Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D1251

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1251 tad-29 ta’ Lulju 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

    ST/10567/2021/INIT

    ĠU L 272, 30.7.2021, p. 71–72 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/1251/oj

    30.7.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 272/71


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1251

    tad-29 ta’ Lulju 2021

    li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fil-31 ta’ Lulju 2015 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 (1).

    (2)

    Skont l-Artikolu 17(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, il-Kunsill irrieżamina l-listi ta’ persuni u entitajiet iddeżinjati li jinsabu fl-Annessi II u IV għal dik id-Deċiżjoni.

    (3)

    Il-Kunsill ikkonkluda li jenħtieġ li l-entrati għal persuna waħda, li mietet, u għal persuna oħra, li fir-rigward tagħha ġew applikati miżuri restrittivi sat-2 ta’ April 2021, titħassru u li jenħtieġ li jinżammu l-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet l-oħra kollha fil-listi li jinsabu fl-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333. Barra minn hekk, l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni għal persuna waħda jenħtieġ li tiġi aġġornata.

    (4)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 hija emendata kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 17, jitħassru l-paragrafi 3 u 4;

    (2)

    l-Annessi II u IV huma emendati f’konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2021.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. DOVŽAN


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta’ Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34).


    ANNESS

    Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 hija emendata kif ġej:

    (1)

    fl-Anness II (Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 8(2)), il-Parti A (Persuni) hija emendata kif ġej:

    (a)

    titħassar l-entrata 4 (dwar TOHAMI, Ġeneral, Khaled);

    (b)

    l-entrata 7 (dwar AL-MAHMOUDI, Baghdadi) hija sostitwita b’dan li ġej:

    “7.

    AL-MAHMOUDI, Baghdadi

    a.k.a.

    AL-MAHMOUDI

    Al-Baghdadi, Ali

    AL-MAHMOUDI AL-BAGHDADI, Ali

    Post tat-twelid: Alassa, il-Libja

    Ċittadinanza: Libja

    Sess: raġel

    Indirizz: Abu Dhabi, l-Emirati Għarab Magħquda

    Prim Ministru fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi.

    Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta’ Muammar Qadhafi.

    21.3.2011”

    (c)

    titħassar l-entrata 15 (dwar GHWELL, Khalifa);

    (2)

    fl-Anness IV, (Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 9(2)), il-Parti A (Persuni) hija emendata kif ġej:

    (a)

    titħassar l-entrata 4 (dwar TOHAMI, Ġeneral, Khaled);

    (b)

    l-entrata 7 (dwar AL-MAHMOUDI, Baghdadi) hija sostitwita b’dan li ġej:

    “7.

    AL-MAHMOUDI, Baghdadi

    a.k.a.

    AL-MAHMOUDI

    Al-Baghdadi, Ali

    AL-MAHMOUDI AL-BAGHDADI, Ali

    Post tat-twelid: Alassa, il-Libja

    Ċittadinanza: Libja

    Sess: raġel

    Indirizz: Abu Dhabi, l-Emirati Għarab Magħquda

    Prim Ministru fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi.

    Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta’ Muammar Qadhafi.

    21.3.2011”

    (c)

    titħassar l-entrata 20 (dwar GHWELL, Khalifa).


    Top