Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D0099

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/99 tal-25 ta’ Jannar 2021 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li se jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2020

    ĠU L 34, 1.2.2021, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/99/oj

    Related international agreement

    1.2.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 34/1


    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/99

    tal-25 ta’ Jannar 2021

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li se jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2020

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

    Billi:

    (1)

    Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1704 (2), il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li se jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2020 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri”) ġie ffirmat fil-15 ta’ Novembru 2020.

    (2)

    Il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri għandu l-objettiv li jippermetti lill-Unjoni u lir-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania li jkomplu jaħdmu flimkien biex jippromwovu politika tas-sajd sostenibbli u l-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet tal-Mauritania u li jippermetti lill-bastimenti tal-Unjoni li jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom f’dawn l-ilmijiet.

    (3)

    Jenħtieġ li l-Ftehim fil-forma ta’ iskambju ta’ ittri jiġi approvat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li se jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2020, huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (3).

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħmel in-notifika prevista fil-punt (6) tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri (4).

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2021.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. BORRELL FONTELLES


    (1)  Approvazzjoni tal-14 ta’ Diċembru 2020 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1704 tat-23 ta’ Ottubru 2020 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li se jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2020 (ĠU L 383, 16.11.2020, p. 1).

    (3)  It-test tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri huwa ppubblikat fil-ĠU L 383, tas-16 ta’ Novembru 2020.

    (4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri se tiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


    Top