This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021D1987
Council Decision (EU) 2021/1987 of 9 November 2021 on the position to be taken on behalf of the European Union within the Cooperation Council established by the Partnership and Cooperation Agreement between the European Communities and their Member States, of the one part, and the Republic of Azerbaijan, of the other part, as regards the extension of the EU-Azerbaijan Partnership Priorities
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1987 tad-9 ta’ Novembru 2021 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Koperazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Ażerbajġan, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-estensjoni tal-Prijoritajiet tas-Sħubija bejn l-UE u l-Ażerbajġan
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1987 tad-9 ta’ Novembru 2021 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Koperazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Ażerbajġan, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-estensjoni tal-Prijoritajiet tas-Sħubija bejn l-UE u l-Ażerbajġan
ST/11567/2021/REV/1
ĠU L 405, 16.11.2021, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
16.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 405/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1987
tad-9 ta’ Novembru 2021
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Koperazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Ażerbajġan, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-estensjoni tal-Prijoritajiet tas-Sħubija bejn l-UE u l-Ażerbajġan
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 207 u 209 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim ta’ Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ’l waħda, u r-Repubblika tal-Ażerbajġan, mill-parti l-oħra (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fit-22 ta’ April 1996 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1999. |
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 81 tal-Ftehim, il-Kunsill ta’ Koperazzjoni, stabbilit mill-Ftehim, jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet adatti bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim. |
(3) |
Il-laqgħa tal-Kunsill ta’ Koperazzjoni tat-28 ta’ Settembru 2018 adottat il-Prijoritajiet tas-Sħubija bejn l-UE u l-Ażerbajġan għall-perijodu 2018-2020. |
(4) |
Il-Kunsill ta’ Koperazzjoni jenħtieġ li jadotta Rakkomandazzjoni dwar l-estensjoni tal-Prijoritajiet tas-Sħubija bejn l-UE u l-Ażerbajġan sal-2024 permezz ta’ proċedura bil-miktub. |
(5) |
Ikun xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kunsill ta’ Koperazzjoni li tikkonċerna l-estensjoni tal-Prijoritajiet tas-Sħubija bejn l-UE u l-Ażerbajġan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Koperazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ’l waħda, u r-Repubblika tal-Ażerbajġan, mill-parti l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ Rakkomandazzjoni dwar l-estensjoni tal-Prijoritajiet ta’ Sħubija bejn l-UE u l-Ażerbajġan sal-2024 għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta’ Koperazzjoni (1).
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. ŠIRCELJ
(1) Ara d-dokument ST 11568/1/21 REV 1 fuq http://register.consilium.europa.eu.