This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021D1443
Decision (EU) 2021/1443 of the European Central Bank of 26 August 2021 nominating heads of work units to adopt delegated internal models and extension of deadlines decisions (ECB/2021/40)
Deċiżjoni (UE) 2021/1443 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Awwissu 2021 li tinnomina kapijiet ta' unitajiet ta' ħidma għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet dwar mudelli interni u deċiżjonijiet dwar l-estensjoni tal-iskadenzi ddelegati (BĊE/2021/40)
Deċiżjoni (UE) 2021/1443 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Awwissu 2021 li tinnomina kapijiet ta' unitajiet ta' ħidma għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet dwar mudelli interni u deċiżjonijiet dwar l-estensjoni tal-iskadenzi ddelegati (BĊE/2021/40)
ĠU L 314, 6.9.2021, p. 30–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
6.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/30 |
DEĊIŻJONI (UE) 2021/1443 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-26 ta’ Awwissu 2021
li tinnomina kapijiet ta' unitajiet ta' ħidma għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet dwar mudelli interni u deċiżjonijiet dwar l-estensjoni tal-iskadenzi ddelegati (BĊE/2021/40)
IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 11.6 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2017/933 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' Novembru 2016 dwar qafas ġenerali għad-delegazzjoni ta' setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet għal strumenti legali relatati ma' kompiti superviżorji (BĊE/2016/40) (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 4 u 5 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2021/1442 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Awwissu 2021 dwar id-delega tas-setgħa biex jadottaw deċiżjonijiet dwar mudelli interni u dwar l-estensjoni ta' skadenzi (BĊE/2021/38) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2004/2 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Frar 2004 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,
Billi:
(1) |
Ġiet stabbilita proċedura għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati speċifiċi biex tindirizza n-numru konsiderevoli ta' deċiżjonijiet illi l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irid jadotta għat-twettiq tal-kompiti superviżorji tiegħu. |
(2) |
Deċiżjoni ta' delega hija effettiva mal-adozzjoni ta' deċiżjoni mill-Bord Eżekuttiv li tinnomina kap ta' unità ta’ ħidma jew aktar biex jieħu deċiżjonijiet abbażi ta' deċiżjoni ta' delega. |
(3) |
L-importanza tad-deċiżjoni ta' delega u n-numru ta’ destinatarji li lilhom iridu jintbagħtu d-deċiżjonijiet iddelegati għandhom jiġu kkunsidrati mill-Bord Eżekuttiv fil-ħatra ta' kapijiet ta' unitajiet ta' ħidma. |
(4) |
L-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2004/2 tal-Bank Ċentrali Ewropew jipprovdi li l-Bord Eżekuttiv għandu jiddeċiedi dwar in-numru, l-isem u l-kompetenza rispettivi ta’ kull waħda mill-unitajiet ta' ħidma tal-BĊE. |
(5) |
Il-President tal-Bord Superviżorju ġie kkonsultat dwar il-kapijiet ta' unitajiet ta' ħidma li lilhom għandha tiġi ddelegata s-setgħa biex jadottaw deċiżjonijiet dwar mudelli interni u deċiżjonijiet dwar l-estensjoni ta' skadenzi. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2021/1442 (BĊE/2021/38).
Artikolu 2
Deċiżjonijiet iddelegati dwar mudelli interni u dwar l-estensjoni tal-iskadenzi
1. Deċiżjonijiet iddelegati skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE) 2021/1442 (BĊE/2021/38), bl-eċċezzjoni ta’ dawk dwar l-estensjoni tal-perjodu massimu għall-konklużjoni ta’ akkwist propost stabbilit f’deċiżjoni ta’ parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti peress li tali deċiżjonijiet huma definiti fil-punt (3) tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1376 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/23) (4), għandhom jiġu adottati minn wieħed mill-kapijiet ta' unitajiet ta' ħidma li ġejjin:
(a) |
id-Direttur Ġenerali jew Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali Banek Sistemiċi u Internazzjonali, jekk is-superviżjoni tal-entità jew grupp taħt superviżjoni rilevanti titwettaq mid-Direttorat Ġenerali Banek Sistemiċi u Internazzjonali; |
(b) |
id-Direttur Ġenerali jew Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali Istituzzjonijiet Universali u Diversifikati, jekk is-superviżjoni tal-entità jew grupp taħt superviżjoni rilevanti tkun imwettqa mid-Direttorat Ġenerali Istituzzjonijiet Universali u Diversifikati; |
(c) |
id-Direttur Ġenerali jew id-Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali Istituzzjonijiet Speċjalizzati u Istituzzjonijiet Inqas Sinjifikanti, jekk is-superviżjoni tal-entità jew grupp taħt superviżjoni rilevanti titwettaq mid-Direttorat Ġenerali Istituzzjonijiet Speċjalizzati u Istituzzjonijiet Inqas Sinjifikanti. |
2. Id-deċiżjonijiet delegati skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE) 2021/1442 (BĊE/2021/38) dwar l-estensjoni tal-perjodu massimu għall-konklużjoni ta’ akkwist propost li jinvolvu entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni kif definiti fil-punt (16) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/17) (5) għandhom jiġu adottati mid-Direttur Ġenerali jew il-Viċi Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Governanza u l-Operazzjonijiet tal-MSU — jew jekk ma jkunux disponibbli l-Kap tad-Diviżjoni tal-Awtorizzazzjoni — u wieħed mill-kapijiet tal-unitajiet ta' ħidma li ġejjin:
(a) |
id-Direttur Ġenerali jew Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali Banek Sistemiċi u Internazzjonali, jekk is-superviżjoni tal-entità jew grupp taħt superviżjoni rilevanti titwettaq mid-Direttorat Ġenerali Banek Sistemiċi u Internazzjonali; |
(b) |
id-Direttur Ġenerali jew Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali Istituzzjonijiet Universali u Diversifikati, jekk is-superviżjoni tal-entità jew grupp taħt superviżjoni rilevanti tkun imwettqa mid-Direttorat Ġenerali Istituzzjonijiet Universali u Diversifikati; |
(c) |
id-Direttur Ġenerali jew id-Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali Istituzzjonijiet Speċjalizzati u Istituzzjonijiet Inqas Sinjifikanti, jekk is-superviżjoni tal-entità jew grupp taħt superviżjoni rilevanti titwettaq mid-Direttorat Ġenerali Istituzzjonijiet Speċjalizzati u Istituzzjonijiet Inqas Sinjifikanti. |
Jekk deċiżjoni ddelegata skont l-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1376 (BĊE/2019/23) tinvolvi iktar minn entità sinifikanti taħt superviżjoni waħda, l-entità taħt superviżjoni rilevanti għandha tkun l-entità jew grupp taħt superviżjoni li fiha tiġi akkwistata l-parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti.
3. Id-deċiżjonijiet delegati skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE)2021/1442 (BĊE/2021/38) dwar l-estensjoni tal-perjodu massimu għall-konklużjoni ta’ akkwist propost li ma jinvolvux entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni għandhom jiġu adottati mid-Direttur Ġenerali jew mid-Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Governanza u l-Operazzjonijiet tal-MSU — jew jekk ma jkunux disponibbli mill-Kap tad-Diviżjoni tal-Awtorizzazzjoni.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-26 ta’ Awwissu 2021.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) ĠU L 141, 1.6.2017, p. 14.
(2) Ara l-paġna 22 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(3) ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33.
(4) Id-Deċiżjoni (UE) 2019/1376 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta’ Lulju 2019 dwar id-delega tas-setgħa biex jiġu adottati deċiżjonijiet dwar l-ippassaportar, l-akkwiżizzjoni ta’ parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti u l-irtirar ta' liċenzja ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (BĊE/2019/23) (ĠU L 224, 28.8.2019, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u mal-awtoritajiet nazzjonali ddenominati (Regolament Qafas dwar l-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1).