EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D1831

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1831 tas-7 ta’ Ottubru 2021 dwar il-konklużjoni f’isem l-Unjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde li jemenda l-Ftehim dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika tal-Kap Verde u tal-Unjoni Ewropea

ST/5034/2021/INIT

ĠU L 371, 19.10.2021, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/1831/oj

Related international agreement

19.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 371/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1831

tas-7 ta’ Ottubru 2021

dwar il-konklużjoni f’isem l-Unjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde li jemenda l-Ftehim dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika tal-Kap Verde u tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Fil-Konklużjonijiet tal-20 ta’ Novembru 2007, il-Kunsill u r-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, laqgħu l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-futur tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde. B’mod partikolari, il-Kunsill laqgħa l-approfondiment tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u Cabo Verde permezz tal-implimentazzjoni ta’ Pjan ta’ Azzjoni għall-iżvilupp ta’ “sħubija speċjali” bejn iż-żewġ partijiet. Barra minn hekk, dik il-komunikzzjoni tipprovdi li l-għan ta’ dik is-“sħubija speċjali” huwa li jiġi żviluppat djalogu miftuħ, kostruttiv u pragmatiku u li tkun prijorità strateġika kondiviża li tiġi ttrattata l-immigrazzjoni illegali.

(2)

Fl-1 ta’ Diċembru 2014, daħal fis-seħħ ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika tal-Kap Verde u tal-Unjoni Ewropea (2) (“il-Ftehim tal-2014”).

(3)

Mill-1 ta’ Diċembru 2014, il-leġiżlzzjoni tal-Unjoni u dik ta’ Cabo Verde, bir-reviżjoni tal-Kodiċi dwar il-Viżi permezz tar-Regolament (UE) 2019/1155 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u d-deċiżjoni ta’ Cabo Verde li teżenta liċ-ċittadini tal-Unjoni mir-rekwiżit ta’ viża għal żjarat sa 30 jum. Fid-dawl ta’ dawk it-tibdil u fid-dawl tal-valutazzjoni mwettqa mill-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 10 tal- Ftehim tal-2014 u inkarigat bil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Ftehim tal-2014, xi wħud mid-dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw il-ħruġ tal-viżi liċ-ċittadini ta’ Cabo Verde u, abbażi tar-reċiproċità, tal-Unjoni, għal żjara intenzjonata ta’ mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta’ 180 jum, jenħtieġ li jiġi aġġustat u kkumplimentat bi Ftehim emendatorju.

(4)

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1830 (4), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika tal-Kap Verde u tal-Unjoni Ewropea (“il-Ftehim emendatorju”) ġie ffirmat fit-18 ta’ Marzu 2021, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhix qed tieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (5). Għalhekk l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(6)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(7)

Jenħtieġ li l-Ftehim emendatorju jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika tal-Kap Verde u tal-Unjoni huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (6).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 2(1) tal-Ftehim emendatorju (7).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ottubru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DIKAUČIČ


(1)  Approvazzjoni tas-16 ta’ Settembru 2021 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 282, 24.10.2013, p. 3.

(3)  Ir-Regolament (UE) 2019/1155 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 810/2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 188, 12.7.2019, p. 25).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1830 tat-22 ta’ Frar 2021 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde li jemenda l-Ftehim dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika ta’ Cabo Verde u tal-Unjoni Ewropea (ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(6)  Ara l-paġna 5 ta’ dam il-Ġurnal Uffiċjali.

(7)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


Top