Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D1981

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1981 tad-9 ta’ Novembru 2021 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-proposti għall-modifiki għar-Regolamenti tan-NU Nri 0, 14, 16, 22, 24, 37, 45, 48, 49, 55, 58, 67, 79, 83, 86, 90, 94, 95, 100, 101, 110, 116, 118, 125, 128, 129, 133, 134, 135, 137, 145, 149, 150, 151, 152, 153, 157, 158 u 159, fir-rigward tal-proposti għal emendi għar-Riżoluzzjonijiet Konsolidati R.E.3 u R.E.5, fir-rigward tal-proposti għal emendi għar-Riżoluzzjonijiet Reċiproċi M.R.1 u M.R.2, u fir-rigward tal-proposti għall-awtorizzazzjonijiet għall-emenda tal-GTR tan-NU dwar is-sikurezza tal-persuni mixjin fit-triq, u biex jiġu żviluppati GTRs tan-NU dwar l-Emissjonijiet Globali tas-Sewqan Reali u dwar l-emissjonijiet ta’ partikuli tal-brejkijiet

    ST/13160/2021/INIT

    ĠU L 402, 15.11.2021, p. 77–78 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/1981/oj

    15.11.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 402/77


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1981

    tad-9 ta’ Novembru 2021

    dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-proposti għall-modifiki għar-Regolamenti tan-NU Nri 0, 14, 16, 22, 24, 37, 45, 48, 49, 55, 58, 67, 79, 83, 86, 90, 94, 95, 100, 101, 110, 116, 118, 125, 128, 129, 133, 134, 135, 137, 145, 149, 150, 151, 152, 153, 157, 158 u 159, fir-rigward tal-proposti għal emendi għar-Riżoluzzjonijiet Konsolidati R.E.3 u R.E.5, fir-rigward tal-proposti għal emendi għar-Riżoluzzjonijiet Reċiproċi M.R.1 u M.R.2, u fir-rigward tal-proposti għall-awtorizzazzjonijiet għall-emenda tal-GTR tan-NU dwar is-sikurezza tal-persuni mixjin fit-triq, u biex jiġu żviluppati GTRs tan-NU dwar l-Emissjonijiet Globali tas-Sewqan Reali u dwar l-emissjonijiet ta’ partikuli tal-brejkijiet

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (1), l-Unjoni aderiet mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (NU/KEE) li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“il-Ftehim Rivedut tal-1958”). Il-Ftehim Rivedut tal-1958 daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 1998.

    (2)

    Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE (2), l-Unjoni aderiet mal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“il-Ftehim Parallel”). Il-Ftehim Parallel daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Frar 2000.

    (3)

    Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi dispożizzjonijiet amministrattivi u rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip u t-tqegħid fis-suq tal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dak ir-Regolament jinkorpora regolamenti li ġew adottati skont il-Ftehim Rivedut tal-1958 (“ir-Regolamenti tan-NU”) fis-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

    (4)

    Skont l-Artikolu 1 tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Artikolu 6 tal-Ftehim Parallel, il-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tan-NU/KEE (id-WP.29 tan-NU/KEE) jista’ jadotta proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU, tar-Regolamenti Tekniċi Globali tan-NU (GTRs tan-NU) u tar-Riżoluzzjonijiet tan-NU, kif ukoll proposti għal Regolamenti tan-NU, GTRs tan-NU u Riżoluzzjonijiet tan-NU ġodda li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi. Barra minn hekk, skont dawk id-dispożizzjonijiet, id-WP.29 tan-NU/KEE jista’ jadotta proposti għal awtorizzazzjonijiet biex jiġu żviluppati emendi għall-GTRs tan-NU jew biex jiġu żviluppati GTRs ġodda tan-NU u jista’ jadotta proposti għall-estensjoni tal-mandati għall-GTRs tan-NU.

    (5)

    Id-WP.29 tan-NU/KEE, matul il-185 sessjoni tal-Forum Dinji li għandu jsir bejn it-23 u l-25 ta’ Novembru 2021, jista’ jadotta l-proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU Nri 0, 14, 16, 22, 24, 37, 45, 48, 49, 55, 58, 67, 79, 83, 86, 90, 94, 95, 100, 101, 110, 116, 118, 125, 128, 129, 133, 134, 135, 137, 145, 149, 150, 151, 152, 153, 157, 158 u 159.

    (6)

    Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fid-WP.29 tan-NU/KEE fir-rigward tal-adozzjoni ta’ dawk il-proposti, minħabba li r-Regolamenti tan-NU ser ikunu vinkolanti fuq l-Unjoni u, flimkien mar-Riżoluzzjonijiet tan-NU, jistgħu jinfluwenzaw b’mod deċiżiv il-kontenut tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi.

    (7)

    Fid-dawl tal-esperjenza u tal-iżviluppi tekniċi, ir-rekwiżiti marbutin ma’ ċerti elementi jew karatteristiċi koperti mir-Regolamenti tan-NU Nri 0, 14, 16, 22, 24, 37, 45, 48, 49, 55, 58, 67, 79, 83, 86, 90, 94, 95, 100, 101, 110, 116, 118, 125, 128, 129, 133, 134, 135, 137, 145, 149, 150, 151, 152, 153, 157, 158 u159 jeħtieġ li jiġu emendati, korretti jew issupplimentati. Fir-rigward tal-Proposta għal serje 08 ġdida ta’ emendi għar-Regolament Nru 48 tan-NU (Installazzjoni ta’ apparat tad-dawl u tas-sinjalazzjoni tad-dawl), il-perijodu ta’ sena fid-dispożizzjonijiet tranżizzjonali proposti jidher li mhuwiex biżżejjed u għaldaqstant huwa xieraq li jingħata appoġġ ukoll għal bidla fid-data tad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali mill-1 ta’ Settembru 2023 għall-1 ta’ Settembru 2024 kif propost fd-dokument WP.29-185-05.

    (8)

    Barra minn hekk, ċerti dispożizzjonijiet fir-Riżoluzzjonijiet tan-NU R.E.3, R.E.5, M.R.1 u M.R.2 jeħtieġ li jiġu emendati,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-185 sessjoni tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tan-NU/KEE li għandha ssir bejn it-23 u l-25 ta’ Novembru 2021 għandha tkun li tivvota favur il-proposti għall-modifiki għar-Regolamenti tan-NU Nri 0, 14, 16, 22, 24, 37, 45, 48, 49, 55, 58, 67, 79, 83, 86, 90, 94, 95, 100, 101, 110, 116, 118, 125, 128, 129, 133, 134, 135, 137, 145, 149, 150, 151, 152, 153, 157, 158 u 159, tal-proposti għal emendi għar-Riżoluzzjonijiet Konsolidati R.E.3 u R.E.5, tal-proposti għal emendi għar-Riżoluzzjonijiet Reċiproċi M.R.1 u M.R.2, u tal-proposti għall-awtorizzazzjonijiet għall-emenda tal-GTR tan-NU dwar is-sikurezza tal-persuni mixjin fit-triq, u biex jiġu żviluppati GTRs tan-NU dwar l-Emissjonijiet Globali tas-Sewqan Reali u dwar l-emissjonijiet ta’ partikuli tal-brejkijiet (4).

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha..

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2021.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. ŠIRCELJ


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 bil-għan tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta’ Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar l-istabbiliment ta’ regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”) (ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12).

    (3)  Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).

    (4)  Ara d-dokument ST 13161/21 fuq http://register.consilium.europa.eu.


    Top