This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021D0157
Commission Implementing Decision (EU) 2021/157 of 9 February 2021 amending Implementing Decision (EU) 2019/1616 as regards industrial valves, welding procedures, equipment for refrigerating systems and heat pumps, shell boilers, metallic industrial piping, copper and copper alloys, LPG equipment and accessories and safety devices for protection against excessive pressure
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni (UE) 2021/157 tad-9 ta’ Frar 2021 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 fir-rigward ta’ valvijiet industrijali, proċeduri tal-iwweldjar, apparat għas-sistemi ta’ refriġerazzjoni u pompi tas-sħana, shell boilers, pajpijiet industrijali metalliċi, ram u ligi tar-ram, tagħmir u aċċessorji tal-LPG u apparati ta’ sikurezza għall-protezzjoni minn pressjoni eċċessiva
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni (UE) 2021/157 tad-9 ta’ Frar 2021 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 fir-rigward ta’ valvijiet industrijali, proċeduri tal-iwweldjar, apparat għas-sistemi ta’ refriġerazzjoni u pompi tas-sħana, shell boilers, pajpijiet industrijali metalliċi, ram u ligi tar-ram, tagħmir u aċċessorji tal-LPG u apparati ta’ sikurezza għall-protezzjoni minn pressjoni eċċessiva
C/2021/857
ĠU L 46, 10.2.2021, p. 40–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
10.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 46/40 |
ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/157
tad-9 ta’ Frar 2021
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 fir-rigward ta’ valvijiet industrijali, proċeduri tal-iwweldjar, apparat għas-sistemi ta’ refriġerazzjoni u pompi tas-sħana, shell boilers, pajpijiet industrijali metalliċi, ram u ligi tar-ram, tagħmir u aċċessorji tal-LPG u apparati ta’ sikurezza għall-protezzjoni minn pressjoni eċċessiva
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-apparat jew l-assemblaġġi ta’ pressjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) u (2) ta’ dik id-Direttiva li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, iridu jkunu preżunti konformi mar-rekwiżiti ta’ sikurezza essenzjali koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom, imsemmija fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva. |
(2) |
Permezz tal-ittra M/071 tal-1 ta’ Awwissu 1994, il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) biex ifassal, fir-rigward tal-apparat ta’ pressjoni, l-istandards relatati mal-prodotti u l-istandards ta’ natura orizzontali b’appoġġ għad-Direttiva 97/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dik id-Direttiva ġiet sostitwita bid-Direttiva 2014/68/UE mingħajr ma nbidlu r-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 97/23/KE. |
(3) |
Abbażi tat-talba M/071 u biex ikun jirrifletti l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, is-CEN irreveda u emenda wħud mill-istandards armonizzati eżistenti. B’mod speċifiku, is-CEN irreveda l-istandards armonizzati EN ISO 4126-3:2006, EN 12542:2010 u EN 13175:2014 li wassal għall-adozzjoni tal-istandards armonizzati EN ISO 4126-3:2020 dwar l-apparati ta’ sikurezza, EN 12542:2020 u EN 13175:2019+A1:2020 dwar it-tagħmir u l-aċċessorji tal-LPG; l-istandard armonizzat EN 12735-1:2016 li wassal għall-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN 12735-1:2020 dwar ir-ram u l-ligi tar-ram; u l-istandard armonizzat EN 12953-5:2002 li wassal għall-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN 12953-5:2020 dwar ix-shell boilers. Is-CEN irreveda wkoll l-istandards armonizzati EN 14276-1:2006+A1:2011 u EN 14276-2:2007+A1:2011 li wassal għall-adozzjoni tal-istandards armonizzati EN 14276-1:2020 u EN 14276-2:2020 dwar apparat ta’ pressjoni għal sistemi ta’ refriġerazzjoni u pompi tas-sħana kif ukoll l-istandard armonizzat EN ISO 15620:2000 li wassal għall-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN ISO 15620:2019 dwar l-iwweldjar. |
(4) |
Barra minn hekk, is-CEN irreveda u emenda serje ta’ standards armonizzati dwar il-valvijiet industrijali. Jiġifieri, is-CEN emenda l-istandards armonizzati EN ISO 16135:2006, EN ISO 16136:2006, EN ISO 16137:2006, EN ISO 16138:2006, EN ISO 16139:2006 u EN ISO 21787:2006. Is-CEN irreveda wkoll l-istandard armonizzat EN 16767:2016 li wassal għall-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN 16767:2020 dwar il-valvijiet industrijali. |
(5) |
Is-CEN emenda wkoll l-istandards armonizzati EN 13480-2:2017 u EN 13480-3:2017 dwar il-pajpijiet industrijali metalliċi. |
(6) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk dawk l-istandards dwar l-apparat ta’ pressjoni kif emendati jew riveduti mis-CEN humiex konformi mat-talba M/071. |
(7) |
L-istandards dwar l-apparat ta’ pressjoni kif emendati jew riveduti mis-CEN jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan ikopru u li jissemmew fl-Anness I tad-Direttiva 2014/68/UE. Għalhekk huwa xieraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(8) |
Ir-referenzi tal-verżjonijiet emendati jew riveduti tal-istandards EN 12542:2010, EN 12735-1:2016, EN 12953-5:2002, EN 13175:2014, EN 13480-2:2017, EN 13480-3:2017, EN 14276-1:2006+A1:2011, EN 14276-2:2007+A1:2011, EN 16767:2016, EN ISO 15620:2000, EN ISO 16135:2006, EN ISO 16136:2006, EN ISO 16137:2006, EN ISO 16138:2006, EN ISO 16139:2006, EN ISO 21787:2006 u EN ISO4126-3:2006 iridu jiġu ppubblikati. Għalhekk, jeħtieġ li minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4) jitneħħew ir-referenzi tal-istandards EN 12542:2010, EN 12735-1:2016, EN 12953-5:2002, EN 13175:2014, EN 13480-3:2017, EN 14276-1:2006+A1:2011, EN 14276-2:2007+A1:2011, EN 16767:2016, EN ISO 15620:2000, EN ISO 16135:2006, EN ISO 16136:2006, EN ISO 16137:2006, EN ISO 16138:2006, EN ISO 16139:2006, EN ISO 21787:2006 u EN ISO 4126-3:2006. |
(9) |
Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw il-prodotti tagħhom għall-verżjonijiet emendati jew riveduti tal-istandards armonizzati għal valvijiet industrijali, proċeduri tal-iwweldjar, apparat għal sistemi ta’ refriġerazzjoni u pompi tas-sħana, shell boilers, pajpijiet industrijali metalliċi, ram u ligi tar-ram, tagħmir u aċċessorji tal-LPG u apparati ta’ sikurezza għall-protezzjoni minn pressjoni eċċessiva, jeħtieġ li jiġi differit l-irtirar tar-referenzi ta’ dawk l-istandards. |
(10) |
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1616 (5) jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/68/UE. Ir-referenzi tal-istandards armonizzati EN ISO 4126-3:2020, EN 12542:2020, EN 12735-1:2020, EN 12953-5:2020, EN 13175:2019+A1:2020, EN 13480-3:2017, EN 13480-3:2017/A2:2020, EN 13480-3:2017/A3:2020, EN 14276-1:2020, EN 14276-2:2020, EN ISO 15620:2019, EN ISO 16135:2006, EN ISO 16135:2006/A1:2019, EN ISO 16136:2006, EN ISO 16136:2006/A1:2019, EN ISO 16137:2006, EN ISO 16137:2006/A1:2019, EN ISO 16138:2006, EN ISO 16138:2006/A1:2019, EN ISO 16139:2006, EN ISO 16139:2006/A1:2019, EN 16767:2020, EN ISO21787:2006 u EN ISO 21787:2006/A1:2019 jenħtieġ li jiġu inklużi f’dak l-Anness. |
(11) |
L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/68/UE li ġew irtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ir-referenzi tal-istandards armonizzati EN 12542:2010, EN 12735-1:2016, EN 12953-5:2002, EN 13175:2014, EN 13480-3:2017, EN 14276-1:2006+A1:2011, EN 14276-2:2007+A1:2011, EN 16767:2016, EN ISO 15620:2000, EN ISO 16135:2006, EN ISO 16136:2006, EN ISO 16137:2006, EN ISO 16138:2006, EN ISO 16139:2006, EN ISO 21787:2006 u EN ISO4126-3:2006 jenħtieġ li jiġu inklużi f’dak l-Anness. |
(12) |
Ir-referenza tal-istandard armonizzat EN13480-2:2017 u r-referenzi tal-emendi tiegħu EN 13480-2:2017/A1:2018, EN 13480-2:2017/A2:2018 u EN 13480-2:2017/A3:2018 huma inklużi fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616. Saret emenda oħra għall-istandard EN 13480-2:2017. Huwa xieraq li tiġi sostitwita l-entrata rilevanti f’dak l-Anness, u tiżdied ir-referenza tal-emenda EN 13480-2:2017/A7:2020. |
(13) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
(14) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(2) Id-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta’ apparat ta’ pressjoni (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 164).
(3) Id-Direttiva 97/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Mejju 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ apparat ta’ pressjoni (ĠU L 181, 9.7.1997, p. 1).
(4) ĠU C 326, 14.9.2018, p. 94.
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1616 tas-27 ta’ Settembru 2019 dwar l-istandards armonizzati għall-apparat ta’ pressjoni abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 250, 30.9.2019, p. 95).
ANNESS I
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-entrata Nru 11 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(2) |
jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
ANNESS II
Fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
Nru |
Referenza tal-istandard |
Data tal-irtirar |
“22. |
EN 12542:2010 Tagħmir u aċċessorji tal-LPG – Tankijiet taħt pressjoni statiċi, ċilindriċi, tal-azzar u wweldjati, prodotti f’serje għall-ħżin ta’ Gass Likwifikat miż-Żejt (LPG) b’volum mhux akbar minn 13-il m3 – Disinn u manifattura |
l-10 ta’ Awwissu 2022 |
23. |
EN 12735-1:2016 Ram u ligi tar-ram – Tubi tondi seamless għall-kundizzjonament tal-arja u għar-refriġerazzjoni – Parti 1: Tubi għas-sistemi ta’ pajpijiet |
l-10 ta’ Awwissu 2022 |
24. |
EN 12953-5:2002 Shell boilers – Parti 5: Spezzjoni waqt il-kostruzzjoni, dokumentazzjoni u mmarkar tal-partijiet taħt pressjoni tal-boiler |
l-10 ta’ Awwissu 2022 |
25. |
EN 13175:2014 Tagħmir u aċċessorji tal-LPG – Speċifikazzjoni u ttestjar għal valvijiet u fittings tar-reċipjent taħt pressjoni tal-Gass Likwifikat miż-Żejt (LPG) |
l-10 ta’ Awwissu 2022 |
26. |
EN 13480-3:2017 Pajpijiet industrijali metalliċi – Parti 3: Disinn u kalkolu |
l-10 ta’ Awwissu 2022 |
27. |
EN 14276-1:2006+A1:2011 Apparat ta’ pressjoni għal sistemi ta’ refriġerazzjoni u pompi tas-sħana – Parti 1: Reċipjenti – Rekwiżiti ġenerali |
l-10 ta’ Awwissu 2022 |
28. |
EN 14276-2:2007+A1:2011 Apparat ta’ pressjoni għal sistemi ta’ refriġerazzjoni u pompi tas-sħana – Parti 2: Pajpijiet – Rekwiżiti ġenerali |
l-10 ta’ Awwissu 2022 |
29. |
EN 16767:2016 Valvijiet industrijali – Valvijiet unidirezzjonali tal-azzar u tal-ħadid fondut |
l-10 ta’ Awwissu 2022 |
30. |
EN ISO 15620:2000 Iwweldjar – Iwweldjar bil-frizzjoni ta’ materjali metalliċi (ISO 15620:2000) |
l-10 ta’ Awwissu 2022 |
31. |
EN ISO 16135:2006 Valvijiet industrijali – Valvijiet sferiċi ta’ materjali termoplastiċi (ISO 16135:2006) |
l-10 ta’ Awwissu 2022 |
32. |
EN ISO 16136:2006 Valvijiet industrijali – Valvijiet farfett ta’ materjali termoplastiċi (ISO 16136:2006) |
l-10 ta’ Awwissu 2022 |
33. |
EN ISO 16137:2006 Valvijiet industrijali – Valvijiet unidirezzjonali ta’ materjali termoplastiċi (ISO 16137:2006) |
l-10 ta’ Awwissu 2022 |
34. |
EN ISO 16138:2006 Valvijiet industrijali – Valvijiet bid-dijaframma ta’ materjali termoplastiċi (ISO 16138:2006) |
l-10 ta’ Awwissu 2022 |
35. |
EN ISO 16139:2006 Valvijiet industrijali – Gate valves ta’ materjali termoplastiċi (ISO 16139:2006) |
l-10 ta’ Awwissu 2022 |
36. |
EN ISO 21787:2006 Valvijiet industrijali – Globe valves ta’ materjali termoplastiċi (ISO 21787:2006) |
l-10 ta’ Awwissu 2022 |
37. |
EN ISO 4126-3:2006 Apparati ta’ sikurezza għall-protezzjoni minn pressjoni eċċessiva – Parti 3: Valvijiet tas-sikurezza u apparati tas-sikurezza b’disk li jinfaqa’ kkombinati (ISO 4126-3:2006) |
l-10 ta’ Awwissu 2022” |