Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D1988

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1988 tad-9 ta’ Novembru 2021 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

    ST/12865/2021/INIT

    ĠU L 405, 16.11.2021, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/1988/oj

    16.11.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 405/7


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1988

    tad-9 ta’ Novembru 2021

    li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

    Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ġermaniż,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

    (2)

    Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025.

    (3)

    Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġie propost għall-ħatra s-Sur Guido WOLF sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

    (4)

    Il-Gvern Ġermaniż ippropona lis-Sur Florian HASSLER, rappreżentant ta’ korp reġjonali jew lokali li huwa politikament responsabbli quddiem assemblea eletta, Staatssekretär für politische Koordinierung und Europa im Staatsministerium Baden-Württemberg (Segretarju tal-Istat għall-Koordinazzjoni Politika u l-Ewropa fil-Ministeru tal-Istat ta’ Baden-Wurttemberg), bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Is-Sur Florian HASSLER, rappreżentant ta’ korp reġjonali jew lokali li huwa politikament responsabbli quddiem assemblea eletta, Staatssekretär für politische Koordinierung und Europa im Staatsministerium Baden-Württemberg (Segretarju tal-Istat għall-Koordinazzjoni Politika u l-Ewropa fil-Ministeru tal-Istat ta’ Baden-Wurttemberg), huwa b’dan maħtur bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2021.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. ŠIRCELJ


    (1)  ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

    (2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).


    Top