EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D1942

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1942 tad-9 ta’ Novembru 2021 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

ST/12896/2021/INIT

ĠU L 396, 10.11.2021, p. 64–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/1942/oj

10.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 396/64


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1942

tad-9 ta’ Novembru 2021

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta’ Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(2) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

(2)

Abbażi ta’ rieżami mill-Kunsill, jenħtieġ li titħassar l-entrata għal persuna elenkata.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huma emendati f’konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

A. ŠIRCELJ


(1)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.


ANNESS

L-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness II (Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 8(2)), il-Parti A (Persuni), l-entrata 7 (dwar AL-MAHMOUDI, Baghdadi) hija mħassra;

(2)

fl-Anness IV (Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 9(2)), il-Parti A (Persuni), l-entrata 7 (dwar AL-MAHMOUDI, Baghdadi) hija mħassra.


Top