This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021D1854
Council Decision (EU) 2021/1854 of 18 October 2021 on the position to be taken on behalf of the European Union within the Association Council set up by the Euro-Mediterranean Agreement establishing an Association between the European Communities and their Member States, of the one part, and the Hashemite Kingdom of Jordan, of the other part, as regards the extension of the validity of the EU-Jordan Partnership Priorities until new Partnership Priorities are adopted by the Association Council
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1854 tat-18 ta’ Ottubru 2021 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-estensjoni tal-validità tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Ġordan sakemm ikunu adottati Prijoritajiet tas-Sħubija ġodda mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1854 tat-18 ta’ Ottubru 2021 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-estensjoni tal-validità tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Ġordan sakemm ikunu adottati Prijoritajiet tas-Sħubija ġodda mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni
ST/12253/2021/INIT
ĠU L 374, 22.10.2021, p. 56–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
22.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 374/56 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1854
tat-18 ta’ Ottubru 2021
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-estensjoni tal-validità tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Ġordan sakemm ikunu adottati Prijoritajiet tas-Sħubija ġodda mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 217 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra (1) (il-‘Ftehim’) ġie ffirmat fl-24 ta’ Novembru 1997 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2002. |
(2) |
Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni adottata l-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Ġordan bid- Deċiżjoni Nru 1/2016 (2) u estendihom bid-Deċiżjoni Nru 1/2018 tiegħu (3) sa tmiem l-2020. |
(3) |
Fi skambju ta’ ittri, iż-żewġ naħat qablu li jenħtieġ li tiġi estiża l-validità tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE -Ġordan bħala dokument ta’ gwida biex tiġi kkonsolidata s-sħubija sakemm jiġu adottati Prijoritajiet tas-Sħubija aġġornati ġodda. |
(4) |
Skont l-Artikolu 91 tal-Ftehim, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu s-setgħa jieħu deċiżjonijiet għall-finijiet tal-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim. |
(5) |
Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu jadotta deċiżjoni permezz ta’ proċedura bil-miktub biex jestendi l-validità tal-Prijoritajiet tas-Sħubija sakemm ikunu adottati Prijoritajiet tas-Sħubija aġġornati ġodda mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni. |
(6) |
Għalhekk ikun xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, billi d-deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ser ikollha effetti legali |
(7) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għalhekk jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, dwar l-estensjoni tal-validità tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Ġordan sakemm ikunu adottati Prijoritajiet tas-Sħubija aġġornati ġodda mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Ġordan (4) .
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-18 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) ĠU L 129, 15.5.2002, p. 3.
(2) Id-Deċiżjoni Nru 1/2016 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Ġordan tad-19 ta’ Diċembru 2016 dwar qbil fuq il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Ġordan (ĠU L 355, 24.12.2016, p. 31).
(3) Id-Deċiżjoni Nru 1/2018 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Ġordan tat-12 ta’ Diċembru 2018 li tapprova l-estensjoni b’sentejn tal-Prijoritajiet ta’ Sħubija bejn l-UE u l-Ġordan (ĠU L 8, 10.1.2019, p. 34).
(4) Ara d-dokument ST 12261/21 fuq http://register.consilium.europa.eu.