EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D1853

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1853 tat-18 ta’ Ottubru 2021 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-estensjoni tal-validità tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu sakemm jiġu adottati Prijoritajiet tas-Sħubija aġġornati ġodda mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni

ST/12252/2021/INIT

ĠU L 374, 22.10.2021, p. 54–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/1853/oj

22.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 374/54


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1853

tat-18 ta’ Ottubru 2021

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-estensjoni tal-validità tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu sakemm jiġu adottati Prijoritajiet tas-Sħubija aġġornati ġodda mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 217 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra (1) (il-‘Ftehim’) ġie ffirmat fil-25 ta’ Ġunju 2001 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2004.

(2)

Fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni tal-25 ta’ Lulju 2017, l-Unjoni Ewropea u l-Eġittu qablu dwar il-Prijoritajiet tas-Sħubija, kif stipulati fir-Rakkomandazzjoni Nru 1/2017 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni (2).

(3)

Iż-żewġ naħat qablu li jenħtieġ li tiġi estiża l-validità tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu bħala dokument ta’ gwida biex tiġi kkonsolidata s-sħubija sakemm jiġu adottati Prijoritajiet tas-Sħubija aġġornati ġodda.

(4)

Skont l-Artikolu 76 tal-Ftehim, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu s-setgħa jieħu deċiżjonijiet għall-finijiet li jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim.

(5)

Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu jadotta rakkomandazzjoni permezz tal-proċedura bil-miktub biex jestendi l-validità tal-Prijoritajiet tas-Sħubija sakemm jiġu adottati Prijoritajiet tas-Sħubija aġġornati ġodda mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni.

(6)

Għalhekk, ikun xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, billi r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ser ikollha effetti legali.

(7)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għalhekk jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-estensjoni tal-validità tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu sakemm jiġu adottati Prijoritajiet tas-Sħubija aġġornati ġodda mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni (3).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-18 ta’ Ottubru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  ĠU L 304, 30.9.2004, p. 39.

(2)  Ir-Rakkomandazzjoni Nru 1/2017 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Eġittu tal-25 ta’ Lulju 2017 dwar qbil dwar il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu (ĠU L 255, 3.10.2017, p. 26).

(3)  Ara d-dokument ST 12260/21 fuq http://register.consilium.europa.eu.


Top