Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D1271

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2021/1271 tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2021 li taħtar id-Direttur tal-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

ST/10132/2021/INIT

ĠU L 277, 2.8.2021, p. 145–147 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/1271/oj

2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/145


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2021/1271 TAL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL U L-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Lulju 2021

li taħtar id-Direttur tal-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U L-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-lista ta’ kandidati proposta fil-15 ta’ Lulju 2021 minn kumitat ta’ selezzjoni magħmul mis-Segretarji Ġenerali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni wara sejħa miftuħa għal kandidati bil-ħsieb tal-ħatra tad-Direttur tal-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej,

Billi:

(1)

L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jistabbilixxi Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej.

(2)

L-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jipprevedi li d-Direttur tal-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandu jinħatar għal terminu li ma jiġġeddidx ta’ ħames snin bi qbil komuni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, abbażi ta’ proposti magħmula minn kumitat ta’ selezzjoni magħmul mis-Segretarji Ġenerali ta’ dawk l-istituzzjonijiet wara sejħa miftuħa għal kandidati,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Is-Sur Pascal SCHONARD huwa b’dan maħtur bħala Direttur tal-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2026.

2.   Id-Direttur għandu jinħatar bħala aġent temporanju fil-grad AD 12, skala 1.

3.   Il-ħatra hija soġġetta għall-iffirmar, mid-Direttur nominat, tad-dikjarazzjoni ta’ indipendenza u ta’ nuqqas ta’ kunflitt ta’ interessi li hija annessa ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2021.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D.M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

J. PODGORŠEK

Għall-Kummissjoni

Viċi President

M. ŠEFČOVIČ


(1)   ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1.


ANNESS

DIKJARAZZJONI TA’ INDIPENDENZA U TA’ NUQQAS TA’ KUNFLITT TA’ INTERESSI

Jien, is-sottoskritt, ...................................., niddikjara li ħadt nota tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej u ser neżerċita l-funzjonijiet tiegħi ta’ Direttur tal-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (l-“Awtorità”) b’mod kompletament indipendenti u f’konformità totali mar-regoli ta’ dak ir-Regolament. Meta nkun qed naġixxi f’isem l-Awtorità, jien mhux ser nitlob jew nieħu struzzjonijiet minn kwalunkwe istituzzjoni jew gvern, jew minn kwalunkwe korp, uffiċċju jew aġenzija oħrajn. Jien ser nastjeni minn kwalunkwe att li huwa inkompatibbli man-natura tad-dmirijiet tiegħi.

Niddikjara li, sa fejn naf jien, ma ninsabx f’sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi. Jeżisti kunflitt ta’ interessi fejn l-eżerċizzju imparzjali u oġġettiv tal-funzjonijiet ta’ Direttur tal-Awtorità jkun kompromess minħabba raġunijiet li jinvolvu l-familja, il-ħajja personali, l-affinità politika, nazzjonali, filosofika jew reliġjuża, l-interess ekonomiku jew kwalunkwe interess ieħor kondiviż ma’ xi riċevitur ta’ finanzjament taħt ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. B’mod partikolari, niddikjara li m’iniex membru tal-Parlament Ewropew, ma għandi l-ebda mandat elettorali u m’iniex, u qatt ma kont, impjegat ta’ xi partit politiku Ewropew jew ta’ xi fondazzjoni politika Ewropea.

Magħmul fi […],

[DATA + FIRMA tad-Direttur nominat]


Top