Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D0660

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/660 tad-19 ta’ April 2021 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2020/491 dwar l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni u l-eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjonijiet tal-merkanzija meħtieġa biex jiġu miġġielda l-effetti tat-tifqigħa tal-COVID-19 matul l-2020 (notifikata bid-dokument C(2021) 2693)

    C/2021/2693

    ĠU L 140, 23.4.2021, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/660/oj

    23.4.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 140/10


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/660

    tad-19 ta’ April 2021

    li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2020/491 dwar l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni u l-eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjonijiet tal-merkanzija meħtieġa biex jiġu miġġielda l-effetti tat-tifqigħa tal-COVID-19 matul l-2020

    (notifikata bid-dokument C(2021) 2693)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/132/KE tad-19 ta’ Ottubru 2009 li tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 143(b) u (c) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta’ ċerti oġġetti (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali (2), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 76 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/491 (3) kif emendata bid-Deċiżjoni (UE) 2020/1573 (4) teżenta mid-dazji fuq l-importazzjoni u teżenta mit-taxxa fuq il-valur miżjud (‘VAT’) fuq l-importazzjonijiet tal-merkanzija meħtieġa biex jiġu miġġielda l-effetti tat-tifqigħa tal-COVID-19 sat-30 ta’ April 2021.

    (2)

    Fit-3 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Istati Membri f’konformità mal-premessa (5) tad-Deċiżjoni (UE) 2020/491 dwar jekk kinitx meħtieġa estensjoni oħra, u wara dan l-Istati Membri talbu għal estensjoni tal-eżenzjoni.

    (3)

    L-importazzjonijiet li jsiru mill-Istati Membri skont id-Deċiżjoni (UE) 2020/491 kienu ta’ benefiċċju biex l-organizzazzjonijiet tal-Istat jew l-organizzazzjonijiet approvati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jingħataw aċċess għall-mediċini meħtieġa, għall-apparat mediku u għat-tagħmir protettiv personali li hemm nuqqas tagħhom. L-istatistika dwar il-kummerċ fir-rigward ta’ tali merkanzija tindika li l-importazzjonijiet relatati magħhom qegħdin jonqsu iżda għadhom sinifikanti. Minkejja l-bidu tat-tilqim fl-Istati Membri kollha u l-għadd ta’ miżuri li ttieħdu biex il-virus ma jinfirixx, l-għadd ta’ infezzjonijiet tal-COVID-19 fl-Istati Membri għadu ta’ riskju għas-saħħa pubblika. Issa li l-Istati Membri għadhom jirrapportaw nuqqas ta’ merkanzija meħtieġa fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19, jenħtieġ li l-perjodu tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjonijiet u tal-eżenzjoni mill-VAT, previst fid-Deċiżjoni (UE) 2020/491, jiġi estiż.

    (4)

    B’konsegwenza ta’ dan, jenħtieġ li l-iskadenza biex l-Istati Membri jirrapportaw fir-rigward tal-issodisfar tal-obbligi tad-Deċiżjoni (UE) 2020/491 tiġi estiża wkoll.

    (5)

    Fil-25 ta’ Marzu 2021, l-Istati Membri ġew ikkonsultati dwar l-estensjoni mitluba f’konformità mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 u mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 tad-Direttiva 2009/132/KE.

    (6)

    Għaldaqstant, id-Deċiżjoni (UE) 2020/491 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni (UE) 2020/491 hija emendata kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 2, il-parti introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

    “L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2022:”;

    (2)

    fl-l-Artikolu 3, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “L-Artikolu 1 għandu japplika għall-importazzjonijiet li jsiru mit-30 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2021.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ April 2021.

    Għall-Kummissjoni

    Paolo GENTILONI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 292, 10.11.2009, p. 5.

    (2)  ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23.

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/491 tat-3 ta’ April 2020 dwar l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni u l-eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjonijiet tal-merkanzija meħtieġa biex jiġu miġġielda l-effetti tat-tifqigħa tal-COVID-19 matul l-2020 (ĠU L 103I, 3.4.2020, p. 1).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1573 tat-28 ta’ Ottubru 2020 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2020/491 dwar l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni u l-eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjonijiet tal-merkanzija meħtieġa biex jiġu miġġielda l-effetti tat-tifqigħa tal-COVID-19 matul l-2020, (ĠU L 359, 29.10.2020, p. 8).


    Top