur satellitari, Hispasat, jintużaw esklussivament fiż-Żona III fi Spanja. Astra tiddikjara li s-satellita ma hijiex fi żvantaġġ ta’ kost kompetittiv meta mqabbla mat-teknoloġija terrestri. Fil-fehma ta’ Astra, dawn l-elementi kollha juru li l-operaturi terrestri u l-operaturi li jużaw teknoloġiji differenti jinsabu f’sitwazzjoni komparabbli, fid-dawl tal-objettivi segwiti mill-miżuri inkwistjoni. |
|
(77) |
Astra tqis li l-miżuri investigati ma kinux proporzjonali. Tindika li l-bidla għad-DTT kienet teħtieġ adattamenti sinifikanti f’binjiet ta’ appartamenti u investiment f’kejbils. Barra minn hekk, sabiex tappoġġa l-argument tagħha li l-estensjoni tal-kopertura permezz tas-satellita ma kinitx tkun aktar għalja milli permezz tal-pjattaforma terrestri, Astra rreferiet għall-istudju tal-kostijiet intern tagħha sottomess flimkien mal-ilment, imwettaq f’Novembru 2008 (“Studju ta’ Astra”). L-istudju qabbel il-kostijiet tal-estensjoni tal-kopertura bl-użu taż-żewġ teknoloġiji – terrestri u satellitari. Is-suppożizzjonijiet tal-istudju jvarjaw minn dawk imwettqin minn Spanja u Abertis f’diversi aspetti, fost l-oħrajn dwar il-kostijiet ta’ dixxijiet satellitari u l-ħtieġa li jinxtraw kaxxi tad-dekowder għar-riċevuta tat-televiżjoni diġitali terrestri. Is-sejbiet tal-istudju jwasslu għall-konklużjoni li l-estensjoni tal-kopertura permezz tas-satellita ma kinitx neċessarjament aktar għalja mill-użu tat-teknoloġija terrestri. Astra ppreżentat ukoll dokumenti addizzjonali mmirati sabiex juru li l-kostijiet tal-installazzjoni u tat-tħaddim taż-żewġ teknoloġiji ma jvarjawx b’mod sinifikanti. |
|
(78) |
Astra ssostni wkoll li l-iżgurar tal-kundizzjonalità tal-aċċess għax-xandir bis-satellita ma huwiex ostaklu għax-xandir ta’ kanali mingħajr ħlas. Is-sistemi ta’ aċċess kondizzjonali huma preżenti madwar id-dinja kollha u ma humiex diffiċli sabiex jintużaw (47). Barra minn hekk, is-soluzzjoni proposta f’Cantabria għall-aċċess kondizzjonali ġiet aċċettata mill-awtoritajiet ta’ Cantabria, li jkunu jistgħu jiddeċiedu liema utenti għandhom jiġu attivati sabiex jirċievu s-servizz. Għalhekk, il-limitazzjoni territorjali tas-servizz kienet ikkontrollata mill-gvern ta’ Cantabria. Ma kienx hemm bżonn ta’ adattament speċifiku għal dan l-għan. |
|
(79) |
Fir-rigward tal-adegwatezza tal-miżura, Astra ssostni li bis-saħħa tal-ekonomiji ta’ skala, aktar ma tkun kbira l-kopertura ġeografika, aktar issir ekonomikament attraenti t-teknoloġija satellitari. Bil-qsim tal-miżura fiż-Żona II f’aktar minn 600 sejħa għall-offerti lokali u reġjonali, it-teknoloġija satellitari diġà kienet imqiegħda fi żvantaġġ kompetittiv sinifikanti. Madankollu, anke jekk il-gvern Spanjol ma setax jimponi jew jissuġġerixxi l-ħtieġa li jitqiesu s-sinerġiji bejn ir-reġjuni bħala kundizzjoni għall-għoti tal-fondi, ir-reġjuni setgħu qiesu din il-possibbiltà sabiex jiżguraw li kienu qed jagħżlu l-aktar soluzzjoni kosteffiċjenti għall-kontribwenti tagħhom. Fil-fatt, Astra targumenta li ppruvat tagħmel dan qabel l-intervent tal-gvern ċentrali Spanjol favur it-teknoloġija terrestri. Tabilħaqq, wara li għażlu lil Astra fis-sejħa għall-offerti pubblika, l-awtoritajiet ta’ Cantabria inizjalment ippruvaw jikkonvinċu reġjuni oħrajn sabiex huma wkoll jagħżlu l-pjattaforma satellitari, peress li din kienet tkompli tnaqqas il-kostijiet tagħhom. |
3.1.3. Għajnuna mill-Istat għall-operat u għall-manutenzjoni
|
(80) |
Astra targumenta li parti mill-miżuri kkontestati tammonta għal għajnuna mill-Istat kontinwa, peress li l-gvernijiet tal-Komunità Awtonoma jiffinanzjaw il-kostijiet tal-operat u tal-manutenzjoni tan-networks lokali fiż-Żona II fuq bażi kontinwa. Fir-rigward tal-kostijiet annwali tal-operat u tal-manutenzjoni għas-soluzzjoni satellitari, Astra tistma li dawn ikunu jammontaw għal EUR 100 000 għal kull stazzjon fis-sena, għalkemm seta’ jinkiseb tnaqqis li kieku aktar minn reġjun wieħed għażel is-soluzzjoni satellitari. |
3.2. Kummenti minn Abertis / minn Cellnex
|
(81) |
Il-kumpanija Abertis hija operatur tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u fornitur tat-tagħmir tan-networks. Fost kumpaniji oħrajn, hija s-sid ta’ Retevisión S.A. u ta’ Tradia S.A. li jimmaniġġjaw u joperaw networks u infrastrutturi tat-telekomunikazzjoni. |
3.2.1. Preżenza ta’ għajnuna mill-Istat
|
(82) |
Qabel kollox, Abertis tinnota li l-miżuri investigati ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. L-awtoritajiet reġjonali sempliċiment kisbu oġġetti u servizzi skont it-termini tas-suq permezz ta’ sejħiet għall-offerti miftuħin u jibqgħu s-sidien tat-tagħmir installat fiċ-ċentri ta’ trażmissjoni fiż-Żona II. Għal din ir-raġuni, la l-fondi u lanqas kwalunkwe tagħmir diġitali miksub b’dawk il-fondi qatt ma ġew ittrasferiti lil xi riċevitur estern. |
|
(83) |
Barra minn hekk, Abertis tqis li l-miżuri kkontestati ma taw l-ebda vantaġġ ekonomiku apprezzabbli lill-operaturi tan-network. Abertis issostni li ma topera l-ebda wieħed min-networks lokali li jinsabu fiż-Żona II (anki fejn hija s-sid taċ-ċentri ta’ trażmissjoni rispettivi) u li, għalhekk, ma tista’ tikseb l-ebda vantaġġ dirett. It-tieni, fiż-Żona II, Abertis aġixxiet biss bħala fornitur tal-hardware. It-tielet, anke fis-sitwazzjoni fejn it-tagħmir diġitali użat għall-aġġornar ta’ ċentru ta’ trażmissjoni nbiegħ minn Abertis, u dak it-tagħmir ġie installat aktar tard f’ċentru ta’ trażmissjoni li jappartjeni għal Abertis, ma kien hemm l-ebda benefiċċju. Dan minħabba li Abertis sempliċiment tikri dawk iċ-ċentri ta’ trażmissjoni lill-operaturi tan-network lokali skont it-termini tas-suq u l-ammont tal-kera mħallsa lil Abertis ma kienx affettwat mill-proċess ta’ diġitalizzazzjoni. Ir-raba’, id-diġitalizzazzjoni tinsisti li ż-żieda inkrementali ta’ 1-2 % fil-kopertura ta’ network tad-DTT ma ssarraf f’ebda benefiċċju ekonomiku għal Abertis bħala operatur ta’ pjattaforma fiż-Żona I. Fl-aħħar nett, id-diġitalizzazzjoni taż-Żona II ma taffettwax il-prezz li Abertis tista’ titlob lix-xandara għas-servizzi ta’ trażmissjoni tagħha, speċjalment minħabba li l-ipprezzar ta’ Abertis għall-operaturi huwa rregolat mill-Comisión del Mercado de Telecomunicaciones, l-awtorità regolatorja Spanjola (“CMT”) (48). |
|
(84) |
Fir-rigward tal-operaturi tan-network lokali fiż-Żona II (jiġifieri, il-kunsilli muniċipali), Abertis tqis li ma jista’ jkun hemm l-ebda vantaġġ ekonomiku peress li ma jikkwalifikawx bħala impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE u, fi kwalunkwe każ, iwettqu servizz pubbliku. |
|
(85) |
Abertis esprimiet ukoll il-fehma li l-miżura investigata ma kienet tinvolvi l-ebda vantaġġ ekonomiku għax-xandara. Il-bidla diġitali fiż-Żona II ma żiditx in-numru ta’ telespettaturi meta mqabblin man-numru ta’ telespettaturi li kellhom aċċess għat-televiżjoni analoga qabel ma beda l-proċess ta’ tranżizzjoni għax-xandir diġitali fl-2005. |
|
(86) |
Barra minn hekk, Abertis tqis li l-miżuri kkontestati ma kellhom l-ebda effett apprezzabbli fuq il-kompetizzjoni bejn l-operaturi tan-network. Il-fatt li la x-xandara u lanqas kwalunkwe operatur privat ieħor ma wrew interess li jipprovdu servizzi ta’ trażmissjoni fiż-Żona II għal dawn l-aħħar 20 sena, jikkonferma li ma kien hemm l-ebda suq u li kien meħtieġ intervent mill-Istat sabiex jiġi ffaċilitat il-forniment ta’ servizzi. B’mod partikolari, ma hemm l-ebda tfixkil tal-kompetizzjoni bejn is-satellita u d-DTT, peress li dawn huma żewġ swieq separati. Barra minn hekk, id-diġitalizzazzjoni tan-networks terrestri fiż-Żona II ma biddlet bl-ebda mod l-istruttura kompetittiva tas-swieq rilevanti iżda sempliċiment irrappreżentat aġġornament tekniku neċessarju tal-pjattaforma analoga eżistenti. |
|
(87) |
Abertis issostni li s-servizzi tax-xandir ipprovduti fuq in-networks fiż-Żona II huma limitati għaż-żoni lokali iżolati u, għalhekk, ma għandhomx effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(88) |
F’każ li l-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti jew l-affiljati tagħhom huma impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, Abertis tqis li l-fondi sabiex ikopru l-bidla diġitali fiż-Żona II kienu kumpens għall-forniment ta’ servizz pubbliku. F’dan ir-rigward, Abertis temmen li l-miżuri kkontestati jirrispettaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ġurisprudenza ta’ Altmark (49)u li ma hemm l-ebda għajnuna mill-Istat involuta. |
|
(89) |
Fis-sottomissjoni tagħha tat-13 ta’ Ġunju 2019, Cellnex tispjega li l-miżuri inkwistjoni ma humiex selettivi u, għalhekk, ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat. Fil-fehma tagħha, it-teknoloġiji tad-DTT u satellitari ma humiex f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli fid-dawl tal-objettiv segwit mir-reġim legali inkwistjoni. B’mod partikolari, id-DTT u s-satellita huma soġġetti għal leġiżlazzjoni differenti u, għall-kuntrarju tas-satellita, id-DTT għandha karattru ta’ servizz pubbliku. It-teknoloġija terrestri għandha infrastruttura preeżistenti u d-DTT ibbenefikat mis-sinerġiji maħluqin mid-diġitalizzazzjoni taż-Żona I. Barra minn hekk, Cellnex tindika li x-xandara spiss ma jkollhomx id-dritt li jxandru fuq is-satellita u jkollhom jinnegozjaw mill-ġdid id-drittijiet tal-kontenut meħtieġa għall-programmazzjoni tagħhom. Dan ikun iżid il-kost tal-kontenut u l-awturi tal-kontenut jaf ma jkunux lesti jbigħu d-drittijiet. Barra minn hekk, il-kostijiet relatati mas-satellita jkunu ogħla b’mod sinifikanti mill-kost relatat mad-DTT, kif muri minn diversi studji fil-fajl. Cellnex tispjega li l-Istudju ta’ Astra għandu diversi nuqqasijiet u, għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax tibbaża fuq dan l-istudju. |
|
(90) |
Cellnex isostni li l-annullament tad-Deċiżjoni tal-2013 jinkludi l-annullament tad-deċiżjoni tal-ftuħ. Fl-opinjoni ta’ Cellnex, il-Kummissjoni missha adottat deċiżjoni tal-ftuħ ġdida wara l-annullament tad-Deċiżjoni tal-2013, li tistabbilixxi r-raġunijiet għaliex il-miżuri investigati huma selettivi. Cellnex issostni li fin-nuqqas ta’ tali deċiżjoni, ma tistax jeżerċita d-dritt tad-difiża tagħha. |
3.2.2. Għajnuna eżistenti
|
(91) |
Skont Abertis, il-varar tan-networks tax-xandir fiż-Żona II beda f’settur tax-xandir mhux liberalizzat fl-1982. F’dak iż-żmien, Spanja kellha monopolju legali fis-suq tax-xandir terrestri. Il-fondi pubbliċi jintużaw sabiex jiffinanzjaw l-installazzjoni, il-manutenzjoni u l-operat tan-networks lokali fiż-Żona II stabbiliti qabel il-liberalizzazzjoni ta’ dan is-settur. Għalhekk, il-miżura investigata hija għajnuna eżistenti li għadha għaddejja. |
3.2.3. Kompatibbiltà
|
(92) |
Abertis targumenta li kwalunkwe għajnuna potenzjali mill-Istat tkun kompatibbli fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 106 tat-TFUE, peress li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE (50) (“id-Deċiżjoni 86(2)”). |
|
(93) |
Jekk dan ma jkunx il-każ, kwalunkwe għajnuna potenzjali fi kwalunkwe każ tkun kompatibbli mal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE. L-ewwel nett, l-għan tal-miżuri adottati mill-awtoritajiet Spanjoli huwa li jħaffu l-proċess ta’ bdil diġitali fi Spanja, li ġie rrikonoxxut fil-prattika tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat bħala objettiv ta’ interess komuni. It-tieni nett, l-għajnuna kienet strument xieraq peress li d-DTT hija teknoloġija aktar adattata sabiex tiġi pprovduta l-estensjoni tal-kopertura (51). Minbarra r-raġunijiet ekonomiċi, Abertis tinnota wkoll li x-xandara jsibuha bi tqila li jużaw pjattaformi satellitari, minħabba r-restrizzjonijiet li jiffaċċjaw ix-xandara meta jakkwistaw drittijiet tal-kontenut għall-programmi mingħajr ħlas tagħhom. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, huma jiksbu biss id-dritt li jxandru l-kontenut fuq pjattaforma speċifika, jiġifieri d-DTT, peress li din it-teknoloġija tippermetti limitazzjonijiet ta’ trażmissjoni u ġeografiċi mmirati. Barra minn hekk, il-miżuri huma proporzjonati peress li jkopru biss il-kostijiet strettament neċessarji għall-bidla minn servizzi tat-televiżjoni analoga għal diġitali fiż-Żona II. L-uniċi kostijiet appoġġati mill-miżuri kkontestati huma dawk relatati mad-diġitalizzazzjoni taċ-ċentri ta’ trażmissjoni fiż-Żona II, li titwettaq permezz tal-akkwist u tal-installazzjoni ta’ tagħmir diġitali. |
|
(94) |
Fir-rigward tan-newtralità teknoloġika tal-miżura, Abertis tinnota li t-teknoloġija terrestri ma kinitx l-unika soluzzjoni li ġiet ikkunsidrata mill-gvern Spanjol. Barra minn hekk, fiż-Żona III, il-pjattaforma satellitari finalment tqieset bħala l-aktar għażla teknoloġika adegwata sabiex jiġu pprovduti servizzi tat-televiżjoni diġitali. Aktar importanti minn hekk, Abertis issostni li d-DTT hija meqjusa bħala l-aktar pjattaforma xierqa u l-inqas għalja sabiex jiġu pprovduti servizzi tat-televiżjoni diġitali fiż-Żona II bl-għan li tinkiseb l-istess kopertura li kienet teżisti qabel il-qlib għall-analogu, kif juru l-istudji sottomessi dwar il-kostijiet (52). |
3.3. Kummenti minn Itelazpi
|
(95) |
Itelazpi S.A (“Itelazpi”) hija kumpanija pubblika tal-Gvern Bask li tipprovdi servizzi tat-trasport u kopertura tax-xandir għar-radju u għat-televiżjoni. Fis-sottomissjoni tagħha tat-13 ta’ Ġunju 2019, Itelazpi tispjega li l-miżuri inkwistjoni ma humiex selettivi u, għalhekk, ma jikkwalifikawx bħala għajnuna mill-Istat. Tispjega li t-teknoloġiji tad-DTT u satellitari ma humiex f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli fid-dawl tal-objettiv segwit mir-reġim legali inkwistjoni. B’mod partikolari, id-DTT u s-satellita huma soġġetti għal regoli differenti (inklużi regoli dwar l-obbligi ta’ kopertura territorjali, id-drittijiet tal-awtur). Għall-kuntrarju tas-satellita, id-DTT għandha karattru ta’ servizz pubbliku. Id-DTT għandha infrastruttura preeżistenti li hija sors ta’ sinerġiji u tiġġustifika l-għażla għat-teknoloġija tad-DTT. Barra minn hekk, ix-xandara spiss ma jkollhomx id-dritt li jxandru fuq is-satellita u f’każ li jkunu meħtieġa jużaw il-pjattaforma satellitari, ikollhom jinnegozjaw mill-ġdid id-drittijiet tal-kontenut meħtieġa għall-programmazzjoni tagħhom. Dan ikun iżid il-kost tal-kontenuti u l-awturi tal-kontenuti jaf ma jkunux lesti jbigħu d-drittijiet. Barra minn hekk, il-kostijiet relatati mas-satellita jkunu ogħla b’mod sinifikanti mill-kost relatat mad-DTT, kif muri minn diversi studji fil-fajl. Itelazpi tissottometti żewġ studji ulterjuri dwar il-kostijiet, imħejjin minn FTI Consulting fl-2015 u fl-2019 (53) (“l-Istudju ta’ Itelazpi tal-2015” u “l-Istudju ta’ Itelazpi tal-2019”). |
|
(96) |
Barra minn hekk, fil-fehma ta’ Itelazpi, id-deċiżjoni tal-ftuħ ma tispjegax il-qafas ta’ analiżi relatat mal-kriterju ta’ selettività. Itelazpi ssostni li l-Kummissjoni missha adottat deċiżjoni tal-ftuħ ġdida wara l-annullament tad-Deċiżjoni tal-2013, liema deċiżjoni ġdida jenħtieġ li tistabbilixxi r-raġunijiet għaliex il-miżuri inkwistjoni huma selettivi. |
3.4. Kummenti minn Radiodifusión
|
(97) |
Il-kumpanija Radiodifusión hija fornitur fis-suq tas-servizzi ta’ trażmissjoni ta’ sinjali awdjoviżivi rreġistrat mar-Reġistru ta’ Operaturi tas-CMT f’Novembru 2005. |
|
(98) |
Radiodifusión taqbel b’mod ġenerali mad-deċiżjoni tal-ftuħ u tappoġġa lill-Kummissjoni fil-fehmiet tagħha, filwaqt li tipprovdi xi osservazzjonijiet addizzjonali. Hija taqbel li l-għajnuna mill-Istat ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ Altmark u tinvolvi trasferiment sostanzjali ta’ riżorsi tal-Istat. |
|
(99) |
L-iskema ta’ għajnuna mill-Istat investigata kienet ta’ benefiċċju għall-operaturi tan-network li diġà joperaw f’żoni rurali. Fil-fatt, fis-suq inkwistjoni, li huwa kkaratterizzat minn ostakoli kbar għad-dħul, ta' benefiċċju għall-operatur diġà dominanti, il-miżura wasslet sabiex jiġu rreplikati l-istess xejriet storiċi ta’ monopolju. B’mod partikolari, Abertis setgħet issaħħaħ il-pożizzjoni ta’ monopolju tagħha u fil-fatt tuża l-finanzjament pubbliku sabiex tiżviluppa network ġdid u aktar dens li jippermettilha tikkompeti fi swieq ġodda. |
|
(100) |
Radiodifusión issostni li l-għajnuna mill-Istat investigata ma hijiex proporzjonali. Sabiex tkun konformi mar-rekwiżit tal-proporzjonalità, jenħtieġ li l-għajnuna tkun limitata għal dak li huwa neċessarju, jiġifieri tapplika biss għal żoni rurali remoti, u jenħtieġ li tkun ta’ benefiċċju għall-operaturi kollha bl-istess mod billi teħtieġ obbligi effettivi ta’ aċċess. |
3.5. Kummenti mix-xandara
|
(101) |
Ix-xandara jissottomettu li l-miżura ma tistax titqies bħala għajnuna mill-Istat minħabba li ma tat l-ebda vantaġġ finanzjarju lil xi kumpanija, b’mod partikolari lix-xandara. Il-miżuri ma żidux l-udjenzi tax-xandara meta mqabblin ma’ meta kienu qed ixandru b’mod analogu. Barra minn hekk, ir-residenti fiż-żoni ta’ kopertura estiża, jiġifieri żoni rurali, remoti u skarsament popolati, ma għandhom l-ebda impatt fuq is-suq tar-reklamar u ma humiex parti mill-udjenza fil-mira tax-xandara. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-operaturi privati ma żidux it-tariffi tar-reklamar bħala riżultat tal-estensjoni. |
|
(102) |
Ix-xandara esprimew ukoll il-fehma li ma kellhomx interess li jemigraw lejn pjattaforma satellitari, fejn il-programmi tagħhom ikunu jiffaċċjaw kompetizzjoni minn mijiet ta’ stazzjonijiet oħrajn. Il-pjattaforma terrestri għandha l-vantaġġ ta’ kapaċità limitata, li għax-xandara kummerċjali ta’ stazzjonijiet mingħajr ħlas tfisser inqas kompetizzjoni. Barra minn hekk, huma enfasizzaw il-fatt li normalment jixtru l-kontenuti biss għall-pjattaforma terrestri. Dan għaliex ix-xandir terrestri jiggarantixxi d-delimitazzjoni ġeografika tax-xandiriet, li ma huwiex il-każ għas-satellita. |
|
(103) |
Ix-xandara saħqu wkoll li wara l-assenjazzjoni tal-offerta ta’ Cantabria lil Astra, huma informaw lill-awtoritajiet ta’ Cantabria li jkunu kontra x-xandir bis-satellita, peress li kienu kisbu drittijiet sabiex ixandru l-kontenuti biss permezz tal-pjattaforma terrestri. |
4. KUMMENTI MINN SPANJA
4.1. Rimarki ġenerali
|
(104) |
Fl-osservazzjonijiet tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ, Spanja u l-Komunitajiet Awtonomi ppreżentaw diversi argumenti (54). B’mod ġenerali, dawn jaqgħu taħt żewġ kategoriji. L-ewwel nett, l-awtoritajiet Spanjoli ppreżentaw li ma hemm l-ebda għajnuna mill-Istat involuta, minħabba li s-servizz huwa SGEI, il-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna, peress li taqa’ taħt il-missjoni ta’ servizz pubbliku tax-xandir pubbliku. Barra minn hekk, ma tiġġenera l-ebda vantaġġ. It-tieni, jekk kien hemm xi għajnuna mill-Istat, fi kwalunkwe każ tkun kompatibbli skont l-Artikolu 106(2) jew l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE minħabba li (a) in-network analogu diġà kien jeżisti u, minn perspettiva ta’ effiċjenza, sempliċi aġġornar tal-infrastruttura eżistenti jkun jiswa inqas mill-qlib għal pjattaforma ġdida; (b) it-teknoloġija tad-DTT biss tkun tissodisfa l-kriterji ta’ kwalità neċessarji u (c) is-sejħiet għall-offerti kienu teknoloġikament newtrali u l-operaturi ta’ pjattaformi oħrajn setgħu pparteċipaw fl-offerti. Dawn l-argumenti huma miġburin fil-qosor hawn taħt. |
|
(105) |
Fis-sottomissjoni tagħha tal-14 ta’ Ġunju 2019, Spanja targumenta li l-appoġġ finanzjarju mogħti għall-estensjoni tal-kopertura tat-televiżjoni diġitali f’żoni remoti u inqas urbanizzati ma huwiex selettiv u, għalhekk, ma jistax jiġi kkwalifikat bħala għajnuna mill-Istat (ara t-Taqsima 4.2.3 hawn taħt). Barra minn hekk, Spanja tiddikjara li l-annullament tad-Deċiżjoni tal-2013 kien jinvolvi l-annullament tad-deċiżjoni tal-ftuħ (55) u, għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni tal-ftuħ ġdida. Fil-fehma ta’ Spanja, jenħtieġ li deċiżjoni tal-ftuħ ġdida bħal din tistabbilixxi l-fehma tal-Kummissjoni rigward is-selettività tal-miżuri inkwistjoni. |
4.2. Assenza ta’ għajnuna
4.2.1. Servizzi ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali (SGEI)
|
(106) |
Fir-rigward tal-operaturi tan-network, skont l-awtoritajiet Spanjoli, huma jipprovdu servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali skont it-tifsira tas-sentenza Altmark (56). Madankollu, peress li l-Komunitajiet Awtonomi huma responsabbli għal azzjonijiet sabiex jestendu l-kopertura, l-applikabbiltà tas-sentenza Altmark trid tiġi eżaminata fuq bażi ta’ każ b’każ u huwa f’idejn il-Komunitajiet Awtonomi li jagħtu prova li l-kundizzjonijiet ta’ Altmark ġew issodisfati. L-aktar argumentazzjoni dettaljata ġiet sottomessa mill-Pajjiż Bask, li wettaq id-diġitalizzazzjoni permezz ta’ kumpanija pubblika, Itelazpi S.A. (“Itelazpi”). |
4.2.2. L-ebda vantaġġ
|
(107) |
Fir-rigward tal-fornituri tal-hardware, Spanja esprimiet il-fehma li l-fatt li huma rebħu s-sejħiet għall-offerti għall-provvista ta’ regoli dwar it-tagħmir jeskludi l-eżistenza ta’ vantaġġ selettiv. |
|
(108) |
Fir-rigward tal-operaturi tan-network, għalkemm Abertis hija l-operatur ewlieni fiż-Żona I u għandha 29 % tas-siti fiż-Żona II li ġew aġġornati, hija ma toperax in-network fiż-Żona II. Għalhekk, Abertis ma tkunx tibbenefika mill-miżura bħala operatur tan-network. |
|
(109) |
Minflok, l-operat tan-network jitwettaq minn xi operaturi reġjonali, mill-Komunitajiet Awtonomi jew mill-kunsilli lokali, li sempliċiment jikru l-bini u l-installazzjonijiet ta’ Abertis. Il-Komunitajiet Awtonomi u l-kunsilli lokali ma jikkompetux ma’ operaturi oħrajn tan-network, u għalhekk ma jibbenefikawx minn vantaġġ kompetittiv. Barra minn hekk, ma jaqilgħu l-ebda dħul, peress li x-xandara ma jħallsux għall-forniment ta’ servizzi ta’ trażmissjoni fiż-Żona II. |
|
(110) |
Fir-rigward tax-xandara tad-DTT, Spanja targumenta li l-impatt tal-miżuri investigati fuq ix-xandara huwa kważi ineżistenti. Il-miżuri ma żidux l-udjenzi tax-xandara meta mqabblin ma’ meta l-programmi ġew trażmessi b’mod analogu, peress li t-2,5 % tal-popolazzjoni fil-mira tal-kopertura estiża diġà rċiviet televiżjoni analoga terrestri. B’riżultat ta’ dan, il-miżuri ma għandhom l-ebda impatt fuq il-finanzi ta’ dawn in-negozji. |
4.2.3. L-ebda selettività
|
(111) |
Fis-sottomissjoni tagħhom tal-14 ta’ Ġunju 2019, l-awtoritajiet Spanjoli jargumentaw li l-miżuri inkwistjoni ma humiex selettivi. Huma jispjegaw li r-regoli applikabbli għat-televiżjoni terrestri u għas-satellita huma differenti ħafna. Fiż-żmien meta ttieħdu l-miżuri, teknoloġiji differenti ġew irregolati minn liġijiet differenti (57). Spanja tispjega li għalkemm bħalissa s-servizzi awdjoviżivi kollha huma rregolati bil-Liġi Ġenerali 7/2010 tal-31 ta’ Marzu 2010 dwar il-Komunikazzjoni Awdjoviżiva, il-qafas legali għat-teknoloġija tad-DDT u teknoloġiji oħrajn huwa differenti ħafna. B’mod partikolari, ir-rekwiżiti għall-kisba ta’ liċenzja sabiex jiġi pprovdut servizz tad-DTT huma aktar stretti, komprensivi u dettaljati meta mqabblin ma’ teknoloġiji oħrajn. Barra minn hekk, it-teknoloġija tad-DTT – għall-kuntrarju ta’ teknoloġiji oħrajn – tikkwalifika bħala servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali u għandha obbligi ta’ kopertura stretti. |
|
(112) |
Spanja targumenta li s-sitwazzjoni fattwali tat-teknoloġiji terrestri u ta’ oħrajn hija differenti ħafna. Teknoloġiji terrestri u teknoloġiji oħrajn ma humiex teknikament, kummerċjalment jew ekonomikament komparabbli. Fit-twettiq tal-bidla diġitali, Spanja qagħdet fuq l-infrastruttura eżistenti tan-network terrestri. Il-migrazzjoni diġitali permezz tat-teknoloġija satellitari kienet tkun teħtieġ l-varar sħiħ ta’ infrastruttura ġdida għall-emissjoni u għar-reception. Dan kien jagħmel il-bidla aktar diffiċli u aktar għalja. Spanja tindika li l-istudji dwar il-kostijiet sottomessi qabel juru li d-DTT kienet l-aktar soluzzjoni kosteffettiva. Barra minn hekk, f’aktar minn 30 sena, it-teknoloġija satellitari qatt ma ġiet offruta minn xi operatur jew użata fi Spanja għax-xandir ta’ televiżjoni mingħajr ħlas, li tixxandar esklussivament permezz tad-DTT. Fil-fehma ta’ Spanja, dan jindika wkoll il-fatt li d-DTT u teknoloġiji oħrajn jinsabu f’sitwazzjoni fattwali differenti. |
|
(113) |
Fis-sottomissjoni tiegħu tal-4 ta’ Frar 2019, il-Pajjiż Bask argumenta li t-teknoloġiji satellitari u tad-DTT ma humiex f’sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli u, għalhekk, il-miżura ma hijiex selettiva. Il-Pajjiż Bask indika li hemm numru ta’ studji sottomessi minn Spanja u minn Abertis li juru differenzi legali u fattwali sinifikanti bejn it-teknoloġiji satellitari u tad-DTT. Dawn ir-rapporti jindikaw li l-użu ta’ teknoloġiji għajr id-DTT kien ikun jimplika kostijiet ferm ogħla u kien jikkawża dewmien serju fid-diġitalizzazzjoni taż-Żona II. |
|
(114) |
Il-Gvern ta’ Cataluña, fl-ittra tiegħu datata l-14 ta’ Jannar 2019, li ntbagħtet lill-Kummissjoni mill-Awtoritajiet Spanjoli fid-19 ta’ Frar 2019, issottometta studju minn Settembru 2017. L-istudju ġie kkummissjonat minn Centre de Telecomunicacions i Tecnologies de la Informació (“CTTI”) u tħejja mill-Federación Catalana de Empresas Integradas e Integradoras de Telecomunicaciones (FEDECOMINTE), mill-Assoċjazzjoni Katalana tal-Inġiniera (Telco.cat) u mill-Assoċjazzjoni tal-Inġinerija Teknika tat-Telekomunikazzjoni ta’ Cataluña (Graus TIC) (“l-Istudju ta’ Cataluña”). L-istudju vvaluta t-teknoloġiji differenti previsti għall-forniment tat-televiżjoni diġitali fiż-Żona II u kkonkluda li l-aktar teknoloġiji vijabbli kienu terrestri u satellitari u li bejn dawn iż-żewġ teknoloġiji t-teknoloġija tad-DTT kienet l-inqas għalja għaċ-ċittadini. Fuq il-bażi tal-istudju, il-Gvern ta’ Cataluña jargumenta li l-għażla tat-teknoloġija tad-DTT għat-twassil tat-televiżjoni diġitali fiż-Żona II hija ġġustifikata b’mod oġġettiv u li l-miżura ma tistax titqies bħala diskriminatorja u selettiva minn perspettiva ta’ għajnuna mill-Istat. |
4.3. Kompatibbiltà skont l-Artikolu 106(2) u l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE
|
(115) |
L-awtoritajiet tal-Pajjiż Bask iddikjaraw li l-għajnuna mill-Istat mogħtija lil Itelazpi hija kompatibbli mas-suq intern fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-artikolu 106 tat-TFUE. F’dan ir-rigward, huma jemmnu li l-miżura tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha tad-Deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil ċerti impriżi fdati bl-operat ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (“id-Deċiżjoni 86(2)”) (58). |
|
(116) |
Fil-każ li l-Kummissjoni tiddeċiedi li l-miżuri meħudin mill-awtoritajiet Spanjoli fir-rigward tal-varar tat-televiżjoni diġitali terrestri fiż-Żona II jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, u li ma humiex kompatibbli mas-suq intern b’applikazzjoni tal-Artikolu 106 tat-TFUE, Spanja ssostni li dawn ċertament ikunu kompatibbli mas-suq intern peress li l-għan tagħhom huwa li jiżguraw li jintlaħaq objettiv li huwa ta’ interess għall-Unjoni (il-konverżjoni għax-xandir diġitali), u għalhekk ikunu jibbenefikaw mill-eżenzjoni tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE. |
4.3.1. Argumenti dwar l-effiċjenza
|
(117) |
Skont Spanja, fil-livell nazzjonali, il-Pjan Tekniku Nazzjonali u l-Pjan ta’ Tranżizzjoni ma humiex pjanijiet ta’ estensjoni tal-kopertura peress li jirreferu biss għall-bidla fiż-Żona I. Bħala tali, il-pjanijiet ma jirrestrinġux l-għażliet teknoloġiċi disponibbli għall-estensjoni tal-kopertura. Fir-rigward tal-ftehimiet qafas, dawn ma għandhomx l-istess status regolatorju bħal dawn iż-żewġ Pjanijiet u huma bbażati fuq ftehimiet bejn l-awtoritajiet ċentrali u reġjonali. Barra minn hekk, skont Spanja, dawn ma kinux jeskludu l-użu tas-satellita u ta’ teknoloġiji oħrajn. Fi kwalunkwe każ, l-estensjoni tal-kopertura u l-għażla tat-teknoloġija saru mill-Komunitajiet Awtonomi, normalment permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti. Spanja targumenta li sejħa għall-offerta bħal din – imwettqa f’Castilla y Leon – kienet teknoloġikament newtrali u s-sempliċi fatt li saret sejħa għall-offerti bħal din juri li l-awtoritajiet ċentrali ma imponietx it-teknoloġija terrestri fuq il-Komunitajiet Awtonomi. |
|
(118) |
Anke jekk xi sejħiet għall-offerti mwettqin xi mkien ieħor jirreferu għal ċerti elementi tekniċi tat-teknoloġija terrestri, dan huwa spjegat mill-fatt li x-xandir terrestri jeħtieġ ċerti elementi li x-xandir satellitari ma jagħmilx, u t-tidħil tagħhom kien neċessarju sabiex ma jiġux esklużi soluzzjonijiet terrestri mis-sejħiet għall-offerti. |
|
(119) |
L-awtoritajiet Spanjoli jirreferu wkoll għal studju dwar il-fattibbiltà tal-forniment ta’ servizz universali tat-televiżjoni diġitali permezz ta’ teknoloġiji differenti (DTT u satellita) imwettaq mill-MITyC f’Lulju 2007, jiġifieri qabel il-finanzjament propost sabiex tiġi estiża l-kopertura tad-DTT (“l-Istudju ta’ Spanja tal-2007”). Għalkemm l-awtoritajiet jammettu li l-istudju kien biss dokument intern li aktar tard ma ġiex ikkunsidrat, huma xorta waħda jenfasizzaw li huwa kien qies il-kostijiet realistiċi tal-użu tat-trażmissjoni bid-DTT jew satellitari. Il-konklużjonijiet tal-istudju kienu li ma huwiex possibbli li jiġi stabbilit minn qabel liema teknoloġija hija aktar effiċjenti jew orħos sabiex tiġi estiża l-kopertura tas-sinjal tat-televiżjoni. Minflok, jenħtieġ li ssir għażla fuq bażi ta’ reġjun b’reġjun, preferibbilment permezz ta’ studji mwettqin mill-Komunitajiet Awtonomi partikolari, li janalizzaw fatturi bħat-topografija, id-distribuzzjoni territorjali tal-popolazzjoni u l-istat tal-infrastruttura eżistenti. |
4.3.2. Rekwiżiti kwalitattivi
|
(120) |
Tressqu żewġ argumenti kwalitattivi. L-ewwel nett, sal-lum, l-istazzjonijiet mingħajr ħlas tad-DTT ma kinux disponibbli permezz tax-xandir bis-satellita f’din iż-Żona. Għalhekk, il-qlib għall-pjattaforma satellitari jkun ifisser li l-klijenti jridu jħallsu għas-servizz. |
|
(121) |
It-tieni, minbarra l-istazzjonijiet nazzjonali, jeħtieġ li jixxandru wkoll l-istazzjonijiet reġjonali. It-teknoloġija tad-DTT tippermetti lil kull żona ġeografika tirċievi l-istazzjonijiet għal dik iż-żona. Fuq il-bażi tal-istazzjonijiet reġjonali u lokali, total ta’ 1 380 frekwenza huma allokati għat-televiżjoni terrestri fi Spanja kollha, mingħajr il-ħtieġa ta’ xi restrizzjonijiet tekniċi u mingħajr ma x-xandir jiġi estiż lil hinn miż-żona fil-mira ta’ kull stazzjon. Skont Spanja, dan ikun impossibbli għan-networks satellitari peress li ma jipprovdux il-possibbiltà ta’ delimitazzjoni ġeografika u, għalhekk, ikollha tintuża sistema kumplessa ta’ aċċess kondizzjonali. Din tkun tkompli żżid il-kostijiet tax-xandir bis-satellita, u x-xandara ma jkunux lesti li jagħtu aċċess għall-istazzjonijiet tagħhom mingħajr ma jkunu ċerti li d-delimitazzjoni tkun possibbli. |
4.3.3. Newtralità teknoloġika
|
(122) |
Skont Spanja, il-ftehimiet bilaterali bejn l-awtoritajiet ċentrali u reġjonali ma imponewx teknoloġija partikolari tad-diġitalizzazzjoni. Huma sempliċiment stabbilew trasferimenti lejn il-Komunitajiet Awtonomi f’konformità mal-kostijiet tad-diġitalizzazzjoni, ikkalkolati fuq il-bażi ta’ dak li kien meqjus bħala teknoloġija ta’ referenza effiċjenti, jiġifieri d-DTT. F’dan ir-rigward, jenħtieġ li jitqies, skont Spanja, li fiż-żmien tal-estensjoni, it-televiżjoni analoga terrestri kienet tilħaq lil 98,5 % tad-djar Spanjoli. |
|
(123) |
Fir-rigward tas-sejħa għall-offerti f’Cantabria msemmija fid-deċiżjoni tal-ftuħ, l-awtoritajiet Spanjoli jenfasizzaw li s-sejħa għall-offerti mirbuħa minn Astra kienet tikkonċerna ż-Żoni kemm II kif ukoll III, jiġifieri kienet immirata lejn il-forniment universali tat-televiżjoni diġitali f’Cantabria. Dan ikollu impatt doppju fuq il-valutazzjoni tal-każ. |
|
(124) |
L-ewwel nett, il-proġett ta’ Cantabria falla meta, wara l-għoti tal-kuntratt lil Astra, xi wħud mix-xandara ewlenin informaw lil Astra u lill-gvern ta’ Cantabria li ma jippermettux li l-kontenut tagħhom jixxandar permezz tas-satellita. B’riżultat ta’ dan, l-objettiv tal-pjan ma baqax jista’ jinkiseb faċilment. It-tieni, ir-raġuni ewlenija għat-terminazzjoni tal-kuntratt kienet id-deċiżjoni tal-gvern ċentrali li jipprovdi kopertura satellitari fiż-Żona III kollha fi Spanja, u mhux id-deċiżjoni li jipprovdi finanzjament mill-gvern ċentrali sabiex jestendi l-kopertura fiż-Żona II. Barra minn hekk, il-kuntratt ġie tterminat f’Novembru 2008 minħabba li f’dan iż-żmien kien ovvju li Astra ma kinitx se tkun tista’ tikkonforma mal-obbligi tagħha. B’mod partikolari, Astra ma wettqitx ix-xogħlijiet neċessarji fil-ħin u ma rċivietx awtorizzazzjonijiet minn xandara ta’ stazzjonijiet mingħajr ħlas sabiex ixxandar l-istazzjonijiet tagħhom. |
|
(125) |
Fil-kuntest ta’ din id-deċiżjoni, il-proġett ta’ Cantabria huwa rilevanti biss sa fejn il-pjattaforma satellitari tista’ titqies bħala alternattiva valida għall-pjattaforma terrestri. F’dan ir-rigward, l-argumenti ta’ hawn fuq ma humiex pertinenti. Meta għażlu l-pjattaforma satellitari għaż-Żona III, l-awtoritajiet Spanjoli adottaw pjan nazzjonali u ppromulgaw regolament speċjali li jirrikjedi li x-xandara jikkoordinaw bejniethom u jagħżlu fornitur komuni wieħed ta’ pjattaforma satellitari. Spanja tinnota li skont id-deċiżjoni tal-ftuħ, seta’ jiġi applikat ukoll mekkaniżmu simili għaż-Żona II. Madankollu, skont Spanja, l-impożizzjoni ta’ tali obbligu fuq ix-xandara fiż-Żona II kienet tmur kontra l-prinċipju ta’ intervent minimu. Barra minn hekk, fi Spanja x-xandara ma humiex lesti li jużaw il-pjattaforma satellitari. Għall-kuntrarju ta’ Stati Membri oħrajn, fi Spanja ma hemm l-ebda pjattaforma satellitari mingħajr ħlas. Skont Spanja, ir-raġunijiet mogħtijin għat-terminazzjoni tal-kuntratt ma jitfgħu l-ebda dubju dwar il-fatt li t-teknoloġija satellitari ma tistax tkunx pjattaforma valida għat-trażmissjoni ta’ sinjali tat-televiżjoni fiż-Żona II. |
4.3.4. Ebda distorsjoni tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ
|
(126) |
Fir-rigward tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi tan-network, Spanja esprimiet il-fehma li t-televiżjoni terrestri u satellitari huma żewġ swieq kompletament differenti u li, għalhekk, il-miżuri investigati ma joħolqux distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-swieq affettwati. Spanja ssostni li l-miżuri investigati ma għandhom l-ebda effett fuq is-suq intra-Unjoni peress li l-miżuri huma mmirati lejn ir-residenti ta’ żona ġeografika ristretta. Peress li huma servizzi lokali, il-miżura x’aktarx ma taffettwax il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
4.4. L-applikabbiltà tar-regola de minimis
|
(127) |
L-awtoritajiet Spanjoli esprimew ukoll il-fehma li r-regola de minimis introdotta mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 (59) dwar l-għajnuna de minimis ċertament tapplika għal proporzjon sinifikanti tal-finanzjament. Il-hardware nxtara b’mod indipendenti f’kull Komunità Awtonoma jew kunsill lokali, u, għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet de minimis jiġu analizzati f’dak il-livell. Peress li f’dawn il-każijiet, l-ammont imħallas huwa magħruf, u hekk ukoll l-oġġetti u s-servizzi mixtrijin, l-għajnuna kienet trasparenti biżżejjed sabiex ikunu japplikaw il-limiti de minimis . |
4.5. Għajnuna mill-Istat għall-operat u għall-manutenzjoni
|
(128) |
Fir-rigward tal-operat u tal-manutenzjoni taċ-ċentri ta’ trażmissjoni, l-awtoritajiet ċentrali Spanjoli jemmnu li dawn jaqgħu barra mill-ħidma ta’ estensjoni tal-kopertura parzjalment iffinanzjata mill-MITyC. Il-ministeru ma għandu l-ebda ġurisdizzjoni li jirrikjedi li l-kunsilli jew il-Komunitajiet Awtonomi jkomplu l-operat u l-manutenzjoni lil hinn mill-perjodu inkluż fis-sejħiet għall-offerti għall-estensjoni tal-kopertura. Għalhekk, ma jistax jiġi eskluż kompletament li l-operat u l-manutenzjoni ta’ xi ċentri jistgħu jiġu interrotti minħabba tnaqqis fil-baġits tal-kunsill lokali. Il-kostijiet annwali tal-operat u tal-manutenzjoni ġew ivvalutati b’mod proviżorju mill-awtoritajiet ċentrali li jammontaw għal 10 % tal-investiment inizjali. Matul l-investigazzjoni, diversi Komunitajiet Awtonomi pprovdew data aktar dettaljata dwar il-fondi minfuqin għall-operat u għall-manutenzjoni tan-network tad-DTT fiż-Żona II. |
5. VALUTAZZJONI TAL-ARGUMENTI PROĊEDURALI MQAJMIN MILL-PARTIJIET
|
(129) |
Fl-osservazzjonijiet tagħhom tat-13 u tal-14 ta’ Ġunju 2019, Itelazpi, Cellnex u Spanja argumentaw li l-Kummissjoni missha adottat deċiżjoni tal-ftuħ ġdida wara l-annullament tad-Deċiżjoni tal-2013, li jenħtieġ li tistabbilixxi l-fehma tal-Kummissjoni dwar is-selettività tal-miżuri involuti. Fil-fehmiet ta’ Spanja u tal-partijiet interessati, in-nuqqas ta’ deċiżjoni tal-ftuħ ġdida ma ppermettiex lill-partijiet jeżerċitaw id-dritt tad-difiża tagħhom. |
|
(130) |
Spanja u Cellnex argumentaw ukoll li d-deċiżjoni tal-ftuħ f’dan il-każ ġiet annullata meta l-Qorti annullat id-Deċiżjoni tal-2013. Il-premessa 41 tad-Deċiżjoni tal-2013 iddikjara dan li ġej: “[g]ħal aktar dettalji fattwali, jekk jogħġbok irreferi għad-Deċiżjoni tal-ftuħ, li għandha titqies bħala parti integrali minn din id-Deċiżjoni”. Fil-fehma ta’ Spanja, dan ifisser li l-annullament tad-Deċiżjoni tal-2013 jinkludi l-annullament tad-deċiżjoni tal-ftuħ. Din il-fehma hija żbaljata għar-raġunijiet li ġejjin. |
|
(131) |
L-ewwel nett, id-deċiżjoni tal-ftuħ u d-deċiżjoni finali huma atti legali separati, b’effetti legali separati. Id-deċiżjoni tal-ftuħ ġiet adottata abbażi tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament Proċedurali tal-1999. Id-deċiżjoni tal-ftuħ tistipula d-dubji tal-Kummissjoni dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri investigati mas-suq intern. Id-deċiżjoni finali (jiġifieri d-Deċiżjoni tal-2013) ġiet adottata fuq il-bażi tal-Artikolu 7(5) tar-Regolament Proċedurali tal-1999. Fid-Deċiżjoni tal-2013, il-Kummissjoni sabet li l-għajnuna ma kinitx kompatibbli mas-suq intern u ordnat l-irkupru tal-għajnuna. Peress li d-deċiżjoni tal-ftuħ u d-deċiżjoni finali huma żewġ atti legali differenti, il-qari korrett tal-premessa 41 tad-Deċiżjoni tal-2013 huwa li d-dettalji fattwali stabbiliti fid-deċiżjoni tal-ftuħ huma parti mid-Deċiżjoni tal-2013. Barra minn hekk, l-annullament tad-deċiżjoni finali ma huwiex marbut ma’ dawn id-dettalji fattwali. |
|
(132) |
It-tieni, l-ebda waħda mid-diversi azzjonijiet tal-qorti ppreżentati minn Spanja u mill-partijiet interessati wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-2013 ma talbet l-annullament tad-deċiżjoni tal-ftuħ: huma fittxew l-annullament tad-deċiżjoni finali. Skont il-ġurisprudenza stabbilita, l-ambitu tal-annullament iddikjarat mill-Qorti ma jistax imur lil hinn minn dak mitlub mir-rikorrent (60). Peress li l-ebda waħda mill-azzjonijiet ma talbet l-annullament tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Qorti ma setgħetx tannulla d-deċiżjoni tal-ftuħ fis-sentenza Retegal (61). |
|
(133) |
It-tielet, skont il-ġurisprudenza stabbilita, l-annullament ta’ miżura tal-Unjoni mhux neċessarjament jaffettwa l-atti preparatorji (62). L-annullament ta’ att li jikkonkludi proċediment amministrattiv, li jinkludi diversi stadji mhux neċessarjament jinvolvi l-annullament tal-proċedura kollha qabel l-adozzjoni tal-att ikkontestat, irrispettivament mir-raġunijiet, proċedurali jew sostantivi, tas-sentenza li tiddikjara l-annullament. |
|
(134) |
Fir-rigward tal-allegat obbligu ta’ ftuħ mill-ġdid tal-proċedimenti wara l-annullament tad-Deċiżjoni tal-2013, il-Kummissjoni tinnota li xejn fil-leġiżlazzjoni jew fil-ġurisprudenza ma jissuġġerixxi li l-annullament ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni neċessarjament jinvolvi l-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali bl-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida (ara b’mod partikolari l-Kawża T-1/15 SNCM vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2017:470, il-punt 69). Kif spjegat hawn fuq, skont il-ġurisprudenza, l-annullament ta’ miżura Komunitarja mhux neċessarjament jaffettwa l-atti preparatorji. F’SNCM, wara l-annullament tad-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni ma fetħitx il-proċedimenti mill-ġdid iżda sempliċiment stiednet lill-partijiet jissottomettu osservazzjonijiet. Il-Qorti ddikjarat li peress li l-Kummissjoni tat il-possibbiltà lill-Istat Membru u lill-partijiet jagħmlu osservazzjonijiet wara l-annullament tad-deċiżjoni, id-drittijiet proċedurali tal-Istat Membru u tal-partijiet interessati ġew irrispettati. Barra minn hekk, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (63) ma jispeċifikax meta l-Kummissjoni hija obbligata tiftaħ proċedura mill-ġdid. Għalhekk, mir-Regolament ta’ hawn fuq, lanqas ma jista’ jirriżulta allegat obbligu li jerġgħu jinfetħu l-proċedimenti billi tiġi adottata deċiżjoni ġdida. |
|
(135) |
Spanja, Itelazpi u Cellnex isostnu li l-Kummissjoni missha adottat deċiżjoni ġdida ta’ ftuħ, li tistabbilixxi analiżi dettaljata tas-selettività sabiex il-partijiet ikunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar is-selettività tal-miżura. Il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Spanjoli diġà ddikjaraw il-fehmiet tagħhom dwar in-nuqqas ta’ selettività fil-fażi investigattiva preliminari (kif iddikjarat fil-premessa 22 tad-deċiżjoni tal-ftuħ (64)). Id-deċiżjoni tal-ftuħ stabbiliet il-fehma preliminari tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat (inkluża s-selettività) u dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna. Id-deċiżjoni tal-ftuħ iddikjarat li l-miżuri kkontestati jfixklu l-kompetizzjoni billi jiffavorixxu t-teknoloġija tad-DTT u argumentat ukoll li d-DTT u s-satellita jikkompetu (pereżempju hija rreferiet għall-każ ta’ Cantabria fejn inizjalment l-operatur ta’ satellita rebaħ sejħa għall-offerti). Id-deċiżjoni tal-ftuħ spjegat għaliex xi pjattaformi kienu ffavoriti meta mqabblin ma’ oħrajn. Ippermettiet lil Spanja u lill-partijiet interessati jiżviluppaw il-fehmiet tagħhom dwar is-selettività tal-miżuri. Fil-kummenti tagħha tat-30 ta’ Novembru 2010 dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ, Spanja spjegat li l-operaturi tan-network li jużaw it-teknoloġija tad-DTT ma rċivewx vantaġġ selettiv meta mqabblin ma’ operaturi oħrajn tan-network. Spanja argumentat ukoll li l-miżuri inkwistjoni ma kinux jiddiskriminaw kontra teknoloġiji oħrajn minbarra d-DTT, xi ħaġa li tispjega d-differenzi bejn id-DTT u s-satellita, f’termini ta’ kost u ta’ kundizzjonijiet tas-suq. Spanja enfasizzat li s-satellita u d-DTT ma humiex parti mill-istess suq. Dan juri li Spanja kellha l-opportunità li tesprimi l-fehmiet tagħha dwar il-kwistjoni tas-selettività diġà sa minn wara d-deċiżjoni tal-ftuħ. |
|
(136) |
Barra minn hekk, la l-miżura li qed tiġi investigata, la l-fatti tal-każ u lanqas il-valutazzjoni legali tagħha ma nbidlu. |
|
(137) |
Barra minn hekk, fis-26 ta’ April 2019, il-Kummissjoni bagħtet talba għal informazzjoni lil Spanja, lil Itelazpi, lil Cellnex, lil Retevisión, lil CTTI, lil Navarra de Servicios y Tecnologias, lil SA, lil Retegal u lil Astra, li biha stiednet lill-partijiet jikkummentaw dwar is-sentenza Retegal u dwar is-selettività tal-miżuri inkwistjoni (65). Cellnex, Itelazpi, Spanja u Astra pprovdew kummenti dettaljati fit-tweġibiet tagħhom għat-talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni, u pprovdew il-fehma tagħhom dwar il-kriterju tas-selettività. Il-partijiet issottomettew osservazzjonijiet dettaljati u l-Kummissjoni analizzat l-elementi ġodda, rilevanti u kontemporanji kollha mressqin minn Spanja u mill-partijiet terzi kkonċernati. Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, Spanja u l-partijiet interessati l-oħrajn kellhom ħafna opportunitajiet sabiex iressqu l-fehmiet tagħhom dwar il-kwistjoni tas-selettività, u, għalhekk, id-drittijiet proċedurali tal-partijiet ġew irrispettati bis-sħiħ. |
6. VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA
6.1. Bażi ġuridika tal-għajnuna
|
(138) |
Kif deskritt fid-dettall hawn fuq fit-taqsima 2.2, il-premessi (28) sa (39), il-qafas legali għall-bidla diġitali fi Spanja huwa xibka kumplessa ta’ diversi atti maħruġin kemm mill-gvern ċentrali kif ukoll mill-awtoritajiet reġjonali u lokali matul perjodu ta’ erba’ snin. Il-Pjan Tekniku Nazzjonali tal-2005 u l-Pjan ta’ Tranżizzjoni tal-2007 jirregolaw l-aktar it-tranżizzjoni lejn id-DTT fiż-Żona I iżda jistabbilixxu wkoll il-bażi għal aktar miżuri ta’ estensjoni fiż-Żona II. Dawn il-miżuri ta’ estensjoni ġew implimentati mill-awtoritajiet reġjonali, wara l-konklużjoni ta’ diversi ftehimiet qafas mal-gvern ċentrali (il-Ftehimiet Qafas tal-2008) u l-addenda fl-2008 għall-Ftehimiet Qafas preċedenti tal-2006 u fl-2009 għall-Ftehimiet Qafas tal-2008. |
|
(139) |
Bħala riżultat tal-konklużjoni ta’ dawn il-ftehimiet u l-addenda, l-awtoritajiet reġjonali u lokali wettqu firxa wiesgħa ta’ miżuri li kellhom l-għan li jestendu l-kopertura tad-DTT fiż-Żona II, primarjament permezz ta’ sejħiet għall-offerti pubbliċi, kif deskritti aktar ’il fuq fil-premessi (40) sa (43). Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li d-diversi atti adottati fil-livell ċentrali u l-ftehimiet konklużi u emendati bejn l-MITyC u l-Komunitajiet Awtonomi jikkostitwixxu l-bażi tal-iskema ta’ għajnuna għall-estensjoni tal-kopertura fiż-Żona II u jinkludu l-karatteristiċi essenzjali tagħha, jiġifieri l-inċentiv għall-bidla għat-televiżjoni diġitali fiż-Żona II u l-limitazzjoni ta’ dan l-inċentiv għat-teknoloġija terrestri. Dawn l-atti u l-ftehimiet kellhom l-objettiv li jwasslu lill-Komunitajiet Awtonomi sabiex jadottaw miżuri li ma kinux teknoloġikament newtrali (66). Filwaqt li l-Pjan Tekniku Nazzjonali jirregola l-bidla għad-DTT fiż-Żona I, jagħti wkoll mandat lill-awtoritajiet lokali sabiex jistabbilixxu, f’kooperazzjoni mal-Komunitajiet Awtonomi, ċentri ta’ trażmissjoni addizzjonali neċessarji sabiex jiżguraw ir-riċevuta tad-DTT fiż-Żona II. Għalhekk, f’dak il-mument, il-gvern ċentrali diġà kien ippreveda l-estensjoni tal-kopertura tad-DTT. Il-mandat li jinsab fl-att legali ewlieni li jirregola l-bidla għat-televiżjoni diġitali jirreferi biss għall-pjattaforma terrestri. Barra minn hekk, l-Ordni Amministrattiv 1/2009 juri li l-użu tat-teknoloġija satellitari kien previst biss għaż-Żona III. Għalhekk, fil-prattika, il-Komunitajiet Awtonomi eżegwew il-linji gwida tal-gvern ċentrali dwar l-estensjoni tad-DTT (67). Il-Komunitajiet Awtonomi implimentaw il-pjan tal-gvern ċentrali fuq il-bażi tal-Ftehimiet Qafas rispettivi tagħhom, liema Ftehimiet segwew l-istess mudell. |
|
(140) |
Għalhekk, mill-atti msemmijin adottati fil-livell ċentrali, jirriżulta li l-ftehimiet u l-addenda huma l-bażi għal skema mmirata lejn l-estensjoni tal-kopertura tad-DTT fiż-Żona II billi jintuża esklussivament ix-xandir terrestri. Barra minn hekk, f’ċirkostanzi bħal dawn, l-awtoritajiet ċentrali jew lokali ma kellhom l-ebda marġni fl-implimentazzjoni teknika tal-iskema sabiex jikkonformaw mal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika. Il-miżuri meħudin mill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali segwew l-istess objettiv u, fid-dawl tar-rabtiet mill-qrib tagħhom, jenħtieġ li jiġu analizzati flimkien bħala parti mill-istess skema. Dan kien ikkorroborat ukoll mill-Qorti Ġenerali li, fil-Kawża T-541/13, ikkonfermat dan li ġej fir-rigward tar-rikors għal annullament tad-Deċiżjoni tal-2013. Din il-konklużjoni tibqa’ valida wkoll għall-miżuri eżaminati f’din id-Deċiżjoni (li huma l-istess miżuri bħal dawk eżaminati fid-Deċiżjoni tal-2013):
|
|
(141) |
Sabiex tkompli tikkorrobora din is-sejba, il-Kummissjoni investigat ukoll kampjun sinifikanti tas-sejħiet għall-offerti individwali mwettqin mill-Komunitajiet Awtonomi nfushom. Il-kampjun tas-sejħiet għall-offerti jkopri t-territorju kollu ta’ Spanja, ħlief Melilla (għal dak ir-reġjun, l-awtoritajiet Spanjoli ma pprovdew l-ebda sejħa għall-offerti, filwaqt li affermaw li ma kien hemm l-ebda dokument rilevanti). Il-kampjun jinkludi kemm sejħiet għall-offerti għall-estensjoni tal-kopertura kif ukoll sejħiet għall-offerti għall-provvista ta’ tagħmir. Barra minn hekk, il-kampjun jinkludi sejħiet għall-offerti b’daqsijiet ta’ baġits differenti: sejħiet għall-offerti b’baġits relattivament żgħar u sejħiet għall-offerti b’baġits akbar (baġits ta’ aktar minn EUR 10 miljun). L-għażla u l-kopertura tal-kampjun, kif deskritti, jiżguraw ir-rappreżentattività tiegħu. Dawn l-offerti huma r-riżultat tal-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali deskritt fil-premessi ta’ hawn fuq, li kien definit minn qabel fuq il-bażi ta’ liġijiet u ta’ ftehimiet mal-Komunitajiet Awtonomi. Il-verifika tal-kampjun tikkonferma l-konklużjoni ta’ hawn fuq, peress li l-maġġoranza l-kbira tas-sejħiet għall-offerti eżaminati ma kinux teknoloġikament newtrali. Fuq il-bażi ta’ dak il-kampjun rappreżentattiv, il-Kummissjoni kkonfermat li s-sejħiet għall-offerti li saru f’ċerti Komunitajiet Awtonomi ġeneralment obdew il-loġika li jkunu mmirati esklussivament lejn it-teknoloġija terrestri biss. |
|
(142) |
Anki meta jikkwalifikaw bħala sejħiet għall-offerti individwali teknoloġikament newtrali li ma kinux formalment diskriminatorji, il-Kummissjoni setgħet tidentifika biss tassew ftit. L-ispeċifikazzjonijiet ta’ dawn is-sejħiet għall-offerti ġew ifformulati b’tali mod li – minkejja l-pjanijiet tal-awtoritajiet Spanjoli ċentrali – jistgħu jipparteċipaw operaturi li jużaw teknoloġiji għajr dawk terrestri. Fi kwalunkwe każ, is-sempliċi fatt li minoranza tal-offerti tkun teknoloġikament newtrali jindika biss infurzar mhux komplut tal-iskema, iżda ma jiskwalifiheex bħala skema. |
|
(143) |
Il-Qorti Ġenerali ċċarat ukoll, fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-2013, li: “l-Kummissjoni ma wettqitx estrapolazzjoni meta qieset li l-irregolaritajiet ikkonstatati permezz tal-kampjun kienu jirriproduċu ruħhom fi Spanja kollha. Il-Kummissjoni llimitat ruħha li tistudja l-karatteristiċi tal-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni u ġustament ma ddeċidietx li, fid-dawl tal-fatt li s-sejħiet għal offerti analizzati ma kinux jirrispettaw il-prinċipju ta’ newtralità teknoloġika, is-sejħiet għal offerti kollha relatati mat-tħaddim tan-netwerk tat-TNT ma kinux josservaw dan il-prinċipju, u dan huwa b’mod partikolari rifless fid-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata.” (68) Din il-konklużjoni tibqa’ valida wkoll għall-miżuri eżaminati f’din id-Deċiżjoni (li huma l-istess miżuri bħal dawk eżaminati fid-Deċiżjoni tal-2013). |
|
(144) |
Il-mument meta l-għajnuna mill-Istat għall-varar tad-DTT fiż-Żona II ġiet żborżata b’mod effettiv kien immarkat mit-trasferiment ta’ fondi mill-awtoritajiet ċentrali u reġjonali lill-benefiċjarji. Dan ġara matul perjodu ta’ żmien li varja minn Komunità Awtonoma għal oħra. Mill-informazzjoni li waslet, is-sejħiet għall-offerti l-aktar bikrin identifikati saru f’Lulju 2008 (69). L-Anness jipprovdi kalkolu tan-nefqa pubblika skont ir-reġjun. |
|
(145) |
Fir-rigward tal-għajnuna kontinwa għall-operat u għall-manutenzjoni tan-networks, din l-għajnuna hija aċċessorju tal-iskema mmirata lejn l-estensjoni tal-kopertura tad-DTT fiż-Żona II billi jintuża esklussivament ix-xandir terrestri, u hija l-konsegwenza loġika tagħha, għalkemm l-implimentazzjoni ta’ din l-għajnuna kontinwa tħalliet mill-gvern ċentrali f’idejn il-Komunitajiet Awtonomi. Uħud mill-Komunitajiet Awtonomi (ara “Kostijiet rikorrenti” fl-Anness tad-Deċiżjoni) nedew sejħiet għall-offerti għall-operat u għall-manutenzjoni tan-networks diġitali terrestri eżistenti, li ġew ippubblikati fil-ġurnali uffiċjali rispettivi tagħhom (70). |
|
(146) |
Kif spjegat aktar ’il fuq fil-premessa (62), il-valutazzjoni legali tal-miżuri l-ġodda u modifikati ma hijiex soġġetta għal din id-deċiżjoni. |
6.2. Valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE
6.2.1. Il-preżenza tal-għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE
|
(147) |
Il-miżura inkwistjoni, inkluża l-għajnuna kontinwa għall-operat u għall-manutenzjoni kif deskritta fil-premessa (44), tista’ tiġi kkaratterizzata bħala għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-preżenza ta’ għajnuna mill-Istat. L-ewwel, irid ikun hemm intervent mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat. It-tieni, it-tali intervent irid jagħti vantaġġ ekonomiku selettiv lill-benefiċjarju. It-tielet, irid ifixkel jew jhedded li jfixkel il-kompetizzjoni. Ir-raba’, l-intervent irid ikun suxxettibbli li jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
6.2.1.1. Riżorsi tal-Istat
|
(148) |
Il-miżura inkwistjoni toriġina mis-sistema tal-atti legali deskritti hawn fuq, adottati kemm fil-livell ċentrali kif ukoll f’dak reġjonali u lokali, kif ukoll minn ftehimiet konklużi bejn livelli differenti tal-amministrazzjoni Spanjola. Barra minn hekk, Spanja ma kkontestatx il-konstatazzjoni tad-deċiżjoni tal-ftuħ li l-miżura kienet iffinanzjata mir-riżorsi baġitarji. Madankollu, hija saħqet li kienet iffinanzjata kemm mill-baġits ċentrali kif ukoll mill-baġits reġjonali u muniċipali. Hija esprimiet ukoll il-fehma li l-miżura inkwistjoni fil-fatt kienet sempliċi trasferiment ta’ fondi bejn amministrazzjonijiet differenti. Bħala tali, il-fatt li l-fondi joriġinaw prinċipalment mill-baġit ċentrali u parzjalment mill-baġits reġjonali u lokali ma kienx ikkontestat minn Spanja. Barra minn hekk, il-miżura ma kinitx sempliċi trasferiment ta’ fondi bejn amministrazzjonijiet, peress li fl-aħħar mill-aħħar il-fondi ntużaw għall-varar tan-network tad-DTT minn entitajiet li jwettqu attività ekonomika (kif spjegat fit-taqsima 6.2.1.2). |
|
(149) |
F’dawn iċ-ċirkostanzi, huwa konkluż li l-miżura investigata kienet iffinanzjata direttament mill-baġit tal-Istat u mill-baġits ta’ komunitajiet awtonomi u ta’ korporazzjonijiet lokali partikolari. L-għajnuna għall-operat u għall-manutenzjoni, kif deskritta fil-premessa (44), ma kinitx iffinanzjata mill-baġit ċentrali tal-Istat, iżda direttament mill-baġit tal-Komunitajiet Awtonomi. Għalhekk, hija imputabbli lill-Istat u tinvolvi l-użu ta’ riżorsi tal-Istat. |
6.2.1.2. Vantaġġ ekonomiku għall-entitajiet li jwettqu attività ekonomika
|
(150) |
Il-miżura inkwistjoni tinvolvi trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat lil ċerti impriżi. Għalkemm il-kunċett ta’ impriża ma huwiex definit mit-Trattat, huwa jirreferi għal kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, irrispettivament mill-istatus ġuridiku tagħha u l-finanzjament tagħha, li twettaq attività ekonomika. Fil-prattika tal-Kummissjoni, kif ikkonfermat mill-qrati, l-operat tan-networks ta’ trażmissjoni tat-televiżjoni huwa meqjus bħala attività ekonomika (71), b’mod simili għal każijiet oħrajn li jinvolvu l-ġestjoni tal-infrastruttura mill-awtoritajiet reġjonali (72). F’dan il-każ, l-operaturi tal-pjattaformi u l-biċċa l-kbira tal-impriżi pubbliċi jew tal-kunsilli tal-bliet huma rreġistrati fir-reġistru tas-CMT bħala operaturi tan-network. Dan jissuġġerixxi li huma jipprovdu ċerti servizzi, li skont il-prattika ta’ każijiet stabbiliti jikkostitwixxu attività ekonomika. Jeżisti suq jekk operaturi oħrajn ikunu lesti jew kapaċi jipprovdu s-servizz inkwistjoni, kif inhu l-każ. Pereżempju, Astra kellha diversi laqgħat mal-Komunitajiet Awtonomi qabel l-implimentazzjoni tal-estensjoni tal-kopertura fiż-Żona II sabiex tippreżentalhom l-offerta tagħha. Barra minn hekk, f’Marzu 2008 Astra pparteċipat f'sejħa għall-offerti teknoloġikament newtrali għall-forniment tat-televiżjoni diġitali fiż-Żona II u fiż-Żona III ippubblikata f’Cantabria, u rebħitha. Il-fatt li l-impriżi pubbliċi u l-kunsilli tal-bliet ma jirċivux remunerazzjoni għas-servizzi pprovduti ma jipprekludix li l-attivitajiet inkwistjoni jitqiesu bħala attività ekonomika (73). |
|
(151) |
Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-argument ta’ Spanja li l-operat tan-network terrestri mill-Komunitajiet Awtonomi, mill-impriżi pubbliċi u mill-kunsilli tal-bliet jaqa’ taħt l-eżerċizzju tas-setgħat uffiċjali bħala awtorità pubblika u, għalhekk, jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107 tat-TFUE. Ġie rrikonoxxut li l-attivitajiet marbutin mal-eżerċitar tal-prerogattivi tal-Istat mill-Istat innifsu jew mill-awtoritajiet li jiffunzjonaw fi ħdan il-limiti tal-awtorità pubblika tagħhom ma jikkostitwixxux attivitajiet ekonomiċi għall-finijiet tar-regoli tal-kompetizzjoni (74). Tali attivitajiet huma dawk li jifformaw parti mill-funzjonijiet essenzjali tal-Istat jew li huma konnessi ma’ dawk il-funzjonijiet min-natura tagħhom, mill-għan tagħhom u mir-regoli li għalihom ikunu soġġetti. Il-ġurisprudenza tal-Qrati pprovdiet diversi eżempji ta’ attivitajiet li jaqgħu taħt din il-kategorija, u b’hekk stabbiliet linja diviżorja bejn l-attivitajiet purament tal-Istat u l-attivitajiet kummerċjali li entità tal-Istat tista’ tinvolvi ruħha fihom. Din il-lista tinkludi attivitajiet relatati mal-armata jew mal-pulizija, il-manutenzjoni u t-titjib tas-sikurezza tan-navigazzjoni bl-ajru, il-kontroll tat-traffiku tal-ajru (75); is-sorveljanza kontra t-tniġġis li hija kompitu fl-interess pubbliku li jifforma parti mill-funzjonijiet essenzjali tal-Istat fir-rigward tal-ħarsien tal-ambjent f’żoni marittimi (76) u attivitajiet ta’ standardizzazzjoni kif ukoll attivitajiet relatati ta’ riċerka u ta’ żvilupp (77). |
|
(152) |
F’dan id-dawl, il-Kummissjoni hija tal-fehma li f’dan il-każ l-operat tan-network tax-xandir terrestri ma jaqax taħt l-obbligi jew taħt il-prerogattivi tal-Istat u lanqas ma huwa attività tipika li tista’ titwettaq biss mill-Istat. Is-servizzi inkwistjoni ma humiex tipikament dawk ta’ awtorità pubblika u huma minnhom infushom ekonomiċi fin-natura tagħhom, li hija pprovata mill-fatt li diversi impriżi huma attivi fis-suq fiż-Żona I. It-tieni, impriża privata, li ma tiddependi fuq l-ebda awtorità pubblika – jiġifieri Astra (kif muri mill-preżenza tagħha bħala offerent fis-sejħa għall-offerti tal-2008 f’Cantabria) – kienet interessata li tipprovdi dan is-servizz fiż-Żona II. It-tielet, it-tnedija tan-network fiż-Żona II tikkonċerna biss it-trażmissjoni ta’ stazzjonijiet privati nazzjonali u reġjonali (78). Il-karattru ekonomiku tat-tnedija ta’ network diġitali terrestri fiż-Żona II ġie kkonfermat minn diversi sentenzi tal-Qorti; ara pereżempju l-Kawża T-808/14 Spanja vs Il-Kummissjoni (79); il-Kawża T-37/15 u T-38/15, Abertis u Telecom Castilla-la Mancha vs Il-Kummissjoni (80); il-Kawża T-487/13 Navarra de Servicios y Tecnologías, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea (81). B’riżultat ta’ dan, huwa konkluż li l-operat tan-network terrestri mill-Komunitajiet Awtonomi, mill-impriżi pubbliċi u mill-kunsilli tal-bliet ma jaqax taħt l-eżerċizzju tas-setgħat uffiċjali bħala awtorità pubblika. |
Il-benefiċjarji diretti tal-għajnuna
|
(153) |
L-operaturi tal-pjattaforma tad-DTT huma l-benefiċjarji diretti tal-miżuri kkontestati, peress li rċivew il-fondi għall-aġġornar u għall-estensjoni tan-network tagħhom fiż-Żona II u għall-provvista ta’ hardware b’rabta man-network tagħhom. Bl-istess mod, jibbenefikaw mill-għajnuna kontinwa għall-operat u għall-manutenzjoni ta’ dawn in-networks. Il-Komunitajiet Awtonomi għażlu approċċi differenti sabiex jimplimentaw l-estensjoni tal-kopertura u, għalhekk, ġew identifikati tipi differenti ta’ benefiċjarji diretti. |
|
(154) |
L-ewwel nett, uħud mill-Komunitajiet Awtonomi (82) talbu lil impriża pubblika, li xi drabi topera bħala kumpanija tat-telekomunikazzjoni, bil-kompitu li testendi l-kopertura. Dawn l-impriżi jew organizzaw sejħiet għall-offerti għall-estensjoni tal-kopertura u ħallew dan il-kompitu lir-rebbieħ tal-offerta, jew wettqu l-estensjoni huma stess, wara li akkwistaw il-hardware meħtieġ. |
|
(155) |
Dawn l-impriżi pubbliċi issa jinsabu f’pożizzjoni li joperaw in-network tad-DTT fiż-Żona II minħabba s-sussidju pubbliku. Huma jistgħu jużaw ukoll l-infrastruttura l-ġdida sabiex jipprovdu servizzi oħrajn, pereżempju WiMax (standards tal-broadband mingħajr fili li jistgħu jipprovdu broadband fiss jew mobbli), radju diġitali, televiżjoni mobbli (DVB-H), jew servizzi ta’ kolokazzjoni lin-network tal-broadband bażiku ta’ Telefonica f’żoni rurali u lill-operaturi mobbli. Minħabba dawn l-ekonomiji ta’ firxa, l-operaturi tan-network tad-DTT għandhom opportunitajiet sabiex iżidu l-introjtu mill-infrastruttura ffinanzjata pubblikament. |
|
(156) |
Il-vantaġġ kwantifikabbli għall-impriżi pubbliċi huwa l-ammont tal-fondi riċevuti għall-estensjoni tal-kopertura. |
|
(157) |
It-tieni, xi wħud mill-Komunitajiet Awtonomi (83) nedew huma stess sejħiet għall-offerti fil-livell reġjonali għall-estensjoni tad-DTT. Spanja ssostni li l-maġġoranza l-kbira tas-sejħiet għall-offerti kienu għall-forniment ta’ hardware u ta’ tagħmir u l-kumpaniji li rebħu t-tali sejħiet għall-offerti aġixxew bħala fornituri tal-hardware. Dan ikun ukoll il-każ tas-sejħiet għall-offerti li rebħet Abertis, u l-kumpaniji affiljati tagħha, Tradia u Retevisión. Madankollu, is-sejbiet tal-investigazzjoni jindikaw il-konklużjoni li numru sinifikanti ta’ sejħiet għall-offerti kienu għall-estensjoni tal-kopertura, u mhux biss għall-provvista tat-tagħmir (84). Għalhekk, għall-kuntrarju ta’ dak li qed jiġi ddikjarat minn Spanja, il-Kummissjoni tqis li Abertis u kumpaniji oħrajn ipparteċipaw f’sejħiet għall-offerti bħal dawn fil-kwalità tagħhom ta’ operaturi tan-network (85). F’dan il-każ, ir-rebbieħa ta’ tali sejħiet għall-offerti rċivew vantaġġ kompetittiv fuq operaturi tan-network oħrajn li lanqas biss setgħu jipparteċipaw fil-proċess tal-għażla. Il-vantaġġ tagħhom huwa s-somma tal-fondi riċevuti għall-estensjoni bħala riżultat ta’ offerta teknoloġikament mhux newtrali. |
|
(158) |
It-tielet, uħud mill-Komunitajiet Awtonomi (86) taw fondi lill-kunsilli tal-bliet għall-estensjoni tal-kopertura tad-DTT. Spanja targumenta li dawn kienu biss trasferimenti ta’ fondi bejn livelli differenti ta’ amministrazzjoni u li, billi estendew networks li huma proprjetà tal-kunsilli tal-bliet, il-kunsilli sempliċiment wettqu l-obbligi amministrattivi tagħhom fir-rigward tal-abitanti. Madankollu, Spanja tirrikonoxxi li l-korporazzjonijiet lokali aġixxew bħala operaturi tan-network, li ħafna minnhom huma rreġistrati fil-lista ta’ operaturi tan-network ta’ CMT u li effettivament wettqu l-estensjoni tan-network, f’xi każijiet permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li, meta l-korporazzjonijiet lokali jaġixxu bħala operatur tan-network lokali tat-televiżjoni diġitali, huma jkunu benefiċjarji diretti tal-għajnuna. Il-vantaġġ tagħhom huwa l-ammont riċevut mill-awtoritajiet reġjonali u ċentrali għall-estensjoni tal-kopertura. Dan japplika wkoll jekk l-estensjoni tkun parzjalment iffinanzjata mir-riżorsi proprji ta’ korporazzjoni lokali li tikkostitwixxi għajnuna lill-impriża jew lill-attività. |
|
(159) |
B’mod ġenerali, Abertis u Retevisión kienu l-benefiċjarji ewlenin tas-sejħiet għall-offerti. B’kollox, mill-informazzjoni li waslet, jidher li dawn irċivew madwar nofs l-ammont totali tal-fondi mmirati lejn l-estensjoni tal-kopertura. |
|
(160) |
Barra minn hekk, uħud mill-Komunitajiet Awtonomi taw għajnuna mill-Istat għall-operat u għall-manutenzjoni tan-networks. Dawn il-kompiti jitwettqu jew mill-impriżi pubbliċi, mill-kunsilli tal-bliet jew jiġu offruti permezz ta’ sejħiet għall-offerti, pereżempju lis-sidien taċ-ċentri ta’ trażmissjoni. L-awtoritajiet ċentrali Spanjoli ssottomettew li ma imponewx l-obbligu li joperaw u jmantnu s-siti diġitalizzati u li kien f’idejn l-Komunitajiet Awtonomi li jiddeċiedu dwar din il-kwistjoni. Matul l-investigazzjoni, diversi Komunitajiet Awtonomi ssottomettew ċifri li jindikaw li tabilħaqq iffinanzjaw l-operat u l-manutenzjoni taċ-ċentri ta’ trażmissjoni fiż-Żona II, speċjalment mill-2009, wara l-iskadenza tal-perjodu inizjali ta’ sentejn ta’ operat u ta’ manutenzjoni inkluż fil-kuntratti mal-offerenti rebbieħa. L-impriżi inkarigati mill-operat u mill-manutenzjoni tan-network terrestri diġitalizzat fiż-Żona II huma l-benefiċjarji diretti ta’ din l-għajnuna. |
|
(161) |
Fl-aħħar nett, f’termini aktar ġenerali, Abertis tibbenefika ukoll mill-esklużjoni ta’ operatur ta’ pjattaforma ieħor milli jidħol fis-suq tat-trażmissjoni ta’ sinjali tat-televiżjoni mingħajr ħlas fi Spanja (87). |
Il-benefiċjarji indiretti tal-għajnuna
|
(162) |
L-operaturi tan-network. L-operaturi tan-network li pparteċipaw u rebħu s-sejħa għall-offerti għall-estensjoni tal-kopertura organizzata mill-impriżi pubbliċi taħt ix-xenarju tal-ewwel każ deskritt fil-premessa (154) huma benefiċjarji indiretti tal-għajnuna. L-impriżi pubbliċi ma kinux iwettqu l-estensjoni huma stess u ma żammewx il-fondi mmirati lejn l-estensjoni tal-kopertura; minflok, huma għaddewhom lill-operaturi tan-network permezz ta’ sejħiet għall-offerti għall-estensjoni. Dawn is-sejħiet għall-offerti għall-estensjoni kienu mmirati lejn l-operaturi tan-network terrestri biss. Għalhekk, dawn tal-aħħar ibbenefikaw mill-esklużjoni tal-operaturi satellitari. Barra minn hekk, minħabba n-numru żgħir ta’ operaturi fis-suq, l-operaturi tan-network terrestri ffaċċjaw biss restrizzjoni kompetittiva limitata. Kif indikat għall-benefiċjarji diretti aktar ’il fuq, l-operaturi tan-network jibbenefikaw ukoll jekk jużaw l-infrastruttura l-ġdida anki għall-forniment ta’ servizzi oħrajn (bħal WiMax, radju diġitali, televiżjoni mobbli, eċċ.). Il-vantaġġ riċevut minn dawn l-operaturi tan-network jammonta għas-somma tal-fondi riċevuti wara sejħa għall-offerta għall-estensjoni (88). |
|
(163) |
Il-fornituri tal-hardware. Għall-kuntrarju tal-operaturi tan-network, il-fornituri tal-hardware ma humiex meqjusin bħala benefiċjarji indiretti peress li ma rċivewx vantaġġ selettiv. Bħal fil-każ tad-dekowders diġitali fl-Italja (89), ma kienx possibbli li ssir distinzjoni bejn kategoriji differenti ta’ produtturi ta’ diversi tipi ta’ infrastruttura diġitali minħabba li jenħtieġ li l-produtturi jkunu jistgħu jipproduċu kwalunkwe tip ta’ tagħmir. Il-kumpaniji li jirbħu s-sejħiet għall-offerti ma humiex differenti mill-grupp ta’ impriżi li kienu jipparteċipaw fis-sejħiet għall-offerti li kieku l-iskema kienet teknoloġikament newtrali fir-rigward tal-operaturi tal-pjattaformi (90). Fi Spanja, il-kumpaniji li jintegraw, jinstallaw u jfornu l-hardware neċessarju għall-estensjoni tad-diġitalizzazzjoni normalment joffru wkoll servizzi oħrajn. Tali manifatturi tat-tagħmir, kif ukoll operaturi tat-telekomunikazzjoni, jistgħu joffru wkoll soluzzjonijiet terrestri jew satellitari jew taħlita tat-tnejn (91). |
|
(164) |
Il-miżura inkwistjoni ma tfittixx, permezz tat-tir jew tal-istruttura ġenerali tagħha, li toħloq vantaġġ għall-manifatturi. Tabilħaqq, kwalunkwe ordni pubbliku favur id-diġitalizzazzjoni (anke l-aktar teknoloġikament newtrali) ikun jiffavorixxi lill-produtturi tat-tagħmir diġitali. Għalhekk, fil-każ tal-manifatturi tat-tagħmir, il-fatt li bbenefikaw minn żieda fil-bejgħ minħabba l-miżura jista’ jitqies bħala effett sekondarju ekonomiku mekkaniku. Bħala kwistjoni ta’ prinċipju, kwalunkwe għajnuna mill-Istat għandha effett ta’ tixrid fuq il-fornituri għall-benefiċjarju tal-għajnuna mill-Istat. Madankollu, dan mhux neċessarjament joħloq vantaġġ selettiv għat-tali fornituri. Il-fornituri tal-hardware ma kinux fil-mira tal-għajnuna u, għalhekk, ma bbenefikawx minn effett indirett immirat. Barra minn hekk, peress li ntgħażlu fuq il-bażi ta’ proċeduri trasparenti ta’ sejħiet għall-offerti, li kienu miftuħin għall-fornituri kollha tat-tagħmir, inklużi dawk minn Stati Membri oħrajn, ma jistax ikun mistenni li bbenefikaw minn profitti anormali. |
|
(165) |
Ix-xandara. Spanja wriet biżżejjed li x-xandara terrestri ma rċivew l-ebda vantaġġ wara l-estensjoni tal-kopertura. B’kuntrast maż-Żona I, ix-xandara rrifjutaw li jħallsu għad-diġitalizzazzjoni fiż-Żona II peress li din ma tkun tiġġenera l-ebda dħul addizzjonali għalihom. Fil-fatt, fid-dawl tal-popolazzjoni limitata inkwistjoni, li ma tidhirx li hija l-mira kummerċjali ta’ dawk li jirreklamaw, wara l-estensjoni għaż-Żona II, ix-xandara ma setgħux iżidu b’mod sinifikanti t-tariffi tar-reklamar. Għalhekk, ix-xandara terrestri ma humiex benefiċjarji indiretti tal-miżura li qed tiġi investigata. |
6.2.1.3. Is-selettività
|
(166) |
L-Artikolu 107(1) tat-TFUE jikkwalifika bħala għajnuna kwalunkwe miżura mogħtija mill-Istati Membri jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni “billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi”. Dan il-kriterju jservi sabiex jiġu identifikati miżuri li jiffavorixxu ċerti impriżi jew ċerti setturi tal-ekonomija. |
|
(167) |
Kif stabbilit hawn fuq, il-miżura inkwistjoni tikkonċerna s-settur tax-xandir u, fi ħdan dak is-settur, it-trażmissjoni tas-sinjal tax-xandir. Il-miżura kkonċernata għandha fil-mira tagħha impriżi li huma attivi biss f’ċerti segmenti tas-settur tax-xandir, jiġifieri fit-trażmissjoni tas-sinjal tax-xandir (92). |
|
(168) |
Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti, miżura tkun “selettiva biss jekk, fil-kuntest ta’ sistema legali speċifika, hija jkollha l-effett li tagħti vantaġġ lil ċerti impriżi meta mqabbla ma’ impriżi oħra li joperaw f’setturi oħra jew fl-istess settur u li, fir-rigward tal-għan imfittex minn din is-sistema, ikunu jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u ġuridika paragunabbli.” (93) |
(a) Il-linja ewlenija tar-raġunament dwar is-selettività tal-miżura
|
(169) |
Filwaqt li jitqies li l-għajnuna hija fil-forma ta’ sussidji, is-sistema ta’ referenza f’dan il-każ hija l-kundizzjonijiet normali tas-suq li taħthom jenħtieġ li joperaw il-kumpaniji. L-għan tas-sistema ta’ referenza ma huwiex li tagħti sussidji, peress li taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, l-operaturi jġarrbu l-kostijiet tagħhom stess. Il-miżura li qed tiġi investigata kellha l-għan li taċċellera l-bidla diġitali u testendi l-kopertura fiż-Żona II, kif spjegat fil-premessa (244). Il-miżura tikkostitwixxi deroga mis-sistema ta’ referenza (jiġifieri kundizzjonijiet normali tas-suq), peress li ttaffi l-kostijiet normali għal ċerti kumpaniji. |
|
(170) |
Għalhekk, il-benefiċjarji tal-iskema huma ffavoriti meta mqabblin mal-impriżi l-oħrajn kollha fis-setturi l-oħra kollha u fl-istess settur, li jridu jġarrbu l-kostijiet tagħhom stess. Għalhekk, il-miżura hija selettiva prima facie. |
(b) Il-linja sussidjarja tar-raġunament dwar is-selettività tal-miżura
|
(171) |
Uħud mill-partijiet allegaw li ma kien hemm l-ebda selettività minħabba li l-operaturi diġitali terrestri kienu se jkunu inkarigati b’missjoni ta’ servizz pubbliku. Kif se jiġi spjegat fit-taqsima 6.2.1.4 ta’ din id-deċiżjoni, madankollu huma ma humiex inkarigati b’missjoni bħal dan (94). Barra minn hekk, ta’ min ifakkar li miżura tibqa’ selettiva, anki meta l-objettiv tagħha jkun li tiffavorixxi finanzjarjament lill-organizzazzjonijiet meqjusin bħala li jistħoqqilhom soċjalment (95) jew meta joħolqu effetti pożittivi fuq l-ekonomija, li jmorru lil hinn mill-interess individwali tagħhom (96). Għalhekk, l-effetti pożittivi ta’ diġitalizzazzjoni tas-sinjal tax-xandir ma jistgħux jimminaw il-konklużjoni ta’ selettività prima facie tal-miżura. |
|
(172) |
Fi kwalunkwe każ, anke jekk is-sistema ta’ referenza kienet limitata għas-settur tax-xandir (li ma huwiex il-każ), u anke jekk l-għan tas-sistema ta’ referenza tqies bħala t-trażmissjoni tax-xandir diġitali (li lanqas ma huwa l-każ), jenħtieġ li jiġi nnotat li, fis-settur tax-xandir tipikament diversi pjattaformi jikkompetu ma’ xulxin u dawn il-pjattaformi kollha (bħal networks terrestri, tal-kejbil, satellitari jew tad-DSL) huma kapaċi jipprovdu servizzi għat-trażmissjoni ta’ sinjal tax-xandir diġitali. |
|
(173) |
Is-selettività tal-miżura tiġi vvalutata billi jitqiesu l-impriżi kollha li jipprovdu jew li jistgħu jipprovdu l-estensjoni tal-kopertura tax-xandir diġitali fiż-Żona II (97). Jekk l-operaturi tan-network li jużaw teknoloġiji oħrajn minbarra terrestri – speċjalment is-satellita – ikunu jistgħu jipprovdu s-servizzi għal estensjoni tal-kopertura fiż-Żona II, jenħtieġ li dawn jitqiesu li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli, fid-dawl tal-objettivi tar-reġim legali kkonċernat. |
|
(174) |
Spanja argumentat li t-teknoloġija terrestri u satellitari ma setgħetx titqies li tinsab f’sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli. Spanja tispjega li l-qafas legali għat-teknoloġija tad-DTT u ta’ teknoloġiji oħrajn huwa differenti ħafna. Fiż-żmien tal-adozzjoni tal-miżuri inkwistjoni, it-teknoloġiji differenti kienu rregolati b’liġijiet differenti (98). Fil-fehma ta’ Spanja, għalkemm bħalissa s-servizzi awdjoviżivi kollha huma rregolati bil-Liġi Ġenerali 7/2010 tal-31 ta’ Marzu 2010 dwar il-Komunikazzjoni Awdjoviżiva, il-qafas legali għat-teknoloġija tad-DDT u teknoloġiji oħrajn għadu differenti. Barra minn hekk, skont Spanja, it-teknoloġija tad-DTT hija aktar kosteffettiva mis-satellita u d-DTT diġà kienet disponibbli b’mod wiesa’ fi Spanja (fiż-Żona I) u l-implimentazzjoni tad-DTT fiż-Żona II kienet qed tistrieħ fuq l-infrastruttura tax-xandir li diġà kienet miżmuma mill-operaturi. Spanja targumenta li ma saret l-ebda diskriminazzjoni kontra impriżi li jużaw it-teknoloġija satellitari, peress li dawn it-teknoloġiji l-oħrajn ma humiex f’sitwazzjoni legali u fattwali simili għad-DTT. |
|
(175) |
L-argumenti ta’ hawn fuq ma jistgħux jiġu aċċettati. Il-Kummissjoni tqis li l-fatt li teknoloġiji differenti huma soġġetti għal regolamenti speċifiċi differenti ma għandu l-ebda rilevanza meta jiġi vvalutat il-kriterju ta’ selettività f’dan il-każ. Fil-kuntest tad-differenzi regolatorji, Cellnex irreferiet għas-sentenza Eventech (99) li biha l-Qorti ddeċidiet li l-prattika li l-Black Cabs jitħallew jużaw korsiji tax-xarabanks filwaqt li l-minicabs ma jitħallewx jużaw dawk il-korsiji ma tidhirx li tagħti vantaġġ ekonomiku selettiv lill-Black Cabs. Fil-fehma tal-Kummissjoni, il-kawża Eventech għandu rilevanza limitata f’dan il-każ, peress li l-fatti ta’ dak il-każ huma differenti ħafna. F’Eventech, is-servizzi offruti miż-żewġ gruppi ta’ operaturi (jiġifieri Black Cabs u minicabs) kienu pjuttost differenti (100). F’dan il-każ, id-DTT u s-satellita jistgħu essenzjalment jipprovdu l-istess servizz (jiġifieri t-trażmissjoni tas-sinjal diġitali tat-televiżjoni fiż-Żona II). Id-differenzi regolatorji ta’ dawn iż-żewġ teknoloġiji ma jirriżultawx fil-forniment ta’ servizzi differenti. Barra minn hekk, Eventech kienet tikkonċerna miżura regolatorja, jiġifieri l-projbizzjoni tal-użu ta’ korsiji tax-xarabanks li hija marbuta direttament mas-sikurezza u mal-effiċjenza tas-sistema tat-trasport (101). Għall-kuntrarju, il-każ inkwistjoni jikkonċerna sussidju mill-Istat u mhux miżura regolatorja. A fortiori, il-miżura inkwistjoni ma hijiex il-konsegwenza neċessarja ta’ miżura regolatorja li tista’ taffettwa s-sikurezza u l-effiċjenza tan-network ta’ trażmissjoni, u li tkun iġġustifikata b’mod oġġettiv. |
|
(176) |
Setgħu jintużaw teknoloġiji differenti għall-estensjoni tal-kopertura fiż-Żona II. Id-differenzi fir-regolamenti speċifiċi għat-teknoloġija ma jaffettwawx il-kapaċità ta’ dawn it-teknoloġiji differenti (jiġifieri d-DTT u s-satellita) sabiex joffru s-servizzi għat-trażmissjoni ta’ sinjali tat-televiżjoni fiż-Żona II. Il-Kummissjoni tqis li teknoloġiji oħrajn minbarra d-DTT – b’mod partikolari s-satellita – ikunu kapaċi jipprovdu s-servizzi ta’ trażmissjoni ta’ sinjal tat-televiżjoni fiż-Żona II għar-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(177) |
Minbarra l-kriterji tekniċi u kwalitattivi, l-eżempji tal-premessi preċedenti jindikaw ukoll li ma hemm l-ebda raġuni ekonomika inerenti għaliex jenħtieġ li jiġu esklużi ex ante pjattaformi oħrajn għaż-Żona II. Kif diskuss f’aktar dettall fit-taqsima 6.3.3.2, l-istudji dwar il-kostijiet ma jippermettux tali esklużjoni minn qabel. Kif spjegat fil-paragrafu (257), uħud mill-Komunitajiet Awtonomi argumentaw li t-teknoloġija terrestri hija aktar kosteffiċjenti u ssottomettew kalkoli interni li qabblu l-kostijiet tal-użu taż-żewġ teknoloġiji sabiex tiġi estiża l-kopertura. Madankollu, dawn il-kalkoli ma kinux dettaljati u robusti biżżejjed sabiex jiġġustifikaw l-għażla tat-teknoloġija terrestri. Barra minn hekk, l-ebda wieħed minn dawn il-kalkoli ma twettaq minn espert indipendenti. Bl-istess mod, kif spjegat fil-premessa (256), l-Istudju ex ante ta’ Spanja tal-2007 ma jurix biżżejjed id-differenza fil-kostijiet bejn il-pjattaforma terrestri u s-satellita. Barra minn hekk, kif spjegat fil- premessa (258), iż-żewġ studji dwar il-kostijiet (105) sottomessi minn Abertis (issa Cellnex) tħejjew fl-2010, ferm wara li l-miżuri kkontestati kienu ddaħlu fis-seħħ. Barra minn hekk, kif spjegat fil- premessi (260) sa (264), l-Istudju ta’ Cataluña sottomess fid-19 ta’ Frar 2019 u l-Istudji ta’ Itelazpi tal-2015 u tal-2019 ma jurux biżżejjed li d-DTT hija teknoloġija aktar kosteffettiva mis-satellita. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-satellita ma tistax titqies li hija fi żvantaġġ kompetittiv fil-kostijiet (106). |
|
(178) |
Din il-konstatazzjoni hija appoġġata wkoll mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014)6846 fil-Kawża SA.27408 relatata mal-użu tat-televiżjoni diġitali terrestri f’Castilla-La Mancha (107), li skont din il-Kummissjoni ddikjarat li l-istudji dwar il-kostijiet sottomessi mill-awtoritajiet ma wrewx biżżejjed differenza sinifikanti fil-kostijiet bejn it-teknoloġija satellitari u dik terrestri. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq ġiet ikkonfermata bis-sħiħ permezz tas-sentenzi tal-Qorti Ġenerali (108) u tal-Qorti tal-Ġustizzja (109). |
|
(179) |
Barra minn hekk, kif diskuss fil-premessa (24), l-iskarsezza tal-frekwenzi terrestri teħtieġ rilokazzjoni regolari tal-operaturi tad-DTT għal baned ta’ frekwenzi oħrajn. Din toħloq kost addizzjonali konsiderevoli u aktar għajnuna mill-Istat sussegwenti. Tali kostijiet ta’ rilokazzjoni ma kinux jinħolqu li kieku, pereżempju, intgħażlet il-pjattaforma satellitari. |
|
(180) |
Barra minn hekk, fiż-żmien tal-bidla diġitali, it-trażmissjoni satellitari diġà kienet ġiet diġitizzata, u għalhekk ma kinitx teħtieġ adattament komparabbli tat-tagħmir. Din tappoġġa wkoll il-fehma li s-satellita ma tistax titqies li hija fi żvantaġġ kompetittiv fil-kostijiet. |
|
(181) |
Il-fatt li s-satellita ma tistax titqies bħala fi żvantaġġ kompetittiv fil-kostijiet jappoġġa wkoll il-fehma li s-satellita u t-terrestri huma f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli, fid-dawl tal-objettivi tar-reġim legali kkonċernat. |
|
(182) |
Fir-rigward tad-differenzi fattwali bejn id-DTT u t-teknoloġija satellitari, Spanja, Itelazpi u Cellnex argumentaw ukoll li parti kbira mill-infrastruttura terrestri kienet diġà ġiet implimentata fi Spanja, inkluż fiż-Żona II, fiż-żmien meta ġie adottat il-Pjan Tekniku Nazzjonali tad-DTT. Huma jargumentaw li l-użu tal-infrastruttura eżistenti joħloq sinerġiji u, għalhekk, jiġġustifika l-għażla tat-teknoloġija tad-DTT. Itelazpi targumenta li l-estensjoni tal-kopertura ma wasslitx għall-kostruzzjoni mifruxa ta’ ċentri ġodda tad-DTT iżda – fil-biċċa l-kbira tal-każijiet – għat-titjib u għat-trasformazzjoni ta’ ċentri analogi terrestri diġà eżistenti. |
|
(183) |
Dawn l-argumenti ma jistgħux jiġu aċċettati għar-raġunijiet li ġejjin. It-tnedija tan-network tad-DTT fiż-Żona II ma jistax jitqies bħala adattament jew titjib sempliċi tan-network analogu terrestri eżistenti. In-network analogu terrestri eżistenti ma jfissirx li diġà kien hemm network diġitali terrestri eżistenti. Ix-xandir diġitali terrestri huwa teknoloġija differenti mix-xandir analogu terrestri. L-estensjoni tal-kopertura kienet teħtieġ l-installazzjoni ta’ tagħmir diġitali fiċ-ċentri preeżistenti u kienet teħtieġ ukoll il-kostruzzjoni ta’ ċentri ġodda (110) fiż-Żona II (111). |
|
(184) |
Itelazpi, Cellnex u Spanja argumentaw ukoll li l-operaturi tal-pjattaformi satellitari ma jkunux jistgħu jiksbu s-sinjal mix-xandara, minħabba n-nuqqas ta’ rieda tax-xandara li jużaw it-trażmissjoni satellitari. Huma jispjegaw ukoll li x-xandara spiss ma jkollhomx id-dritt li jittrażmettu l-kontenut tagħhom permezz tat-teknoloġija satellitari. Il-Kummissjoni tinnota li dawn id-diffikultajiet ma jistgħux jingħelbu. Skont l-Artikolu 31 tal-Liġi Ġenerali 7/2010 dwar is-servizzi tal-media awdjoviżiva (112), id-detenturi tal-liċenzja tas-servizzi tal-media awdjoviżiva fil-livell nazzjonali huma meħtieġa jinnegozjaw il-bejgħ tal-istazzjonijiet ewlenin tax-xandir tagħhom lil fornituri ta’ servizzi tax-xandir televiżiv li jużaw kwalunkwe teknoloġija (113). Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom l-għan li jippreservaw il-kompetizzjoni ġusta u, għalhekk, in-newtralità teknoloġika, kif muri mill-preambolu tal-Liġi Ġenerali 7/2010 (114). Kwalunkwe tilwima li tirriżulta min-negozjati skont l-Artikolu 31 tal-Liġi Ġenerali 7/2010 tista’ titressaq quddiem l-Awtorità tal-Kompetizzjoni Spanjola (CNMC, Comisión Nacional de los Mercados y la Competencia). L-eżempju ta’ Navarra juri li billi jużaw proċedura bħal din, l-operaturi satellitari jistgħu jiksbu l-qbil tax-xandara sabiex jittrażmettu l-istazzjonijiet tagħhom. F’Navarra, l-awtorità tal-akkwist pubbliku pproponiet li tagħti l-offerta għall-estensjoni tat-televiżjoni diġitali lil Astra f’Ġunju 2015. Sussegwentement, l-awtoritajiet ta’ Navarra ssospendew l-aġġudikazzjoni tas-sejħa għall-offerti, peress li x-xandara ma qablux li jxandru l-kontenut tagħhom permezz tal-pjattaforma satellitari. Wara l-intervent tas-CNMC, f’Mejju 2019 Astra finalment kisbet awtorizzazzjoni mingħand Atresmedia u Mediaset sabiex taċċessa l-istazzjonijiet tagħhom taħt ċerti kundizzjonijiet. Dan l-eżempju juri li l-operaturi satellitari jistgħu jinnegozjaw max-xandara u jiksbu s-sinjal mingħandhom għall-finijiet tal-estensjoni tal-kopertura fiż-Żona II (115). |
|
(185) |
Cellnex u Itelazpi jargumentaw ukoll li – għall-kuntrarju tat-trażmissjoni diġitali terrestri – it-teknoloġija satellitari ma tistax tixxandar f’żona mmirata (pereżempju fit-territorju ta’ Komunità Awtonoma), peress li l-impronta ta’ satellita tkopri t-territorju kollu ta’ Spanja. Dan l-argument huwa mxejjen mill-fatt li s-satellita tintuża fiż-Żona III, u għalhekk teknoloġikament jenħtieġ li jkun possibbli li r-reception tas-servizz ipprovdut permezz tas-satellita tiġi ristretta għal żona partikolari u mmirata. Barra minn hekk, il-kriptaġġ tas-sinjal normalment jippermetti li r-riċevuta tas-servizz tkun ristretta għaż-żoni fil-mira. |
|
(186) |
Spanja targumenta wkoll li d-DTT biss tista’ titqies bħala televiżjoni mingħajr ħlas fi Spanja, u teknoloġiji oħrajn bħas-satellita jew il-kejbil jitolbu tariffa. Din il-fehma hija żbaljata peress li ma tista’ ssir l-ebda distinzjoni bħal din bejn it-teknoloġiji. Ma hemm l-ebda speċifiċità teknoloġika li tipprevjeni lill-operaturi satellitari milli joffru televiżjoni mingħajr ħlas. Pereżempju, fi Spanja, l-offerta “SAT-TDT” (li hija disponibbli biss fiż-Żona III u għall-unitajiet domestiċi biss li jistgħu jagħtu prova li r-reception tad-DTT tagħhom ma hijiex biżżejjed) tinkludi stazzjonijiet mingħajr ħlas. Barra minn hekk, fi Stati Membri oħrajn (pereżempju Franza, l-Irlanda), l-operaturi satellitari joffru stazzjonijiet mingħajr ħlas. |
|
(187) |
Il-miżura kkontestata tiffavorixxi lill-operaturi tal-pjattaforma diġitali terrestri (huma l-uniċi operaturi li jistgħu jibbenefikaw mill-miżura), minkejja l-fatt li l-operaturi li jużaw teknoloġiji oħrajn (speċjalment is-satellita) kapaċi jipprovdu s-servizzi inkwistjoni u, għalhekk, jinsabu f’sitwazzjoni legalment u fattwalment komparabbli bħall-operaturi terrestri, fid-dawl tal-objettivi tar-reġim legali kkonċernat. Għalhekk, il-miżura kkontestata tinvolvi diskriminazzjoni. |
|
(188) |
L-objettiv tal-miżura ta’ għajnuna kkonċernata huwa li tippromwovi l-bidla mix-xandir analogu għal dak diġitali fi Spanja u li tiżgura l-kontinwità tar-reception tat-televiżjoni għar-residenti ta’ ċerti żoni remoti u rurali (Żona II), kif spjegat fil-premessi (27), (29) u (244). Ix-xandara ma kellhomx interess kummerċjali suffiċjenti fil-forniment tas-servizz fiż-Żona II u rrifjutaw li jġarrbu l-kostijiet tad-diġitalizzazzjoni (ara l-premessa (165)), u, għalhekk, l-awtoritajiet Spanjoli stabbilew l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat li qed tiġi investigata, għad-diġitizzazzjoni taċ-ċentri ta’ trażmissjoni eżistenti u għall-bini ta’ oħrajn ġodda, sabiex jiġi żgurat li r-residenti jkomplu jirċievu l-istazzjonijiet kollha permezz tad-DTT (kif spjegat fil-premessa (27)). L-objettiv imsemmi ma jiġġustifikax l-esklużjoni mill-miżura ta’ għajnuna tal-operaturi li jużaw teknoloġiji oħrajn għajr it-teknoloġija tad-DTT. |
(c) Konklużjoni fir-rigward tas-selettività
|
(189) |
Il-miżura tattribwixxi vantaġġ ekonomiku selettiv lil kumpaniji individwali li jeżerċitaw attivitajiet kummerċjali. Il-finanzjament pubbliku jagħti vantaġġ selettiv lill-benefiċjarji billi jnaqqas il-kostijiet li normalment iġarrbu taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. |
|
(190) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-miżuri li qed jiġu investigati huma selettivi skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
6.2.1.4. Missjoni ta’ servizz pubbliku
|
(191) |
Minħabba l-organizzazzjoni amministrattiva tal-pajjiż u d-diviżjoni tal-kompetenzi bejn l-awtoritajiet ċentrali u reġjonali, skont Spanja huwa f’idejn ir-reġjuni li jiddikjaraw nuqqas ta’ għajnuna mill-Istat skont il-ġurisprudenza ta’ Altmark. B’mod partikolari, l-awtoritajiet Spanjoli ppreżentaw il-każ tal-Pajjiż Bask. |
|
(192) |
Fil-Pajjiż Bask, kumpanija pubblika tal-Gvern Bask – Itelazpi S.A. (“Itelazpi”) tipprovdi servizzi tat-trasport u kopertura tax-xandir għar-radju u għat-televiżjoni. Għal dan l-għan, hija topera madwar 200 ċentru tax-xandir, li l-biċċa l-kbira minnhom jappartjenu għall-gvern Bask. Sabiex tiġi estiża l-kopertura, Itelazpi kienet inkarigata mill-kompitu li torganizza għaxar sejħiet għall-offerti fil-livell reġjonali għall-provvista tat-tagħmir neċessarju għad-diġitizzazzjoni tal-infrastruttura terrestri. |
|
(193) |
Skont il-Pajjiż Bask, l-Istati Membri għandhom diskrezzjoni sinifikanti sabiex jiddefinixxu SGEI. Id-definizzjoni tista’ tiġi kkontestata mill-Kummissjoni biss fil-każ ta’ żball manifest; dan il-marġni ta’ diskrezzjoni huwa saħansitra usa’ fil-każ tax-xandir ta’ servizz pubbliku (116). Fuq din il-bażi, il-Pajjiż Bask argumenta li l-operat tan-networks tax-xandir jista’ jitqies bħala SGEI. Dan ma jkunx fuq bażi awtonoma iżda pjuttost bħala “servizz essenzjali” inerenti għas-servizz tax-xandir pubbliku li jirriżulta minn diversi dispożizzjonijiet tal-liġi u tal-ġurisprudenza Spanjoli (117). |
|
(194) |
Skont l-awtoritajiet Baski, il-finanzjament mogħti lil Itelazpi fil-fatt kien kumpens għall-forniment ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali li jissodisfaw il-kriterji ta’ Altmark. |
|
(195) |
Abertis argumentat ukoll (118) li l-operat tan-networks tax-xandir terrestri jikkwalifika bħala servizz pubbliku u jissodisfa l-kriterji ta’ Altmark. Abertis targumenta li l-impriża benefiċjarja hija meħtieġa twettaq obbligi ta’ servizz pubbliku u li dawk l-obbligi huma ddefiniti b’mod ċar. Abertis sostniet li kwalunkwe kumpens riċevut mill-operaturi tan-network qatt ma jkun jaqbeż dak li huwa neċessarju sabiex jiġu koperti l-kostijiet tal-forniment tas-servizzi ta’ trażmissjoni. B’mod partikolari, Abertis sostniet li l-awtoritajiet lokali ħadu passi xierqa sabiex jimminimizzaw il-kostijiet: ix-xiri ta’ tagħmir sar permezz ta’ sejħa għall-offerti pubblika li żgurat li t-tagħmir inkiseb bil-prezz tas-suq. |
|
(196) |
Barra minn hekk, fir-rikorsi tagħhom għal annullament tad-Deċiżjoni tal-2013, diversi partijiet affermaw li l-operat tan-network diġitali terrestri ġie attribwit bħala SGEI permezz ta’ att uffiċjali f’reġjun partikolari. Itelazpi (il-Kawża T-462/13) irreferiet għal-Liġi 31/1987 dwar l-organizzazzjoni tax-xandir tat-18 ta’ Diċembru 1987, għal-Liġi 10/2005 u għall-Ordni Amministrattiv 944/2005, kif ukoll għall-konvenzjonijiet interistituzzjonali konklużi bejn il-Gvern Bask, l-Assoċjazzjoni tal-Awtoritajiet Muniċipali Baski u t-tliet Kunsilli Reġjonali Baski. Cataluña u CTTI (il-Kawża T-465/13) irreferew għal sejħa għall-offerti u għall-kuntratt pubbliku, kif ukoll għal-Liġi 10/2005. Navarra de Servicios y Tecnologías (il-Kawża T-487/13) irreferiet għall-Ordni Amministrattiv 944/2005 u għad-deċiżjoni tal-Gvern ta’ Navarra tat-28 ta’ Lulju 2008. Cellnex, Retevisión (il-Kawża T-541/13) irreferiet għal-Liġi 31/1987 dwar l-organizzazzjoni tax-xandir tat-18 ta’ Diċembru 1987, kif ukoll għall-Ordni Amministrattiv 944/2005 u għas-sejħiet għall-offerti. Spanja (il-Kawża T-461/13) irreferiet għall-Ordni Amministrattiv 944/2005, kif ukoll għall-kuntratti pubbliċi konklużi bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-operaturi kkonċernati. Barra minn hekk, il-partijiet kollha msemmijin hawn fuq irreferew għal-Liġi Ġenerali 11/1998 dwar it-telekomunikazzjoni u għal-Liġi Ġenerali 32/2003 dwar it-telekomunikazzjoni bħala allegati atti ta’ attribuzzjoni sabiex in-network diġitali terrestri jiġi operat bħala SGEI. Uħud minn dawk id-dokumenti nġiebu għall-attenzjoni tal-Kummissjoni u tal-Qrati tal-UE fil-kuntest tal-azzjonijiet imsemmijin hawn fuq. |
|
(197) |
Fis-sentenza Altmark tagħha, il-Qorti ddikjarat li l-kumpens għal servizz pubbliku ma jikkostitwixxix vantaġġ ekonomiku skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat tal-KE jekk jiġu ssodisfati l-erba’ kundizzjonijiet kollha li ġejjin: 1) l-impriża benefiċjarja jeħtiġilha jkollha fil-fatt mandat ta’ servizz pubbliku u l-kompiti u l-obbligi relatati jridu jkunu ddefiniti b’mod ċar; 2) il-parametri tal-kumpens iridu jiġu stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti; 3) il-kumpens ma jistax jaqbeż il-kostijiet imġarrbin fit-twettiq tal-mandat ta’ servizz pubbliku; 4) sabiex jiġu żgurati l-inqas kostijiet għall-komunità, il-kumpanija li għandha twettaq l-obbligi ta’ servizz pubbliku tintgħażel jew permezz ta’ akkwist pubbliku, jew il-kostijiet tal-forniment tas-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali jiġu ddeterminati abbażi tal-kostijiet ta’ impriża tipika mmexxija tajjeb. |
L-ewwel kundizzjoni ta’ Altmark: Definizzjoni u assenjazzjoni ċari tal-obbligi ta’ servizz pubbliku
|
(198) |
Id-dritt Spanjol ma jiddikjarax l-operat ta’ network terrestri bħala servizz pubbliku. Il-Liġi tal-1998 dwar it-Telekomunikazzjoni (119) tiddikjara li s-servizzi tat-telekomunikazzjoni, inkluż it-tħaddim ta’ networks li jappoġġaw ir-radju u t-televiżjoni, huma servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali iżda ma għandhomx l-istatus ta’ servizzi pubbliċi, li huma riżervati biss għal numru limitat ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni (120). Il-Liġi dwar it-Telekomunikazzjoni fis-seħħ fiż-żmien meta ġew adottati l-miżuri (121) żżomm l-istess kwalifika. Is-servizzi ta’ trażmissjoni għax-xandir tat-televiżjoni, jiġifieri t-trasport ta’ sinjali permezz tan-networks tat-telekomunikazzjoni, jitqiesu bħala servizzi ta’ telekomunikazzjoni u bħala tali huma servizzi ta’ interess ġenerali iżda mhux servizz pubbliku (122). |
|
(199) |
Fi kwalunkwe każ, id-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar it-Telekomunikazzjoni huma teknoloġikament newtrali. L-Artikolu 1 tal-Liġi jiddefinixxi t-telekomunikazzjoni bħala sfruttament tan-networks u l-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u ta’ faċilitajiet assoċjati. It-telekomunikazzjoni hija t-trażmissjoni ta’ sinjali permezz ta’ kwalunkwe network tat-telekomunikazzjoni, u mhux permezz tan-network terrestri b’mod partikolari (123). Barra minn hekk, l-Artikolu 3 tal-Liġi jispeċifika bħala wieħed mill-objettivi tiegħu li jħeġġeġ, sa fejn ikun possibbli, in-newtralità teknoloġika fir-regolamentazzjoni. |
|
(200) |
Għalkemm il-liġi fis-seħħ u applikabbli fil-mument tat-trasferiment ta’ fondi lil Itelazpi ddefiniet ix-xandir pubbliku bħala servizz pubbliku, ix-xandir pubbliku ma jkoprix l-operat ta’ pjattaforma ta’ appoġġ partikolari. Is-servizz tax-xandir irid jiġi distint mis-servizz operattiv tan-networks tax-xandir (124). Dawn huma żewġ attivitajiet separati mwettqin minn impriżi differenti li joperaw fi swieq differenti. Ma hemm l-ebda evidenza li, minbarra x-xandir, il-liġi kienet tiddefinixxi l-operat tan-network terrestri bħala servizz pubbliku. |
|
(201) |
L-awtoritajiet Baski jargumentaw li l-assenjazzjoni tal-forniment ta’ dan is-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali lil Itelazpi hija espliċitament inkluża fil-Konvenzjonijiet konklużi bejn il-Gvern Bask, EUDEL (l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Bliet Baski) u t-tliet Kunsilli Reġjonali Baski. |
|
(202) |
Fil-Konvenzjonijiet, l-amministrazzjoni Baska tagħraf li valuri bħall-aċċess universali għall-informazzjoni u l-pluralità tal-informazzjoni jeħtieġu l-universalizzazzjoni tat-televiżjoni mingħajr ħlas għall-arja u hija timpenja ruħha li tissalvagwardja dawn il-valuri billi testendi l-kopertura tal-multiplessi tal-Istat (125). Madankollu, l-ebda dispożizzjoni tal-Konvenzjonijiet fil-fatt ma tissuġġerixxi li l-operat tan-network terrestri huwa meqjus bħala servizz pubbliku. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-formulazzjoni tal-Konvenzjonijiet ma hijiex biżżejjed sabiex tistabbilixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-missjoni tas-servizz pubbliku u ma jistax jiġi argumentat fuq dik il-bażi li t-trażmissjoni permezz tan-network terrestri hija servizz pubbliku. |
|
(203) |
Kif spjegat fil-premessa (196), fl-azzjonijiet tagħhom għal annullament tad-Deċiżjoni tal-2013, diversi partijiet affermaw li l-operat tan-network diġitali terrestri ġie attribwit bħala SGEI permezz ta’ att uffiċjali f’reġjun partikolari u ġibdu l-attenzjoni tal-Kummissjoni għad-dokumenti rilevanti. Wara li eżaminat dawn id-dokumenti matul il-proċedimenti tal-Qorti, il-Qorti Ġenerali kkonfermat il-fehma tal-Kummissjoni li l-ebda wieħed minn dawk id-dokumenti ma kien jikkostitwixxi l-att ta’ attribuzzjoni meħtieġ (126). L-imsemmijin sentenzi tal-Qorti Ġenerali ġew ikkonfermati mill-Qorti tal-Ġustizzja (127). |
|
(204) |
Għalhekk, ġie konkluż li skont id-dritt Spanjol, l-operat tan-networks terrestri ma għandux l-istatus ta’ servizz pubbliku. Din il-konklużjoni ġiet ikkonfermata mill-Qorti Ġenerali fil-Kawżi T-462/13 (128), T-465/13 (129), T-487/13 (130), T-541/13 (131) u T-461/13 (132). Barra minn hekk, is-sentenzi msemmijin ġew ikkonfermati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-66/16 P sa C-69/16 (133) u fil-Kawża C-81/16 (134). |
|
(205) |
B’riżultat ta’ dan, ma ġiex stabbilit li l-ewwel kundizzjoni ta’ Altmark ġiet issodisfata. Il-fatt li f’dan il-każ l-ewwel kriterju ta’ Altmark ma huwiex issodisfat, minħabba n-nuqqas ta’ definizzjoni ċara u preċiża tas-servizz li jikkonsisti fl-operat ta’ network terrestri bħala servizz pubbliku, ġie kkonfermat minn diversi sentenzi tal-Qorti Ġenerali u tal-Qorti tal-Ġustizzja (135). |
|
(206) |
Il-kriterji pprovduti mis-sentenza Altmark huma kumulattivi, jiġifieri lkoll iridu jiġu ssodisfati sabiex il-miżura ma titqiesx bħala għajnuna mill-Istat. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ sodisfazzjon tal-ewwel kriterju, il-finanzjament mogħti lil Itelazpi mill-awtoritajiet tal-Pajjiż Bask ma jikkwalifikax bħala kumpens għall-forniment ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali. Kif spjegat fil-premessa (62), il-valutazzjoni ta’ hawn fuq ma tippreġudikax il-valutazzjoni tal-miżura l-ġdida introdotta fil-Pajjiż Bask fit-2 ta’ Diċembru 2014 mill-Ftehim dwar is-Servizz sabiex tiġi estiża l-kopertura tal-istazzjonijiet tat-televiżjoni nazzjonali fil-Komunità Awtonoma tal-Pajjiż Bask. |
|
(207) |
Fi kwalunkwe każ, li kieku l-leġiżlazzjoni Spanjola kienet iddikjarat l-operat ta’ network terrestri bħala servizz pubbliku (xi ħaġa li ma għamlitx), dan ikun jikkostitwixxi żball manifest, kif spjegat hawn taħt. |
|
(208) |
Skont il-ġurisprudenza stabbilita, l-Istati Membri jgawdu diskrezzjoni wiesgħa għad-definizzjoni ta’ dak li jqisu bħala SGEI, u d-definizzjoni ta’ tali servizzi minn Stat Membru tista’ tiġi kkontestata mill-Kummissjoni biss fil-każ ta’ żball evidenti. |
|
(209) |
Madankollu, is-setgħa tal-Istati Membri li jiddefinixxu SGEIs ma hijiex bla limitu u ma tistax tiġi eżerċitata b’mod arbitrarju għall-iskop uniku li jitneħħa settur partikolari mill-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni. Barra minn hekk, il-marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri sabiex jiddefinixxu l-SGEIs ma jistax jiġi eżerċitat b’mod li jmur kontra l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, bħall-prinċipju ta’ trattament ugwali (136). |
|
(210) |
Il-prinċipju ta’ trattament ugwali huwa żgurat fir-rigward tan-networks tax-xandir li joperaw servizzi permezz tal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika, għalkemm dan ma jfissirx li l-għażla ta’ teknoloġija speċifika għas-servizzi operattivi tan-networks tax-xandir tinvolvi fi kwalunkwe każ żball evidenti (137). |
|
(211) |
Kif spjegat fil-premessa (176), pjattaformi differenti għajr dawk terrestri, b’mod partikolari dawk satellitari, jistgħu jipprovdu servizzi għax-xandir tas-sinjal tat-televiżjoni fiż-Żona II. |
|
(212) |
F’dawn iċ-ċirkostanzi, ma huwiex possibbli li jitqies li l-pjattaformi terrestri huma essenzjali għax-xandir tas-sinjal tat-televiżjoni mingħajr ma jinkiser il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika (138). |
|
(213) |
Id-definizzjoni possibbli tal-operat ta’ pjattaforma terrestri bħala SGEI jeħtieġ li tkun iġġustifikata kif xieraq sabiex ma tiksirx il-prinċipju ta’ trattament ugwali u ma tinvolvix diskriminazzjoni vis-à-vis pjattaformi oħrajn. |
|
(214) |
F’dan ir-rigward, ta’ min ifakkar li fiż-żmien meta l-awtoritajiet reġjonali wettqu l-estensjoni tal-kopertura, kellhom l-għażla li jew jorganizzaw offerta teknoloġikament newtrali jew li jagħżlu teknoloġija partikolari waħda jekk tkun iġġustifikata abbażi tal-informazzjoni disponibbli f’dak iż-żmien. |
|
(215) |
Kif spjegat fil-premessi (254) ta’ (264) hawn fuq, l-ebda wieħed mill-istudji dwar il-kostijiet ipprovduti mill-awtoritajiet Spanjoli u mill-benefiċjarji tal-għajnuna ma ġie prodott ex ante minn espert indipendenti u wera li t-teknoloġija satellitari kienet b’mod ċar aktar għalja jew ma kinitx tissodisfa r-rekwiżiti kwalitattivi essenzjali għall-estensjoni tal-kopertura fiż-Żona II. |
|
(216) |
Barra minn hekk, kif diġà ssemma u ġie spjegat fid-dettall fil-premessa (176), ma hemm l-ebda rekwiżit tekniku imperattiv li jeskludi t-teknoloġija satellitari għall-estensjoni tal-kopertura fiż-Żona II. |
|
(217) |
Fi kwalunkwe każ u kif spjegat fil-premessi (198) sa (204), ma kien hemm l-ebda att ta’ attribuzzjoni tal-awtorità pubblika li permezz tiegħu l-operaturi tal-pjattaforma terrestri ġew fdati b’missjoni ta’ servizz pubbliku, inkluż mandat ta’ servizz pubbliku u definizzjoni ċara tal-kompiti u tal-obbligi relatati. |
|
(218) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq u minkejja d-diskrezzjoni wiesgħa tal-Istati Membri għad-definizzjoni ta’ dak li jqisu bħala servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, jekk il-leġiżlazzjoni Spanjola tkun iddikjarat l-operat ta’ network terrestri bħala servizz pubbliku (xi ħaġa li ma għamlitx), dan ikun kontra l-prinċipju ta’ trattament ugwali u, għalhekk, ikun jikkostitwixxi żball evidenti. |
Ir-raba’ kundizzjoni ta’ Altmark: żgurar tal-inqas kostijiet għall-komunità
|
(219) |
Fin-nuqqas ta’ sejħa għall-offerti, ir-raba’ kundizzjoni ta’ Altmark tirrikjedi li l-livell ta’ kumpens neċessarju jrid jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta’ analiżi tal-kostijiet li impriża tipika, immexxija tajjeb u pprovduta b’mod adegwat b’mezzi tat-trasport sabiex tkun tista’ tissodisfa r-rekwiżiti neċessarji tas-servizz pubbliku, kienet iġġarrab fit-twettiq ta’ dawk l-obbligi. Għal dan l-għan, jenħtieġ li jitqiesu d-dħul rilevanti u profitt raġonevoli għat-twettiq tal-obbligi. |
|
(220) |
Fil-Komunitajiet Awtonomi fejn ġiet organizzata sejħa għall-offerti pubblika għall-estensjoni tal-kopertura u din is-sejħa ma kinitx konformi mal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika u, b’mod partikolari, ma kinitx iġġustifikata minn xi tqabbil minn qabel tal-kostijiet, proċedura bħal din ma tistax titqies li tissodisfa r-raba’ kriterju ta’ Altmark . Sejħa għall-offerti li – mingħajr ebda raġuni valida – tfixkel il-parteċipazzjoni ta’ ċerti operaturi interessati ma tistax titqies miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja (139). Peress li s-sejħiet għall-offerti saru apposta għall-operaturi terrestri, operaturi ta’ pjattaformi oħrajn – li setgħu wettqu l-estensjoni tal-kopertura – qiesu li huma stess kienu awtomatikament esklużi mill-proċedura. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li fl-oqsma fejn ġiet organizzata sejħa għall-offerti pubblika bi ksur tal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika, ir-raba’ kundizzjoni ta’ Altmark ma tistax titqies bħala ssodisfata bl-eżistenza ta’ sejħa għall-offerti. |
|
(221) |
Fil-każ tal-Pajjiż Bask fejn ma kien hemm l-ebda offerta, l-awtoritajiet Baski jargumentaw li l-kriterju huwa ssodisfat minħabba l-fatt li Itelazpi nnifisha hija kumpanija mmexxija tajjeb u mgħammra kif xieraq sabiex twettaq l-attivitajiet mitlubin. Fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-kostijiet, l-awtoritajiet Baski jikkonkludu li d-dispożizzjoni satellitari kienet tkun aktar għalja mill-aġġornar tan-network terrestri ta’ Itelazpi (140). Madankollu, sabiex jiġi ssodisfat ir-raba’ kriterju ta’ Altmark, tqabbil mat-teknoloġija satellitari ma huwiex biżżejjed sabiex jiġi stabbilit li Itelazpi hija effiċjenti. Seta’ kien hemm ukoll operaturi terrestri oħrajn li setgħu jwettqu dan is-servizz b’kost aktar baxx. |
|
(222) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż li fil-każ tal-Pajjiż Bask ukoll, ir-raba’ kundizzjoni ta’ Altmark ma ġietx issodisfata. Minħabba li dawn il-kundizzjonijiet huma kumulattivi, ma jistax jitqies li l-finanzjament mogħti lil Itelazpi mill-awtoritajiet tal-Pajjiż Bask ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat minħabba li jissodisfa l-kundizzjonijiet sabiex jitqies bħala kumpens għall-forniment ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali. |
|
(223) |
Fir-rigward tal-każijiet l-oħrajn fejn ma kien hemm l-ebda offerta, l-awtoritajiet Spanjoli ma pprovdew l-ebda analiżi tal-kostijiet li kienet iġġarrab impriża tipika, immexxija tajjeb u pprovduta b’mod adegwat b’mezzi sabiex tissodisfa r-rekwiżiti tas-servizz pubbliku. |
6.2.1.5. Tfixkil tal-kompetizzjoni
|
(224) |
Spanja u Abertis isostnu li d-DTT u t-teknoloġija satellitari huma żewġ swieq differenti. Id-DTT hija l-pjattaforma ewlenija għat-televiżjoni terrestri mingħajr ħlas fejn in-numru ta’ operaturi fis-suq nazzjonali jiġi ddeterminat min-numru ta’ liċenzji mogħtijin mill-gvern Spanjol. Il-finanzjament għall-istazzjonijiet tat-televiżjoni terrestri mingħajr ħlas jiġi mir-reklamar. Fir-rigward tat-televiżjoni satellitari, hemm numru kbir ta’ stazzjonijiet disponibbli fuq l-unika pjattaforma tat-televiżjoni bi ħlas fi Spanja, li għaliha Astra hija l-operatur tan-network. Dawn l-istazzjonijiet huma ffinanzjati minn abbonamenti, ġeneralment għal pakkett ta’ stazzjonijiet. L-awtoritajiet Spanjoli jindikaw ukoll li fi Spanja l-kost tad-distribuzzjoni satellitari għax-xandara hija ħafna ogħla mill-kost tax-xandir terrestri u, għalhekk, ix-xandara ta’ stazzjonijiet mingħajr ħlas, inklużi x-xandara reġjonali u lokali, ma humiex interessati li jaqilbu għal din il-pjattaforma. |
|
(225) |
Għal diversi raġunijiet, huwa konkluż li l-pjattaformi terrestri u satellitari joperaw fl-istess suq. |
|
(226) |
L-ewwel nett, fl-2008 Astra kkompetiet għall-estensjoni tal-kopertura tat-televiżjoni diġitali f’Cantabria u rebħet is-sejħa għall-offerti. Fl-2008, Astra kellha serje ta’ laqgħat mal-Komunitajiet Awtonomi sabiex tippreżenta l-offerta tagħha sabiex ixxandar stazzjonijiet tat-televiżjoni diġitali, li sa dak iż-żmien kienu jixxandru permezz tal-pjattaforma terrestri. Minkejja li l-kuntratt ma’ Cantabria aktar tard ġie tterminat mill-awtoritajiet, l-interess tal-operatur satellitari li jipprovdi servizzi f’kompetizzjoni mal-pjattaforma terrestri jissuġġerixxi li hemm possibbiltà għall-operaturi satellitari li jipprovdu servizzi simili. |
|
(227) |
It-tieni, l-operatur satellitari Hispasat (sussidjarja ta’ Abertis) jipprovdi servizzi f’xi partijiet taż-Żona II (141) u l-pjattaforma satellitari tintuża esklussivament fiż-Żona III. Stati Membri oħrajn jużaw ukoll servizzi satellitari sabiex ikopru żoni aktar remoti tal-pajjiżi tagħhom bl-istazzjonijiet mingħajr ħlas (142). |
|
(228) |
It-tielet, diversi stazzjonijiet pubbliċi u privati distribwiti permezz tal-pjattaforma terrestri, u li jilħqu l-pajjiż kollu, jixxandru wkoll permezz ta’ pjattaformi satellitari, inkluża Astra stess (143). |
|
(229) |
Ir-raba’, fir-rigward tal-istazzjonijiet reġjonali, xi wħud minnhom huma disponibbli jew kienu disponibbli fil-passat reċenti permezz tal-pjattaforma satellitari. Dan jikkontradixxi d-dikjarazzjoni li x-xandara reġjonali ma humiex interessati fis-satellita. |
|
(230) |
Il-ħames, il-Kummissjoni tinnota wkoll l-argument ta’ Astra dwar il-kapaċità tas-satellita li twassal 1 380 stazzjon u li tiddelimitahom ġeografikament. Astra ssostni li ma hemm l-ebda limitazzjoni għas-satellita sabiex ixxandar numru bħal dan ta’ stazzjonijiet. Barra minn hekk, iċ-ċifra ta’ 1 380 stazzjon reġjonali tidher li hija minfuħa. Filwaqt li dan huwa n-numru massimu ta’ frekwenzi disponibbli fi Spanja kollha għall-istazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali, in-numru ta’ liċenzji mogħtijin kien fil-fatt ħafna aktar baxx (ara n-nota 24 f’qiegħ il-paġna). Barra minn hekk, mhux ix-xandara kollha li rċivew liċenzja effettivament ixandru fuq il-frekwenzi assenjati. |
|
(231) |
Is-sitt, xi xandara ddikjaraw preferenza għat-trażmissjoni terrestri minħabba li kisbu drittijiet għax-xandir tal-kontenut biss għall-pjattaforma terrestri. Madankollu, dan ma jfissirx li hemm swieq differenti għat-trażmissjoni terrestri u satellitari. Peress li kisbu drittijiet tal-kontenut għall-pjattaforma terrestri, jekk ikun neċessarju, ix-xandara jistgħu jagħmlu l-istess għas-satellita. Barra minn hekk, jekk pjattaforma satellitari tintgħażel fuq il-bażi ta’ sejħa għall-offerti pubblika, bħal fil-każ taż-Żona III, jista’ jiġi impost “obbligu ta’ trażmissjoni” fuq ix-xandara. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 31 tal-Liġi Ġenerali 7/2010 dwar is-servizzi tal-media awdjoviżiva, id-detenturi tal-liċenzja tas-servizzi tal-media awdjoviżiva huma meħtieġa jinnegozjaw il-bejgħ tal-istazzjonijiet ewlenin tax-xandir tagħhom lil fornituri ta’ servizzi tax-xandir televiżiv li jużaw kwalunkwe teknoloġija. Ix-xandara għandhom obbligu li jinnegozjaw mal-operaturi tal-pjattaformi u kwalunkwe tilwima li tirriżulta minn tali negozjati tista’ titressaq quddiem is-CNMC (ara l-premessa (184)). |
|
(232) |
Fl-aħħar nett, skont id-data minn Mejju 2010 (144), il-kopertura tad-DTT fi Spanja tilħaq it-98.85 % tal-popolazzjoni filwaqt li 93,5 % biss tal-unitajiet domestiċi jaraw it-televiżjoni permezz tal-pjattaforma terrestri. Għalhekk, 5 % tal-unitajiet domestiċi għandhom aċċess għad-DTT iżda jagħżlu li ma jużawhiex, peress li l-biċċa l-kbira tagħhom huma abbonati għat-televiżjoni bi ħlas permezz tas-satellita. |
|
(233) |
Bħala konklużjoni, peress li l-pjattaformi tax-xandir satellitari u terrestri huma f’kompetizzjoni ma’ xulxin, il-miżura għat-tnedija u għall-operat u għall-manutenzjoni tad-DTT fiż-Żona II tinvolvi tfixkil tal-kompetizzjoni bejn iż-żewġ pjattaformi. Ta’ min jinnota li pjattaformi oħrajn, speċjalment l-IPTV, huma żvantaġġati wkoll minħabba l-miżura. Għalkemm il-broadband għadu ma laħqux iż-Żona II kollha, huwa probabbli ħafna li fil-futur se jestendi l-kopertura tiegħu b’mod sinifikanti. |
6.2.1.6. Effett fuq il-kummerċ
|
(234) |
Il-miżura għandha impatt fuq il-kummerċ intra-Unjoni. Skont il-ġurisprudenza tal-Qrati tal-Unjoni, meta “għajnuna finanzjarja mill-Istat jew għajnuna mir-riżorsi tal-Istat issaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża meta mqabbla ma’ impriżi li jikkompetu fil-kummerċ intra-Komunitarju, dawn tal-aħħar jeħtiġilhom jitqiesu bħala affettwati minn dik l-għajnuna” [traduzzjoni mhux uffiċjali] (145). |
|
(235) |
L-operaturi tan-network huma attivi f’settur li fih jeżisti l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Abertis tagħmel parti minn grupp internazzjonali ta’ kumpaniji li jikkompetu fil-kummerċ intra-Komunitarju, u hekk ukoll l-ilmentatur, Astra. Għalhekk, il-miżura għat-tnedija u għall-operat u għall-manutenzjoni tad-DTT fiż-Żona II taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
6.2.2. Konklużjoni dwar il-preżenza tal-għajnuna
|
(236) |
Fid-dawl tal-argumenti mressqin hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-miżura tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-miżura trid titqies bħala għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
6.3. Valutazzjoni tal-kompatibbiltà
6.3.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
|
(237) |
Il-Kummissjoni tappoġġa b’mod attiv it-tranżizzjoni mix-xandir analogu għax-xandir diġitali. Il-vantaġġi tal-bidla diġitali ġew enfasizzati fil-Pjan ta’ Azzjoni eEurope 2005 u fiż-żewġ Komunikazzjonijiet dwar il-bidla diġitali (146). Il-Kummissjoni tirrikonoxxi wkoll li l-bidla diġitali tista’ tiġi ttardjata jekk titħalla kompletament f’idejn il-forzi tas-suq. |
|
(238) |
L-Istati Membri jistgħu jużaw l-għajnuna sabiex jegħlbu falliment speċifiku tas-suq jew sabiex jiżguraw koeżjoni soċjali jew reġjonali (147). Madankollu, irid jintwera f’kull każ speċifiku li l-għajnuna inkwistjoni tkun strument xieraq sabiex tiġi indirizzata l-problema, tkun limitata għall-minimu neċessarju u ma tfixkilx il-kompetizzjoni bla bżonn. Bl-istess mod, il-Komunikazzjoni dwar il-Bidla tipprovdi li fil-qasam speċifiku tad-diġitalizzazzjoni, l-intervent pubbliku jkun iġġustifikat taħt żewġ kundizzjonijiet: l-ewwel nett, fejn ikunu involuti interessi ġenerali; it-tieni, fil-każ ta’ falliment tas-suq, jiġifieri, il-forzi tas-suq waħedhom ma jkunux suffiċjenti f’termini ta’ benesseri kollettiv. Tispeċifika wkoll li, fi kwalunkwe każ, l-intervent pubbliku jenħtieġ li jkun appoġġat minn analiżi tajba tas-suq. |
|
(239) |
Il-Komunikazzjoni dwar il-Bidla tindika wkoll li t-tranżizzjoni għax-xandir diġitali tirrappreżenta sfida industrijali ewlenija li trid titmexxa mis-suq. Fil-prinċipju, jenħtieġ li kull network jikkompeti bil-vantaġġi tiegħu stess. Sabiex jiġi ssalvagwardjat dan il-prinċipju, jenħtieġ li kwalunkwe intervent pubbliku jkollu l-għan li jkun teknoloġikament newtrali. Eċċezzjonijiet minn dan il-prinċipju jistgħu jiġu previsti biss jekk l-intervent jimmira lejn falliment jew żbilanċ speċifiku tas-suq u fl-istess ħin ikun xieraq, neċessarju u proporzjonat sabiex jegħleb dawn id-diffikultajiet. |
|
(240) |
Jekk jitħallew f’idejn is-suq, fid-dawl tas-sitwazzjoni soċjali żvantaġġata tagħhom, hemm riskju li mhux il-partijiet kollha tal-popolazzjoni jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-vantaġġi tat-televiżjoni diġitali. Fir-rigward ta’ din il-problema ta’ koeżjoni soċjali, l-Istati Membri jaf jaqblilhom jiżguraw li ċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess għat-televiżjoni diġitali ladarba tintefa t-televiżjoni analoga. Peress li l-bidla diġitali tinvolvi kostijiet għall-konsumaturi u teħtieġ bidla fid-drawwiet, l-Istati Membri jaf ikun jaqblilhom jgħinu b’mod partikolari lill-gruppi żvantaġġati tas-soċjetà bħall-anzjani, il-familji bi dħul baxx jew il-persuni li jgħixu f’reġjuni periferali. |
|
(241) |
F’diversi deċiżjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat, fuq il-bażi tal-Komunikazzjonijiet dwar il-bidla diġitali, il-Kummissjoni applikat ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat f’dan is-settur (148). L-Istati Membri għandhom diversi possibbiltajiet sabiex jagħtu finanzjament pubbliku għall-bidla bl-għan li jiżguraw li ż-żoni ġeografiċi kollha jkomplu jkollhom kopertura tat-televiżjoni xierqa. Dan jinkludi finanzjament għat-tnedija ta’ network ta’ tranżmissjoni f’oqsma fejn, kieku, ma jkunx hemm kopertura tat-televiżjoni suffiċjenti (149). Madankollu, tali finanzjament jista’ jingħata biss jekk ma jkunx jinvolvi tfixkil bla bżonn bejn it-teknoloġiji jew il-kumpaniji u jkun limitat għall-minimu neċessarju. |
6.3.2. Bażi ġuridika għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżura prevista
|
(242) |
L-awtoritajiet Spanjoli invokaw l-Artikoli 107(3)(c) u 106(2) tat-TFUE sabiex jiġġustifikaw il-miżura jekk jinstab li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat f’konformità mal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Hawn taħt, il-Kummissjoni tivvaluta l-kompatibbiltà tal-miżura fid-dawl ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, filwaqt li tqis il-kunsiderazzjonijiet ġenerali deskritti hawn fuq. |
6.3.3. L-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE
|
(243) |
Sabiex l-għajnuna tkun kompatibbli skont l-artikolu 107(3)(c), il-Kummissjoni tibbilanċja l-effetti pożittivi u negattivi tal-għajnuna. Meta tapplika t-test tal-ibbilanċjar, il-Kummissjoni tivvaluta l-mistoqsijiet li ġejjin:
|
6.3.3.1. Objettiv ta’ interess komuni
|
(244) |
L-iskema ta’ għajnuna għandha l-għan li tħaffef il-proċess tal-bidla diġitali fi Spanja u li tiżgura l-kontinwità tar-riċevuta tat-televiżjoni lir-residenti ta’ ċerti żoni remoti u rurali. F’dan ir-rigward, il-miżura hija mmirata sabiex tippermetti lin-nies li jgħixu f’dawk iż-żoni jaraw it-televiżjoni. L-aċċess għall-media, inkluża t-trażmissjoni tat-televiżjoni, huwa importanti għaċ-ċittadini sabiex jeżerċitaw id-dritt kostituzzjonali tagħhom li jaċċessaw l-informazzjoni. Il-Kummissjoni għarfet l-importanza u l-benefiċċji tat-trażmissjoni diġitali fil-Pjan ta’ Azzjoni eEurope 2005 (150) kif ukoll fiż-żewġ Komunikazzjonijiet tagħha dwar it-tranżizzjoni mix-xandir analogu għax-xandir diġitali (151). Barra minn hekk, fil-Komunikazzjoni tagħha i2010 – Soċjetà tal-informazzjoni Ewropea għat-tkabbir u għall-impjiegi (152), il-Kummissjoni indikat li t-tifi ppjanat tat-televiżjoni terrestri analoga sal-2012 kien se jtejjeb l-aċċess għall-ispettru fl-Ewropa. Peress li x-xandir diġitali juża l-ispettru b’mod aktar effiċjenti, dan jillibera kapaċità tal-ispettru għal utenti oħrajn, bħal servizzi ġodda tax-xandir u tat-telefonija mobbli, li min-naħa tagħhom jistimolaw l-innovazzjoni u t-tkabbir fl-industriji tat-televiżjoni u tal-komunikazzjoni elettronika. |
|
(245) |
Għalhekk, huwa konkluż li l-miżura hija mmirata lejn objettiv definit sew ta’ interess komuni. |
6.3.3.2. Għajnuna definita sew
Falliment tas-suq
|
(246) |
Kif iddikjarat mill-awtoritajiet Spanjoli, huwa ġeneralment rikonoxxut li hemm riskju li mhux is-setturi kollha tal-popolazzjoni jistgħu jibbenefikaw mill-vantaġġi tat-televiżjoni diġitali (il-problema ta’ koeżjoni soċjali u reġjonali). Falliment tas-suq jista’ jkun jeżisti fejn l-atturi tas-suq ma jqisux biżżejjed l-effetti pożittivi tal-bidla diġitali fuq is-soċjetà kollha kemm hi minħabba li ma jkollhomx l-inċentivi ekonomiċi sabiex jagħmlu dan (esternalitajiet pożittivi). Barra minn hekk, fir-rigward tal-koeżjoni soċjali, l-Istati Membri jaf jaqblilhom jiżguraw li ċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess għat-televiżjoni diġitali ladarba t-televiżjoni analoga tintefa u, għalhekk, jistgħu jikkunsidraw ukoll miżuri li jiżguraw li ż-żoni ġeografiċi kollha jkomplu jkollhom kopertura tat-televiżjoni xierqa. |
|
(247) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni għarfet li hemm falliment tas-suq fis-sens li x-xandara ma humiex lesti jġarrbu l-kostijiet addizzjonali tal-estensjoni tal-kopertura lil hinn mill-obbligi statutorji tagħhom. Barra minn hekk, la l-pjattaformi satellitari u lanqas l-unitajiet domestiċi privati ma wettqu investimenti sabiex jiżguraw ir-reception ta’ stazzjonijiet diġitali permezz tas-satellita mill-abitanti kollha taż-Żona II. Għalhekk, il-Kummissjoni tagħraf li n-nies li r-residenza abitwali tagħhom tkun f’żona rurali jistgħu jiġu esklużi totalment mir-reception tas-sinjali tat-televiżjoni diġitali mingħajr ħlas jekk il-kopertura diġitali titħalla kompletament f’idejn il-forzi tas-suq u li l-intervent pubbliku jista’ jkun ta’ benefiċċju permezz ta’ appoġġ finanzjarju lill-individwi. |
In-newtralità teknoloġika, l-adegwatezza u l-proporzjonalità tal-miżura
|
(248) |
F’każijiet ta’ bidla diġitali, il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika huwa stabbilit sew f’diversi deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (153). Dan ġie kkonfermat mill-Qorti Ġenerali u mill-Qorti tal-Ġustizzja (154). |
|
(249) |
Jenħtieġ li, normalment, l-għażla tat-teknoloġija tiġi stabbilita permezz ta’ sejħa għall-offerti teknoloġikament newtrali, kif ġara fi Stati Membri oħrajn (155). Kif indikat fit-taqsima 2.2, il-maġġoranza l-kbira tas-sejħiet għall-offerti ma kinux teknoloġikament newtrali, peress li jirreferu jew b’mod espliċitu permezz tad-definizzjoni tal-oġġett tas-sejħa għall-offerti u/jew b’mod impliċitu, fid-deskrizzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, għat-teknoloġija terrestri u għad-DTT. Huma biss l-operaturi tad-DTT li setgħu jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti (u fil-fatt dawn l-operaturi biss ipparteċipaw f’dawn is-sejħiet għall-offerti). Spanja targumenta li r-referenzi għas-sejħa għall-offerti għad-DTT, jew l-ispeċifikazzjonijiet li jirreferu għat-tagħmir u għaċ-ċentri ta’ trażmissjoni tad-DTT ma jfissrux li l-użu ta’ dawn iċ-ċentri kien obbligatorju għall-offerenti. Dawn ir-referenzi ma jistgħux jiġu interpretati b’mod raġonevoli kif indikat minn Spanja. |
|
(250) |
L-ewwel nett, skont l-Istudju ta’ Itelazpi tal-2019, il-politika tal-gvern Spanjol kienet imponiet restrizzjoni fuq iż-Żona II, li kienet teħtieġ l-użu tad-DTT. L-Istudju ta’ Itelazpi tal-2019 jiddikjara li sabiex jopera teknoloġija oħra, gvern reġjonali kien ikollu jiddiskuti mal-gvern nazzjonali t-tneħħija ta’ din ir-restrizzjoni għaż-Żona II (156). L-ebda gvern reġjonali ma għamel tentattiv sabiex jiddiskuti tali tneħħija tar-restrizzjoni. |
|
(251) |
It-tieni, il-preferenza tal-gvern ċentrali Spanjol għat-teknoloġija tad-DTT u r-referenzi fis-sejħiet għall-offerti għad-DTT żammew lil kwalunkwe offerent milli jagħmel proposta bbażata fuq soluzzjoni teknoloġika oħra. Għalhekk, l-argument formali tal-gvern Spanjol jinjora r-realtà kummerċjali. Il-parteċipazzjoni fis-sejħiet għall-offerti hija intensiva fir-riżorsi u, għalhekk, tiswa ħafna flus għal kwalunkwe offerent. Il-qsim tal-intervent fiż-Żona II f’diversi mijiet ta’ sejħiet għall-offerti individwali mmultiplika l-kostijiet, li jammontaw għal ostaklu sinifikanti għad-dħul għal kwalunkwe offerent li kien jixtieq ikopri ż-Żona II kollha. Għalhekk, il-kombinazzjoni ta’ interventi tal-gvern ċentrali favur it-teknoloġija tad-DTT, kif spjegat fil-premessi (138) u (139), tar-referenzi speċifiċi fis-sejħiet għall-offerti għad-DTT u l-ħtieġa li wieħed jidħol f’mijiet ta’ proċeduri differenti ta’ sejħiet għall-offerti bagħtu sinjal qawwi lil operaturi ta’ pjattaformi oħrajn li l-parteċipazzjoni f’sejħiet għall-offerti bħal dawn ma tkunx kummerċjalment ġustifikata. Għalhekk, huwa konkluż li dawn ir-referenzi fil-maġġoranza l-kbira tal-każijiet għamluha impossibbli għall-operaturi ta’ pjattaformi oħrajn li jikkompetu (157). |
|
(252) |
Il-vantaġġ ta’ sejħa għall-offerti teknoloġikament newtrali huwa li l-aġenzija li tagħti l-għajnuna kienet tkun tista’ tagħżel bejn offerti differenti, inklużi skontijiet possibbli offruti mill-offerenti. Min-naħa l-oħra, l-injorar ta’ tali proċedura tal-offerti jista’ jkun iġġustifikat jekk studju ex ante juri li, filwaqt li jitqiesu l-iskontijiet possibbli kollha li jistgħu jiġu previsti minn offerenti potenzjali, kwalunkwe teknoloġija oħra tkun b’mod ċar aktar għalja jew ma tkunx tissodisfa r-rekwiżiti kwalitattivi essenzjali (158). Jenħtieġ li tali studju dwar il-kostijiet jitwettaq minn espert indipendenti u jrid jissodisfa ċerti rekwiżiti tal-kwalità (jenħtieġ li juri differenza sinifikanti fil-kostijiet, ir-riżultati tal-istudju jridu jkunu robusti u d-data trid tkun verifikabbli). F’dak il-każ, l-awtorità tkun tista’ tevita l-kost u t-telf ta’ żmien li twettaq minn proċedura tal-offerti pubblika (159). |
|
(253) |
Dan jgħodd aktar u aktar fil-każ attwali, peress li fl-2008 l-operatur satellitaru Astra diġà kien rebaħ sejħa għall-offerti fir-Reġjun Awtonomu ta’ Cantabria billi għeleb offerenti oħrajn (ara l-premessa (13)). Peress li dik is-sejħa għall-offerti kienet teknoloġikament newtrali, din tipprovdi evidenza li f’dak iż-żmien x’aktarx li d-DTT ma kellhiex tali vantaġġ meħtieġ fil-kost jew fil-kwalità. Barra minn hekk, it-teknoloġija satellitari tintuża għat-trażmissjoni fiż-Żona III kollha u fiż-Żona II bħala servizz ta’ appoġġ għall-infrastruttura tad-DTT (160). Dan ukoll jidher li jindika li fil-prinċipju t-teknoloġija satellitari hija adattata għat-trażmissjoni tas-sinjali tat-televiżjoni fiż-Żona II. |
|
(254) |
Kontra dik l-evidenza li tikkontradixxi s-suppożizzjoni li t-teknoloġija tad-DTT ikollha vantaġġ ċar fil-kostijiet, jenħtieġ li studju dwar il-ispejjeż li jappoġġa deċiżjoni li tiffavorixxi soluzzjoni teknoloġika partikolari billi tiġi evitata sejħa għall-offerti teknoloġikament newtrali, ikun partikolarment inekwivokabbli. Jenħtieġ li jissodisfa mill-inqas il-ħames kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: (1) l-istudju jrid jitwettaq ex ante (161), (2) jenħtieġ li jitwettaq minn espert indipendenti, (3) jenħtieġ li juri differenza sinifikanti fil-kostijiet (162), (4) ir-riżultati jridu jkunu robusti (163) u (5) id-data trid tkun verifikabbli. |
|
(255) |
Matul l-investigazzjoni, l-awtoritajiet Spanjoli ppreżentaw diversi studji dwar il-kostijiet li allegatament juru li l-użu tat-teknoloġija tad-DTT ikun jiswa inqas mill-użu tat-teknoloġija satellitari. Dawn il-paraguni kollha tal-kostijiet ibatu mill-fatt li jiffokaw biss fuq il-kost tal-installazzjoni. Il-biċċa l-kbira tagħhom ma jqisux il-kost tal-Operat u tal-Manutenzjoni (O&D) affattu. Madankollu, wara t-tnedija tad-DTT, sar ċar li l-użu tat-teknoloġija msemmija l-aħħar ipproduċa nefqiet sinifikanti għall-O&D li l-awtoritajiet Spanjoli ffinanzjaw billi taw għajnuna kontinwa għall-O&D lill-operaturi tad-DTT (sal-lum). Jenħtieġ li tqabbil tal-kostijiet ta’ teknoloġiji differenti jqis il-kost rilevanti kollu, jiġifieri inkluża wkoll tali nefqa fuq l-O&D. |
|
(256) |
L-Istudju ex ante tal-2007 ta’ Spanja, kif diskuss fil-premessa (119), ma jurix biżżejjed is-superjorità tal-pjattaforma terrestri fuq is-satellita. Għall-kuntrarju, l-istudju jikkonkludi li l-għażla ta’ soluzzjoni teknoloġika partikolari għall-estensjoni tal-kopertura għandha tiġi analizzata fuq bażi ta’ reġjun b’reġjun, filwaqt li jitqiesu l-partikolaritajiet topografiċi u demografiċi ta’ kull reġjun. Minflok, din il-konklużjoni tappoġġa l-ħtieġa li titwettaq sejħa għall-offerti teknoloġikament newtrali sabiex jiġi ddeterminat liema pjattaforma tkun l-aktar xierqa. Il-Qorti Ġenerali kkonfermat li l-Istudju ta’ Spanja tal-2007 ma weriex biżżejjed is-superjorità tal-pjattaforma terrestri fuq il-pjattaforma satellitari. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali sostniet li l-analiżi mwettqa fl-Istudju ta’ Spanja tal-2007 ma kinitx tiġġustifika n-nuqqas ta’ osservazzjoni tal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika (164). |
|
(257) |
Matul l-investigazzjoni, xi wħud mill-Komunitajiet Awtonomi ppreżentaw kalkoli interni li jqabblu l-kostijiet tal-użu taż-żewġ teknoloġiji sabiex tiġi estiża l-kopertura. Madankollu, minbarra l-inċertezza dwar id-data ta’ dawn il-kalkoli (165), l-ebda wieħed minnhom ma kien dettaljat u robust biżżejjed sabiex jiġġustifika l-għażla tat-teknoloġija terrestri għall-estensjoni tal-kopertura (166). Barra minn hekk, l-ebda wieħed minnhom ma twettaq minn espert indipendenti. F’Novembru 2010, ir-Reġjun Awtonomu ta’ Galicia rrapporta dwar laqgħat li saru ma’ Astra fl-2009 u pprovda tqabbil tal-kostijiet li kien jinkludi data pprovduta minn ASTRA f’dawn id-diskussjonijiet. Dak it-tqabbil tal-kostijiet kien soġġett għall-appell ippreżentat mir-Reġjun Awtonomu ta’ Galicia kontra d-Deċiżjoni tal-2013 u l-Qorti Ġenerali ma aċċettatx dawn il-kalkoli bħala li jiġġustifikaw li t-teknoloġija terrestri kienet superjuri għat-teknoloġija satellitari (167). Dak it-tqabbil tal-kostijiet ma jikkunsidrax il-kost tal-forniment tat-tagħmir tar-riċevuta tad-DTT min-naħa tal-klijenti finali. Dawn il-kostijiet huma sinifikanti, peress li l-bidla għad-DTT kienet teħtieġ li kull unità domestika tirċievi antenna u dekowder. |
|
(258) |
Fir-rigward taż-żewġ studji dwar il-kostijiet sottomessi minn Cellnex (Abertis), ta’ min jinnota li dawn twettqu fl-2010, ferm wara li ddaħħlu fis-seħħ il-miżuri investigati. Irrispettivament minn jekk jistgħux jitqiesu bħala indipendenti u robusti biżżejjed, il-fatt li huma sussegwenti għall-miżuri kkontestati jfisser li tali studji ma jistgħux jiġu ċċitati b’appoġġ għall-argument li l-gvern Spanjol naqas milli jorganizza sejħa għall-offerti teknoloġikament newtrali. Barra minn hekk, ir-riżultati ta’ dawn l-istudji huma kontraditti minn stimi tal-kostijiet ipprovduti minn Astra li allegatament juru li t-teknoloġija satellitari hija aktar kosteffettiva (168). |
|
(259) |
Studju ieħor ġie sottomess mill-awtoritajiet Spanjoli fit-8 ta’ Novembru 2012, u, għalhekk, aktar minn 4 snin wara li l-gvern Spanjol kien nieda għajnuna għall-infrastruttura tad-DTT (169) (“l-Istudju ta’ Spanja tal-2012”). Il-Kummissjoni tinnota li l-Istudju ta’ Spanja tal-2012 ġie sottomess fil-kuntest ta’ kawża oħra (170) u ġie rreġistrat f’dan il-każ fuq talba tal-awtoritajiet Spanjoli. L-istudju jqabbel il-kost tal-adattament tat-tagħmir tar-riċevuta tat-televiżjoni f’kull abitazzjoni, għall-popolazzjoni Spanjola kollha, bħala riżultat tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tad-“dividend diġitali”. L-Istudju ta’ Spanja tal-2012 ma huwiex rilevanti f’dan il-każ, peress li ma għandux x’jaqsam mal-estensjoni tal-kopertura tad-DTT fiż-Żona II jew ma’ kwalunkwe wieħed mill-kostijiet iffinanzjati mill-għajnuna li qed tiġi kkunsidrata. Barra minn hekk, it-twaqqit jipprevjeni li d-deċiżjoni tal-gvern favur id-DTT kienet ibbażata fuq l-Istudju ta’ Spanja tal-2012. Barra minn hekk, l-Istudju ta’ Spanja tal-2012 għandu wkoll in-nuqqas li ma jipprovdix is-sors tad-data. Għalhekk, id-data użata ma hijiex verifikabbli. |
|
(260) |
Ġew sottomessi aktar studji ex post fl-2019, jiġifieri madwar 10 snin wara li l-gvern Spanjol ħa l-miżuri sabiex iniedi d-DTT fiż-Żona II. L-Istudju ta’ Cataluña vvaluta t-teknoloġiji differenti previsti għall-forniment tat-televiżjoni diġitali fiż-Żona II. L-istudju huwa bbażat fuq data għas-sena 2008. L-istudju wasal għall-konklużjoni li l-aktar teknoloġiji vijabbli kienu terrestri u satellitari; u li bejn dawn iż-żewġ teknoloġiji t-teknoloġija tad-DTT kienet l-inqas għalja għaċ-ċittadini. |
|
(261) |
Dak l-istudju twettaq fl-2017, ħafna wara li daħlu fis-seħħ il-miżuri investigati. Il-fatt li huwa posterjuri għall-miżuri kkontestati jeskludi studju bħal dan milli jiġġustifika l-ommissjoni tal-gvern Spanjol ta’ sejħa għall-offerti teknoloġikament newtrali. Barra minn hekk, is-sejbiet tal-istudju ma humiex robusti (171). |
|
(262) |
Fit-13 ta’ Ġunju 2019, il-benefiċjarju tal-għajnuna għad-DTT tar-Reġjun Awtonomu tal-Pajjiż Bask, Itelazpi, ipprovda żewġ studji li allegatament juru li l-kost tal-forniment ta’ sinjali tat-televiżjoni diġitali permezz ta’ network tad-DTT huwa aktar kosteffiċjenti mill-forniment ta’ tali sinjali permezz ta’ network satellitari. L-ewwel studju kien tħejja għal Itelazpi fl-2015 filwaqt li t-tieni wieħed huwa mill-2019. |
|
(263) |
L-Istudju ta’ Itelazpi tal-2015 jistma l-kostijiet inkrementali tal-provvista ta’ kopertura għall-multiplessi nazzjonali permezz ta’ alternattivi tad-DTT u tas-satellita (esklużi s-servizzi reġjonali). L-istudju jeskludi l-kostijiet komuni kemm tas-servizzi nazzjonali kif ukoll dawk reġjonali, bħall-infrastruttura tas-siti eżistenti ta’ Itelazpi, il-ġestjoni u servizzi oħrajn ta’ appoġġ. Jinkludi tagħmir tat-trażmissjoni, kaxxi tad-dekowder għall-konsumatur u sistemi ta’ antenni komunali. |
|
(264) |
Barra minn hekk, dawn l-istudji tħejjew żmien twil wara li kienet ittieħdet id-deċiżjoni attwali. Għalhekk, irrispettivament mill-validità tar-riżultati tagħhom, huma ma jistgħux jittieħdu bħala bażi għall-għażla inizjali tal-gvern ta’ teknoloġija partikolari (172). Barra minn hekk, ir-riżultati tal-istudji dwar il-kostijiet huma prinċipalment xprunati minn suppożizzjonijiet sottostanti li ma humiex robusti (173). Lanqas ma jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti hawn fuq fil-premessa (254) (174). |
|
(265) |
Bħala konklużjoni, il-gvern Spanjol ma wettaqx sejħiet għall-offerti teknoloġikament newtrali. L-għażla tiegħu tat-teknoloġija tad-DTT ma kinitx ibbażata fuq studju indipendenti u robust ex ante li jiġġustifika n-nuqqas ta’ proċedura miftuħa tal-offerti. |
|
(266) |
Barra minn hekk, il-miżura investigata ma tistax titqies xierqa. |
|
(267) |
Il-fatt li xi unitajiet domestiċi fiż-Żona II jirċievu stazzjonijiet mingħajr ħlas permezz tas-satellita (175) juri li t-teknoloġija terrestri mhux dejjem tkun l-aktar pjattaforma effiċjenti u xierqa. Huwa nnotat ukoll li s-soluzzjoni satellitari ntużat f’xi Stati Membri oħrajn (176). |
|
(268) |
Barra minn hekk, il-fatt li Astra kkompetiet u ngħażlet bħala r-rebbieħ f’sejħiet għall-offerti teknoloġikament newtrali għall-estensjoni tal-kopertura tat-televiżjoni diġitali f’Cantabria jissuġġerixxi, tal-inqas, li l-pjattaforma satellitari tista’ tipprovdi dan is-servizz (177). |
|
(269) |
L-adegwatezza tal-miżura għadha qed tiġi kkontestata. Filwaqt li t-tranżizzjoni mit-televiżjoni analoga għad-DTT fil-banda ta’ 800 MHz tlestiet fi Spanja fit-3 ta’ April 2010, fl-2011 ġie deċiż li jiġu rkantati l-frekwenzi tal-banda ta’ 800 MHz. B’riżultat ta’ dan, kien neċessarju li x-xandiriet jiġu ttrasferiti għal stazzjonijiet oħrajn li jinsabu taħt is-790 MHz, mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2014. Minħabba li dan ħoloq kostijiet addizzjonali, fil-5 ta’ Novembru 2011 Spanja nnotifikat żewġ miżuri għall-unitajiet domestiċi u għax-xandara b’baġit ta’ EUR 600- 800 miljun fiż-Żona I. F’Awwissu 2016, il-Kummissjoni sabet li dawn il-miżuri kienu jikkostitwixxu għajnuna inkompatibbli (178). Tali kost ma kienx jirriżulta li kieku ntgħażlu pjattaformi oħrajn (IPTV, kejbil jew satellita). |
|
(270) |
Barra minn hekk, ġie indikat li s-servizzi mobbli l-ġodda (LTE, 4G) jużaw frekwenza li hija qrib l-ispettru użat mid-DTT u, għalhekk, dawn is-servizzi mobbli jistgħu jinterferixxu mas-sinjali tad-DTT, b’riżultat ta’ dan, l-unitajiet domestiċi jeħtieġ li jixtru filtri għaljin sabiex jipproteġu s-sinjal tad-DTT tagħhom minn din l-interferenza (179). Ma jistax jiġi eskluż li interferenzi simili huma problema aktar ġenerali li ddgħajjef l-adegwatezza futura tax-xandir terrestri, speċjalment fil-kuntest ta’ tnedija akbar u usa’ tan-networks tal-NGA. |
|
(271) |
Spanja ressqet żewġ argumenti oħrajn b’appoġġ tal-fehma li t-trażmissjoni satellitari tkun aktar għalja mid-DTT. L-ewwel nett, fil-ftehimiet tagħhom ma’ ċerti fornituri, ix-xandara għandhom restrizzjonijiet territorjali. Sabiex jiġi żgurat li tali aċċess kondizzjonali jkun aktar għali għat-teknoloġija satellitari. It-tieni, it-teknoloġija satellitari ma tkunx mgħammra sabiex ixxandar numru kbir ta’ stazzjonijiet reġjonali. Dawn l-allegazzjonijiet ma ġewx issostanzjati u huma mgiddbin mill-fatt li l-kuntratt ta’ Cantabria ta’ xandara kien fih sistema professjonali ta’ aċċess kondizzjonali. Barra minn hekk, skont il-kalkoli tal-kostijiet ta’ Astra, it-teknoloġija satellitari xorta tkun orħos anki jekk li kieku jkunu jridu jiġu konklużi ftehimiet separati ma’ kull wieħed mir-reġjuni Spanjoli. Fir-rigward tax-xandir reġjonali, Astra ssostni li n-numru tal-gvern Spanjol ta’ 1 380 stazzjon huwa tassew esaġerat (180). Mill-ġdid, skont il-kalkoli tagħha stess, l-għażla satellitari tkun orħos anki li kieku jiġu inklużi l-istazzjonijiet reġjonali u lokali. |
|
(272) |
Hemm ukoll evidenza li l-gvernijiet reġjonali kienu konxji li kienet teżisti alternattiva teknoloġika għall-estensjoni tal-pjattaforma terrestri. L-investigazzjoni żvelat li minn kmieni fil-proċess xi reġjuni ltaqgħu mar-rappreżentanti ta’ Astra. F’dawn il-laqgħat, Astra ppreżentatilhom proposta għal soluzzjoni satellitari, li, madankollu, ma ġietx esplorata aktar mill-gvernijiet reġjonali. |
|
(273) |
Fir-rigward tal-proporzjonalità, meta tfassal l-intervent għaż-Żona II, kien ikun xieraq li l-gvern ċentrali l-ewwel iwettaq tqabbil tal-kostijiet (jew sejħa għall-offerti) fil-livell nazzjonali. Peress li l-kost ewlieni tan-network satellitari jirriżulta mill-kapaċità satellitari tiegħu, din il-pjattaforma topera b’ekonomiji ta’ skala sinifikanti (181). In-negozjati ta’ Astra mal-gvernijiet reġjonali juru li hija offriet tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet jekk diversi reġjuni jidħlu f’kuntratt b’mod konġunt. Għalhekk, seta’ jkun mistenni aktar tnaqqis fil-prezzijiet li kieku twettqet sejħa għall-offerti nazzjonali. Minflok, bit-twettiq ta’ miżuri deċentralizzati u mhux armonizzati, xi drabi anke fil-livell muniċipali, teknoloġija b’ekonomiji ta’ skala bħal dawn diġà tqiegħdet fi żvantaġġ sinifikanti. B’riżultat ta’ dan, żdied l-ammont totali ta’ għajnuna mill-Istat neċessarja sabiex jiġu pprovduti servizzi tat-televiżjoni diġitali lill-unitajiet domestiċi fiż-Żona II. Filwaqt li hija r-responsabbiltà ta’ Spanja li tiddeċiedi dwar l-organizzazzjoni amministrattiva tagħha, meta tipprovdi finanzjament mill-gvern ċentrali, minflok ma jinsisti għall-użu tad-DTT, il-gvern Spanjol seta’ tal-inqas ħeġġeġ lill-Komunitajiet Awtonomi jqisu fis-sejħiet għall-offerti tagħhom l-effiċjenzi possibbli ta’ ffrankar tal-kostijiet li kienu disponibbli minn pjattaformi partikolari. |
|
(274) |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tqis li l-miżura investigata ma rrispettatx il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika. Kif spjegat hawn fuq, il-miżura ma hijiex proporzjonali u ma hijiex strument xieraq sabiex tiġi żgurata l-kopertura ta’ stazzjonijiet mingħajr ħlas lir-residenti taż-Żona II. Il-konklużjoni li l-miżura ma rrispettax il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika ġiet ikkonfermata mis-sentenzi fil-Kawżi T-462/13 (182), T-465/13 (183), T-487/13 (184), T-541/13 (185) u T-461/13 (186), liema sentenzi ġew ikkonfermati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-66/16 P sa C-69/16 P u fil-Kawża C-81/16 P. |
6.3.3.3. It-tħaddim u l-manutenzjoni tan-network
|
(275) |
Dwar il-finanzjament mogħti għall-operat u għall-manutenzjoni tan-networks sussidjati, wara t-tlestija tad-diġitalizzazzjoni u sal-perjodu indikat fit-taqsima 2.3 (jiġifieri sal-mument meta l-miżuri li qed jiġu investigati ġew immodifikati), peress li dan huwa anċillari għall-għajnuna għat-tnedija, ma jistax jitqies teknoloġikament newtrali. Dan ġie dirett lejn il-konservazzjoni taċ-ċentri li jxandru sinjal permezz ta’ pjattaformi terrestri. Għalhekk, għajnuna bħal din hija wkoll inkompatibbli. |
6.3.3.4. Evitar ta’ tfixkil bla bżonn
|
(276) |
Filwaqt li l-intervent pubbliku jista’ jkun ġustifikat fid-dawl tal-eżistenza ta’ ċerti fallimenti tas-suq u problemi possibbli ta’ koeżjoni, il-mod kif hija mfassla l-miżura jwassal għal tfixkil bla bżonn tal-kompetizzjoni. |
6.3.3.5. Konklużjoni dwar l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE
|
(277) |
Huwa konkluż li l-miżura investigata, inkluża l-għajnuna kontinwa, ma hijiex strument xieraq, neċessarju u proporzjonat sabiex jiġi rrimedjat il-falliment tas-suq identifikat. |
6.3.4. L-Artikolu 106(2) tat-TFUE
|
(278) |
L-eċċezzjoni tal-Artikolu 106(2) li tista’ tapplika għall-kumpens mill-Istat għall-kostijiet ta’ forniment ta’ servizz pubbliku ma tistax tiġi invokata la f’dan il-każ b’mod ġenerali, u lanqas fil-każ tal-Pajjiż Bask b’mod partikolari. Il-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet nazzjonali (jew reġjonali) għandhom jiddefinixxu b’mod ċar l-SGEI u jagħtuh bħala inkarigu lil impriża partikolari. Kif ivvalutat fil-premessi (198) sa (204), huwa meqjus li l-awtoritajiet Spanjoli u Baski ma ddefinewx b’mod ċar l-operat ta’ pjattaforma terrestri bħala servizz pubbliku. Din il-konklużjoni ġiet ikkonfermata mill-Qorti Ġenerali fil-Kawżi T-462/13 (187), T-465/13 (188), T-487/13 (189), T-541/13 (190) u T-461/13 (191). Barra minn hekk, is-sentenzi msemmijin ġew ikkonfermati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-66/16 P sa C-69/16 (192) u fil-Kawża C-81/16 (193). |
6.4. Għajnuna illegali ġdida
|
(279) |
Abertis tissuġġerixxi li t-tnedija tan-network tax-xandir terrestri fiż-Żona II kienet iffinanzjata kważi kompletament mir-reġjuni Spanjoli bl-użu ta’ fondi pubbliċi bbażati fuq leġiżlazzjoni li tmur lura għall-1982, jiġifieri qabel id-data tal-adeżjoni ta’ Spanja mal-Komunità Ekonomika Ewropea fl-1986. Għalhekk, skont Abertis, l-iskema tista’ titqies bħala parti mill-finanzjament pubbliku kontinwu tal-operat tan-networks terrestri lokali u, għalhekk, jenħtieġ li titqies bħala għajnuna eżistenti. |
|
(280) |
Il-finanzjament tal-estensjoni tan-network terrestri mir-reġjuni fil-fatt beda fil-bidu tas-snin 80, iżda f’dak iż-żmien ma kien hemm l-ebda xandar privat fis-suq. Għalhekk, l-infrastruttura estiża kienet taqdi biss il-ħtiġijiet tax-xandar pubbliku li, fi kwalunkwe każ, kellu l-obbligu li jipprovdi s-sinjal tiegħu lill-maġġoranza tal-popolazzjoni. Barra minn hekk, f’dak iż-żmien it-televiżjoni terrestri kienet l-unika pjattaforma għat-trażmissjoni tas-sinjal tat-televiżjoni fi Spanja. B’riżultat ta’ dan, l-estensjoni tal-uniku network disponibbli ma ħolqot l-ebda tfixkil tal-kompetizzjoni ma’ pjattaformi oħrajn. |
|
(281) |
Minn dak iż-żmien ’l hawn, il-leġiżlazzjoni u t-teknoloġija żviluppaw, u dan wassal għal pjattaformi tax-xandir ġodda u għal atturi ġodda fis-suq, b’mod partikolari xandara privati. Peress li l-benefiċjarju u ċ-ċirkostanzi ġenerali tal-finanzjament pubbliku nbidlu sostanzjalment, il-miżura investigata ma tistax titqies bħala bidla ta’ natura purament formali jew amministrattiva. Hija pjuttost bidla li taffettwa s-sustanza attwali tal-iskema oriġinali u, għalhekk, għandha titqies bħala skema ġdida ta’ għajnuna (194). Fi kwalunkwe każ, il-bidla mit-televiżjoni analoga għal diġitali saret possibbli biss minħabba l-avvanz teknoloġiku riċenti u, għalhekk, hija fenomenu ġdid. Għalhekk, l-awtoritajiet Spanjoli misshom innotifikaw din l-għajnuna l-ġdida. |
6.5. Konklużjoni
|
(282) |
Huwa meqjus li l-finanzjament mogħti minn Spanja (inkluża l-għajnuna mogħtija mill-Komunitajiet Awtonomi Spanjoli u mill-korporazzjonijiet lokali) lill-operaturi tan-network terrestri għall-aġġornar u għad-diġitizzazzjoni tan-network tagħhom sabiex jipprovdu stazzjonijiet tat-televiżjoni mingħajr ħlas fiż-Żona II jikkostitwixxi għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. L-għajnuna ma hijiex kompatibbli mas-suq komuni, peress li l-kriterji tan-newtralità teknoloġika ma ġewx irrispettati. Barra minn hekk, l-għajnuna ma ġietx innotifikata (195) lill-Kummissjoni kif meħtieġ mill-Artikolu 108(3) tat-TFUE u ġiet implimentata illegalment mingħajr awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni. Għalhekk, trid tiġi rkuprata mill-operaturi tan-network terrestri. |
|
(283) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna għall-operat u għall-manutenzjoni tan-network diġitizzat mogħtija mingħajr sejħiet għall-offerti jew wara sejħiet għall-offerti mhux teknoloġikament newtrali, mogħtija sal-perjodu indikat fit-taqsima 2.3 (jiġifieri sal-mument meta ġiet immodifikata l-iskema investigata) hija inkompatibbli wkoll. Barra minn hekk, din l-għajnuna ma ġietx innotifikata lill-Kummissjoni kif meħtieġ mill-Artikolu 108(3) tat-TFUE u ġiet implimentata illegalment mingħajr awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni. |
|
(284) |
Kwalunkwe għajnuna mill-Istat futura għall-manutenzjoni u għall-operat jeħtieġ li tiġi nnotifikata u trid tirrispetta l-prinċipju tan-newtralità teknoloġika. |
7. IRKUPRU
7.1. Il-ħtieġa li tiġi eliminata l-għajnuna
|
(285) |
Skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qrati tal-Unjoni, il-Kummissjoni hija kompetenti sabiex tiddeċiedi jekk l-Istat Membru kkonċernat għandux jabolixxi jew ibiddel l-għajnuna meta jkun sab li din tkun inkompatibbli mas-suq intern (196). Il-Qorti sostniet ukoll b’mod konsistenti li l-obbligu fuq Stat Membru li jabolixxi l-għajnuna li l-Kummissjoni tqisha inkompatibbli mas-suq intern huwa mfassal sabiex jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni kif kienet qabel (197). |
|
(286) |
F’dan il-kuntest, il-Qorti stabbiliet li dan l-objettiv jintlaħaq ġaladarba l-benefiċjarju jkun ħallas lura l-ammonti mogħtija permezz ta’ għajnuna illegali, b’hekk jitlef il-vantaġġ li jkun ibbenefika minnu fuq il-kompetituri tiegħu fis-suq intern, u tiġi restawrata s-sitwazzjoni ta’ qabel il-ħlas tal-għajnuna (198). |
|
(287) |
F’konformità mal-ġurisprudenza, l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 2015/1589 jiddikjara li “[fejn] jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f’każijiet ta’ għajnuna kontra l-liġi, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju.” |
|
(288) |
B’hekk, minħabba li l-finanzjament tad-diġitizzazzjoni tal-pjattaforma terrestri u l-manutenzjoni u l-operat sussegwenti ġew implimentati bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, u għandhom jitqiesu bħala għajnuna illegali u inkompatibbli, jenħtieġ li jiġu rkuprati sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienet teżisti fis-suq qabel l-għoti tagħhom. Jenħtieġ li l-irkupru jkopri ż-żmien mid-data meta l-għajnuna tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sal-irkupru effettiv. Jenħtieġ li l-ammont li għandu jiġi rkuprat ikollu l-imgħax sakemm ikun hemm irkupru effettiv, li għandu jiġi kkalkolat f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (199). |
7.2. Il-benefiċjarji tal-għajnuna mill-Istat u l-kwantifikazzjoni tal-għajnuna
|
(289) |
L-operaturi tal-pjattaformi huma benefiċjarji diretti fejn jirċievu direttament fondi għall-aġġornar u għall-estensjoni tan-networks tagħhom u għall-operat u għall-manutenzjoni. Meta l-għajnuna tkun tħallset lil impriżi pubbliċi li sussegwentement wettqu sejħiet għall-offerti għal estensjoni tal-kopertura, l-operatur tal-pjattaforma magħżul jitqies bħala l-benefiċjarju indirett. Jenħtieġ li l-għajnuna illegali u inkompatibbli tiġi rkuprata mill-operaturi tal-pjattaforma, kemm jekk ikunu benefiċjarji diretti kif ukoll jekk le. |
7.2.1. Kwalifika tas-sejħiet għall-offerti
|
(290) |
Sejħa għall-offerti teknoloġikament newtrali hija sejħa għall-offerti li tissodisfa żewġ kundizzjonijiet kumulattivi: (i) is-sejħa għall-offerti tirreferi b’mod espliċitu għall-estensjoni tal-kopertura tat-televiżjoni diġitali (u mhux għat-televiżjoni diġitali terrestri) u (ii) l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jaċċettaw teknoloġiji għajr dawk terrestri. Offerta ma tistax titqies teknoloġikament newtrali jekk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħha jkunu jeħtieġu x-xiri jew l-użu ta’ hardware għat-trażmissjoni jew għat-trasport ta’ sinjal diġitali terrestri tat-televiżjoni. |
|
(291) |
Fil-każijiet li fihom l-għajnuna illegali tkun ingħatat wara sejħa għall-offerti mhux teknoloġikament newtrali, l-Istat Membru jeħtieġlu jikkwalifika s-sejħiet għall-offerti bħala li jaqgħu fil-kategorija ta’ provvista ta’ hardware jew ta’ estensjoni tal-kopertura, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti hawn taħt. |
|
(292) |
Is-sejħiet għall-offerti għall-estensjoni tal-kopertura jinkarigaw lill-kumpanija rebbieħa bil-missjoni li tipprovdi (inkluż li tibni) network operattiv tad-DTT. Għal dan l-għan, il-kompiti neċessarji jinkludu d-disinn u l-inġinerija tan-network, it-trasport tas-sinjal, l-użu tan-network u l-provvista tat-tagħmir meħtieġ. Is-sejħiet għall-offerti għall-estensjoni tal-kopertura jinkludu wkoll il-każijiet li fihom isseħħ provvista ta’ tagħmir u l-operatur tan-network ikun intitolat jopera, juża jew jieħu vantaġġ minn dak it-tagħmir, irrispettivament mis-sjieda tat-tagħmir. Barra minn hekk, is-sejħiet għall-offerti għall-estensjoni tal-kopertura normalment jinkludu kuntratti anċillari relatati mad-diġitalizzazzjoni taċ-ċentri ta’ trażmissjoni jew mal-bini ta’ ċentri ġodda ta’ trażmissjoni (bħal pereżempju xogħlijiet ta’ adattament għad-djar, il-provvista tal-enerġija, “manutenzjoni stretta”, kuntratti ta’ lokazzjoni, studji dwar is-sikurezza u s-saħħa.) |
|
(293) |
F’sejħiet għall-offerti għall-provvista ta’ hardware, il-kumpanija rebbieħa hija mitluba tipprovdi t-tagħmir neċessarju għall-aġġornar tan-network. Għal dan l-għan, il-kompiti neċessarji jinkludu l-provvista, l-installazzjoni u l-attivazzjoni tat-tagħmir, kif ukoll it-taħriġ tal-persunal. Ma huwa meħtieġ l-ebda rkupru għal dawn is-sejħiet għall-offerti ta’ provvista ta’ tagħmir. Fi kliem ieħor, sempliċi fornituri ta’ hardware ma għandhom l-ebda obbligu li jħallsu lura l-għajnuna. Madankollu, kull meta sejħa għall-offerti tirriżulta fid-diġitizzazzjoni ta’ network terrestri eżistenti, inkluż, skont il-każ, il-forniment ta’ tagħmir li jiġi operat, jintuża jew jittieħed vantaġġ minnu minn operatur tan-network, dik l-għajnuna għandha tiġi rkuprata mingħand l-operatur tan-network, peress li dik is-sejħa għall-offerti jenħtieġ li tiġi kkwalifikata bħala sejħa għall-offerti għall-estensjoni tal-kopertura. |
|
(294) |
Peress li kklassifikat dawn is-sejħa għall-offerti għal estensjoni tal-kopertura, Spanja trid tirkupra l-għajnuna mogħtija wara sejħa għall-offerti mhux teknoloġikament newtrali. Minbarra s-sejħiet għall-offerti, li l-Kummissjoni stess tqis teknoloġikament newtrali, jekk Spanja tqis li sejħiet għall-offerti oħrajn jissodisfaw iż-żewġ kundizzjonijiet, hija tipprovdi lill-Kummissjoni d-dokumenti tas-sejħiet għall-offerti relatati. Eżempju Fost is-sejħa għall-offerti riveduti mill-Kummissjoni, sejħa għall-offerti organizzata mill-Komunità Awtonoma ta’ Extremadura hija pprovduta bħala eżempju ta’ sejħa għall-offerti mhux teknoloġikament newtrali għall-estensjoni tal-kopertura (200). Minkejja t-titlu tas-sejħa għall-offerti, li jirreferi biss għall-provvista ta’ hardware, l-oġġett tas-sejħa għall-offerti fil-fatt kien jinkludi d-disinn u l-użu tan-network (201). L-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti jagħmluha mhux teknoloġikament newtrali (202), minkejja t-tidħil ta’ klawżola li mal-ewwel daqqa t’għajn jidher li hija klawżola ta’ newtralità teknoloġika (203). Eżempju ieħor ta’ sejħa għall-offerti mhux teknoloġikament newtrali għall-estensjoni tal-kopertura huwa s-sejħa għall-offerti organizzata mill-impriża pubblika “Agencia de Informática y Comunicaciones de la Comunidad de Madrid” (AICCM) fil-Komunità Awtonoma ta’ Madrid (204). F’dan il-każ, kemm it-titlu kif ukoll il-kontenut tas-sejħa għall-offerti jimplikaw li hija sejħa għall-offerti għal estensjoni (205) mmirata biss lejn il-pjattaforma terrestri (206). |
|
(295) |
Is-sejħiet għall-offerti għandhom jiġu kkwalifikati mhux biss skont it-titlu tagħhom, iżda fuq kollox skont il-kontenut tagħhom, peress li t-titlu waħdu ma jippermettix li jiġi ddefinit b’mod ċar l-ambitu tagħhom. |
|
(296) |
Imbagħad, l-għajnuna mogħtija wara li jkunu saru sejħiet għall-offerti mhux newtrali għall-estensjoni tal-kopertura tkun soġġetta għall-irkupru. |
7.2.2. Benefiċjarji tal-għajnuna mill-Istat u rkupru
|
(297) |
Hawn taħt huma pprovduti l-kategoriji differenti ta’ benefiċjarji tal-għajnuna. Fuq il-bażi tal-informazzjoni li waslet mingħand Spanja, il-Komunitajiet Awtonomi u l-kategoriji ta’ għajnuna approssimati huma elenkati fit-tabelli. Billi Spanja ma pprovdietx informazzjoni sħiħa dwar il-benefiċjarji tal-għajnuna, Spanja jeħtiġilha tikklassifika lill-benefiċjarji fil-kategoriji differenti ta’ hawn taħt u tipprovdi lill-Kummissjoni bl-evidenza ta’ sostenn rilevanti. Kif diġà ġie enfasizzat fil-premessa (233), ir-reġim minnu nnifsu huwa diskriminatorju. |
|
(298) |
Barra minn hekk, il-maġġoranza l-kbira tas-sejħiet għall-offerti għall-estensjoni rrieżaminati mill-Kummissjoni ġew ikkwalifikati bħala li ma jirrispettawx il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika. Madankollu, il-Kummissjoni wriet ukoll li ma jistax jiġi eskluż li f’każijiet individwali eċċezzjonali is-sejħa għall-offerti kienet teknoloġikament newtrali. |
|
(299) |
Għalhekk, Spanja jeħtiġilha tindika u tipprovdi biżżejjed evidenza dwar sejħiet għall-offerti partikolari li kienu teknoloġikament newtrali, fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet speċifikati fil-premessa (294) ta’ hawn fuq. |
|
(300) |
Fejn il-Komunitajiet Awtonomi organizzaw sejħiet għall-offerti mhux newtrali għall-estensjoni tal-kopertura, bħal fil-każ ta’ Extremadura msemmija fl-eżempju ta’ hawn fuq, ir-rebbieħa ta’ tali sejħiet għall-offerti huma benefiċjarji diretti tal-għajnuna illegali soġġetta għall-irkupru. Is-somma li għandha tiġi rkuprata hija daqs l-ammont sħiħ li r-rebbieħa tas-sejħiet għall-offerti jirċievu għall-estensjoni, u għas-servizzi anċillari kollha (bħall-akkomodazzjoni, xogħlijiet ta’ adattament, il-provvista tal-enerġija, eċċ.), jekk ikun hemm. Sabiex jiġi evitat kwalunkwe dubju, fejn l-istess infrastruttura jew servizzi jservu jew servew kemm it-trażmissjoni ta’ stazzjonijiet privati fiż-Żona II kif ukoll ta’ stazzjonijiet pubbliċi fiż-Żona I, jenħtieġ li l-Awtoritajiet Spanjoli ma jeskludux l-irkupru minħabba l-użu doppju tal-infrastruttura jew tas-servizz iżda jenħtieġ li jidentifikaw l-ispiża pro quota relatata maż-Żona II u jirkupraw l-għajnuna kkonċernata. Mill-informazzjoni riċevuta minn Spanja, il-Kummissjoni sabet li (mill-inqas) il-Komunitajiet Awtonomi ta’ Andalucía, ta’ Extremadura, ta’ Murcia, ta’ La Rioja u l-Komunità ta’ Valencia wettqu sejħiet għall-offerti mhux newtrali għall-estensjoni tal-kopertura.
|
|
(301) |
Fil-każijiet fejn ingħatat għajnuna illegali għall-aġġornar tan-network terrestri lill-kunsilli tal-bliet li jaġixxu bħala operaturi tan-network, il-kunsilli tal-bliet huma benefiċjarji diretti tal-għajnuna. Is-somma li għandha tiġi rkuprata hija ugwali għall-ammont sħiħ riċevut mill-kunsilli tal-bliet mill-awtoritajiet ċentrali u reġjonali għall-estensjoni tal-kopertura tan-network tagħhom. Abbażi tal-informazzjoni riċevuta mingħand Spanja, il-Kummissjoni sabet li dan japplika mill-inqas għal xi wħud mill-muniċipalitajiet li jinsabu fil-Komunitajiet Awtonomi ta’ Andalucía, ta’ Canarias u ta’ Murcia (lista mhux eżawrjenti). Jekk il-kunsill tal-belt ikun daħal f’kuntratt għall-estensjoni tal-kopertura, inkluża l-provvista tal-hardware neċessarju, ma’ kumpanija li tkun operatur tan-network, allura l-benefiċjarju tal-għajnuna jkun l-operatur tan-network u s-somma li għandha tiġi rkuprata tkun l-ammont sħiħ tal-fondi pubbliċi riċevuti mill-operatur tan-network.
|
Eżempju
|
(302) |
F’Murcia, bl-użu tal-flus riċevuti mir-reġjun u mill-MITyC, il-kunsilli tal-bliet organizzaw kważi kull waħda mill-143 sejħa għall-offerti identifikati. Sa fejn is-sejħiet għall-offerti ma jkunux ġew assenjati lill-operaturi tan-network u ma jkunux de minimis, ikunu jaqgħu taħt din il-kategorija. |
|
(303) |
Fil-każijiet ta’ Komunitajiet Awtonomi fejn impriża pubblika li taġixxi bħala operatur tan-network wettqet l-estensjoni tal-kopertura tan-network, tali impriża titqies bħala benefiċjarju dirett u tkun soġġetta għall-irkupru. Il-Kummissjoni identifikat lil Aragón telecom, lil de Infraestructuras Públicas de Telecomunicaciones del Principado de Asturias, lil S.A., lil Multimedia de les Illes Balears S.A., lil Instituto Tecnologico de Canarias, lil Sociedad Regional de Cantabria I+D+I (IDICAN), lil Fundación Centro Tecnológico en Logística Integral de Cantabria (CTL), lil Promoción de Viviendas, lil Infraestructuras y Logística, lil S.A f’Castilla y León (Provilsa), lil Redes de Telecomunicación Galegas Retegal, lil S.A. (Retegal), lil Obras Publicas y Telecomunicaciones De Navarra, lil S.A. (Opnatel), lil Itelazpi S.A., lil Centre de Telecomunicacions i Tecnologies de la Informació (CTTI) f’Cataluña u lill-Agencia de Informática y Comunicaciones de la Comunidad de Madrid (AICCM) bħala kumpaniji li jaqgħu f’din il-kategorija. Is-somma li għandha tiġi rkuprata hija l-ammont sħiħ ta’ fondi riċevuti mill-awtoritajiet għall-estensjoni. |
|
(304) |
Madankollu, f’dawn il-każijiet, ma huwiex eskluż li l-impriżi pubbliċi wettqu parti mill-estensjoni huma stess, u kkuntrattaw parzjalment l-estensjoni lil operatur tan-network permezz ta’ sejħa għall-offerti. F’dan l-aħħar każ, l-għajnuna illegali fil-fatt ġiet ittrasferita lill-kumpaniji li rebħu s-sejħiet għall-offerti, u għalhekk huma l-benefiċjarji effettivi, għalkemm indiretti, tal-għajnuna. Għalhekk, sabiex jiġi evitat irkupru doppju, l-għajnuna illegali għandha tiġi rkuprata mill-benefiċjarji effettivi, jiġifieri (a) mill-impriża pubblika għall-ammont riċevut għall-estensjoni nieqes il-fondi ttrasferiti lill-operaturi tan-network wara sejħiet għall-offerti mhux teknoloġikament newtrali għall-estensjoni tal-kopertura u (b) mill-operaturi tan-network għall-ammonti kuntrattati wara sejħa għall-offerti mhux teknoloġikament newtrali għall-estensjoni tal-kopertura organizzata mill-impriża pubblika kkonċernata.
|
Eżempju
|
(305) |
Fil-każ ta’ Madrid, fejn sejħa għall-offerti organizzata mill-impriża pubblika (AICCM) ġiet ipprovduta mill-Kummissjoni bħala eżempju ta’ sejħa għall-offerti mhux teknoloġikament newtrali għall-estensjoni tal-kopertura (ara l-premessa (294), l-ammont ta’ EUR 3 622 744 mogħti lill-kumpanija kuntrattata Retevisión S.A. irid jiġi rkuprat fl-intier tiegħu minn Retevisión, bħala r-rebbieħ tas-sejħa għall-offerti mhux newtrali, u jitnaqqas mill-ammont li għandu jiġi rkuprat mill-AICCM, l-impriża pubblika li hija l-benefiċjarju dirett (208). |
|
(306) |
Fir-rigward tal-għajnuna għall-manutenzjoni u għall-operat tan-networks tad-DTT, il-Kummissjoni tqis li l-operaturi ta’ dawn in-networks huma l-benefiċjarji tal-għajnuna għall-manutenzjoni u għall-operat. Għalhekk, l-għajnuna trid tiġi rkuprata minn dawk l-operaturi tan-network. |
|
(307) |
Fil-każijiet fejn il-benefiċjarji individwali rċivew finanzjament li ma jaqbiżx il-limiti speċifikati fir-Regolament (KE) Nru 1998/2006 (209), dan il-finanzjament ma jitqiesx bħala għajnuna mill-Istat jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti minn dan ir-Regolament, u ma jkunx soġġett għall-irkupru. |
|
(308) |
Jenħtieġ li l-irkupru jidħol fis-seħħ miż-żmien meta seħħ il-vantaġġ għall-benefiċjarji, jiġifieri meta l-għajnuna tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju u jenħtieġ li jiġġarrab l-imgħax tal-rkupru sakemm isir l-irkupru effettiv. |
|
(309) |
Ta’ min jinnota li, kif imsemmi fil-premessa (9), wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-2013, il-Kummissjoni tat żmien lil Spanja sal-31 ta’ Ottubru 2014 sabiex torganizza sejħiet għall-offerti teknoloġikament newtrali, bil-kundizzjoni li l-Komunitajiet Awtonomi kollha jorganizzaw dawn is-sejħiet għall-offerti sal-iskadenza. Madankollu, din il-kundizzjoni ma ġietx issodisfata u għalhekk, il-perjodu tranżitorju ta’ hawn fuq ma għandu l-ebda rilevanza għall-finijiet tal-irkupru: l-għajnuna illegali mogħtija bejn id-19 ta’ Ġunju 2013 u l-31 ta’ Ottubru 2014 trid tiġi rkuprata minn Spanja. |
8. KONKLUŻJONI
|
(310) |
Il-Kummissjoni ssib li r-Renju ta’ Spanja implimenta b’mod illegali l-għajnuna għall-operaturi tal-pjattaforma tat-televiżjoni terrestri għall-estensjoni tal-kopertura tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati ta’ Spanja bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE. L-għajnuna, inkluża l-għajnuna (kontinwa) għall-operat u għall-manutenzjoni, għandha tiġi rkuprata mingħand l-operaturi tal-pjattaforma li huma l-benefiċjarji diretti jew indiretti. Dan jinkludi l-korporazzjonijiet lokali fejn huma jaġixxu bħala operatur ta’ pjattaforma. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-operaturi tal-pjattaforma tat-televiżjoni terrestri għat-tnedija, għall-manutenzjoni u għall-operat tan-network tat-televiżjoni diġitali terrestri fiż-Żona II, implimentata b’mod illegali minn Spanja bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, hija inkompatibbli mas-suq intern, ħlief għall-għajnuna li ngħatat f’konformità mal-kriterju tan-newtralità teknoloġika.
Artikolu 2
L-għajnuna individwali mogħtija skont l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 ma tikkostitwixxix għajnuna jekk, meta tingħata, tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti mir-regolament adottat skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 994/98 (210) li huwa applikabbli fiż-żmien meta tingħata l-għajnuna.
Artikolu 3
1. Spanja għandha tirkupra l-għajnuna inkompatibbli skont l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 mingħand il-benefiċjarji.
2. Is-somom li jridu jiġu rkuprati għandu jkollhom l-imgħax mid-data li fiha jkunu tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji sal-irkupru effettiv tagħhom.
3. L-imgħax għandu jiġi kkalkulat fuq bażi komposta f’konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004.
4. Spanja għandha tikkanċella l-pagamenti pendenti kollha tal-għajnuna skont l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 b’effett mid-data ta’ notifika ta’ din id-deċiżjoni.
Artikolu 4
1. L-irkupru tal-għajnuna mogħtija skont l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 għandu jkun immedjat u effettiv.
2. Spanja għandha tiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba’ xhur wara d-data ta’ notifika ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
1. Fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, Spanja għandha tissottometti l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
il-lista tal-benefiċjarji li rċivew għajnuna skont l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 u l-ammont totali tal-għajnuna li kull wieħed minnhom irċieva skont dik l-iskema, diżaggregati skont il-kategoriji li ġejjin: (i) ir-rebbieħa tas-sejħiet għall-offerti mhux teknoloġikament newtrali għall-estensjoni tal-kopertura organizzati mill-komunitajiet awtonomi u mill-kunsilli tal-bliet, (ii) il-kunsilli tal-bliet li jaġixxu bħala operaturi tan-network; (iii) l-impriżi pubbliċi li jaġixxu bħala operaturi tan-network; (iv) ir-rebbieħa tas-sejħiet għall-offerti mhux newtrali għall-estensjoni tal-kopertura organizzati mill-impriża pubblika; |
|
(b) |
l-ammont totali (il-kapital u l-imgħax tal-irkupru) li jrid jiġi rkuprat mingħand kull benefiċjarju; |
|
(c) |
deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri diġà meħudin u ppjanati sabiex tinżamm konformità ma’ din id-Deċiżjoni; |
|
(d) |
dokumenti li juru li l-benefiċjarji ġew ordnati jroddu lura l-għajnuna. |
2. Spanja għandha żżomm lill-Kummissjoni informata bil-progress tal-miżuri nazzjonali li ttieħdu għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni sakemm l-għajnuna mogħtija skont l-iskema u msemmija fl-Artikolu 1 tkun irkuprata għalkollox. Hija għandha tissottometti immedjatament, fuq sempliċi talba tal-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-miżuri li jkunu diġà ttieħdu u li jkunu ppjanati sabiex ikun hemm konformità ma’ din id-Deċiżjoni. Hija għandha tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti ta’ għajnuna u ta’ mgħaxijiet tal-irkupru diġà rkuprati mingħand il-benefiċjarji.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU C 337, 14.12.2010, p. 17.,
(2) Ley 10/2005, de 14 de junio, de Medidas Urgentes para el Impulso de la Televisión Digital Terrestre, de Liberalización de la Televisión por Cable y de Fomento del Pluralismo. BOE número 142, 15.06.2005; http://www.boe.es/boe/dias/2005/06/15/pdfs/A20562-20567.pdf.
(3) Real Decreto 944/2005, de 29 de julio, por el que se aprueba el Plan técnico nacional de la televisión digital terrestre. BOE número 181, 30.07.2005; http://www.boe.es/boe/dias/2005/07/30/pdfs/A27006-27014.pdf.
(4) Real Decreto 945 /2005, de 29 de julio, por el que se aprueba el Reglamento general de prestación del servicio de televisión digital terrestre, https://www.boe.es/diario_boe/txt.php?id=BOE-A-2005-13114
(5) Orden ITC/2476/2005, de 29 de julio, por la que se aprueba el Reglamento técnico y de prestación del servicio de televisión digital terrestre, https://www.boe.es/diario_boe/txt.php?id=BOE-A-2005-13117
(6) Real Decreto 920/2006, de 28 de julio, por el que se aprueba el Reglamento general de prestación del servicio de difusión de radio y televisión por cable, https://www.boe.es/buscar/doc.php?id=BOE-A-2006-15301
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/C 335/08 tad-29 ta’ Settembru 2010 (ĠU C 335, 11.12.2010, p. 8).
(8) Zob. Plan działań w zakresie pomocy państwa — Gorzej i lepiej ukierunkowana pomoc państwa:mapa drogowa reformy pomocy państwa na lata 2005–2009, COM(2005) 107 final.
(9) Minbarra li ppreżentaw kummenti f’dan il-każ, l-awtoritajiet ta’ Castilla-La Mancha sussegwentement issottomettew l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-kawża C 24/2010.
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/489/UE tad-19 ta’ Ġunju 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 (C 23/10 (ex NN 36/10, ex CP 163/09)) implimentata mir-Renju ta’ Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f'żoni remoti u inqas urbanizzati (’il barra minn Castilla-La Mancha) (ĠU L 217, 23.7.2014, p. 52).
(11) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).
(12) Sentenzi fil-kawżi T-465/13, Comunidad Autónoma de Cataluña u CTTI vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2015:900; T-462/13, Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2015:902; T-461/13, Spanja vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2015:891; T-463/13 u T-464/13, Comunidad Autónoma de Galicia u Retegal vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2015:901; T-487/13, Navarra de Servicios y Tecnologías vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2015:899; T-541/13, Abertis Telecom, u Retevisión I vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2015:898.
(13) Ara s-sentenzi fil-kawżi C-81/16 P Spaja vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2017:1003; Kawżi Magħquda C-66/16 P to C-69/16 P Comunidad Autónoma del País Vasco u Oħrajn vs Il-Kummissjoni; ECLI:EU:C:2017:999.
(14) T-463/13 u T-464/13, Comunidad Autónoma de Galicia u Retegal vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2015:901.
(15) Is-sentenza tal-Qorti tal-20 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża C-70/16 P, Comunidad Autónoma de Galicia, u Retegal vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2017:1002. Ara, b’mod partikolari, il-punti 57 sa 63.
(16) Astra kkontestat it-terminazzjoni tal-kuntratt quddiem Qorti tal-Prim’istanza f’Santander (il-proċedura nru 1728/2009), li fit-23 ta’ Diċembru 2011 ordnat lill-awtoritajiet ta’ Cantabria jikkumpensaw lil Astra għat-terminazzjoni mhux ġustifikata tal-kuntratt. Il-Qorti ma sabet l-ebda ksur ta’ ftehim min-naħa ta’ Astra li kien jiġġustifika t-terminazzjoni tal-ftehim. Skont il-Qorti, id-deċiżjoni tal-gvern ċentrali Spanjol li jiżviluppa l-istrateġija nazzjonali għad-DTT kienet waħda mir-raġunijiet għat-terminazzjoni tal-ftehim. Ara s-sentenza 000313/2011 tal-Qorti tal-Prim’Istanza f’Santander.
(17) Il-konċessjoni tinkludi l-assenjazzjoni ta’ frekwenza għax-xandir terrestri.
(18) It-termini “operaturi tal-pjattaformi” u “operaturi tan-netw[o]rks” jintużaw b’mod interkambjabbli fit-test tad-Deċiżjoni.
(19) “Xandir tat-Televiżjoni Diġitali permezz tal-Protokoll tal-Internet” huwa terminu użat sabiex jirreferi għas-sistemi ta’ distribuzzjoni tas-sinjali tat-televiżjoni u tal-vidjow permezz ta’ network ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi bl-użu tal-Protokoll tal-Internet.
(20) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-trasformazzjoni tad-dividend diġitali f’benefiċċji soċjali u fi tkabbir ekonomiku (COM (2009) 586) irrakkomandat lill-Istati Membri sabiex jieqfu jużaw il-medda ta’ 800 MHz għal servizzi tax-xandir ta’ qawwa għolja u jimplimentaw bis-sħiħ id-deċiżjoni ta’ armonizzazzjoni teknika tal-UE sa ċerta data miftiehma fil-livell tal-UE.
(21) Pereżempju ara, għal Franza, Għajnuna mill-Istat N666/2009 – Emenda tal-iskema ta’ għajnuna lil TNT N 111/2006; għas-Slovakkja, Għajnuna mill-Istat N671/2009 - Bidla għat-televiżjoni diġitali xandir fis-Slovakkja. Fi Spanja: Għajnuna mill-Istat SA.28685 (2011/NN) - Reception tat-televiżjoni diġitali f’Cantabria. Ta’ min jinnota wkoll li fi Spanja f’żoni remoti u inqas urbanizzati li qed jiġu investigati (“Żona II”) mhux dejjem kien vijabbli li jiġi pprovdut sinjal tat-televiżjoni permezz tal-pjattaforma tad-DTT u, għalhekk, f’xi każijiet intgħażlet it-trażmissjoni satellitari.
(22) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2395 tal-5 ta’ Awwissu 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.32619 (2012/C (ex 2011/N)) innotifikata mir-Renju ta’ Spanja għall-kumpens ta’ ċerti spejjeż għal-liberazzjoni tad-dividend diġitali (ĠU L 361, 31.12.2016, p. 1).
(23) Il-Kummissjoni vvalutat dawn il-miżuri u adottat deċiżjonijiet ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE fit-12 ta’ April 2019 f’SA.51079 (2018/N) – Għajnuna minn Spanja għax-xandir awdjoviżiv għal bini b’diversi unitajiet domestiċi fit-12 ta’ April 2019 (ĠU C 194, 7.6.2019, p. 1); u fit-2 ta’ Awwissu 2019 f’SA.51080 – Spanja – Għajnuna għax-xandir awdjoviżiv għax-xandir għall-fornituri ta’ servizzi awdjoviżivi (ĠU C 303, 6.9.2019, p. 1).
(24) Madwar 26 stazzjon nazzjonali mingħajr ħlas u madwar 30 stazzjon reġjonali.
(25) L-eżistenza ta’ dawn il-kostijiet hija rrikonoxxuta mill-Istudju tal-2015 ta’ Itelazpi u mill-Istudju tal-2019 ta’ Itelazpi, sottomessi minn Itelazpi fit-13 ta’ Ġunju 2019.
(26) Ara aktar ’il fuq, in-nota 3 f’qiegħ il-paġna.
(27) L-Ordni Amministrattiv 944/2005 stabbilixxa obbligu ta’ kopertura ta’ 95 % għax-xandara privati. Dan l-obbligu ta’ kopertura żdied għal 96 % fl-2010 bl-Ordni Amministrattiv 365/2010.
(28) http://www.televisiondigital.es/Documents/PlanNacionalTransicionTDT.pdf.
(29) Sussegwentement ikklassifikati fil-Fażijiet I, II u III.
(30) Resolución de 29 de febrero de 2008, de la Secretaría de Estado de Telecomunicaciones y para la Sociedad de la Información, por la que se publica el acuerdo de Consejo de Ministros, por el que se formalizan los criterios de distribución, y la distribución resultante para el año 2008, del crédito para la financiación de las actuaciones encaminadas al desarrollo de la Sociedad de la Información en el marco del Plan Avanza, acordados por la Conferencia Sectorial de Telecomunicaciones y Sociedad de la Información. BOE número 57, 06.03.2008; http://www.boe.es/boe/dias/2008/03/06/pdfs/A13832-13834.pdf.
(31) Id-deċiżjoni dwar id-distribuzzjoni tal-fondi għall-iżvilupp tal-broadband u għad-diġitalizzazzjoni tat-televiżjoni fiż-Żona II tħalliet f’idejn l-awtoritajiet reġjonali.
(32) Il-ftehimiet qafas ġew iffirmati bejn l-MITyC u l-Komunitajiet Awtonomi fl-2006 fi ħdan il-qafas tal-Plan Avanza.
(33) Real Decreto-ley 1/2009, de 23 de febrero, de medidas urgentes en materia de telecomunicaciones. BOE número 47, 24.02.2009; https://www.boe.es/eli/es/rdl/2009/02/23/1.
(34) Il-preambolu tal-Ordni Amministrattiv 1/2009 jiddikjara dan li ġej: “ De este modo, mediante sistemas de satélite, se realiza la extensión complementaria de la cobertura poblacional de los canales de Televisión Digital Terrestre de ámbito estatal, respecto de las zonas en las que residan ciudadanos que no vayan a tener cobertura de dichos canales de televisión una vez cumplidos los compromisos de alcanzar el 96% de la población por los operadores privados del servicio de Televisión Digital Terrestre de ámbito estatal y del 98% de la población por la Corporación de Radio y Televisión Española, así como realizadas las extensiones de cobertura, por las Administraciones Públicas, más allá de dichos porcentajes de población. Esta obligación de extensión complementaria de cobertura a través de sistemas por satélite, que se estima que alcanzará en el entorno del 1,5% de la población que se ubica en zonas dispersas y aisladas del territorio y cuya cobertura mediante emisores terrestres de televisión supone un coste desproporcionado”
(35) Resolución de 24 de junio de 2009, de la Secretaría de Estado de Telecomunicaciones y para la Sociedad de la Información, por la que se publica el Acuerdo de Consejo de Ministros de 29 de mayo de 2009, por el que se formalizan los criterios de distribución y la distribución resultante, para el año 2009, del crédito para la financiación de las actuaciones encaminadas a la transición a la televisión digital terrestre y actuaciones en el marco del Plan AVANZA, aprobados por la Conferencia Sectorial de Telecomunicaciones y Sociedad de la Información. BOE número 159, 02.07.2009; http://www.boe.es/boe/dias/2009/07/02/pdfs/BOE-A-2009-10972.pdf.
(36) Ara, pereżempju, l-Addendum tal-Andalucía: Resolución de 5 de octubre de 2009, de la Secretaría de Estado de Telecomunicaciones y para la Sociedad de la Información, por la que se publica la Adenda al Convenio marco de colaboración entre el Ministerio de Industria, Turismo y Comercio y la Comunidad Autónoma de Andalucía, para el desarrollo del Plan Nacional de Transición a la TDT. BOE número 260, 28.10.2009; http://www.boe.es/boe/dias/2009/10/28/pdfs/BOE-A-2009-17108.pdf.
(37) B’kollox, ġew konklużi aktar minn 600 ftehim – ftehimiet qafas, addenda eċċ. – bejn l-awtoritajiet dwar l-estensjoni tal-kopertura.
(38) Pereżempju Extremadura, Asturias, Canarias, Cataluña, Madrid.
(39) Pereżempju. Aragón.
(40) Bħal fil-każijiet ta’ Aragón jew ta’ Asturias.
(41) Extremadura.
(42) Mill-516-il sejħa għall-offerti pprovduti għar-reġjuni kollha minbarra Castilla-La Mancha, il-Kummissjoni analizzat kampjun ta’ 82 offerta. Il-kampjun ikopri l-Komunitajiet Awtonomi kollha ta’ Spanja, ħlief Mellila (għal dak ir-reġjun, l-awtoritajiet Spanjoli ma pprovdew l-ebda sejħa għall-offerti, filwaqt li affermaw li ma kien hemm l-ebda dokument rilevanti). Minn dawn it-82 sejħa għall-offerti, 4 sejħiet għall-offerti biss ġew ikkwalifikati mill-Kummissjoni bħala teknoloġikament newtrali: 3 sejħiet għall-offerti f’Castilla y Leon u sejħa għall-offerti waħda f’Cantabria (referenza: Gobierno de Cantabria/Dirección General de transportes y comunicaciones, Contratación de Contrato menor de “Infraestructura de Telecomunicación Multiservicio (ITM) en Herrerias”, expediente H12453C60581).
(43) Minbarra Castilla-La Mancha.
(44) Il-forniment ta’ spazju fiżiku u ta’ faċilitajiet tekniċi neċessarji sabiex jiġi akkomodat u konness b’mod raġonevoli t-tagħmir rilevanti ta’ benefiċjarju.
(45) https://ted.europa.eu/TED/notice/udl?uri=TED:NOTICE:340064-2018:HTML:MT:HTML&tabId=1&tabLang=mt
(46) Skont Astra, bis-saħħa tal-fondi pprovduti mill-awtoritajiet skont il-miżuri taż-Żona II, Hispasat, kumpanija li hija fornitur satellitari koproprjetà ta’ Abertis u li sservi ż-Żona III tas-servizz, tista’ tipprovdi l-kapaċità satellitari tagħha lix-xandara mingħajr ebda kost addizzjonali. Fl-aħħar nett, Astra ssostni li bħala riżultat tal-miżura, Abertis kisbet l-użu esklussiv tal-obbligu ta’ trażmissjoni fiż-Żona III.
(47) Huwa stipulat li l-pjattaformi satellitari għandhom numru kbir ħafna ta’ utenti b’aċċess kondizzjonali madwar id-dinja, u l-kumplessità tal-aċċess kondizzjonali ma kinitx ostaklu għall-varar tagħhom.
(48) Minn Ottubru 2013, il-funzjonijiet CMT ġew assenjati lill-Comision Nacional de los Mercados y la Competencia (CNMC).
(49) C-280/00 Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg (ECLI:EU:C:2003:415)
(50) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE tat-28 ta’ Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil ċerti impriżi fdati bl-operat ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67)
(51) Abertis tirreferi għall-istudju dwar il-kostijiet tagħha stess li sar f’Jannar 2010 sabiex tqabbel il-kostijiet rispettivi tal-użu tat-teknoloġija tad-DTT u satellitari sabiex jiġu pprovduti servizzi tat-televiżjoni diġitali fiż-Żona II. Skont dan l-istudju, il-kost globali għall-użu tat-teknoloġija tad-DTT ikun jirrappreżenta madwar EUR 286 miljun fuq perjodu ta’ 10 snin, filwaqt li l-kost totali tal-użu tat-teknoloġija satellitari fl-istess perjodu jkun jammonta għal madwar EUR 532 miljun. Abertis issottomettiet dan l-istudju intern lil kumpanija esterna tal-kontabilità li r-rapport tagħha kkonferma s-sejbiet tagħha, filwaqt li indikat li l-istimi tal-kostijiet tas-satellita u tad-DTT kienu konservattivi. Fi kwalunkwe każ, iż-żewġ studji kkonfermaw l-adegwatezza tal-komparaturi tal-kostijiet u l-konklużjoni li l-użu tat-teknoloġija satellitari sabiex jiġu pprovduti servizzi tat-televiżjoni diġitali fiż-Żona II kien ikun ferm aktar għali mill-użu tad-DTT, l-aktar minħabba l-kostijiet ekonomiċi u soċjali ogħla li għandhom jiġġarrbu mill-konsumaturi fil-każ tas-satellita.
(52) Skont dawk l-istudji, it-teknoloġija satellitari tkun tinvolvi kostijiet ogħla għall-forniment tas-servizzi inkwistjoni. Dawk il-kostijiet ikollhom jiġu appoġġati mix-xandara u mill-operaturi tan-network lokali kif ukoll mit-telespettaturi. L-istudju dwar il-kostijiet imwettaq minn Abertis ikkonkluda wkoll li l-użu tat-teknoloġija satellitari jkun jeħtieġ perjodu addizzjonali ta’ madwar sitt xhur qabel ma tkun tista’ tinkiseb il-bidla diġitali, peress li l-konsumaturi fiż-Żona II ikollhom bżonn iż-żmien sabiex jixtru u jinstallaw dekowders u dixxijiet tas-satellita, eċċ. Dan min-naħa tiegħu jwassal għal kostijiet addizzjonali relatati max-xandir simultanju (pjattaformi analogi u diġitali li jxandru fl-istess ħin) matul dak il-perjodu ta’ żmien.
(53) Meta jiġu spjegati d-differenzi bejn it-teknoloġija tad-DTT u dik satellitari, l-istudju jargumenta li l-użu tas-satellita kien ristrett għaż-żona III mill-politika tal-gvern u jekk il-Gvern Bask ried juża s-satellita fiż-żona II, kien ikun meħtieġ li jaqbel dwar it-tneħħija ta’ din ir-restrizzjoni. Dan kien ikun piż addizzjonali fuq il-Pajjiż Bask. (ara t-taqsima 2.9 fil-paġna 12 tal-Istudju ta’ Itelazpi tal-2019)
(54) L-argumenti tal-awtoritajiet ċentrali u reġjonali huma ppreżentati flimkien bħala l-pożizzjoni ta’ Spanja (jew tal-awtoritajiet Spanjoli), ħlief għall-Pajjiż Bask, li pprovda sottomissjoni dettaljata ħafna dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kumpens għal servizz pubbliku. Komunitajiet Awtonomi oħrajn (pereżempju Aragona, Castilla y Leon u Navarra) jirreferu wkoll għall-applikabbiltà tar-regoli tal-SGEI.
(55) F’dan ir-rigward, Spanja tirreferi għall-paragrafu 41 tad-Deċiżjoni tal-2013 “ Għal aktar dettalji fattwali, jekk jogħġbok irreferi għad-Deċiżjoni tal-ftuħ, li għandha titqies bħala parti integrali minn din id-Deċiżjoni. ”
(56) Is-sentenza tal-Qorti tal-24 ta’ Lulju 2003 f’Altmark
(57) B’mod partikolari, Spanja tispjega li d-DTT kienet irregolata bil-Liġi 10/2005 tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar miżuri urġenti għall-promozzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri; is-satellita bil-Liġi 37/1995 tat-12 ta’ Diċembru 1995 dwar il-komunikazzjonijiet bis-satellita; u s-servizzi tal-kejbil bil-Liġi 42/1995 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-komunikazzjonijiet bil-kejbil.
(58) Id-Deċiżjoni 2005/842/KE u l-qafas tal-Komunità għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għal servizz pubbliku, 2005/C 297/04 (ĠU C 297, 29.11.2005, p. 4) (“il-Qafas”). Id-Deċiżjoni ta’ hawn fuq ġiet issostitwita mill-31 ta’ Jannar 2012 bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE tal-20 ta’ Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3). Il-qafas ta’ hawn fuq ġie ssostitwit bil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku (ĠU C 8, 11.1.2012, p. 15).
(59) Ir-Regolament tal-Kummissjoni 1998/2006/KE tal-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna de minimis, ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5. Ir-Regolament ta’ hawn fuq ġie ssostitwit mill-1 ta’ Jannar 2014 bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1).
(60) Ara Comunità montana della Valnerina vs Il-Kummissjoni (C-240/03 P, ECLI:EU:C:2006:44), il-punt 43 u l-ġurisprudenza msemmija hemm.
(61) Is-sentenza tal-Qorti tal-20 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża C-70/16 P, Comunidad Autónoma de Galicia, Redes de Telecomunicación Galegas Retegal SA (Retegal) vs Il-Kummissjoni (ECLI:EU:C:2017:1002)
(62) Ara l-Kawża T-301/01 Alitalia vs Il-Kummissjoni, EU:T:2008:262, il-punt 100; il-Kawża C-415/96 Spanja vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:C:1998:533, il-punt 32; ara wkoll, għal dak l-għan, il-Kawża C-331/88 Fedesa u Oħrajn, ECLI:EU:C:1990:391, il-punt 34.
(63) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).
(64) Fl-investigazzjoni preliminari, Spanja spjegat, fost l-oħrajn, li ma kien hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn id-DTT u s-satellita. Spanja spjegat ukoll li d-DTT u s-satellita kienu joperaw fi swieq differenti.
(65) Barra minn hekk, il-Kummissjoni stiednet lil Spanja tibgħat it-talba għal informazzjoni lill-impriżi kollha li jistgħu jkunu kkonċernati minn deċiżjoni negattiva potenzjali tal-Kummissjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna inkompatibbli illegali f’dan il-każ.
(66) Tali gwida tista’ tinstab fid-dokumenti rilevanti tal-gvern Ċentrali. B’mod partikolari, il-ftehimiet qafas iffirmati f’Diċembru 2008, intitolati Ftehim Qafas ta’ Kollaborazzjoni bejn il-Ministeru tal-Industrija, tat-Turiżmu u tal-Kummerċ u l-Komunità Awtonoma ta’ [...] għall-Iżvilupp tal-Pjan Nazzjonali ta’ Tranżizzjoni lejn id-DTT, jipprevedu lista ta’ attivitajiet li se jiġu ffinanzjati mill-awtoritajiet ċentrali u reġjonali sabiex tintlaħaq kopertura tat-televiżjoni diġitali ugwali għall-kopertura analoga eżistenti. Min-naħa l-waħda, jirreferu għaċ-ċentri ta’ trażmissjoni eżistenti aġġornati mix-xandara (iċ-ċentri tad-DTT varati fiż-Żona I) u, min-naħa l-oħra, għal “ estensjonijiet tal-kopertura ” – ċentri addizzjonali li se jkollhom bżonn jiġu varati sabiex tiġi żgurata l-istess penetrazzjoni tat-televiżjoni diġitali. Minħabba li t-teknoloġija tad-DTT biss teħtieġ l-eżistenza ta’ ċentri ta’ trażmissjoni, jidher ċar li l-azzjonijiet ippjanati jikkonċernaw biss it-teknoloġija tad-DTT. Barra minn hekk, l-addenda għall-Ftehimiet Qafas tal-2008 iffirmati bejn Ottubru u Diċembru 2009 jirreferu għall-finanzjament għall-estensjoni tal-kopertura. Huma jiddefinixxu x’għandu jinftiehem minn “ azzjoni sabiex tiġi estiża l-kopertura” , billi jagħmlu referenza espliċita għat-teknoloġija terrestri biss.
(67) F’laqgħat mal-Komunitajiet Awtonomi, l-MITyC esprima l-objettiv tiegħu li jiżgura t-tranżizzjoni lejn id-DTT fiż-Żona II. Dan huwa kkonfermat minn preżentazzjoni, disponibbli għall-pubbliku fuq l-Internet, u ffirmata mill-MITyC. http://www.fenitel.es/asamblea08/PONENCIAS/4SETSI.pdf. Huwa kkonfermat ukoll minn dikjarazzjonijiet mill-Komunitajiet Awtonomi bi tweġiba għat-talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni. Fit-tweġibiet tagħhom, il-Komunitajiet Awtonomi jirreferu b’mod espliċitu għall-Pjan ta’ Tranżizzjoni Nazzjonali adottat bl-Ordni Amministrattiv 944/2005 u għall-Plan Avanza. Ara, pereżempju, it-tweġiba minn Extremadura:“ F’konformità ma’ … l-Ordni Amministrattiv 944/2005 … l-approvazzjoni tal-Pjan Tekniku Nazzjonali għat-televiżjoni diġitali terrestri li jistabbilixxi l-inizjattiva lokali dwar l-estensjoni tal-kopertura tad-DTT…. ”.
(68) Ara s-sentenza f’T-461/13, il-punt 107.
(69) Sejħa għall-offerti għall-provvista ta’ tagħmir tat-30 ta’ Lulju 2008 ippubblikata mill-Komunità Awtonoma ta’ La Rioja u sejħa għall-offerti għall-estensjoni SE/CTTI/06/08 tas-27 ta’ Lulju 2008 ippubblikata mill-Komunità Awtonoma ta’ Cataluña.
(70) Ara, pereżempju, ir-riżoluzzjoni tal-awtoritajiet ta’ Castilla y León: Resolución de 24 de septiembre de 2012, de la Dirección General de Telecomunicaciones, por la que se anuncia la licitación del servicio: Contrato de servicios para la conservación y renovación tecnológica de las infraestructuras de televisión digital de la Junta de Castilla y León. Expte.: Serv 05-4/12; BOCYL 10 de octubre 2012.
(71) Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni N622/2003 Digitalisierungsfonds l-Awstrija; C 25/2004 DVB-T Berlin Brandenburg (il-premessa 62), ĠU L/200/2006; C 34/2006 DVB-T North-Rhine Westphalia (il-premessa 83), ĠU L 236, 3.9.2008, p. 10–44; C 52/2005 Mediaset (il-punt 96), ĠU L/147/2007.
(72) Il-Kawża T-196/04 Ryanair Ltd. vs il-Kummissjoni Ewropea, ECLI:EU:T:2008:585, il-punt 88; Il-Kawża C-82/01P Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2002:617, il-punti 107-109 u 121-125.
(73) Ara l-Kawżi Magħquda T-443/08 u T-455/08, Freistaat Sachsen u Land Sachsen-Anhalt (T-443/08) u Mitteldeutsche Flughafen AG u Flughafen Leipzig-Halle GmbH (T-455/08) vs Il-Kummissjoni Ewropea, ECLI:EU:T:2011:117, il-punt 115, fejn il-Qorti tiddikjara: “[I]l-fatt li attività ma tkunx ipprovduta minn operaturi privati jew li ma tipprovdix qligħ ma humiex kriterji rilevanti fil-kuntest tal-klassifikazzjoni tagħha bħala attività ekonomika (...).”
(74) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-fornitura ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, ĠU C 8, 11.1.2012.
(75) Il-Kawża C-364/92, SAT/Eurocontrol, il-punti 19 sa 30, ECLI:EU:C:1994:7 ; C-113/07 P, Selex, ECLI:EU:C:2009:191.
(76) Il-Kawża C-343/95, Calì & Figli, ECLI:EU:C:1997:160, il-punt 22.
(77) Il-Kawża T-155/04 Selex, ECLI:EU:T:2006:387, il-punti 73-82, ikkonfermata minn C-113/07, Selex ECLI:EU:C:2009:191.
(78) Kif stabbilit fit-taqsima 2.1.3., ix-xandara pubbliċi għandhom obbligu ta’ kopertura ta’ 98 % u, għalhekk, kellhom ikopru ż-Żona II bil-mezzi tagħhom stess. Barra minn hekk, l-istazzjonijiet pubbliċi nazzjonali tat-televiżjoni ta’ RTVE u l-istazzjonijiet pubbliċi reġjonali huma mxandrin permezz ta’ network differenti. Filwaqt li x-xandara privati jużaw is-sinjal tan-Network ta’ Frekwenza Unika (SFN), ix-xandara pubbliċi jużaw in-network Red Global Española (RGE). B’riżultat ta’ dawn id-differenzi, il-faċilitajiet terrestri jeħtieġu tagħmir differenti għal kull wieħed miż-żewġ networks.
(79) Is-sentenza f’T-808/14, il-punti 60-67. Din is-sentenza ġiet ikkonfermata mill-Qorti f’C-114/14 P Spanja vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2018:753.
(80) Is-sentenza f’T-37/15 u f’T-38/15 Abertis Telecom Terrestre, SA u Telecom Castilla-La Mancha, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea, ECLI:EU:T:2016:743, il-punti 82-90. Is-sentenza ġiet ikkonfermata mill-Qorti fil-Kawżi Magħquda C-91/17 P u C-92/17 P Cellnex Telecom SA u Telecom Castilla-La Mancha, ECLI:EU:C:2018:284
(81) Is-sentenza fil-Kawża T-487/13, il-punti 53-56. Din is-sentenza ġiet ikkonfermata mis-sentenza fil-Kawżi Magħquda C-66/16 P sa C-69/16 P.
(82) Pereżempju Aragón telecom, Gestión de Infraestructuras Públicas de Telecomunicaciones del Principado de Asturias, S.A., Multimedia de les Illes Balears S.A., Instituto Tecnologico de Canarias, Sociedad Regional de Cantabria I+D+I (IDICAN), RETEGAL u Itelazpi huma kumpaniji pubbliċi li kienu inkarigati bil-kompitu ta’ estensjoni u għal dik ir-raġuni organizzaw sejħiet għall-offerti għall-provvista tat-tagħmir neċessarju għad-diġitalizzazzjoni taċ-ċentri tax-xandir. Fundación Centro Tecnológico en Logística Integral de Cantabria, Centre de Telecomunicacions i Tecnologies de la Informació f’Cataluña u Agencia de Informatica y Comunicaciones de la Comunidad de Madrid kienu inkarigati mill-organizzazzjoni ta’ sejħiet għall-offerti għall-estensjoni tal-kopertura tad-DTT, u għalhekk l-estensjoni ġiet eżegwita mill-offerenti rebbieħa. OPNATEL f’Navarra kienet responsabbli mit-twettiq tal-estensjoni u xtrat it-tagħmir neċessarju mingħajr sejħiet għall-offerti.
(83) Pereżempju, Andalucía, Castilla y León, Extremadura, Murcia, La Rioja u l-Komunità ta’ Valencia.
(84) Kif spjegat hawn fuq fil-premessa (41), fil-każ ta’ sejħiet għall-offerti għall-estensjoni tal-kopertura, il-kumpanija rebbieħa ġiet inkarigata bil-missjoni li tipprovdi, u f’ħafna każijiet tibni, network operattiv tad-DTT. Għal dan l-għan, il-kompiti neċessarji kienu jinkludu d-disinn u l-inġinerija tan-network, it-trasport tas-sinjal, l-użu tan-network u l-provvista tat-tagħmir meħtieġ. Min-naħa l-oħra, ġew organizzati sejħiet għall-offerti għall-provvista ta’ hardware, organizzati fil-każ ta’ networks diġà eżistenti. Ir-rebbieħ tat-tali sejħiet għall-offerti kien mistenni jaġġornah bit-tagħmir meħtieġ, jiġifieri jforni, jinstalla u jattiva t-tagħmir.
(85) Pereżempju, Abertis u Retevisión rebħu sejħiet għall-offerti mhux newtrali għall-estensjoni tal-kopertura f’Extremadura u Castilla y Leon għas-somma totali ta’ EUR 5,6 miljun.
(86) Andalucía, Canarias, Extremadura, Murcia.
(87) Kif stabbilit fil-premessa (21), Abertis tiddomina s-suq għat-trażmissjoni ta’ sinjali tat-televiżjoni mingħajr ħlas fuq il-pjattaforma terrestri fiż-Żona I u permezz tas-sussidjarja tagħha Hispasat fiż-Żona III. Billi tiġi estiża l-firxa tat-televiżjoni diġitali terrestri għaż-Żona II, il-forniment ta’ sinjali tat-televiżjoni mingħajr ħlas madwar il-pajjiż jibqa’ taħt il-kontroll ta’ Abertis. Id-dħul ta’ Astra fiż-Żona II jista’ jiġġenera wkoll aktar kompetizzjoni ta’ pjattaformi anke fiż-Żoni I u III fil-futur. B’analoġija, hemm diversi studji li juru l-benefiċċji f’termini ta’ tnaqqis fil-prezzijiet u ta’ żieda fil-kwalità tas-servizz meta s-satellita daħlet fis-suq tat-televiżjoni fl-Istati Uniti. Qabel id-dħul fis-satellita, id-ditti tal-kejbil kienu gawdew minn setgħa ta’ monopolju f’żoni ġeografiċi lokali. Qabbel, pereżempju, Chenghuan Sean Chu, Chenghuan Sean Chu, The effect of satellite entry on cable television prices and product quality, RAND Journal of Economics Vol. 41, Nru 4, Xitwa 2010 pp. 730-764.
(88) Dan kien il-każ ta’ Retevisión, kollha kemm hi proprjetà ta’ Abertis, li rebħet sejħiet għall-offerti mhux newtrali għall-estensjoni organizzati f’Madrid u f’Cataluña għas-somma totali ta’ EUR 14.8 miljun.
(89) C52/05 - Dekowders diġitali, l-Italja, ĠU C 118, 19.5.2006, p.10 u ĠU L 147, 8.6.2007, p.1.
(90) Sabiex jingħataw xi eżempji ta’ kumpaniji li rebħu sejħiet għall-offerti għall-provvista tal-hardware, il-kumpanija Tredess hija manifattur ta’ tagħmir ta’ trażmissjoni diġitali li jappartjeni għal Televes Group li jimmanifattura wkoll riċevituri tat-televiżjoni satellitari diġitali, antenni, dixxijiet (Qabbel: http://www.tredess.com u http://www.televes.es) Simili: Mier (http://www.mier.es), Elecnor (http://www.elecnor.es/es.negocios.infraestructuras/telecomunicaciones) Itelsis, BTESA, Axion, Retegal, Itelazpi, Telecom CLM.
(91) L-offerti fiż-Żona II rigward l-estensjoni tal-kopertura spiss jitolbu soluzzjonijiet “kompluti” li jeħtieġu l-integrazzjoni, l-installazzjoni u l-forniment ta’ diversi komponenti ta’ tagħmir (dixx, antenna, trażmettitur, riċevitur tas-satellita). Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, is-soluzzjoni pprovduta kienet tinkludi tagħmir tar-riċevitur satellitari sabiex jirċievi s-sinjal diġitali diġà ddistribwit permezz tas-satellita mix-xandara.
(92) Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-15 ta’ Ġunju 2006 fil-Kawżi Magħquda C-393/04 u C-41/05 Air Liquide Industries Belgium ECLI:EU:C:2006:403, il-punt 31, li tiddikjara: “Fir-rigward tat-tielet kundizzjoni, dwar in-natura selettiva tal-miżuri fil-kawża prinċipali, huwa paċifiku li l-vantaġġi fiskali kkonċernati ma japplikawx għall-operaturi ekonomiċi kollha, iżda huma mogħtija lill-impriżi li jeżeriċitaw ċertu tipi ta’ attivitàjiet, jiġifieri dawk li jużaw, fl-istazzjonijiet ta’ kompressjoni ta’ gass naturali, muturi intiżi għat-tħaddim tal-kompressuri li joħolqu il-livell ta’ pressjoni fil-pajpijiet ta’ provvista. ”
(93) Ara C-70/16 P Comunidad Autonoma de Galicia, Retegal vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2017:1002, il-punt 61.
(94) Fuq l-istess nota, jidher li xi wħud mill-partijiet jippruvaw jikkontestaw is-selettività tal-miżura, fuq il-bażi tal-idea li din il-miżura ma tagħtix vantaġġ ekonomiku lil entitajiet li jwettqu attività ekonomika. Jenħtieġ li dawn l-argumenti jiġu miċħudin. L-ewwel nett, kif spjegat fit-taqsima 6.2.1.2 ta’ din id-deċiżjoni, din il-miżura tagħti vantaġġ ekonomiku lill-entitajiet li jwettqu attività ekonomika. It-tieni, l-analiżi tas-selettività ta’ miżura ma hijiex it-tieni analiżi ta’ kriterji oħrajn tal-eżistenza ta’ għajnuna (bħall-preżenza ta’ attività ekonomika jew il-fatt li l-benefiċjarju tal-miżura jkun impriża).
(95) Ara, pereżempju, dwar miżura fiskali C-222/04, Cassa di Risparmio di Firenze, EU:C:2006:8, il-punti 136 sa 138.
(96) Ara l-Kawża T-674/17, Port de Bruxelles e.a. vs Il-Kummissjoni, EU:T:2019:651, il-punt 179.
(97) “ Għaldaqstant, billi rrilevat li r-Regolament tal-2006 kien japplika b’mod nondiskriminatorju għall-kumpanniji tal-ajru kollha li jużaw jew li jistgħu jużaw l-ajruport ta’ Lübeck, il-Qorti Ġenerali ġustament iddeċidiet, fir-rigward tal-motivazzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża, li l-Kummissjoni kienet wettqet żball meta qieset li dak ir-regolament kien ta’ natura selettiva.” Il-punt 64 tal-Kawża C-524/14 P Il-Kummissjoni Ewropea vs Hansestadt Lübeck (ECLI:EU:C:2016:971).
(98) Id-DTT kienet irregolata bil-Liġi 10/2005 tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar miżuri urġenti għall-promozzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri; is-satellita bil-Liġi 37/1995 dwar it-Telekomunikazzjoni bis-Satellita u s-servizzi tal-kejbil kienu rregolati bil-Liġi 42/1995 dwar it-Telekomunikazzjoni bil-Kejbil
(99) Is-sentenza fil-Kawża C-518/13 Eventech Ltd. vs The Parking Adjudicator, ECLI:EU:C:2015:9
(100) Pereżempju, il-minicabs kellhom jiġu pprenotati minn qabel u ma setgħux jissejħu fit-triq mill-passiġġieri u lanqas ma setgħu jistennew għall-passiġġieri mingħajr ebda prenotazzjoni minn qabel. Barra minn hekk, il-Black Cabs biss kienu soġġetti għar-regola ta’ “obbligu ta’ teħid ta’ passiġġier” (li tirrikjedi li l-Black Cabs - ladarba jiġbru passiġġier - jieħdu lill-passiġġier fejn irid imur, mingħajr distanza predefinita).
(101) Ara l-punti 59-61 tas-sentenza Eventech.
(102) Għalkemm Spanja argumentat li l-kuntratt f’Cantabria ġie tterminat minħabba l-inkapaċità ta’ Astra li tikseb is-sinjali mix-xandara, dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat. L-ewwel nett, din il-linja ta’ argumentazzjoni ġiet ikkonfutata minn Qorti nazzjonali fi Spanja. Skont il-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Santander, id-deċiżjoni tal-gvern ċentrali Spanjol li jiżviluppa l-istrateġija nazzjonali għad-DTT kienet waħda mir-raġunijiet għat-terminazzjoni tal-ftehim. (Ara s-sentenza 000313/2011 tal-Qorti tal-Prim’Istanza f’Santander). It-tieni, kif spjegat fil-premessa (184), l-operaturi satellitari jistgħu jinnegozjaw max-xandara u jiksbu s-sinjal mingħandhom għall-finijiet tal-estensjoni tal-kopertura fiż-Żona II.
(103) Ara l- premessa (227).
(104) Inkluż għall-istazzjonijiet nazzjonali mingħajr ħlas.
(105) Rapport komparattiv dwar il-kostijiet tal-estensjoni tal-kopertura tat-televiżjoni diġitali terrestri fi Spanja: DTT vs SAT (Jannar 2010); Rapport Speċjali dwar il-Proċeduri Miftiehma (il-25 ta’ Jannar 2011)
(106) Il-konklużjoni li tiddikjara li l-awtoritajiet Spanjoli ma wrewx biżżejjed is-superjorità tat-teknoloġija terrestri ġiet ikkonfermata minn diversi sentenzi tal-Qorti Ġenerali: is-sentenza f’T-541/13 (il-punti 130-144); T-462/13, (il-punti 111-124). T-465/13, (il-punti 102-117).
(107) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1385 tal-1 ta’ Ottubru 2014 (ĠU L 222, 17.8.2016, p. 52
(108) Is-sentenza f’T-808/14 Spanja vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:T:2016:734; is-sentenza fil-Kawżi Magħquda T-37/15 u T-38/15 Abertis Telecom Terrestre, SA u Telecom Castilla-La Mancha, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea, ECLI:EU:T:2016:743.
(109) Is-sentenza fil-kawżi magħquda C-91/17 u C-92/17 Cellnex Telecom SA u Telecom Castilla-La Mancha SA vs Il-Kummissjoni Ewropea, ECLI:EU:C:2018:284; Is-sentenza fil-Kawża C-114/17 Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea, ECLI:EU:C:2018:753.
(110) Is-sinjal diġitali terrestri jinfirex inqas faċilment mis-sinjal analogu, u għalhekk it-trażmissjoni diġitali kienet teħtieġ il-kostruzzjoni ta’ ċentri ġodda.
(111) Ara l-punti 89 u 150 tas-sentenza f’T-541/13 Abertis Telecom, SA u Retevisión I, SA vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2015:898.
(112) Ley 7/2010, de 31 de marzo, General de la Comunicación Audiovisual. BOE número 79, 01.04.2010; https://www.boe.es/buscar/act.php?id=BOE-A-2010-5292.
(113) Skont l-Awtorità Spanjola tal-Kompetizzjoni (Comisión Nacional de los Mercados y la Competencia, “CNMC”), ix-xandara huma meħtieġa jinnegozjaw mal-fornituri ta’ servizzi tax-xandir anki fil-kuntest tal-estensjoni tal-kopertura (Ara r-Riżoluzzjoni 156/E/2019 tat-28 ta’ Mejju 2019 tad-Direttur-Gerneral għall-Informatika, għat-Telekomunikazzjoni u għall-Innovazzjoni Pubblika tal-Gvern ta’ Navarra).
(114) Il-preambolu tal-Liġi Ġenerali 7/2010 jiddikjara li d-dispożizzjonijiet tagħha għandhom l-għan li jipprovdu: (i) ċertezza legali lill-impriżi li jipproteġu liċ-ċittadini minn pożizzjonijiet dominanti ta’ opinjoni jew ta’ restrizzjoni tal-aċċess għal kontenut universali ta’ interess jew ta’ valur kbir; (ii) regoli ċari dwar il-kompetizzjoni u t-trasparenza; (iii) qafas vinkolanti kemm għas-settur privat kif ukoll għal dak pubbliku.
(115) Fit-28 ta’ Mejju 2019, l-awtoritajiet ta’ Navarra fl-aħħar iddeċidew li jabbandunaw il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti u ma aġġudikawx l-offerta lil Astra. Astra kkontestat din id-deċiżjoni quddiem it-Tribunal Administrativo de Contratos Públicos de Navarra.
(116) Kif iddikjarat fil-protokoll dwar is-sistema tax-xandir pubbliku tal-Istati Membri anness mat-Trattat ta’ Amsterdam.
(117) Fost l-oħrajn, Ley 31/1987, de 18 diciembre, de Ordenación de las Telecomunicaciones; l-Ordni Amministrattiv-Liġi 529/2002 tal-14 ta’ Lulju, li jirregola l-forniment tas-servizz essenzjali relatat man-network ta’ appoġġ għax-xandir tas-servizzi tat-televiżjoni matul strajk; is-Sentenzi tal-Qorti Suprema (Qorti tal-Istħarriġ Ġudizzjarju, it-3et Taqsima) tat-23 ta’ Lulju 2009 (JUR 2009\381376), it-Tieni Bażi Ġuridika; u tat-18 ta’ Diċembru 2009 (RJ 2010\2313), il-Bażi Ġuridika Tlieta: “ huwa mingħajr dubju ta’ interess pubbliku li jiġu ggarantiti l-estensjoni u l-kopertura universali tal-istazzjonijiet tat-televiżjoni tal-istat f’żoni remoti u iżolati tal-pajjiż (li għandhom ikunu f’parità ma’ dawk li ma għandhomx dawn il-karatteristiċi) li ma humiex koperti mill-impenn meħud mill-konċessjonarji tat-televiżjoni ”.
(118) Ara l-kummenti ta’ Abertis dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-Kummissjoni, 31.01.2011
(119) Ley 11/1998, de 24 de abril, General de Telecomunicaciones.
(120) Dawn jinkludu servizzi relatati mad-difiża pubblika u mal-protezzjoni ċivili u mal-operat tan-network tat-telefonija.
(121) Ley 32/2003, de 3 de noviembre, General de Telecomunicaciones. Fil-11 ta’ Mejju 2014, din il-liġi ġiet issostitwita bil-Ley 9/2014, de 9 de mayo, General de Telecomunicaciones.
(122) L-Artikolu 2.1 tal-Liġi jiddikjara: “Is-servizzi tat-telekomunikazzjoni huma servizzi ta’ interess ġenerali pprovduti skont ir-regoli tal-kompetizzjoni ħielsa”.
(123) L-Anness II tal-liġi 32/2003 fih definizzjonijiet preċiżi, teknoloġikament newtrali, tan-network tat-telekomunikazzjoni u tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. “ Telekomunikazzjoni: kwalunkwe trażmissjoni, emissjoni jew riċevuta ta’ sinjali, ta’ kitba, ta’ immaġnijiet u ta’ ħsejjes jew ta’ informazzjoni ta’ kwalunkwe natura bil-wajer, bl-elettriku bir-radju, b’mezzi ottiċi jew b’sistemi elettromanjetiċi oħra ”. “ Network ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi tfisser sistemi ta’ trażmissjoni u, fejn applikabbli, tagħmir ta’ swiċċjar jew ta’ routing u riżorsi oħrajn li jippermettu t-trasferiment ta’ sinjali b’wajers, bir-radju, b’mezzi ottiċi jew b’mezzi elettromanjetiċi oħrajn, inklużi networks satellitari, fissi (swiċċjati biċ-ċirkwiti u bil-pakketti, inkluż l-Internet) u networks terrestri mobbli, sistemi tal-kejbils tal-elettriku, sal-punt li jintużaw għall-finijiet tat-trażmissjoni tas-sinjali, tan-networks użati għax-xandir tar-radju u tat-televiżjoni, u tan-networks tat-televiżjoni bil-kejbil, irrispettivament mit-tip ta’ informazzjoni ttrasferita ”.
(124) Ara l-paragrafu 115 tas-sentenza fil-Kawżi Magħquda T-37/15 u T-38/15 Abertis Telecom Terrestre, SA u Telecom Castilla-La Mancha, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(125) Il-premessi 6 u 7 u l-Artikolu 5 tal-Konvenzjonijiet.
(126) Ara l-punti 62-72 tas-sentenza f’T-462/13; il-punti 60-73 tas-sentenza f’T-465/13; il-punti 102-115 tas-sentenza f’T-487/13; il-punti 84-95 tas-sentenza f’T-541/13; il-punti 66-71 tas-sentenza f’T-461/13. Barra minn hekk, fis-sentenzi kollha msemmijin hawn fuq, il-Qorti Ġenerali sostniet li l-Liġi 11/1998 u l-Liġi 32/2003 ma ddefinewx is-servizzi ta’ trażmissjoni għax-xandir tat-televiżjoni bħala SGEI.
(127) Ara s-sentenza fil-Kawżi Magħquda C-66/16 P sa C-69/16 P; is-sentenza fil-Kawża C-81/16.
(128) Il-punti 55-79 tas-sentenza fil-Kawża T-462/13
(129) Il-punti 55-80 tas-sentenza fil-Kawża T-465/13
(130) Il-punti 89-119 tas-sentenza fil-Kawża T-487/13
(131) Il-punti 65-95 tas-sentenza fil-Kawża T-541/13
(132) Il-punti 53-78 tas-sentenza fil-Kawża T-461/13
(133) Ara l-punti 67-76 tas-sentenza fil-Kawżi Magħquda C-66 sa 69/16
(134) Ara l-punti 38-54 tas-sentenza fil-Kawża C-81/16
(135) Ara s-sentenza f’T-451/13 (il-punti 65-110); T-461/13 (il-punti 53-78); T-462/13 (il-punti 55-79); T-465/13 (il-punti 55-80); T-487/13 (il-punti 89/119); C-81/16 (il-punti 38-54); Il-Kawżi magħquda C-66/16 P sa C-69/16 P (il-punti 67-76).
(136) Ara s-sentenza f’C-390/06, il-punt 51
(137) Ara s-sentenza f’T-37/15, il-punti 123 u 124
(138) Ara l-punt 123 tas-sentenza f’T-37/15.
(139) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-fornitura ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU C8, 11.01.2012, p. 4).
(140) Ma ġie pprovdut l-ebda element minn Itelazpi sabiex jappoġġa l-allegazzjoni tiegħu.
(141) Hispasat tipprovdi dawn is-servizzi b’appoġġ tan-network tad-DTT fiż-Żona II.
(142) Bħal, pereżempju, Franza.
(143) Pereżempju, Antena 3, Cuatro, Telecinco, La Sexta, La Siete, Teledeporte, TVE, La2, Canal 24 horas.
(144) Analiżi tas-suq tat-televiżjoni sottomessa minn Spanja fin-notifika tal-miżura: Kumpens għad-danni għal-liberazzjoni tad-dividend diġitali fi Spanja, SA.32619 (2011/N).
(145) T-55/99 Confederecaión española de transporte de Mercancias (CETM) vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, ECLI:EU:T:2000:223.
(146) COM(2002)263 final, “ eEurope 2005: Soċjetà tal-informazzjoni għal kulħadd ”, COM(2003)541 final, Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-tranżizzjoni mix-xandir analogu għax-xandir diġitali (minn “bidla” diġitali għal “tifi” analogu)” u COM(2005)204 final, “ Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni mix-xandir analogu għax-xandir diġitali ”.
(147) Ara “Għajnuna mill-Istat li hija inqas fl-ammont u mmirata aħjar: programm ta' ħidma għar-riforma tal-għajnuniet mill-Istat 2005-2009”, COM(2005)107 final.
(148) Ara, fost l-oħrajn, N622/03 Digitalisierungsfonds – l-Awstrija (ĠU C 228, 17.9.2005, p. 12); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/513/KE tad-9 ta’ Novembru 2005 dwar l-għajnuna mill-Istat li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja implimentat għall-introduzzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri (DVB-T) f’Berlin-Brandenburg (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 14); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/258/KE tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-miżuri Nru C24/04 (ex NN 35/2004) implimentata mill-Iżvezja għall-introduzzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri (ĠU L 112, 30.4.2007, p. 77); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/374/KE tal-24 ta’ Jannar 2007 dwar l-għajnuna mill-Istat C 52/05 (ex NN 88/2005, ex CP 101/2004) implimentata mir-Repubblika tal-Italja għas-sussidji għad-decoders diġitali (ĠU L 147, 8.6.2007, p. 1); N270/06 – għas-sussidji għad-decoders diġitali bl-API — l-Italja (ĠU C 80, 13.4.2007, p. 3); N107/07 Sussidji għall-IdTV – l-Italja (ĠU C 246, 20.10.2007); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/708/KE tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar l-għajnuna mill-Istat C 34/06 (ex N 29/05, ex CP 13/04) li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja qed tippjana li timplimenta għall-introduzzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri (DVB-T) f’Nordrhein-Westfalen (ĠU L 236, 3.9.2008, p. 10); SA.28685 Captación de Televisión Digital en Cantabria – Spanja (ĠU C 119, 24.4. 2012).
(149) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/513/KE, il-premessa 132.
(150) COM(2002)263 final, “ eEurope 2005: Soċjetà tal-informazzjoni għal kulħadd ”.
(151) COM (2003)541 final, “ Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-tranżizzjoni mix-xandir analogu għax-xandir diġitali (minn “bidla” diġitali għal “tifi” analogu)” u COM(2005)204 final, “ Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni mix-xandir analogu għax-xandir diġitali ”.
(152) COM(2005) 541 final, l-1 ta’ Ġunju 2005.
(153) Ara hawn fuq, in-nota 148 f’qiegħ il-paġna.
(154) Il-Kawżi T-8/06 - FAB Fernsehen aus Berlin GmbH vs Il-Kummissjoni, is-Sentenza tas-6 ta’ Ottubru 2009 (il-punti 70-84), ECLI:EU:T:2009:386; C-544/09P - Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, is-Sentenza tal-15 ta’ Settembru 2011 (il-punti 77-83), ECLI:EU:C:2011:584; T-177/07, Mediaset SpA vs Il-Kummissjoni, is-Sentenza tal-15 ta’ Ġunju 2010 (il-punti 109), ECLI:EU:C:2010:233; u C-403/10 P – Mediaset SpA vs Il-Kummissjoni, is-Sentenza tat-28 ta’ Lulju 2011 (il-punti 100 – 108), ECLI:EU:C:2011:533.Ara wkoll is-sentenzi fil-kawżi T-462/13 (il-punti 102-139), T-465/13 (il-punti 94-117), T-487/13 (il-punti 128-140), T-541/13 (il-punti 119-129) u T-461/13 (il-punti 94-112) liema sentenzi kienu kkonfermati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C-66/16 P sa C-69/16 u fil-kawża C-81/16. Ara wkoll is-sentenza f’T-808/14 (il-punti 139-149) u s-sentenza fil-Kawżi Magħquda T-37/15 u T-38/15 (il-punti 157-166), liema sentenzi ġew ikkonfermati mill-Qorti tal-Ġustizzja f’C-91/17 P, f’C-92/17 u f’C-114/17P.
(155) Ara n-nota 21 f’qiegħ il-paġna.
(156) FTI Consulting: Providing Digital Television Services in the Basque Region of Spain, il-paġni 12, 20, 44, 9.5.2019. Ipprovdut minn Itelazpi.
(157) Għalkemm fis-sejħa għall-offerti inizjali teknoloġikament newtrali ta’ Cantabria, tliet konsorzji għamlu offerta li kienet mibnija fuq soluzzjoni satellitari (Castilla-La-Mancha Telecom, Telefónica u Astra), l-ebda waħda minn dawn il-kumpaniji – jew kwalunkwe operatur ieħor ta’ pjattaforma mhux DTT – ma reġgħet ħadet sehem fi kwalunkwe waħda mis-sejħiet għall-offerti sussegwenti.
(158) Studju bħal dan serva bħala ġustifikazzjoni għal għażla ta’ teknoloġija partikolari f’kawża dwar il-broadband, ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N222/2006 – L-għajnuna sabiex jitnaqqas id-distakk diġitali f’Sardenja, ĠU C 68, 24.03.2007.
(159) Ir-Renju Unit għażel id-DTT għall-forniment tat-televiżjoni lokali abbażi ta’ studju ex ante mwettaq mir-regolatur tiegħu OFCOM u fuq il-bażi ta’ konsultazzjoni ex ante tal-atturi tas-suq. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ma insistietx fuq it-twettiq ta’ sejħa għall-offerti teknoloġikament newtrali. SA.33980 (2012/N) – It-televiżjoni lokali fir-Renju Unit, http://ec.europa.eu/competition/state_aid/cases/244689/244689_1425664_116_2.pdf.
(160) Pereżempju, fil-każ ta’ Itelazpi u ta’ Cellnex, xi siti ta’ trażmissjoni tad-DTT ma jistgħux jirċievu sinjali multiplessi fuq in-network terrestri u jirċievu sinjali multiplessi mis-satelliti ta’ Hispasat. Qabbel l-Istudju ta’ Itelazpi tal-2015, il-paġna 20.
(161) Huwa biss jekk l-istudju jitwettaq qabel ma ssir l-għażla ta’ soluzzjoni teknoloġika partikolari (“ ex ante ”) li awtorità tkun tista’ tiddikjara li d-deċiżjoni tagħha li tirrinunzja għal sejħa għall-offerti teknoloġikament newtrali kienet ibbażata fuq studju bħal dan.
(162) L-istimi tal-kostijiet huma bbażati fuq suppożizzjonijiet u, għalhekk, jinvolvu inċertezza. Sabiex tiġi ġġustifikata għażla teknoloġika ex ante , l-istimi tal-kostijiet iridu jkunu konservattivi. Dawn iridu jinkludu tnaqqis possibbli fil-kostijiet li jista’ jinkiseb minn offerenti potenzjali fuq il-bażi tal-pożizzjoni tas-suq jew tas-sinerġiji possibbli tagħhom. Jenħtieġ li jirriflettu wkoll skontijiet possibbli li offerent ikun jista’ joffri sabiex jidħol f’suq ġdid.
(163) It-tqabbil tal-kostijiet ikun robust jekk ir-riżultat kumplessiv ma jinbidilx jekk is-suppożizzjonijiet sottostanti jinbidlu fi ħdan medda raġonevoli.
(164) Ara s-sentenza fil-Kawża T-461/13 (il-punti 118-120); is-sentenza fil-Kawża T-462/13, (il-punti 113-114); is-sentenza fil-Kawża T-465/13, (il-punti 104-105); f’T-541/13, (il-punti 132-133).
(165) Il-kalkoli interni ma għandhomx data u jista’ jkun li twettqu ex post. Dawn ġew ipprovduti lill-Kummissjoni ferm wara li bdiet l-investigazzjoni u snin wara li l-miżura ddaħħlet fis-seħħ (jiġifieri Galicia fl-2010, Navarra, Madrid, La Rioja, Valencia fl-2011, Aragona fl-2012).
(166) Murcia tipprovdi tqabbil tal-kostijiet tal-15 ta’ Ottubru 2008 li allegatament juri li, meta mqabbla mad-DTT, il-kostijiet tat-tnedija tas-satellita jaqbżu b’70 % għall-muniċipalità u b’100 % għaċ-ċittadini. Madankollu, it-tqabbil tal-kostijiet ma huwiex verifikabbli, peress li ma jipprovdi l-ebda anness b’data u b’kalkoli. It-tqabbil ma jikkunsidrax li f’sejħa għall-offerti (bħal fil-każ ta’ Cantabria), operatur satellitari jkun jista’ joffri skontijiet u ma jikkunsidrax li fil-każ tat-teknoloġija tad-DTT, minbarra l-installazzjoni, ikun hemm kost sinifikanti tal-O&D.
(167) Ara r-raġunament tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-463/13 Comunidad Autónoma de Galicia vs I-Kummissjoni, il-punti 128-129.
(168) Is-sottomissjoni minn Itelazpi fit-13 ta’ Ġunju 2019 tikkonferma l-istudji dwar il-kostijiet ta’ Astra. Hija ssostni li dawn l-istudji għandhom diversi difetti, iżda minkejja dan ma tispjegax x’difetti hemm u sa liema punt huma deċiżivi għall-konklużjonijiet ġenerali ta’ Astra. Fis-sottomissjoni tagħha tat-13 ta’ Ġunju 2019, Cellnex Telecom tikkritika f’aktar dettall diversi suppożizzjonijiet dwar il-kostijiet ta’ Astra (il-paġni 24-26). Peress li l-Kummissjoni ma tiddependix b’mod partikolari fuq kwalunkwe rapport speċifiku, dawn ma humiex diskussi ulterjorment.
(169) Analysys Mason: Evaluación de los costes sobrevenidos de las diferentes tecnologías para poder recibir la cobertura actual del servicio de televisión tras la liberación del dividendo digital. 20 de septiembre de 2012
(170) SA.32619 (2012/C (ex 2011/N)) innotifikata mir-Renju ta’ Spanja għall-kumpens ta’ ċerti spejjeż għal-liberazzjoni tad-dividend diġitali (ĠU L 361, 31.12.2016, p. 1).
(171) Pereżempju, hemm analiżi mhux rigoruża għall-kostijiet tal-pagamenti parzjali fi djar individwali. L-istudju jassumi li d-djar individwali kollha għandhom kważi t-tagħmir kollu għall-aċċess għad-DTT, b’kuntrast mas-satellita. Il-konsegwenza ta’ din is-suppożizzjoni hija żieda fil-kostijiet għat-teknoloġija satellitari meta mqabbla mad-DTT. Għalkemm fl-istudju jissemma li t-tagħmir ta’ pagamento parzjali meħtieġ għaż-żewġ teknoloġiji huwa simili, għad-DTT l-istudju jikkalkola biss kostijiet ta’ EUR 30 għal dekowder, filwaqt li għat-teknoloġija satellitari jqis kost ta’ EUR 588. Minn dawn il-EUR 588, EUR 270 huma inklużi għax-xiri ta’ żewġ riċevituri satellitari. Id-differenza fit-trattament tad-DTT u tas-satellita tidher ukoll fil-kalkoli tal-kostijiet totali. Aktar minn EUR 71 miljun huma allokati għall-adattament ta’ djar individwali għas-satellita, filwaqt li l-kostijiet tal-adattamenti għat-teknoloġija tad-DTT huma żero.
(172) Fil-fatt, Itelazpi ma ddikjaratx li l-gvern ċentrali jew il-gvern reġjonali tal-Pajjiż Bask kien ibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq id-data użata f’dan l-istudju.
(173) Pereżempju, l-Istudji ta’ Itelazpi tal-2019 u tal-2015 jassumu li l-forniment ta’ servizzi satellitari jsir fuq il-bażi tal-kiri tal-kapaċità eżistenti ta’ transponder satellitari mill-pjattaforma satellitari u li tiġi operata l-konnessjoni satellitari nnifisha. Ma jikkunsidrawx il-possibbiltà li, bħal fis-sejħa għall-offerti ta’ Cantabria, operatur satellitari jista’ jidħol fis-suq huwa stess. Għalhekk, il-kalkolu jippreġudika kontra t-teknoloġija satellitari peress li jeskludi l-possibbiltà ta’ kwalunkwe skont ta’ kwantità jew negozjati possibbli dwar il-prezzijiet li tipikament iseħħu fi proċess ta’ sejħa għall-offerti. Fil-każ ta’ sejħa għall-offerti miftuħa, kif muri fir-rigward tas-sejħa għall-offerti ta’ Cantabria, l-operatur satellitari jista’ jibbaża l-offerta tiegħu fuq kalkolu tal-prezz kompletament differenti. B’mod aktar speċifiku, il-kalkoli tal-kostijiet huma preġudikati. Pereżempju, huma jużaw il-prezzijiet attwali tal-kaxxi tad-dekowder satellitari fil-kalkolu tal-kostijiet tas-satellita li huma ferm ogħla mill-kostijiet f’xi pajjiżi oħrajn tal-UE (il-paġna 10 tal-Istudju ta’ Itelazpi tal-2015 u l-paġna 45 tal-Istudju ta’ Itelazpi tal-2019). B’hekk, jinjoraw il-possibbiltà ta’ skontijiet tal-kwantità li operatur satellitari jista’ jibbenefika minnhom jekk jopera f’diversi Stati Membri.
(174) Il-kalkoli tal-kostijiet ma jistgħux jiġu vverifikati. Fir-rigward tal-kost tad-DTT, l-istudju jirreferi għad-data interna ta’ Itelazpi. Din id-data ma ġietx annessa mal-istudju. Fir-rigward tal-kost tas-satellita, l-istudju jirreferi għal Astra, madankollu mingħajr ma jindika fejn u f’liema kuntest Astra pprovdiet it-tali data.
(175) Hispasat, proprjetà konġunta minn Abertis u mill-gvern Spanjol, tipprovdi servizzi f’ċerti Komunitajiet Awtonomi f’partijiet taż-Żona II. Pereżempju, fil-Gżejjer Kanarji, 16-il raħal li jinsabu fiż-Żona II jirċievu televiżjoni mingħajr ħlas permezz tas-satellita. F’Castilla y Leon, l-istess huwa minnu għal madwar 9 000 persuna. Peress li Abertis hija responsabbli mill-kontroll tar-riċevituri satellitari fis-siti terrestri kollha u ma tippermettix lil operaturi satellitari oħrajn joħolqu interkonnessjoni mat-tali riċevituri, Hispasat biss tista’ toffri t-tali servizzi tat-trasport tad-DTT sabiex tforni t-torrijiet terrestri.
(176) Eż. Franza, ir-Renju Unit, l-Italja, is-Slovakkja.
(177) Kif enfasizzat ulterjorment mis-sentenza tal-qorti nazzjonali. Ara hawn fuq, in-nota 16 f’qiegħ il-paġna.
(178) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2395.
(179) Ofcom, “ Second consultation on coexistence of new services in the 800 MHz band with digital terrestrial television ”, http://stakeholders.ofcom.org.uk/consultations/second-coexistence-consultation/.
(180) Skont l-istimi ta’ Astra, in-numru totali ta’ stazzjonijiet lokali attwalment imxandra huwa limitat għal 415-il stazzjon. Il-kalkoli tal-Kummissjoni stess jissuġġerixxu li n-numru ta’ stazzjonijiet iddikjarat minn Spanja huwa kemxejn eċċessiv.
(181) Is-sinjal satellitari jista’ jixxandar fit-territorju Spanjol kollu. Madankollu, fil-każ tal-pjattaforma terrestri, l-estensjoni ġeografika teħtieġ l-installazzjoni ta’ torrijiet addizzjonali ta’ ripetituri u/jew ta’ rilej.
(182) Ara l-punti 102-139
(183) Ara l-punti 94-117
(184) Ara l-punti 128-140
(185) Ara l-punti 119-129
(186) Ara l-punti 94-112
(187) Il-punti 55-79 tas-sentenza fil-Kawża T-462/13
(188) Il-punti 55-80 tas-sentenza fil-Kawża T-465/13
(189) Il-punti 89-119 tas-sentenza fil-Kawża T-487/13
(190) Il-punti 65-95 tas-sentenza fil-Kawża T-541/13
(191) Il-punti 53-78 tas-sentenza fil-Kawża T-461/13
(192) Ara l-punti 67-76 tas-sentenza fil-Kawżi Magħquda C-66 sa 69/16
(193) Ara l-punti 38-54 tas-sentenza fil-Kawża C-81/16
(194) Il-Kawżi T-195/01 u T-207/01, Ġibiltà, ECLI:EU:T:2002:111, il-punti 109-111.
(195) Bl-eċċezzjoni ta’ Murcia, li nnotifikat il-miżura wara li kienet diġà ġiet implimentata.
(196) Is-sentenza tat-12 ta’ Lulju 1973, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, C-70/72, ECLI:EU:C:1973:87, il-punt 13.
(197) Is-sentenza tal-21 ta’ Marzu 1990, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C-142/87, ECLI:EU:C:1990:125, il-punt 66.
(198) Is-sentenza tas-17 ta’ Ġunju 1999, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C-75/97, ECLI:EU:C:1999:311, il-punti 64 u 65.
(199) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).
(200) Il-provvista, l-installazzjoni u x-xegħil tat-tagħmir neċessarju sabiex jiġi pprovdut is-servizz tat-trasport u x-xandir tad-DTT, għal 6 multiplessi nazzjonali (network globali tal-Istat, network ta’ frekwenza unika) u multipless tal-komunità awtonoma, f’postijiet f’Extremadura skont il-Fażi II tal-Pjan Nazzjonali għat-Tranżizzjoni għad-DTT. Il-Kawża SU-28/2009.
(201) Il-provvista, l-installazzjoni u x-xegħil tat-tagħmir neċessarju sabiex jiġi pprovdut is-servizz tat-trasport u x-xandir tad-DTT għal 6 multiplessi nazzjonali (Red Global Estatal (network globali tal-Istat) Red de Frecuencia Unica (network ta’ frekwenza unika)) u multipless ta’ komunità awtonoma (minn hawn ’il quddiem RGE, SFN u AUT) f’postijiet taħt il-Fażi II tal-Pjan Nazzjonali għat-Tranżizzjoni lejn id-DTT. Tinkludi l-attivitajiet li ġejjin: (a) id-disinn tan-networks tekniċi tax-xandir u tad-distribuzzjoni li jappoġġaw is-servizz; (b) l-ippjanar tal-provvista tat-tagħmir neċessarju għan-network propost; (c) il-varar tan-network, inklużi l-installazzjoni u x-xegħil tat-tagħmir u tal-infrastruttura neċessarji. Din il-provvista ssir fuq bażi turnkey
(202) Il-paġna 2, il-paragrafu 5 – “L-objettiv ewlieni li għandu jiġi segwit huwa li jiġi estiż u ggarantit perċentwal qrib kemm jista’ jkun kopertura ta’ 100 % tat-Televiżjoni Diġitali Terrestri (DTT) għaċ-ċittadini kollha fid-distretti li jaqgħu taħt il-Fażi II ta’ Extremadura. Ma tiġi stabbilita l-ebda limitazzjoni fir-rigward tal-arkitettura tan-network jew tat-teknoloġija/i li għandhom jintużaw sakemm jiġu ssodisfati r-rekwiżiti minimi stabbiliti.
Il-paġna 10, il-paragrafu 7 – Jenħtieġ li l-offerenti jinkludu fl-offerti tagħhom l-arkitettura tan-network ta’ distribuzzjoni propost, li trid tkun konsistenti man-network tax-xandir. Għal kull multipless, titfittex l-aħjar soluzzjoni għal dan is-servizz, dejjem soġġetta għal kriterji ta’ ottimizzazzjoni ekonomika u teknoloġika.
(203) Sejħiet għall-offerti oħrajn identifikati mill-Kummissjoni bħala li jaqgħu fl-istess kategorija huma s-sejħa għall-offerti 2009/000127 organizzata mill-Junta de Andalucía u l-offerta S-004/10/10 organizzata minn Junta de Extremadura.
(204) Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-kuntratt għall-“Abbozzar ta’ proġetti, provvista, installazzjoni u xegħil tal-infrastruttura neċessarja u komunikazzjonijiet għall-estensjoni tal-kopertura tas-sinjal tat-Televiżjoni Diġitali Terrestri (DTT) fil-komunità awtonoma ta’ Madrid.” Għandha tiġi konkluża permezz tal-proċedura simplifikata ordinarja fuq bażi ta’ diversi kriterji. Referenza tal-fajl (número de expediente) ECON/000572/2008.
(205) Il-paġna 3, il-paragrafu 3 - “(…) provvista, installazzjoni u xegħil tal-infrastruttura neċessarja u komunikazzjonijiet għall-estensjoni tal-kopertura tas-sinjal tat-Televiżjoni Diġitali Terrestri (DTT) fil-komunità awtonoma ta’ Madrid, inkluż ix-xogħol kollu relatat mat-twettiq tal-proġetti tekniċi relatati, il-kejl, il-manutenzjoni, l-operat u l-ġestjoni tal-installazzjonijiet li jifformaw is-servizz għall-infrastruttura mnedija, u l-ħidma neċessarja sabiex tinxtered l-informazzjoni istituzzjonali għall-promozzjoni tat-Televiżjoni Diġitali Terrestri.”
Il-paġna 9, il-paragrafu 8 – “In-network tax-xandir propost sabiex tiġi pprovduta kopertura tat-televiżjoni diġitali terrestri, abbażi tal-iskeda ta’ żmien għat-tifi u l-allokazzjoni tal-baġit disponibbli, se jiġi speċifikat.”
(206) Il-paġna 4, Il-paragrafi 2 u 8 - “L-objettiv ewlieni li għandu jintlaħaq permezz tal-eżekuzzjoni tal-ħidma dettaljata hawn taħt huwa li jiġi estiż u ggarantit perċentwal qrib kemm jista’ jkun ta’ 100 % tal-kopertura tat-Televiżjoni Diġitali Terrestri (DTT) għaċ-ċittadini kollha fil-komunità awtonoma ta’ Madrid. Sabiex tiġi ffaċilitata r-riċevuta tad-DTT fiż-żoni tal-kopertura, huwa rrakkomandat li ċ-ċentri tax-xandir ikollhom siti kompatibbli mal-orjentazzjoni tad-dixxijiet satellitari eżistenti fil-bini, sabiex iċ-ċittadini ma jkollhomx għalfejn jinstallaw dixxijiet ġodda jew jorjentaw mill-ġdid id-dixxijiet eżistenti. Għalhekk, jenħtieġ li l-offerenti jiddikjaraw kif se jindirizzaw din il-kwistjoni fis-soluzzjoni proposta.” Il-paġna 12, il-paragrafu 4 - “Il-mikroxandar/il-mikrotrażmettitur se jkun iddisinjat skont l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin”...
(207) F’Galicia, għalkemm il-muniċipalitajiet kienu rreġistrati bħala operaturi tan-network, Retegal kienet l-impriża li akkwistat it-tagħmir u wettqet l-estensjoni tal-kopertura tan-network. Għalhekk, jenħtieġ li Retegal titqies l-benefiċjarju tal-għajnuna.
(208) Sejħiet għall-offerti oħrajn identifikati mill-Kummissjoni bħala li jaqgħu fl-istess kategorija huma, fost l-oħrajn, żewġ sejħiet għall-offerti organizzati minn Provilsa f’Marzu 2009 mirbuħin minn Retevisión SA u minn Telvent Energía S.A.; is-sejħa għall-offerti SE/CTTI/06/08 organizzata minn CTTI u mirbuħa minn Abertis S.A., sejħa għall-offerti Contratación del suministro de la fase II y III para la extensión de la TDT en Aragón organizzata f’Ġunju 2009 minn Aragón Telecom u mirbuħa minn Abertis.
(209) Ir-Regolament (KE) Nru 1998/2006/KE ġie ssostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1407/2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (“Ir-Regolament De Minimis tal-2013”). Ir-Regolament De Minimis tal-2013 għandu japplika għall-għajnuna mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu jekk l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f’dak ir-Regolament. Skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament De Minimis tal-2013, kwalunkwe għajnuna de minimis individwali mogħtija bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u t-30 ta’ Ġunju 2014 u li tissodisfa l-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1998/2006 għandha titqies li ma tissodisfax il-kriterji kollha fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat u, għalhekk, għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat.
(210) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta’ Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċertu kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali, OJ L 142, 14.5.1998, p. 1. Dan ir-regolament ġie ssostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 tat-13 ta’ Lulju 2015 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 1).
ANNESS
In-nefqa pubblika fiż-Żona II fuq l-introduzzjoni tad-DTT, skont ir-reġjuni Spanjoli (il-Komunitajiet Awtonomi, minbarra Castilla-La Mancha)
|
BAĠIT (f’EUR) |
||||||||
|
Reġjun (Komunità Awtonoma) |
Ministeru tal-Industrija, il-Kummerċ u t-Turiżmu Sussidji diretti (1) |
Ministeru tal-Industrija, il-Kummerċ u t-Turiżmu Self b’kundizzjonijiet favorevoli (1) |
Fondi reġjonali (1) |
Fondi lokali (1) |
Spiża rikorrenti (2009-2011) (1) |
Fondi totali |
Ammont totali ta’ sejħiet għall-offerti organizzati (2) |
Nefqa totali pubblika (3) |
|
ANDALUSIJA |
4 668 500,00 |
1 220 690,00 |
8 712 873,00 |
491 203,00 |
2 250 479,00 |
15 093 266,00 |
3 678 242,17 |
15 093 266,00 |
|
ARAGONA |
5 900 000,00 |
8 700 000,00 |
5 400 000,00 |
- |
5 000 000,00 |
20 000 000,00 |
16 281 754,30 |
20 000 000,00 |
|
ASTURJI |
- |
13 430 787,00 |
353 535,00 |
- |
2 129 698,00 |
13 784 322,00 |
13 784 322,00 |
13 784 322,00 |
|
BALEARIĊI |
- |
- |
913 034,00 |
— |
763 034,00 |
913 034,00 |
3 294 429,02 |
3 294 429,02 |
|
IL-GŻEJJER KANARJI |
2 905 766,26 |
1 130 595,85 |
1 792 402,57 |
- |
- |
5 828 764,68 |
5 284 331,67 |
5 828 764,68 |
|
CANTABRIA |
3 229 500,00 |
3 851 949,80 |
622 449,00 |
- |
860 850,00 |
7 703 898,80 |
6 355 613,68 |
7 703 898,80 |
|
KASTILJA U LEON |
13 830 850,00 |
20 316 585,73 |
10 324 906,71 |
- |
6 716 000,00 |
37 756 342,44 |
37 756 342,44 |
37 756 342,44 |
|
KATALUNJA |
13 838 368,00 |
26 024 223,00 |
EBDA DATA |
EBDA DATA |
- |
39 862 591,00 |
52 316 794,34 |
52 316 794,34 |
|
CEUTA |
54 000,00 |
91 786,17 |
10 000,00 |
- |
EBDA DATA |
155 786,17 |
50 000,00 |
155 786,17 |
|
EXTREMADURA |
2 238 250,00 |
7 800 000,00 |
18 718,00 |
- |
- |
10 056 968,00 |
9 549 379,74 |
10 056 968,00 |
|
GALICIA |
6 083 300,00 |
5 000 000,00 |
6 003 336,00 |
- |
873 000,00 |
17 086 636,00 |
12 644 112,98 |
17 086 636,00 |
|
MADRID |
554 200,00 |
- |
3 068 444,00 |
- |
- |
3 622 644,00 |
3 622 744,00 |
3 622 644,00 |
|
MELILLA |
254 000,00 |
EBDA DATA |
2 000,00 |
EBDA DATA |
EBDA DATA |
256 000,00 |
- |
256 000,00 |
|
MURCIA |
135 750,00 |
- |
2 478 700,00 |
40 188,00 |
212 371,00 |
2 654 638,00 |
2 788 407,32 |
2 788 407,32 |
|
NAVARRA |
316 850,00 |
- |
6 675 028,00 |
- |
4 256 508,39 |
6 991 878,00 |
6 991 878,00 |
6 991 878,00 |
|
RIOJA |
1 229 350,00 |
3 000 000,00 |
3 737 425,00 |
— |
944 000,00 |
7 966 775,00 |
5 766 775,00 |
7 966 775,00 |
|
IL-PAJJIŻ BASK |
2 487 800,00 |
- |
9 802 703,00 |
2 425 000,00 |
1 508 308,00 |
14 715 503,00 |
179 000,00 |
14 715 503,00 |
|
IL-KOMUNITÀ TA’ VALENZJA |
1 822 250,00 |
13 384 248,94 |
818 280,30 |
586 234,17 |
679 500,00 |
16 611 013,41 |
15 412 499,00 |
16 611 013,41 |
(1) L-ammonti rrappurtati mill-awtoritajiet ċentrali u reġjonali Spanjoli matul l-investigazzjoni. Għall-perjodu 2012-2018, ftit awtoritajiet reġjonali biss irrappurtaw informazzjoni rikorrenti dwar in-nefqa: Galicia rrappurtat li ma ġġarrbet l-ebda spiża; Andalusija rrappurtat EUR 6 422 670,89; Asturji EUR 3 943 818,48; Katalunja EUR 22 879 421,63; EUR 521 968,10 miljun u Rioja EUR 5 223 287,03 rispettivament.
(2) Ammont ta’ fondi trasferiti lill-offerenti magħżula tal-offerti nnotifikati lill-Kummissjoni.
(3) Id-data biss minn erba’ reġjuni (bl-aħdar) tippermetti definizzjoni preċiża tal-ammont ta’ għajnuna mill-Istat billi kemm (i) l-ammont iddikjarat ta’ fondi mogħtija mill-awtoritajiet kif ukoll (ii) it-total tal-fondi trasferiti wara l-offerti kkomunikati lill-Kummissjoni huma l-istess. Minħabba d-diffikultà li tinkiseb informazzjoni preċiża minn reġjuni oħra, jitqies li l-ammont ta’ għajnuna mill-Istat mogħtija f’reġjun partikolari huwa l-ogħla wieħed miż-żewġ ammonti ddikjarati: i) it-total tal-fondi mogħtija mill-awtoritajiet jew (ii) it-total tal-fondi trasferiti wara l-offerti kkomunikati lill-Kummissjoni.