Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D2014

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2014 tas-17 ta’ Novembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1073 li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi u regoli għall-implimentazzjoni tal-qafas ta’ fiduċja għaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2021/8350

ĠU L 410, 18.11.2021, pp. 180–196 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/2014/oj

18.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 410/180


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2014

tas-17 ta’ Novembru 2021

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1073 li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi u regoli għall-implimentazzjoni tal-qafas ta’ fiduċja għaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2021/953 jistabbilixxi ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, li l-iskop tiegħu huwa li jservi ta’ prova li persuna tkun irċeviet tilqima kontra l-COVID-19, ta’ riżultat ta’ test negattiv, jew li tkun irkuprat minn infezzjoni sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-dritt tal-moviment liberu tal-persuna li jkollha ċ-ċertifikat tul il-pandemija tal-COVID-19.

(2)

Biex iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jkun jista’ jintuża madwar l-Unjoni, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1073 (2), li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi u regoli biex iċ-Ċertifikati tal-COVID Diġitali jimtlew, jinħarġu u jiġu verifikati b’mod sigur, biex tkun żgurata l-protezzjoni tad-data personali, biex tiġi stabbilita l-istruttura komuni tal-identifikatur uniku taċ-ċertifikat, u biex jinħareġ barcode validu, sigur u interoperabbli.

(3)

Ħafna Stati Membri diġà ħabbru jew diġà bdew bl-għoti ta’ dożi addizzjonali tat-tilqima kontra l-COVID-19 minbarra s-sensiela ta’ tilqim primarju, jiġifieri s-sensiela tat-tilqim maħsuba biex tagħti biżżejjed protezzjoni biżżejjed fl-istadju inizjali, b’mod partikolari lill-persuni li jista’ jkun ma rrispondewx b’mod adegwat għas-sensiela ta’ tilqim primarju, u qed jikkunsidraw dożi “booster” għan-nies li rrispondew b’mod adegwat għat-tilqim primarju. F’dan il-kuntest, fl-1 ta’ Settembru 2021 iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ippubblika konsiderazzjonijiet interim dwar is-saħħa pubblika dwar l-għoti ta’ dożi addizzjonali tat-tilqima kontra l-COVID-19 (3).

(4)

Fl-4 ta’ Ottubru 2021, il-Kumitat dwar Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini kkonkluda li doża addizzjonali tat-tilqimiet kontra l-COVID-19 Comirnaty u Spikevax jistgħu jingħataw lin-nies b’sistemi immunitarji mdgħajfa ħafna, mhux inqas minn 28 jum wara t-tieni doża tagħhom (4). Il-Kumitat evalwa wkoll id-data għall-Comirnaty li turi żieda fil-livelli tal-antikorpi meta tingħata doża booster madwar sitt (6) xhur wara t-tieni doża f’persuni ta’ età bejn 18 u 55 sena. Abbażi ta’ din id-data, il-Kumitat ikkonkluda li d-dożi booster għall-Comirnaty jistgħu jitqiesu mhux inqas minn sitt (6) xhur wara t-tieni doża għal persuni ta’ 18-il sena jew aktar. Kif qalet l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, il-korpi tas-saħħa pubblika fil-livell nazzjonali jistgħu joħorġu rakkomandazzjonijiet uffiċjali dwar l-użu ta’ dożi booster, huma u jqisu d-data emerġenti dwar l-effettività u d-data limitata dwar is-sikurezza. L-informazzjoni rispettiva dwar il-prodott ta’ Comirnaty (5) u Spikevax (6) ġiet aġġornata biex tinkludi dawn ir-rakkomandazzjonijiet.

(5)

Biex jiġu evitati approċċi diverġenti, konfondenti, jew teknikament inkompatibbli bejn l-Istati Membri, huwa meħtieġ li jiġu adottati regoli uniformi dwar kif jimtlew iċ-ċertifikati tat-tilqim msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2021/953 maħruġ wara li jingħataw tali dożi.

(6)

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/953, irid jinħareġ ċertifikat tat-tilqim wara l-għoti ta’ kull doża, għandu jindika l-kors ta’ tilqim tlestiex jew le, u għandu jkun fih l-għadd ta’ dożi li ngħataw lid-detentur. Skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament, ċertifikat tat-tilqim irid jinkludi, bħala kampijiet tad-data, in-numru f’sensiela ta’ dożi kif ukoll l-għadd kumplessiv ta’ dożi f’sensiela. Kwalunkwe regoli dwar kif jimtlew iċ-ċertifikati tat-tilqim maħruġa wara l-għoti ta’dożi addizzjonali, adottati permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, iridu jimxu mar-rekwiżiti stabbiliti bir-Regolament (UE) 2021/953.

(7)

Iċ-ċertifikati tat-tilqim maħruġa għal dożi tas-sensiela ta’ tilqim primarju jenħtieġ li jindikaw tilqim komplut wara li titlesta s-sensiela primarja saħansitra f’każijiet fejn ikun irrakkomandat l-għoti ta’ dożi addizzjonali aktar tard. Iċ-ċertifikati tat-tilqim maħruġa għal dożi addizzjonali amministrati wara s-sensiela ta’ tilqim primarju jenħtieġ li jindikaw l-għadd ta’ dożi mogħtija lid-detentur, kif previst fil-punt (b) tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2021/953, kif ukoll l-għadd kumplessiv ta’ dożi fis-sensiela, li jinkludi d-dożi tat-tilqim primarju kif ukoll kwalunkwe doża addizzjonali.

(8)

Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lis-sitwazzjoni ta’ gruppi vulnerabbli li jistgħu jirċievu dożi addizzjonali bħala kwistjoni ta’ prijorità. Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jagħti dożi addizzjonali biss lil gruppi speċifiċi tal-popolazzjoni, jista’ jikkunsidra li joħroġ ċertifikati tat-tilqim li jindikaw l-għoti ta’ tali dożi addizzjonali b’talba biss u mhux awtomatikament, ladarba l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2021/953 joffri l-possibbiltà li l-Istati Membri jagħżlu bejn dawn iż-żewġ għażliet. Dment li d-dożi addizzjonali jingħataw biss lil grupp speċifiku tal-popolazzjoni, jenħtieġ li l-persuni li jappartjenu għal dan il-grupp ma jkunux meħtieġa juru ċ-ċertifikat li jindika l-għoti ta’ doża addizzjonali meta jkunu qed jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19, u minflok ikunu jistgħu jużaw iċ-ċertifikat li jkunu rċevew wara li lestew l-ewwel sensiela ta’ tilqim primarju.

(9)

Fl-istess ħin, huwa importanti li ċ-ċertifikat tat-tilqim maħruġ lil nies li jappartjenu għal tali gruppi wara li jingħataw id-dożi addizzjonali wkoll jirrifletti korrettament l-għadd ta’ dożi li jkunu ngħataw. L-ewwel nett, ir-Regolament (UE) 2021/953 jagħti d-dritt lil kull persuna li tirċievi ċertifikat tat-tilqim, li jindika l-għadd ta’ dożi li jkunu ngħatawlha, wara l-għoti ta’ kull doża. It-tieni, l-Istati Membri jistgħu eventwalment jillimitaw id-durata tal-aċċettazzjoni, għall-finijiet tal-moviment liberu, ta’ ċertifikati tat-tilqim maħruġa wara t-tlestija tas-sensiela ta’ tilqim primarju, jekk issir disponibbli evidenza xjentifika li l-protezzjoni mogħtija mis-sensiela tat-tilqim primarju tbatti għal anqas minn ċertu livell wara ċertu perjodu. Jekk il-gruppi vulnerabbli ma jingħatawx l-opportunità li jiksbu ċertifikati tat-tilqim wara l-għoti ta’ doża addizzjonali, dan ikun jeħtieġ aktar passi amministrattivi biex jiksbuhom meta jsiru aktar importanti għal-libertà ta’ moviment tagħhom, u għalhekk jista’ jirriżulta f’ostakli għaliha.

(10)

Barra minn hekk, ir-regoli għall-mili taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jenħtieġ li jiġu ċċarati aktar. Jenħtieġ li ċerti settijiet ta’ valuri speċifiċi li japplikaw ir-regoli ta’ kodifikazzjoni stabbiliti jkunu disponibbli pubblikament.

(11)

Biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, jenħtieġ li tiġi definita struttura komuni koordinata għad-data li trid tiġi inkluża fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2021/953 permezz tal-użu ta’ skema tal-JavaScript Object Notation (JSON).

(12)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1073 tiġi emendata skont dan.

(13)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u ta kummenti formali fit-18 ta’ Ottubru 2021 (8).

(14)

Fid-dawl tal-ħtieġa tal-implimentazzjoni rapida tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi emendati fiċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(15)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 2021/953,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1073 hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Ir-regoli ta’ governanza applikabbli għaċ-ċertifikat tal-kjavi pubblika fir-rigward tal-gateway taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, li jappoġġaw l-aspetti tal-interoperabbiltà tal-qafas ta’ fiduċja, huma stabbiliti fl-Anness IV.”;

(2)

jiżdiedu l-Artikoli 5 u 6 li ġejjin:

“Artikolu 5

Struttura komuni koordinata tad-data għad-data li trid tiġi inkluża fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2021/953, bl-użu ta’ skema tal-JavaScript Object Notation (JSON), hija stabbilita fl-Anness V ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”;

(3)

L-Anness II huwa sostitwit bit-test fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni;

(4)

l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni;

(5)

it-test fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament jiżdied bħala l-Anness V.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”;

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Novembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 211, 15.6.2021, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1073 tat-28 ta’ Ġunju 2021 li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi u regoli għall-implimentazzjoni tal-qafas ta’ fiduċja għaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 230, 30.6.2021, p. 32).

(3)  https://www.ecdc.europa.eu/en/publications-data/covid-19-public-health-considerations-additional-vaccine-doses

(4)  https://www.ema.europa.eu/en/news/comirnaty-spikevax-ema-recommendations-extra-doses-boosters

(5)  https://www.ema.europa.eu/en/documents/product-information/comirnaty-epar-product-information_en.pdf

(6)  https://www.ema.europa.eu/en/documents/product-information/spikevax-previously-covid-19-vaccine-moderna-epar-product-information_en.pdf

(7)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(8)  https://edps.europa.eu/system/files/2021-10/2021-0943%20Formal_comments_EUDCC_en.pdf


ANNESS I

“ANNESS II

REGOLI GĦALL-FINI TAL-MILI TAĊ-ĊERTIFIKAT COVID DIĠITALI TAL-UE

Ir-regoli ġenerali li jikkonċernaw is-settijiet ta’ valuri stabbiliti f’dan l-Anness għandhom l-għan li jiżguraw l-interoperabbiltà fil-livell semantiku u għandhom jippermettu implimentazzjonijiet tekniċi uniformi għaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE. L-elementi li jinsabu f’dan l-Anness jistgħu jintużaw għat-tliet xenarji differenti (tilqim/ittestjar/fejqan), kif previst fir-Regolament (UE) 2021/953. F’dan l-Anness jiġu elenkati biss l-elementi bil-ħtieġa ta’ standardizzazzjoni semantika b’settijiet ta’ valur kodifikati.

It-traduzzjoni tal-elementi kodifikati bil-lingwa nazzjonali hi fir-responsabbiltà tal-Istati Membri.

Għall-entrati kollha tad-data mhux imsemmija fid-deskrizzjonijiet tas-sett ta’ valuri li ġejjin, l-ikkowdjar huwa deskritt fl-Anness V.

Jekk għal xi raġuni ma jkunux jistgħu jintużaw is-sistemi tal-kodiċi preferuti elenkati hawn taħt, jistgħu jintużaw sistemi tal-kodiċi internazzjonali oħra u għandu jiġi stabbilit parir dwar kif iridu jiġu mmappjati l-kodiċijiet mis-sistema tal-kodiċi l-oħra għas-sistema tal-kodiċi preferuta. It-test (wiri ta’ ismijiet) jista’ jintuża f’każijiet eċċezzjonali bħala mekkaniżmu ta’ riżerva meta kodiċi xieraq ma jkunx disponibbli fis-settijiet ta’ valur definit.

L-Istati Membri li jużaw ikkowdjar ieħor fis-sistemi tagħhom, għandhom jimmappjaw dawn il-kodiċijiet mas-settijiet ta’ valur deskritti. L-Istati Membri huma responsabbli għal kull immappjar bħal dan.

Minħabba li xi settijiet ta’ valuri bbażati fuq is-sistemi tal-ikkowdjar previsti f’dan l-Anness, bħal dawk għall-ikkowdjar tat-tilqim u tat-testijiet rapidi tal-antiġeni, qed jinbidlu ta’ spiss, dawn għandhom jiġu ppubblikati u aġġornati regolarment mill-Kummissjoni bl-appoġġ tan-Network tas-Servizzi Elettroniċi tas-Saħħa u l-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa. Is-settijiet ta’ valur aġġornati għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web rilevanti tal-Kummissjoni u fuq il-paġna web tan-Network tal-e-Saħħa. Għandha tiġi pprovduta l-istorja tat-tibdil li jkun sar.

1.   Marda jew aġent fil-mira/Marda jew aġent li d-detentur irkupra minnha/u: COVID-19 (SARS-CoV-2 jew wieħed mill-varjanti tiegħu)

Għall-użu fiċ-ċertifikati 1, 2 u 3.

Għandhom jintużaw il-kodiċijiet li ġejjin:

Kodiċi

Wiri

Isem tas-Sistema tal-Kodiċi

URL tas-Sistema tal-Kodiċi

OID tas-Sistema tal-Kodiċi

Verżjoni tas-Sistema tal-Kodiċi

840539006

COVID-19

SNOMED CT

http://snomed.info/sct

2.16.840.1.113883.6.96

2021-01-31

2.   Tilqima jew profilassi tal-COVID-19

Sistema ta’ Kodiċi Preferuta: SNOMED CT jew Klassifikazzjoni ATC.

Għall-użu fiċ-ċertifikat 1.

Eżempji ta’ kodiċijiet li għandhom jintużaw mis-sistemi tal-kodiċi ppreferuti huma l-kodiċi SNOMED CT 1119305005 (it-tilqima antiġene SARS-CoV-2), 1119349007 (it-tilqima SARS-CoV-2 mRNA) jew J07BX03 (tilqimiet kontra l-COVID-19).

Sett ta’ valuri li jistabbilixxi l-kodiċijiet li għandhom jintużaw skont is-sistemi ta’ kodiċijiet stabbiliti f’din it-taqsima għandu jkun ippubblikat u jiġi aġġornat regolarment mill-Kummissjoni bl-appoġ tan-Network tal-e-Saħħa. Is-sett ta’ valur għandu jiġi estiż meta jiġu żviluppati tipi ġodda ta’ tilqimiet u jibdew jintużaw.

3.   Prodott mediċinali tat-tilqim kontra l-COVID-19

Sistemi tal-Kodiċi Preferuti (fl-ordni ta’ preferenza):

Reġistru tal-Unjoni tal-prodotti mediċinali għat-tilqim b’awtorizzazzjoni madwar l-UE (numri ta’ awtorizzazzjoni)

Reġistru dinji tat-tilqim bħal dak li jista’ jiġi stabbilit mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa;

L-isem tal-prodott mediċinali tat-tilqim f’każijiet oħra. Jekk l-isem jinkludi spazji bojod, dawn għandhom jiġu sostitwiti b’sing (-).

Isem is-Sett ta’ Valuri: Tilqima.

Għall-użu fiċ-ċertifikat 1.

Eżempju ta’ kodiċi li għandu jintuża mis-sistemi tal-kodiċi preferuti hu EU/1/20/1528 (Comirnaty). Eżempju tal-isem tat-tilqima li għandu jintuża bħala kodiċi: Sputnik-V (li jfisser Sputnik V).

Sett ta’ valuri li jistabbilixxi l-kodiċijiet li għandhom jintużaw skont is-sistemi ta’ kodiċijiet stabbiliti f’din it-taqsima għandu jkun ippubblikat u jiġi aġġornat regolarment mill-Kummissjoni bl-appoġġ tan-Network tal-e-Saħħa.

It-tilqimiet għandhom jiġu kkodifikati bl-użu ta’ kodiċi eżistenti fis-sett ta’ valuri ppubblikat, saħansitra jekk ikollhom ismijiet differenti f’pajjiżi differenti. Ir-raġuni hi li għad ma hemmx reġistru globali tat-tilqim li jkopri t-tilqimiet kollha li qed jintużaw. Pereżempju:

Għat-tilqima “COVID-19 Vaccine Moderna Intramuscular Injection”, li huwa l-isem tat-tilqima Spikevax fil-Ġappun, uża l-kodiċi EU/1/20/1507, għax dan huwa l-isem ta’ din it-tilqima fl-UE.

Jekk dan mhuwiex possibbli jew rakkomandabbli f’każ speċifiku, jiġi pprovdut kodiċi speċifiku fis-sett ta’ valuri ppubblikat.

4.   Detentur jew manifattur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tat-tilqima kontra l-COVID-19

Sistema ta’ Kodiċi Preferuta:

Kodiċi tal-organizzazzjoni mill-EMA (sistema SPOR għall-ISO IDMP)

Reġistru tad-detenturi tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq (marketing authorisation holder, MAH) jew tal-manifatturi tat-tilqim fil-livell dinji, bħal dak li jista’ jiġi stabbilit mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa;

L-isem tal-organizzazzjoni f’każijiet oħra. Jekk l-isem jinkludi spazji bojod, dawn għandhom jiġu sostitwiti b’sing (-).

Għall-użu fiċ-ċertifikat 1.

Eżempju ta’ kodiċi li għandu jintuża mis-sistema tal-kodiċijiet preferuta hu ORG-100001699 (AstraZeneca AB). Eżempju tal-isem tal-organizzazzjoni li għandu jintuża bħala kodiċi: Sinovac-Biotech (li jfisser Sinovac Biotech).

Sett ta’ valuri li jistabbilixxi l-kodiċijiet li għandhom jintużaw skont is-sistemi ta’ kodiċijiet stabbiliti f’din it-taqsima għandu jkun ippubblikat u jiġi aġġornat regolarment mill-Kummissjoni bl-appoġġ tan-Network tal-e-Saħħa.

Fergħat differenti tal-istess Detentur tal-Awtorizzazzjoni għall-Kummerċjalizzazzjoni jew l-istess manifattur għandhom jużaw kodiċi eżistenti fis-sett ta’ valuri ppubblikat.

Bħala regola ġenerali, għall-istess prodott tat-tilqim, għandu jintuża l-kodiċi li jirreferi għad-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq fl-UE, minħabba li sa issa għad ma hemmx reġistru ta’ manifatturi tat-tilqim jew detenturi tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq maqbul internazzjonalment. Eżempji:

Għall-organizzazzjoni “Pfizer AG”, li hija l-MAH għat-tilqima “Comirnaty” użata fl-Iżvizzera, uża l-kodiċi ORG-100030215 li jirreferi għal BioNTech Manufacturing GmbH, minħabba li din hija l-MAH ta’ Comirnaty fl-UE.

Għall-organizzazzjoni “Zuellig Pharma”, li hija l-MAH għat-tilqima Covid-19 Vaccine Moderna (Spikevax) użata fil-Filippini, uża l-kodiċi ORG-100031184 li jirreferi għal Moderna Biotech Spain S.L., minħabba li li hija l-MAH ta’ Spikevax fl-UE.

Jekk dan mhuwiex possibbli jew rakkomandabbli f’każ speċifiku, jiġi pprovdut kodiċi speċifiku fis-sett ta’ valuri ppubblikat.

5.   Numru f’serje ta’ dożi u n-numru dinji ta’ dożi fis-serje

Għall-użu fiċ-ċertifikat 1.

Żewġ entrati:

(1)

Numru f’sensiela ta’ dożi ta’ tilqima kontra l-COVID-19 (N);

(2)

Numru kumplessiv ta’ dożi fis-sensiela ta’ tilqim (C).

5.1.   Sensiela ta’ tilqim primarju

Meta l-persuna tkun qed tirċievi dożi fis-sensiela ta’ tilqim primarju, jiġifieri, is-sensiela ta’ tilqim maħsuba biex tipprovdi biżżejjed protezzjoni fl-istadju inizjali, (C) għandha tirrifletti l-għadd kumplessiv ta’ dożi tas-sensiela standard ta’ tilqim primarju (jiġifieri 1 jew 2, skont it-tip ta’ tilqima mogħtija). Dan jinkludi l-għażla li tintuża sensiela iqsar (C=1) meta l-protokoll tat-tilqim applikat minn Stat Membru jipprevedi l-għoti ta’ doża waħda ta’ tilqima b’2 dożi lil persuni li diġà kienu ġew infettati bis-SARS-CoV-2. Għalhekk, sensiela ta’ tilqim primarju kompluta għandha tiġi indikata b’N/C = 1. Pereżempju:

1/1 tkun tindika t-tlestija ta’ kors ta’ tilqim primarju b’doża waħda, jew it-tlestija ta’ kors primarju li jikkonsisti minn doża waħda ta’ tilqima ta’ 2 dożi mogħti lil persuna mfejqa f’konformità mal-protokoll ta’ tilqim applikat minn Stat Membru;

2/2 tkun tindika t-tlestija ta’ sensiela ta’ tilqim primarju b’2 dożi.

Meta s-sensiela ta’ tilqim primarju tiġi estiża, pereżempju għal persuni b’sistemi immunitarji mdgħajfin ħafna jew meta l-intervall rakkomandat bejn id-dożi primarji ma jkunx ġie rrispettat, kwalunkwe doża bħal din għandha tiġi kkodifikata bħala doża addizzjonali li taqa’ taħt it-Taqsima 5.2.

5.2.   Dożi addizzjonali

Meta l-persuna tirċievi dożi wara s-sensiela ta’ tilqim primarju, tali dożi addizzjonali (X) għandhom jiġu riflessi fiċ-ċertifikati korrespondenti b’żidiet fl-għadd ta’ dożi amministrati (N) u l-għadd kumplessiv ta’ dożi (C) (li jirriżultaw f’(N+X)/C+X)). Pereżempju:

2/2 tkun tindika l-għoti ta’ dożi addizzjonali wara kors ta’ tilqim primarju b’doża waħda, jew l-għoti ta’ doża addizzjonali wara t-tlestija ta’ kors primarju li jikkonsisti minn doża waħda ta’ tilqima b’2 dożi mogħti lil persuna mfejqa f’konformità mal-protokoll ta’ tilqim applikat minn Stat Membru;

3/3 tkun tindika l-għoti ta’ doża addizzjonali wara sensiela ta’ tilqim primarju b’2 dożi.

Id-dożi addizzjonali mogħtija wara t-tlestija tas-sensiela ta’ tilqim primarju għalhekk għandhom jiġu indikati permezz ta’ (N+X)/(C+X) = 1.

Iċ-ċertifikati tat-tilqim maħruġa sal-31 ta’ Diċembru 2021 għandhom jibqgħu jiġu aċċettati anke jekk dawn iċ-ċertifikati jsegwu regola differenti għall-kodifikazzjoni tan-numru f’sensiela ta’ dożi jew in-numru totali ta’ dożi fis-sensiela. Biex dan jiġi żgurat, jistgħu jittieħdu miżuri tekniċi.

Fi ħdan il-qafas legali stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri biex jindirizzaw is-sitwazzjoni ta’ gruppi vulnerabbli li jistgħu jirċievu dożi addizzjonali bħala kwistjoni ta’ prijorità. Pereżempju, jekk Stat Membru jiddeċiedi li jagħti dożi addizzjonali biss lil gruppi speċifiċi tal-popolazzjoni, huwa jista’ jagħżel, skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2021/953, li joħroġ ċertifikati tat-tilqim li jindikaw l-għoti ta’ tali dożi addizzjonali biss fuq talba u mhux awtomatikament. Fejn jittieħdu miżuri bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-persuni kkonċernati b’dan, kif ukoll li huma jistgħu jkomplu jagħmlu użu miċ-ċertifikat li jkunu rċevew wara t-tlestija tas-sensiela tat-tilqim primarju standard.

6.   Stat Membru jew pajjiż terz fejn ingħatat it-tilqima/sar it-test

Sistema ta’ Kodiċi Preferuta: Kodiċijiet tal-Pajjiżi ISO 3166.

Għall-użu fiċ-ċertifikati 1, 2 u 3.

Kontenut tas-sett ta’ valur: il-lista sħiħa ta’ kodiċijiet b’2 ittri, disponibbli bħala sett ta’ valuri definit fl-FHIR (http://hl7.org/fhir/ValueSet/iso3166-1-2) Jekk tkun organizzazzjoni internazzjonali (bħall-UNHCR jew id-WHO) li twettaq it-tilqima jew it-test u ma tkunx disponibbli informazzjoni dwar il-pajjiż, għandu jintuża kodiċi għall-organizzazzjoni. Tali kodiċijiet addizzjonali għandhom jiġu ppubblikati u aġġornati regolarment mill-Kummissjoni bl-appoġġ tan-Network tal-e-Saħħa.

7.   It-tip ta’ test

Għall-użu fiċ-ċertifikat 2, u fiċ-ċertifikat 3 jekk b’att delegat jiġi introdott appoġġ għall-ħruġ ta’ ċertifikati tal-fejqan fuq il-bażi tat-tipi ta’ test, għajr l-NAAT.

Għandhom jintużaw il-kodiċijiet li ġejjin.

Kodiċi

Wiri

Isem tas-Sistema tal-Kodiċi

URL tas-Sistema tal-Kodiċi

OID tas-Sistema tal-Kodiċi

Verżjoni tas-Sistema tal-Kodiċi

LP6464-4

Amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku b’detezzjoni bis-sonda

LOINC

http://loinc.org

2.16.840.1.113883.6.1

2.69

LP217198-3

Immunoassaġġ rapidu

LOINC

http://loinc.org

2.16.840.1.113883.6.1

2.69

8.   Manifattur u isem kummerċjali tat-test użat (fakultattiv għat-test tal-NAAT)

Għall-użu fiċ-ċertifikat 2.

Il-kontenut tas-sett ta’ valuri għandu jinkludi l-għażla tat-test rapidu tal-antiġeni kif elenkat fil-lista komuni u aġġornata tat-testijiet rapidi tal-antiġeni tal-COVID-19, stabbilita fuq il-bażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2021/C 24/01 u maqbula mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa. Il-lista tinżamm mill-JRC fil-Bażi tad-Data ta’ Tagħmir Dijanjostiku in vitro u tal-Metodi ta’ Ttestjar tal-COVID-19 fuq: https://covid-19-diagnostics.jrc.ec.europa.eu/devices/hsc-common-recognition-rat

Għal din is-sistema ta’ kodiċijiet, għandhom jintużaw entrati rilevanti bħall-identifikatur tal-apparat tat-test, l-isem tat-test u tal-manifattur, bil-format strutturat tal-JRC disponibbli fuq: https://covid-19-diagnostics.jrc.ec.europa.eu/devices

9.   Riżultat tat-test

Għall-użu fiċ-ċertifikat 2.

Għandhom jintużaw il-kodiċijiet li ġejjin.

Kodiċi

Wiri

Isem tas-Sistema tal-Kodiċi

URL tas-Sistema tal-Kodiċi

OID tas-Sistema tal-Kodiċi

Verżjoni tas-Sistema tal-Kodiċi

260415000

Mhux rilevat

SNOMED CT

http://snomed.info/sct

2.16.840.1.113883.6.96

2021-01-31

260373001

Rilevat

SNOMED CT

http://snomed.info/sct

2.16.840.1.113883.6.96

2021-01-31


ANNESS II

It-Taqsima 3 tal-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1073 hija sostitwita b’dan li ġej:

“3.   Rekwiżiti ġenerali

Ir-rekwiżiti ġenerali li ġejjin jenħtieġ jiġu ssodisfati fir-rigward tal-UCI:

(1)

Charset: Huma permessi biss karattri alfanumeriċi kapitali US-ASCII alfa (minn “A” sa “Z”, minn “0” sa “9”); b’karattri speċjali addizzjonali għas-separazzjoni mill-RFC3986 (1), jiġifieri {'/','#',':'};

(2)

Tul massimu: id-disinjaturi jenħtieġ jipprovaw jimmiraw għal tul ta’ 27-30 karattru (2);

(3)

Prefiss tal-verżjoni: dan jirreferi għall-verżjoni tal-iskema tal-UCI. Il-prefiss tal-verżjoni hu “01” għal din il-verżjoni tad-dokument; il-prefiss tal-verżjoni hu magħmul minn żewġ ċifri;

(4)

Prefiss tal-pajjiż: il-kodiċi tal-pajjiż hu speċifikat mill-ISO 3166-1. Kodiċijiet itwal (eż. 3 karattri u aktar (pereżempju, “UNHCR”) huma riżervati għall-użu futur;

(5)

Suffiss tal-kodiċi / Checksum:

5.1

L-Istati Membri għandhom jużaw checksum meta aktarx isseħħ trażmissjoni, traskrizzjoni (umana) jew korruzzjoni oħra (jiġifieri meta tintuża fl-istampar).

5.2

Wieħed ma għandux jibbaża fuq iċ-checksum għall-validazzjoni taċ-ċertifikat u ċ-checksum mhix teknikament parti mill-identifikatur iżda tintuża biex tiġi vverifikata l-integrità tal-kodiċi. Din iċ-checksum għandha tkun is-sommarju ISO-7812-1 (LUHN-10) (3) tal-UCI kollu b’format ta’ trasport diġitali/bil-wire. Iċ-checksum hi separata mill-bqija tal-UCI bil-karattru “#”.

Għandha tiġi żgurata r-retrokompatibilità: L-Istati Membri li maż-żmien jibdlu l-istruttura tal-identifikaturi tagħhom (fil-verżjoni ewlenija, attwalment stabbilita għal v1) għandhom jiżguraw li kwalunkwe żewġ identifikaturi li jkunu identiċi jirrappreżentaw l-istess ċertifikat/dikjarazzjoni tat-tilqim. Jew, fi kliem ieħor, l-Istati Membri ma jistgħux jirriċiklaw l-identifikaturi.


(1)  rfc3986 (ietf.org)

(2)  Għall-implimentazzjoni bil-kodiċijiet QR, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jintuża sett addizzjonali ta’ karattri b’tul totali sa 72 karattru (inklużi s-27-30 tal-identifikatur innifsu) biex iwasslu informazzjoni oħra. L-ispeċifikazzjoni ta’ din l-informazzjoni hi f’idejn l-Istati Membri biex jiddefinixxuha.

(3)  L-algoritmu Luhn mod N hu estensjoni għall-algoritmu Luhn (magħruf ukoll bħala algoritmu mod 10) li jaħdem għal kodiċijiet numeriċi u jintuża pereżempju għall-kalkolu taċ-checksums tal-karti ta’ kreditu. L-estensjoni tippermetti lill-algoritmu jaħdem b’sekwenzi ta’ valuri fi kwalunkwe bażi (karattri alfa fil-każ tagħna).” ”


ANNESS III

“ANNESS V

SKEMA TAL-JAVASCRIPT OBJECT NOTATION (JSON)

1.   Introduzzjoni

Dan l-Anness jistabbilixxi l-istruttura teknika tad-data għaċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE (EUDCC), irrappreżentata bħala skema JSON. Id-dokument jipprovdi struzzjonijiet speċifiċi relatati mal-kampijiet tad-data individwali.

2.   Post u verżjonijiet tal-Iskema JSON

L-iskema uffiċjali awtoritattiva tal-JSON għall-EUDCC hija disponibbli fuq https://github.com/ehn-dcc-development/ehn-dcc-schema. Lokazzjonijiet oħra mhumiex awtoritattivi, iżda jistgħu jintużaw għat-tħejjija ta’ reviżjonijiet li ġejjin.

Awtomatikament, il-verżjoni attwali kif stipulata f’dan l-Anness u appoġġata mill-pajjiżi kollha li bħalissa qiegħda fil-produzzjoni qed tintwera taħt il-URL indikat.

Il-verżjoni sussegwenti li jmiss, li għandha tiġi appoġġata sa data definita mill-pajjiżi kollha, tintwera taħt il-URL indikat permezz tal-ittaggjar tal-verżjonijiet, deskritt b’mod aktar speċifiku fil-fajl Readme.

3.   Strutturi komuni u rekwiżiti ġenerali

Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE ma għandux jinħareġ jekk l-oqsma tad-data kollha ma jkunux jistgħu jiġu popolati f'konformità ma’ din l-ispeċifikazzjoni minħabba informazzjoni nieqsa. Dan ma għandux jinftiehem li jaffettwa l-obbligu li l-Istati Membri joħorġu ċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE.

L-informazzjoni fl-oqsma kollha tista’ tiġi pprovduta bl-użu tas-sett sħiħ tal-karattri UNICODE 13.0 kodifikati permezz tal-UTF-8, sakemm ma jkunx hemm restrizzjoni speċifika għal settijiet ta’ valuri jew settijiet aktar dojoq ta’ karattri.

L-istruttura komuni għandha tkun kif ġej:

"JSON": {

"ver": <informazzjoni dwar il-verżjoni>,

"nam": {

<informazzjoni dwar isem il-persuna>

},

"dob": <data tat-twelid>,

"v" or "t" or "r": [

{<informazzjoni dwar id-doża tat-tilqima jew dwar it-test jew il-fejqan, entrata waħda>}

]

}

L-informazzjoni dettaljata dwar il-gruppi u l-oqsma individwali tingħata fit-taqsimiet li jmiss.

3.1.   Verżjoni

Għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar il-verżjoni. Il-verżjonijiet isegwu s-Semantic Versioning (semver: https://semver.org). Fil-produzzjoni, għandha tkun wħada mill-verżjonijiet maħruġa uffiċjalment (dik attwali jew waħda uffiċjalment maħruġa preċedentement). Ara t-Taqsima JSON Schema location għal aktar dettalji.

ID tal-kamp

Isem tal-kamp

Struzzjonijiet

ver

Verżjoni tal-iskema

Għandha tkun taqbel mal-identifikatur tal-verżjoni tal-iskema użata għall-produzzjoni tal-EUDCC.

Pereżempju:

"ver": "1.3.0"

3.2.   L-isem tal-persuna u d-data tat-twelid

L-isem tal-persuna huwa l-isem uffiċjali sħiħ tal-persuna, li jikkorrespondi għal dak indikat fuq id-dokumenti tal-ivvjaġġar. L-identifikatur tal-istruttura huwa nam Għandu jiġi mogħti isem ta’ persuna eżattament wieħed (1).

ID tal-kamp

Isem tal-kamp

Struzzjonijiet

nam/fn

Kunjom(ijiet)

Kunjom(ijiet) id-detentur

Għandu jiġi pprovdut eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt, bil-kunjomijiet kollha inklużi fih. Fil-każ ta’ aktar minn kunjom wieħed, dawn għandhom jiġu mifrudin bi spazju. L-ismijiet ikkombinati, li jinkludu singijiet jew karattri simili għandhom madankollu jibqgħu l-istess.

Eżempji:

"fn": "Musterfrau-Gößinger"

"fn": "Musterfrau-Gößinger Müller"

nam/fnt

Kunjom(ijiet) standardizzat(i)

Il-kunjom(ijiet) tad-detentur trażlitterat(i) bl-użu tal-istess konvenzjoni bħal dik użata fid-dokument tal-ivvjaġġar li jinqraw minn magna (bħar-regoli definiti fl-ICAO Doc 9303 Parti 3).

Għandu jiġi pprovdut eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt, li jinkludi biss il-karattri A-Z u <. Tul massimu: 80 karattru (skont l-ispeċifikazzjoni 9303 tal-ICAO).

Eżempji:

"fnt": "MUSTERFRAU<GOESSINGER"

"fnt": "MUSTERFRAU<GOESSINGER<MUELLER"

nam/gn

Isem/ismijiet

Isem/ismijiet tad-detentur.

Jekk id-detentur ma jkollu l-ebda isem, dan il-kamp jinqabeż.

Fil-każijiet kollha l-oħrajn, għandu jiġi pprovdut eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt, bl-ismijiet kollha inklużi fih. Fil-każ ta’ aktar minn isem wieħed, dawn għandhom jiġu mifrudin bi spazju.

Pereżempju:

"gn": "Isolde Erika"

nam/gnt

Isem/ismijiet standardizzat(i)

L-isem/ismijiet tad-detentur trażlitterat(i) bl-użu tal-istess konvenzjoni bħal dik użata fid-dokument tal-ivvjaġġar li jinqraw minn magna (bħar-regoli definiti fl-ICAO Doc 9303 Parti 3).

Jekk id-detentur ma jkollu l-ebda isem, dan il-kamp jinqabeż.

Fil-każijiet l-oħrajn kollha, għandu jiġi pprovdut eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt, li jinkludi biss il-karattri A-Z u <. Tul massimu: 80 karattru.

Pereżempju:

"gnt": "ISOLDE<ERIKA"

dob

Data tat-twelid

Data tat-twelid tad-detentur tal-EUDCC.

Data sħiħa jew parzjali mingħajr ħin, ristretta għall-medda bejn 1900-01-01 u 2099-12-31.

Għandu jiġi pprovdut eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt jekk id-data tat-twelid sħiħa jew parzjali tkun magħrufa. Jekk id-data tat-twelid ma tkunx magħrufa lanqas parzjalment, fil-kamp għandu jitqiegħed string vojt "". Din għandha tkun taqbel mal-informazzjoni mogħtija fid-dokumenti tal-ivvjaġġar.

Għandhom jintużaw il-formati ISO 8601 li ġejjin jekk l-informazzjoni dwar id-data tat-twelid tkun disponibbli. Għażliet oħra mhumiex appoġġati.

YYYY-MM-DD

SSSS-XX

SSSS

(L-app għall-verifika tista’ turi partijiet neqsin tad-data tat-twelid bl-użu tal-konvenzjoni XX bħal dik użata fid-dokumenti tal-ivvjaġġar li jinqraw minn magna, pereżempju 1990-XX-XX.)

Eżempji:

"dob": "1979-04-14"

"dob": "1901-08"

"dob": "1939"

"dob": ""

3.3.   Gruppi għal informazzjoni speċifika għat-tip ta’ ċertifikat

L-iskema JSON jappoġġa tliet gruppi ta’ entrati li jiġbru informazzjoni speċifika għat-tip ta’ ċertifikat. Kull EUDCC għandu jkun fih eżattament grupp wieħed (1). Il-gruppi vojta mhumiex permessi.

Identifikatur tal-grupp

Isem il-Grupp

Entrati

v

Grupp tat-tilqim

Jekk preżenti, għandu jkun fih eżattament entrata waħda (1) li tiddeskrivi eżattament doża waħda (1) ta’ vaċċin (doża waħda).

t

Grupp tat-testijiet

Jekk preżenti, għandu jkun fih eżattament entrata waħda (1) li tiddeskrivi eżattament riżultat wieħed (1) ta’ test.

r

Grupp tal-fejqan

Jekk preżenti, għandu jkun fih eżattament entrata waħda (1) li tiddeskrivi eżattament dikjarazzjoni waħda (1) ta’ fejqan.

4.   Informazzjoni speċifika għat-tip ta’ ċertifikat

4.1.   Ċertifikat tat-tilqim

Il-grupp tal-vaċċinazzjoni, jekk preżenti, għandu jkun fih eżattament entrata waħda li tiddeskrivi eżattament avveniment wieħed ta’ tilqim (doża waħda). L-elementi kollha tal-grupp tat-tilqim huma obbligatorji, u l-valuri vojta mhumiex appoġġati.

ID tal-kamp

Isem tal-kamp

Struzzjonijiet

v/tg

Marda jew aġent fil-mira: COVID-19 (SARS-CoV jew wieħed mill-varjanti tiegħu)

Valur ikkodifikat mis-sett ta’ valuri

disease-agent-targeted.json.

Dan is-sett ta’ valuri għandu entrata waħda 840539006, li hija l-kodiċi għall-COVID-19 minn SNOMED CT (GPS).

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt.

Pereżempju:

"tg": "840539006"

v/vp

Tilqima jew profilassi tal-COVID-19

Tip ta’ tilqima jew profilassi użat

Valur ikkodifikat mis-sett ta’ valuri

vaccine-prophylaxis.json.

Is-sett ta’ valuri huwa distribwit mill-Gateway tal-EUDCC.

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt.

Pereżempju:

"vp": "1119349007" (tilqima fuq il-bażi tal-mRNA kontra s-SARS-CoV-2)

v/mp

Prodott ta’ tilqim kontra l-COVID-19

Prodott mediċinali użat għal din id-doża speċifika ta’ tilqima. Valur ikkodifikat mis-sett ta’ valuri

vaccine-medicinal-product.json.

Is-sett ta’ valuri huwa distribwit mill-Gateway tal-EUDCC.

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt. Pereżempju:

"mp": "EU/1/20/1528" (Comirnaty)

v/ma

Detentur jew manifattur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tat-tilqima kontra l-COVID-19

Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fuq is-suq jew manifattur, jekk ma jkun hemm l-ebda detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fuq is-suq preżenti. Valur ikkodifikat mis-sett ta’ valuri

vaccine-mah-manf.json.

Is-sett ta’ valuri huwa distribwit mill-Gateway tal-EUDCC.

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt. Pereżempju:

"ma": "ORG-100030215" (Biontech Manufacturing GmbH)

v/dn

Numru f’sensiela ta’ dożi

Numru tas-sekwenza (integru pożittiv) tad-doża mogħtija tul l-avveniment ta’ tilqim. 1 għall-ewwel doża, 2 għat-tieni doża eċċ. Aktar regoli speċifiċi huma previsti fit-Taqsima 5 tal-Anness II.

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt.

Eżempji:

"dn": "1" (l-ewwel doża)

"dn": "2" (it-tieni doża))

"dn": "3" (it-tielet doża)

v/sd

Numru kumplessiv ta’ dożi fis-sensiela

Numru kumplessiv ta’ dożi (integru) fis-sensiela ta’ tilqim. Regoli aktar speċifiċi huma pprovduti fit-Taqsima 5 tal-Anness II.

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt.

Eżempji:

"sd": "1" (fil-każ ta’ kors ta’ tilqim primarju b’doża waħda (1))

"sd": "2" (fil-każ ta’ sensiela ta’ tilqim primarju b’2 dożi jew għal doża addizzjonali wara kors ta’ tilqim primarju b’doża waħda (1))

"sd": "3" (pereżempju fil-każ ta’ dożi addizzjonali wara sensiela ta’ tilqim primarju b’2 dożi)

v/dt

Data tat-tilqima

Id-data meta ġiet amministrata d-doża deskritta, fil-format YYYY-MM-DD (data sħiħa mingħajr ħin). Formati oħra mhumiex appoġġati.

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt. Pereżempju:

"dt": "2021-03-28"

v/co

Stat Membru jew pajjiż terz li fih saret it-tilqima

Il-pajjiż espress bħala kodiċi b’2 ittri skont l-ISO3166 ittri (RAKKOMANDAT) jew referenza għal organizzazzjoni internazzjonali responsabbli għall-avveniment ta’ tilqim (bħall-UNHCR jew id-WHO). Valur kodifikat mis-sett ta’ valuri country-2-codes.json.

Is-sett ta’ valuri huwa distribwit mill-Gateway tal-EUDCC.

Għandu jingħata eżattament kamp tad-data wieħed (1)

Pereżempju:

"co": "CZ"

"co": "UNHCR"

v/is

Emittent taċ-ċertifikat

Isem l-organizzazzjoni li ħarġet iċ-ċertifikat. L-identifikaturi huma permessi bħala parti mill-isem, iżda mhuwiex irrakkomandat li jintużaw waħedhom, mingħajr l-isem miktub. Massimu ta’ 80 karattru UTF-8.

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt. Pereżempju:

"is": "Ministry of Health of the Czech Republic"

"is": "Vaccination Centre South District 3"

v/ci

Identifikatur uniku taċ-ċertifikat

identifikatur uniku taċ-ċertifikat (UVCI) kif speċifikat fi https://ec.europa.eu/health/sites/default/files/ehealth/docs/vaccination-proof_interoperability-guidelines_en.pdf

Iċ-checksum mhux bilfors jiġi inkluż. Il-prefiss "URN:UVCI:" jista jinżied.

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt.

Eżempji:

"ci": "URN:UVCI:01:NL:187/37512422923"

"ci": "URN:UVCI:01:AT:10807843F94AEE0EE5093FBC254BD813#B"

4.2.   Ċertifikat tat-test

Grupp tat-testijiet, jekk preżenti, għandu jkun fih eżattament entrata waħda (1) li tiddeskrivi eżattament riżultat wieħed ta’ test.

ID tal-kamp

Isem tal-kamp

Struzzjonijiet

t/tg

Marda jew aġent fil-mira: COVID-19 (SARS-CoV jew wieħed mill-varjanti tiegħu)

Valur ikkodifikat mis-sett ta’ valuri disease-agent-targeted.json.

Dan is-sett ta’ valuri għandu entrata waħda 840539006, li hija l-kodiċi għall-COVID-19 minn SNOMED CT (GPS).

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt.

Pereżempju:

"tg": "840539006"

t/tt

It-tip ta’ test

It-tip ta’ test użat, fuq il-bażi tal-materjal fil-mira tat-test. Valur ikkodifikat mis-sett ta’ valuri test-type.json (skont il-LOINC). Valuri barra mis-sett ta’ valuri humiex permessi.

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt.

Pereżempju:

"tt": "LP6464-4" (Amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku b’detezzjoni bis-sonda)

"tt": "LP217198-3" (Immunoassaġġ rapidu)

t/nm

Isem tat-test (testijiet bl-amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejiku biss)

L-isem tat-test bl-amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejiku (NAAT) użat. L-isem jenħtieġ li jinkludi l-isem tal-manifattur tat-test u l-isem kummerċjali tat-test, mifrudin b’virgola.

Għal NAAT: dan il-kamp tad-data huwa fakultattiv.

Għal RAT: dan il-kamp tad-data ma għandux jintuża, minħabba li l-isem tat-test jingħata indirettament peremezz tal-indikatur tal-apparat użat għat-test (t/ma).

Meta jingħata, il-kamp tad-data ma għandux ikun vojt.

Pereżempju:

"nm": "ELITechGroup, SARS-CoV-2 ELITe MGB® Kit"

t/ma

Identifikatur tal-apparat tat-test (testijiet rapidi tal-antiġeni biss)

Identifikatur tal-apparat tat-test rapidu tal-antiġeni (RAT) mill-bażi ta’ data tal-JRC. Sett ta’ valuri (lista komuni tal-HSC):

It-testijiet rapidi tal-antiġeni kollha fil-lista komuni tal-HSC (tinqara mill-bnedmin).

https://covid-19-diagnostics.jrc.ec.europa.eu/devices/hsc-common-recognition-rat (tinqara mill-magni, il-valuri tal-kamp tad-data id_device inklużi fil-lista jiffurmaw is-sett ta’ valuri).

Fil-pajjiżi tal-UE/ŻEE, l-emittenti għandhom joħorġu ċertifikati biss għat-testijiet li jappartjenu għas-sett ta’ valuri attwalment validu. Is-sett ta’ valuri għandu jiġi aġġornat kull 24 siegħa.

Il-valuri li mhumiex fis-sett ta’ valuri jistgħu jintużaw f’ċertifikati maħruġa minn pajjiżi terzi madankollu l-identifikaturi għandhom xorta jkunu dawk mill-bażi ta’ data tal-JRC. L-użu ta’ identifikaturi oħra bħal dawk ipprovduti direttament mill-manifatturi tat-testijiet mhuwiex permess.

Il-verifikaturi għandhom jaqbdu l-valuri li ma jappartjenux għas-sett ta’ valuri aġġornat, u juru li ċ-ċertifikati li jkollhom tali valuri huma invalidi. Jekk identifikatur jitneħħa mis-sett ta’ valuri, iċ-ċertifikati li jkunu jinkluduh jistgħu jiġu aċċettati għal massimu ta’ 72 siegħa mid-data ta’ tneħħija.

Is-sett ta’ valuri huwa distribwit mill-Gateway tal-EUDCC.

Għal RAT: għandu jiġi pprovdut eżattament kamp tad-data wieħed (1) mhux vojt.

Għal NAAT: il-kamp tad-data ma għandux jintuża, anke jekk l-identifikatur tat-test tal-NAA jkun disponibbli fil-bażi ta’ data tal-JRC.

Pereżempju:

"ma": "344" (SD BIOSENSOR Inc, STANDARD F COVID-19 Ag FIA)

t/sc

Data u ħin tal-ġbir tal-kampjun għat-test

Id-data u l-ħin li fih inġabar il-kampjun għat-test. Il-ħin għandu jinkludi informazzjoni dwar iż-żona tal-ħin. Il-valur ma għandux jagħti l-ħin li fih ġie prodott ir-riżultat tat-test.

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt.

Għandu jintuża wieħed mill-formati ISO 8601 li ġejjin. Għażliet oħra mhumiex appoġġjati.

YYYY-MM-DDThh:mm:ssZ

YYYY-MM-DDThh:mm:ss[+-]hh

YYYY-MM-DDThh:mm:ss[+-]hhmm

YYYY-MM-DDThh:mm:ss[+-]hh:mm

Eżempji:

"sc": "2021-08-20T10:03:12Z" (Ħin UTC)

"sc": "2021-08-20T12:03:12+02" (Ħin CEST)

"sc": "2021-08-20T12:03:12+0200" (Ħin CEST)

"sc": "2021-08-20T12:03:12+02:00" (Ħin CEST)

t/tr

Riżultat tat-test

Ir-riżultat tat-test. Valur kodifikat mis-sett ta’ valuri test-result.json (fuq il-bażi ta’ SNOMED CT, GPS).

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt.

Pereżempju:

"tr": "260415000" (Mhux rilevat)

t/tc

Ċentru jew faċilità tal-ittestjar

Isem tal-attur li wettaq it-test. L-identifikaturi huma permessi bħala parti mill-isem, iżda mhuwiex irrakkomandat li jintużaw waħedhom, mingħajr l-isem miktub. Massimu ta’ 80 karattru UTF-8. Jekk ikun hemm xi karattri oħra dawn jenħtieġ li jiġu tronkati. L-isem mhuwiex imfassal għall-verifika awtomatizzata.

Għat-testijiet NAAT: għandu jiġi pprovdut eżattament kamp tad-data wieħed (1) mhux vojt.

Għat-testijiet RAT: dan il-kamp tad-data huwa fakultattiv. Jekk ipprovdut, ma għandux ikun vojt.

Pereżempju:

"tc": "Test centre west region 245"

t/co

Stat Membru jew pajjiż terz li fih sar it-test;

Il-pajjiż espress bħala kodiċi b’2 ittri skont l-ISO3166 (RAKKOMANDAT) jew referenza għal organizzazzjoni internazzjonali responsabbli għat-twettiq tat-test (bħall-UNHCR jew id-WHO). Dan għandu jkun valur kodifikat mis-sett ta’ valuri country-2-codes.json.

Is-sett ta’ valuri huwa distribwit mill-Gateway tal-EUDCC.

Għandu jingħata eżattament kamp tad-data wieħed (1)

Eżempji:

"co": "CZ"

"co": "UNHCR"

t/is

Emittent taċ-ċertifikat

Isem l-organizzazzjoni li ħarġet iċ-ċertifikat. L-identifikaturi huma permessi bħala parti mill-isem, iżda mhuwiex irrakkomandat li jintużaw waħedhom, mingħajr l-isem miktub. Massimu ta’ 80 karattru UTF-8.

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt.

Eżempji:

"is": "Ministry of Health of the Czech Republic"

"is": "North-West region health authority"

t/ci

Identifikatur uniku taċ-ċertifikat

identifikatur uniku taċ-ċertifikat (unique certificate identifier, UVCI) kif speċifikat fi https://ec.europa.eu/health/sites/default/files/ehealth/docs/vaccination-proof_interoperability-guidelines_en.pdf

Iċ-checksum mhux bilfors jiġi inkluż. Il-prefiss "URN:UVCI:" jista jinżied.

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt.

Eżempji:

"ci": "URN:UVCI:01:NL:187/37512422923"

"ci": "URN:UVCI:01:AT:10807843F94AEE0EE5093FBC254BD813#B"

4.3.   Ċertifikat ta’ fejqan

Grupp tal-fejqan, jekk preżenti, għandu jkun fih eżattament entrata waħda (1) li tiddeskrivi eżattament dikjarazzjoni waħda ta’ rikoveru. L-elementi kollha tal-grupp tal-fejqan huma obbligatorji, u l-valuri vojta mhumiex appoġġati.

ID tal-kamp

Isem tal-kamp

Struzzjonijiet

r/tg

Il-marda jew l-aġent li minnha/minnu jkun rikoverat id-detentur: COVID-19 (SARS-CoV-2 jew wieħed mill-varjanti tiegħu)

Valur ikkodifikat mis-sett ta’ valuri

disease-agent-targeted.json.

Dan is-sett ta’ valuri għandu entrata waħda 840539006, li hija l-kodiċi għall-COVID-19 minn SNOMED CT (GPS).

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt.

Pereżempju:

"tg": "840539006"

r/fr

Data tal-ewwel riżultat pożittiv tat-test NAAT tad-detentur

Id-data li fiha jkun inġabar il-kampjun għat-test NAAT li ta riżultat pożittiv, fil-format YYYY-MM-DD (data sħiħa mingħajr il-ħin). Formati oħra mhumiex appoġġati.

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt.

Pereżempju:

"fr": "2021-05-18"

r/co

Stat Membru jew pajjiż terz li fih sar it-test

Il-pajjiż espress bħala kodiċi b’2 ittri skont l-ISO3166 (RAKKOMANDAT) jew referenza għal organizzazzjoni internazzjonali responsabbli għat-twettiq tat-test (bħall-UNHCR jew id-WHO). Dan għandu jkun valur kodifikat mis-sett

ta’ valuri country-2-codes.json.

Is-sett ta’ valuri huwa distribwit mill-Gateway tal-EUDCC.

Għandu jingħata eżattament kamp tad-data wieħed (1)

Eżempji:

"co": "CZ"

"co": "UNHCR"

r/is

Emittent taċ-ċertifikat

Isem l-organizzazzjoni li ħarġet iċ-ċertifikat. L-identifikaturi huma permessi bħala parti mill-isem, iżda mhuwiex irrakkomandat li jintużaw waħedhom, mingħajr l-isem miktub. Massimu ta’ 80 karattru UTF-8.

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt. Pereżempju:

"is": "Ministry of Health of the Czech Republic"

"is": "Central University Hospital"

r/df

Ċertifikat validu minn

L-ewwel data li minnha ċ-ċertifikat jitqies validu. Id-data ma għandhiex tkun aktar kmieni mid-data kkalkulata permezz ta’ r/fr + 11 days.

Id-data għandha tingħata fil-format YYYY-MM-DD (data sħiħa mingħajr ħin). Formati oħra mhumiex appoġġati.

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt.

Pereżempju:

"df": "2021-05-29"

r/du

Ċertifikat validu sa

L-aħħar data li fiha ċ-ċertifikat huwa meqjus li jkun validu, assenjata mill-emittent taċ-ċertifikat. Id-data ma għandhiex tkun aktar tard mid-data kkalkulata permezz ta’ r/fr + 180 days.

Id-data għandha tingħata fil-format YYYY-MM-DD (data sħiħa mingħajr ħin). Formati oħra mhumiex appoġġati.

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt.

Pereżempju:

"du": "2021-11-14"

r/ci

Identifikatur uniku taċ-ċertifikat

identifikatur uniku taċ-ċertifikat (UVCI) kif speċifikat fi https://ec.europa.eu/health/sites/default/files/ehealth/docs/vaccination-proof_interoperability-guidelines_en.pdf

Iċ-checksum mhux bilfors jiġi inkluż. Il-prefiss "URN:UVCI:" jista’ jinżied.

Għandu jingħata eżattament kamp wieħed (1) mhux vojt.

Eżempji:

"ci": "URN:UVCI:01:NL:187/37512422923"

"ci": "URN:UVCI:01:AT:10807843F94AEE0EE5093FBC254BD813#B"


Top