This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021D1168
Commission Implementing Decision (EU) 2021/1168 of 27 April 2021 establishing the list of mandatory research surveys at sea and thresholds as part of the multiannual Union programme for the collection and management of data in the fisheries and aquaculture sectors from 2022
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1168 tas-27 ta’ April 2021 li tistabbilixxi l-lista ta’ stħarriġ obbligatorju tar-riċerka fuq il-baħar u l-limiti bħala parti mill-programm pluriennali tal-Unjoni għall-ġbir u għall-ġestjoni tad-data fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura mill-2022
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1168 tas-27 ta’ April 2021 li tistabbilixxi l-lista ta’ stħarriġ obbligatorju tar-riċerka fuq il-baħar u l-limiti bħala parti mill-programm pluriennali tal-Unjoni għall-ġbir u għall-ġestjoni tad-data fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura mill-2022
C/2021/2801
ĠU L 253, 16.7.2021, pp. 92–99
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
16.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 253/92 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1168
tas-27 ta’ April 2021
li tistabbilixxi l-lista ta’ stħarriġ obbligatorju tar-riċerka fuq il-baħar u l-limiti bħala parti mill-programm pluriennali tal-Unjoni għall-ġbir u għall-ġestjoni tad-data fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura mill-2022
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/1004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar l-istabbiliment ta’ qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 (1), u b’mod partikulari l-ewwel u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Istati Membri għandhom jiġbru d-data bijoloġika, ambjentali, teknika u soċjoekonomika meħtieġa għall-ġestjoni tas-sajd. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2017/1004, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm pluriennali tal-Unjoni għall-ġbir, għall-ġestjoni u għall-użu tad-data fis-settur tas-sajd. |
|
(3) |
Il-pjan pluriennali tal-UE huwa meħtieġ biex l-Istati Membri jispeċifikaw u jippjanaw l-attivitajiet tal-ġbir tad-data tagħhom fil-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali tagħhom. Huwa jistabbilixxi lista ddettaljata ta’ rekwiżiti tad-data għall-ġbir u għall-ġestjoni tad-data bijoloġika, ambjentali u soċjoekonomika, jelenka stħarriġ obbligatorju fuq il-baħar u jistabbilixxi limiti għall-ġbir tad-data. Il-pjan pluriennali tal-UE għall-2020 sal-2021 ġie adottat permezz tad-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/910 (3) u tad-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/909 (4). Iż-żewġ deċiżjonijiet jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2021. |
|
(4) |
Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-lista ta’ stħarriġ obbligatorju tar-riċerka fuq il-baħar u l-limiti li inqas minnhom l-Istati Membri mhumiex obbligati jiġbru d-data mill-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura tagħhom jew iwettqu stħarriġ fuq il-baħar, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004 mill-1 ta’ Jannar 2022. Tistabbilixxi wkoll l-oqsma tar-reġjuni tal-baħar għal skopijiet ta’ ġbir tad-data, kif imsemmi fl-Artikolu 9(11) ta’ dak ir-Regolament (UE) 2017/1004. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni kkonsultat il-gruppi ta’ koordinazzjoni reġjonali rilevanti u l-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2017/1004. |
|
(6) |
Din id-deċiżjoni għandha tinqara’ b’mod konġunt mad-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2021/1167 (5) li tħassar id-Deċiżjoni Delegata (UE) 2019/910 u li tistabbilixxi l-arranġamenti ddettaljati għall-ġbir u għall-ġestjoni tad-data bijoloġika, ambjentali, teknika u soċjoekonomika min-naħa tal-Istati Membri, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1004, mill-1 ta’ Jannar 2022. |
|
(7) |
Għal raġunijiet ta’ ċertezza tad-dritt, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/909 titħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2022. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-lista ta’ stħarriġ obbligatorju tar-riċerka fuq il-baħar, id-definizzjonijiet ta’ żoni ġeografiċi applikabbli għall-ġbir tad-data tas-sajd tal-Unjoni, u limiti li inqas minnhom l-Istati Membri mhumiex obbligati jiġbru d-data mill-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura tagħhom jew iwettqu stħarriġ fuq il-baħar mill-2022 huma stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. Il-lista ta’ stħarriġ u limiti jiffurmaw parti mill-programm pluriennali tal-Unjoni għall-ġbir u għall-ġestjoni tad-data fis-settur tas-sajd, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/909 titħassar.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha tibda tapplika mill-1 ta’ Jannar 2022.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 157, 20.6.2017, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(3) Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/910 tat-13 ta’ Marzu 2019 li tistabbilixxi l-programm multiannwali tal-Unjoni għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data bijoloġika, ambjentali, teknika u soċjoekonomika fis-setturi tas-sajd u l-akkwakultura (ĠU L 145, 4.6.2019, p. 27).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/909 tat-18 ta’ Frar 2019 li tistabbilixxi l-lista ta’ stħarriġiet obbligatorji tar-riċerka u l-limiti għall-għanijiet tal-programm multiannwali tal-Unjoni għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura (ĠU L 145, 4.6.2019, p. 21).
(5) Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2021/1167 tas-27 ta’ April 2021 li tistabbilixxi l-programm pluriennali tal-Unjoni għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data bijoloġika, ambjentali, teknika u soċjoekonomika fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura mill-2022 (Ara l-paġna 51 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS
KAPITOLU I
Stħarriġ ta’ riċerka fuq il-baħar
|
1. |
Għandu jsir tal-inqas l-istħarriġ tar-riċerka fuq il-baħar imniżżel fit-tabella 1 ta’ hawn taħt, sakemm rieżami xjentifiku tal-istħarriġ ma jikkonkludix li xi stħarriġ wieħed minnhom jew aktar ma jkunx għadu xieraq biex tingħata informazzjoni utli għall-valutazzjoni tal-istokkijiet u għall-ġestjoni tas-sajd. Abbażi tal-istess kriterji ta’ rieżami, jista’ jiżdied stħarriġ ġdid ma’ din it-tabella.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-istħarriġ tar-riċerka fuq il-baħar li jrid isir fil-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 (1), u għandhom ikunu responsabbli għal dan l-istħarriġ. Il-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali tal-Istati Membri, jew il-pjanijiet ta’ ħidma reġjonali fejn applikabbli, għandhom jiżguraw kontinwità ma’ forom ta’ stħarriġ preċedenti. |
|
2. |
L-Istati Membri mhumiex obbligati jieħdu sehem (fiżikament jew finanzjarjament) fi stħarriġ tar-riċerka fuq il-baħar marbut ma’ speċi-waħda fil-każijiet li ġejjin:
|
|
3. |
Għall-istħarriġ dwar diversi speċijiet u dwar l-ekosistemi, il-limiti jistgħu jiġu stabbiliti fil-livell tar-reġjun tal-baħar. |
|
4. |
L-Istati Membri li jikkontribwixxu għall-istħarriġiet tar-riċerka internazzjonali għandhom jikkoordinaw l-isforzi tagħhom fl-istess reġjun tal-baħar.
Tabella 1 Stħarriġ ta’ riċerka fuq il-baħar
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
KAPITOLU II
Limiti għall-ġbir tad-data
|
1. |
Dan il-Kapitolu jistabbilixxi l-limiti għall-ġbir tad-data dwar is-sajd tal-Unjoni speċifikata fid-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2021/1167 (2). |
|
2. |
L-Istati Membri mhumiex obbligati jiġbru d-data bijoloġika għal ċerti stokkijiet meta tintlaħaq waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
Meta jintlaħaq il-limitu kollettiv ta’ 25 % msemmi fil-punt (a), l-Istati Membri kkonċernati għandhom jaqsmu bejniethom il-kompiti marbutin mal-ġbir tad-data bijoloġika fil-livell tar-reġjun tal-baħar biex jiżguraw li l-istokkijiet rilevanti jkunu koperti mit-teħid tal-kampjuni f’konformità mal-ħtiġijiet tal-utenti aħħarin. |
|
3. |
Għal speċijiet li jaqgħu taħt organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd għat-tonn (RFMOs), għandhom japplikaw il-livelli limitu kif stabbiliti fir-rekwiżiti tal-RFMO. |
|
4. |
Ma għandu japplika l-ebda limitu:
|
|
5. |
Ma għandu japplika ebda limitu biex jinkisbu stimi tal-qabdiet minn qabdiet rikreattivi. Il-limiti fuq il-ġbir ta’ data bijoloġika minn qabdiet rikreattivi għandhom jiġu miftiehma u kkoordinati fil-livell tar-reġjun tal-baħar u għandhom ikunu bbażati fuq il-ħtiġijiet tal-utent aħħari. |
|
6. |
Mingħajr preġudizzju għall-obbligi internazzjonali speċifiċi fil-kuntest tal-RFMO, mhuwiex obbligatorju li tinġabar data bijoloġika meta s-sehem tal-Unjoni minn stokk mistad fuq livell internazzjonali jkun ta’ inqas minn 10 %. |
|
7. |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-ġbir ta’ data soċjali, ekonomika u ambjentali dwar l-akkwakultura:
Il-limiti msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-aħħar pubblikazzjoni tal-Eurostat tad-data tal-Istat Membru rilevanti. Mingħajr preġudizzju għall-punti (a), (b) u (c), kull sena l-Istati Membri għandhom jiġbru data dwar il-valur u l-piż tal-produzzjoni tal-akkwakultura tagħhom. |
KAPITOLU III
Stratifikazzjoni ġeografika skont ir-Reġjun
Għall-finijiet tal-ġbir tad-data dwar is-sajd tal-Unjoni speċifikata fl-Anness tad-Deċiżjoni Delegata (UE) 2021/1167, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet taż-żoni ġeografiċi tar-reġjuni tal-baħar elenkati fit-tabella 2 hawn taħt.
Tabella 2
Stratifikazzjoni ġeografika skont ir-Reġjun
|
Oqsma li jenħtieġ li jkunu koperti għall-finijiet tad-DCF |
Reġjun |
Suprareġjun (4) |
|
|
Il-Baħar Baltiku (żona tal-FAO 27) |
Żoni tal-ICES 3b-d |
Il-Baħar Baltiku |
Il-Baħar Baltiku; Il-Baħar tat-Tramuntana; Il-Lvant tal-Artiku; In-NAFO; l-ilmijiet estiżi tal-Majjistral (żoni tal-ICES 5, 6 u 7) u l-ilmijiet estiżi tal-Lbiċ (żoni tal-ICES 10, 12 u 14) |
|
l-Artiku tal-Lvant, il-Baħar Norveġiż, il-Baħar ta’ Baħar ta’ Barents, Skagerrak u Kattegat, il-Baħar tat-Tramuntana u l-Fliegu tal-Lvant, L-Atlantiku tal-Grigal u l-Fliegu tal-Punent (żona tal-FAO 27) |
Iż-żoni 1, 2, 3a, 4 u 7d tal-ICES |
Il-Baħar tat-Tramuntana u l-Lvant tal-Artiku |
|
|
Iż-żoni tal-ICES 5, 6, 7 (eskluż 7d), 8, 9, 10, 12 u 14 |
L-Atlantiku tal-Grigal |
||
|
L-Atlantiku tal-Majjistral (iż-żona tal-FAO 21) |
Iż-żona tal-Konvenzjoni tan-NAFO |
Reġjuni oħra fejn is-sajd huwa operat barra l-ilmijiet tal-UE minn bastimenti Komunitarji u huma taħt obbligi ta’ rappurtar lill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMO) jew korpi reġjonali tas-sajd li l-Komunità hija parti kontraenti għalihom jew osservatur tagħhom. |
|
|
L-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (iż-żona 34 tal-FAO) |
Iż-Żona tal-Konvenzjoni tas-CECAF |
Reġjuni oħra |
|
|
L-Atlantiku Ċentrali tal-Punent (iż-żona tal-FAO 31) |
Iż-żona tal-Konvenzjoni WECAFC (*1) |
||
|
L-Atlantiku tax-Xlokk (iż-żona tal-FAO 47) |
Iż-Żona tal-Konvenzjoni tas-SEAFO |
||
|
In-Nofsinhar tal-Paċifiku (żoni 81 u 87 tal-FAO) |
iż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO |
||
|
L-Oċean Atlantiku u l-ibħra ta’ madwaru (FAO 21, 27, 31, 37, 41, 47, 34, 48) |
Iż-Żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT |
||
|
L-Oċean Indjan (żoni tal-FAO 51 u 57) |
Iż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IOTC |
||
|
L-Oċean Indjan (żoni tal-FAO 51 u 57) |
Iż-Żona tal-Konvenzjoni tas-SIOFA |
||
|
L-Oċean Indjan (żoni tal-FAO 51 u 57) |
Iż-Żona tal-Konvenzjoni tas-CCSBT |
||
|
Il-Paċifiku Ċentrali tal-Punent (iż-żona tal-FAO 71) |
Iż-Żona tal-Konvenzjoni tad-WCPFC |
||
|
In-Nofsinhar tal-Paċifiku (iż-żoni 77 u 87 tal-FAO) |
Iż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IATTC |
||
|
L-Oċean Indjan tan-Nofsinhar u tal-Antarktiku (iż-żoni tal-FAO 48, 58 u 88) |
Iż-Żona tal-Konvenzjoni tas-CCAMLR |
||
|
Ir-Reġjuni Ultraperiferiċi tal-UE |
L-ilmijiet tal-UE madwar Mayotte u l-Gżejjer La Réunion |
Ir-reġjuni ultraperiferiċi |
|
|
L-ilmijiet tal-UE madwar il-Guyana Franċiża, Martinique, il-Gżejjer Guadeloupe |
|||
|
L-ilmijiet tal-UE madwar l-Azores (FAO 27.10.a.2) |
Il-Baħar Baltiku; Il-Baħar tat-Tramuntana; Il-Lvant tal-Artiku; In-NAFO; l-ilmijiet estiżi tal-Majjistral (żoni tal-ICES 5, 6 u 7) u l-ilmijiet estiżi tal-Lbiċ (żoni tal-ICES 10, 12 u 14) |
||
|
L-ilmijiet tal-UE madwar Madeira u l-Gżejjer Kanarji (FAO 34.1.2) |
|||
|
Il-baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed (iż-żona 37 tal-FAO) |
GFCM GSA 1-29 |
Il-Mediterran u l-Baħar l-Iswed |
Il-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed |
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).
(2) Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2021/1167 tas-27 ta’ April 2021 li tistabbilixxi l-programm pluriennali tal-Unjoni għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data bijoloġika, ambjentali, teknika u soċjoekonomika fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura mill-2022 (ĠU L 253, …, p. 51).
(3) Ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105).
(4) Kull bastiment li mhux involut f’sajd fuq distanzi twal għandu jiġi allokat għal reġjun żejjed abbażi tal-għadd ta’ jiem fuq il-baħar (aktar minn 50 %) li jqattgħu fis-suprareġjun.
(*1) esklużi l-ilmijiet tal-UE