This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021D0055
Council Decision (CFSP) 2021/55 of 22 January 2021 amending Decision 2011/72/CFSP concerning restrictive measures directed against certain persons and entities in view of the situation in Tunisia
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/55 tat-22 ta’ Jannar 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/55 tat-22 ta’ Jannar 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija
ĠU L 23, 25.1.2021, p. 22–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
25.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 23/22 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/55
tat-22 ta’ Jannar 2021
li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta’ Jannar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK (1) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija. |
(2) |
Abbażi ta’ reviżjoni tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġu estiżi sal-31 ta’ Jannar 2022, u fl-Anness tagħha jenħtieġ li l-entrati għal erba’ persuni jitħassru u li l-informazzjoni dwar id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tiġi aġġornata fir-rigward ta’ żewġ persuni. |
(3) |
Jenħtieġ għalhekk li d-Deċiżjoni 2011/72/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2011/72/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Jannar 2022. Hija għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Tista’ tiġġedded jew tiġi emendata, skont il-każ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”; |
(2) |
l-Anness huwa emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. P. ZACARIAS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK tal-31 ta’ Jannar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, 2.2.2011, p. 62).
ANNESS
Fid-Deċiżjoni 2011/72/PESK, l-Anness huwa emendat kif ġej:
(1) |
fil-Parti A (Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1), jitħassru l-entrati għall-persuni li ġejjin:
|
(2) |
il-Parti B (Drittijiet tad-difiża u dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva skont il-liġi Tuneżina) hija emendata kif ġej:
|