Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D0513

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/513 tat-22 ta’ Marzu 2021 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika tal-Estonja biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

    ST/6603/2021/INIT

    ĠU L 103, 24.3.2021, p. 6–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/513/oj

    24.3.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 103/6


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/513

    tat-22 ta’ Marzu 2021

    li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika tal-Estonja biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Fl-4 ta’ Frar 2021, l-Estonja talbet assistenza finanzjarja mill-Unjoni bil-ħsieb li tikkomplementa l-isforzi nazzjonali tagħha biex tindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjo-ekonomiċi tat-tifqigħa għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom.

    (2)

    It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri straordinarji implimentati mill-Estonja biex titrażżan it-tifqigħa u l-impatt tagħha kemm soċjoekonomiku kif ukoll dak sanitarju mistennija li jkollhom impatt qawwi fuq il-finanzi pubbliċi. Skont it-tbassir tal-Ħarifa 2020 tal-Kummissjoni, l-Estonja kienet mistennija li jkollha defiċit u dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta’ 5,9 % u 17,2 % tal-prodott domestiku gross (PDG) rispettivament sa tmiem l-2020. Skont it-tbassir interim tax-Xitwa 2021 tal-Kummissjoni, il-PDG tal-Estonja huwa mbassar li naqas bi 2,9 % fl-2020.

    (3)

    It-tifqigħa tal-COVID-19 waqqfet parti sostanzjali mill-forza tax-xogħol fl-Estonja. Dan wassal għal żieda f’daqqa u severa fin-nefqa pubblika fl-Estonja fir-rigward tal-iskemi tax-xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili kif ukoll ir-rikors għal miżuri rilevanti tas-saħħa relatati mat-tifqigħa tal-COVID-19, kif stabbiliti fil-premessi minn (4) sa (9).

    (4)

    Ir-Regolament tal-Gvern Nru 130 “Tööhõiveprogramm 2017–2020” tas-17 ta’ Novembru 2016, kif emendat fl-2020 (2), imsemmi fit-talba tal-Estonja tal-4 ta’ Frar 2021, introduċa skema tas-suq tax-xogħol għal żmien qasir għall-preservazzjoni tal-impjiegi (l-iskema ilha fis-seħħ mit-23 ta’ Marzu 2020). L-objettiv kien li jingħata appoġġ lill-impjegati tas-settur privat li s-salarji jew is-sigħat tax-xogħol tagħhom tnaqqsu temporanjament minħabba l-impatt sostanzjali tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza billi l-impjegati jingħataw sa 70 % tas-salarju jew il-pagi medji fix-xahar tagħhom, b’limitu massimu ta’ EUR 1 000 għal kull impjegat fix-xahar. Kienet skema temporanja għall-perijodu tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza minn Marzu sa Mejju 2020. Minħabba l-impatt kontinwu tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza, ir-Regolament Nru 130 reġa’ ġie emendat (3) u applikat, kif emendat, sa tmiem Ġunju 2020. Il-kundizzjonijiet għall-iskema ta’ assenza bil-permess ġew aġġustati sabiex l-appoġġ tal-gvern lil impjegat tnaqqas għal 50 % tas-salarju jew il-pagi medji fix-xahar tal-impjegat u b’limitu massimu ta’ EUR 800 għal kull impjegat. Sabiex jirċievu l-appoġġ tal-gvern għall-impjegati, il-kumpaniji kellhom iħallsu mill-inqas EUR 150 (fuq bażi grossa) għal kull impjegat fix-xahar, sabiex kull impjegat jirċievi qligħ fix-xahar ta’ mill-inqas EUR 584, li huwa ugwali għall-paga minima.

    (5)

    Ir-Regolament tal-Gvern Nru 26 “Erivajadusega lapse vanema toetuse saamise ja maksmise tingimused ning toetuse arvutamise alused”, tad-9 ta’ April 2020 (4), imsemmi fit-talba tal-Estonja tal-4 ta’ Frar 2021, introduċa allowance għall-preservazzjoni tal-qligħ għall-ġenituri li matul is-sitwazzjoni ta’ emerġenza kellhom jissospendu x-xogħol biex jieħdu ħsieb uliedhom bi bżonnijiet edukattivi speċjali. Din kienet miżura temporanja għall-perijodu tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza mit-12 ta’ Marzu sas-17 ta’ Mejju 2020. L-allowance ġiet ikkalkolata abbażi tat-taxxa soċjali mħallsa fuq is-salarju jew il-paga ta’ ġenitur fl-2019. L-appoġġ kopra 70 % tas-salarju medju ta’ kuljum jew paga ta’ ġenitur wieħed.

    (6)

    Ir-Regolamenti tal-Ministru tal-Kultura Nru 7 “COVID-19 haigust põhjustava koroonaviiruse levikuga seotud kriisi leevendamiseks ette nähtud toetusmeede laulu- ja tantsupeo liikumises osalevatele kollektiividele” tat-30 ta’ April 2020 (5) u r-Regolamenti tal-Ministru tal-Kultura Nru 9 “COVID-19 puhangust tingitud erakorraline abi kultuuri- ja spordivaldkonnale” tat-30 ta’ April 2020 (6) (fis-seħħ mit-3 ta’ Mejju sal-11 ta’ Settembru 2020) u “Treeneri tööjõukulu toetuse määramise tingimused, sealhulgas nõuded spordialaliidule, spordiklubile ja spordikoolile ning selle omaosalusele, treeningrühmale ja treenerile, ning toetuse suuruse, jaotamise, tagasimaksmise ja tagasinõudmise kord” tas-26 ta’ Novembru 2014, kif emendat fl-2020 (7), imsemmija fit-talba tal-Estonja tal-4 ta’ Frar 2021, introduċew skema għal żmien qasir għal artisti freelance, kowċis tal-isport u kapijiet ta’ korijiet u gruppi ta’ żfin. Dan jikkonċerna miżura temporanja għall-perijodu tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19. L-artisti freelance ġew appoġġati f’ammont ugwali għas-salarju minimu għal perijodu ta’ xahrejn. Il-kapijiet ta’ korijiet u gruppi ta’ żfin folk u kowċis tal-isport ingħataw appoġġ għall-introjtu tal-gvern li rrappreżenta 70 % tas-salarju jew pagi medji għall-perijodu minn Ottubru 2019 sa Frar 2020, b’limitu ta’ EUR 1 000. Il-kowċis tal-isport kienu appoġġati b’ammont ta’ 50 % tas-salarju jew paga regolari tagħhom, filwaqt li l-50 % l-oħra tħallsu mill-organizzazzjoni sportiva.

    (7)

    L-Estonja introduċiet serje ta’ miżuri relatati mas-saħħa biex tindirizza t-tifqigħa tal-COVID-19. Skont l-Att tal-Parlament “Riigi 2020. aasta lisaeelarve seadus” adottat fil-15 ta’ April 2020 (8), imsemmi fit-talba tal-Estonja tal-4 ta’ Frar 2021, hemm miżura relatata mas-saħħa, li ppermettiet xiri mill-gvern ta’ tagħmir protettiv personali, provvisti ġenerali addizzjonali u oġġetti konsumabbli.

    (8)

    Ir-Regolament tal-Gvern Nru 28 “Eriolukorras Eesti Haigekassa kaudu hüvitiste ja teenuste eest maksmise tingimused ja kord”, tat-23 ta’ April 2020 (9), imsemmi fit-talba tal-Estonja tal-4 ta’ Frar 2021, introduċa skema ta’ appoġġ għal żmien qasir għall-isptarijiet biex tikkumpensa għall-ispejjeż ta’ reklutaġġ ta’ persunal temporanju għall-unitajiet tal-COVID-19 u l-unitajiet tal-kura intensiva, u jħallas għal sigħat tax-xogħol estiżi għat-tobba, l-infermiera u persunal relatat ieħor. Din tkopri l-ispejjeż ta’ ħtieġa addizzjonali għall-persunal fl-unitajiet tal-COVID-19 u l-unitajiet tal-kura intensiva fl-isptarijiet. Il-persunal addizzjonali ġie impjegat b’salarju ogħla biex il-persunal jinżamm immotivat matul is-sitwazzjoni ta’ emerġenza.

    (9)

    Ir-Regolament tal-Gvern Nru 28 “Eriolukorras Eesti Haigekassa kaudu hüvitiste ja teenuste eest maksmise tingimused ja kord”, tat-23 ta’ April 2020 (10), imsemmi fit-talba tal-Estonja tal-4 ta’ Frar 2021, introduċa kumpens għall-impjegati għall-ewwel tlett ijiem ta’ liv minħabba mard. Din kienet miżura temporanja għall-perijodu tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza mit-13 ta’ Marzu sas-17 ta’ Mejju 2020. Kumpens għaż-żieda fl-użu tal-liv tal-mard u l-kura minħabba l-COVID-19 ingħata għall-persuni assigurati mill-Fond tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Estonjan għall-ewwel tlett ijiem ta’ mard, li normalment jitħallsu mill-impjegat.

    (10)

    L-Estonja tissodisfa l-kundizzjonijiet biex tintalab assistenza finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672. L-Estonja pprovdiet lill-Kummissjoni b’evidenza xierqa li n-nefqa pubblika attwali żdiedet b’EUR 230 000 000 mill-1 ta’ Frar 2020 minħabba l-miżuri nazzjonali meħuda biex jiġu indirizzati l-effetti soċjoekonomiċi tat-tifqigħa tal-COVID-19. Dan jikkostitwixxi żieda f’daqqa u severa minħabba li hija relatata kemm mal-miżuri ġodda kif ukoll mad-domanda akbar għal miżuri eżistenti, li flimkien ikopru proporzjon sinifikanti tal-forza tax-xogħol fl-Estonja.

    (11)

    Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Estonja u vverifikat iż-żieda f’daqqa u severa fin-nefqa pubblika attwali direttament relatata mal-iskemi tax-xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili, kif ukoll ir-rikors għal miżuri rilevanti relatati mas-saħħa marbuta mat-tifqigħa tal-COVID-19, imsemmija fit-talba tal-4 ta’ Frar 2021, b’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/672.

    (12)

    Għalhekk jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja bil-għan li tgħin lill-Estonja tindirizza l-effetti soċjoekonomiċi tat-tfixkil ekonomiku gravi kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet rigward il-maturitajiet, il-qies u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali u tal-partijiet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali.

    (13)

    Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kull proċedura relatata ma’ distorsjonijiet tal-operat tas-suq intern li tista’ titwettaq, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Din ma twarrabx il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat.

    (14)

    Id-deċiżjoni li tingħata assistenza finanzjarja ttieħdet b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet eżistenti u dawk mistennija tal-Estonja, kif ukoll it-talbiet għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2020/672 diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħra, filwaqt li ġew applikati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Estonja tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672.

    Artikolu 2

    1.   L-Unjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Estonja self li jammonta għal massimu ta’ EUR 230 000 000. Is-self għandu jkollu maturità medja massima ta’ 15-il sena.

    2.   Il-perijodu ta’ disponibbiltà għall-għajnuna finanzjarja mogħtija b’din id-Deċiżjoni għandu jkun ta’ 18-il xahar li jibdew mill-ewwel jum wara li din id-Deċiżjoni ssir effettiva.

    3.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni lill-Estonja f’massimu ta’ tmien ħlasijiet parzjali. L-iżborż ta’ kull ħlas parzjali jista’ jsir f’parti waħda jew aktar. Il-maturitajiet tal-partijiet taħt l-ewwel ħlas parzjali jistgħu jkunu itwal mill-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1. F’każijiet bħal dawn, il-maturitajiet ta’ partijiet oħrajn għandhom ikunu stabbiliti b’tali mod li l-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1 tiġi rispettata ladarba jsir l-iżborż tal-ħlasijiet parzjali kollha.

    4.   L-ewwel ħlas parzjali għandu jiġi rilaxxat soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim tas-self previst fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/672.

    5.   L-Estonja għandha tħallas il-kost għall-finanzjament tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2020/672 għal kull ħlas parzjali flimkien ma’ kull tariffa, kost u spiża tal-Unjoni li jirriżultaw minn kull finanzjament relatat mas-self mogħti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

    6.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar id-daqs u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali, kif ukoll dwar id-daqs tal-partijiet.

    Artikolu 3

    L-Estonja tista’ tiffinanzja l-miżuri li ġejjin:

    (a)

    skema tas-suq tax-xogħol għal żmien qasir għall-preservazzjoni tal-impjiegi, kif previst fir-Regolament tal-Gvern Nru 130 “Tööhõiveprogramm 2017–2020” tas-17 ta’ Novembru 2016, kif emendat fl-2020;

    (b)

    allowance għall-preservazzjoni tal-introjtu għall-ġenituri li matul is-sitwazzjoni ta’ emerġenza kellhom jissospendu x-xogħol biex jieħdu ħsieb it-tfal tagħhom bi bżonnijiet edukattivi speċjali, kif previst fir-Regolament tal-Gvern Nru 26 “Erivajadusega lapse vanema toetuse saamise ja maksmise tingimused ning toetuse arvutamise alused” tad-9 ta’ April 2020;

    (c)

    skema fuq medda qasira ta’ żmien għall-artisti freelance, kowċis tal-isport u kapijiet ta’ korijiet u gruppi taż-żfin, kif previst fir-Regolament tal-Ministru tal-Kultura Nru 7 “COVID-19 haigust põhjustava koroonaviiruse levikuga seotud kriisi leevendamiseks ette nähtud toetusmeede laulu- ja tantsupeo liikumises osalevatele kollektiividele” tat-30 ta’ April 2020 u r-Regolamenti tal-Ministru tal-Kultura Nru 9 “COVID-19 puhangust tingitud erakorraline abi kultuuri- ja spordivaldkonnale” tat-30 ta’ April 2020 u “Treeneri tööjõukulu toetuse määramise tingimused, sealhulgas nõuded spordialaliidule, spordiklubile ja spordikoolile ning selle omaosalusele, treeningrühmale ja treenerile, ning toetuse suuruse, jaotamise, tagasimaksmise ja tagasinõudmise kord” tas-26 ta’ Novembru 2014, kif emendat fl-2020;

    (d)

    miżura relatata mas-saħħa, li ppermettiet ix-xiri mill-gvern ta’ tagħmir protettiv personali, provvisti ġenerali addizzjonali u oġġetti konsumabbli, kif previst fl-Att tal-Parlament “Riigi 2020. aasta lisaeelarve seadus” tal-15 ta’ April 2020;

    (e)

    skema ta’ appoġġ fuq terminu qasir għall-isptarijiet biex tikkumpensa għall-ispejjeż ta’ reklutaġġ ta’ persunal temporanju għall-unitajiet tal-COVID-19 u l-unitajiet tal-kura intensiva, u l-ħlas għal sigħat tax-xogħol estiżi għat-tobba, l-infermiera u persunal ieħor, kif previst fir-Regolament tal-Gvern Nru 28 “Eriolukorras Eesti Haigekassa kaudu hüvitiste ja teenuste eest maksmise tingimused ja kord” tat-23 ta’ April 2020;

    (f)

    kumpens għall-impjegati għall-ewwel tlett ijiem ta’ liv minħabba mard, kif previst fir-Regolament tal-Gvern Nru 28 “Eriolukorras Eesti Haigekassa kaudu hüvitiste ja teenuste eest maksmise tingimused ja kord” tat-23 ta’ April 2020.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Estonja.

    Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha lid-destinatarju.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2021.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. do C. ANTUNES


    (1)  ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.

    (2)  Riigi Teataja (“RT”) I, 20.3.2020, 3.

    (3)  RT I, 30.5.2020, 4.

    (4)  RT I, 10.4.2020, 5.

    (5)  RT I, 30.4.2020, 28.

    (6)  RT I, 30.4.2020, 29.

    (7)  RT I, 5.5.2020, 21.

    (8)  RT I, 21.4.2020, 2.

    (9)  RT I, 24.4.2020, 13.

    (10)  RT I, 24.4.2020, 13.


    Top