EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021B1539

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2021/1539 tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2019

ĠU L 340, 24.9.2021, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/1539/oj

24.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 340/9


DEĊIŻJONI (UE, EURATOM) 2021/1539 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tat-28 ta’ April 2021

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2019

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2020)0288 – C9-0220/2020) (2),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2019 (3),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2018 (COM(2020)0311), u għar-risposti dettaljati li jikkomplementawh,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2019 (COM(2020)0268), u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2020)0117),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (4),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (5) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta’ Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05792/2021 – C9-0037/2021),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (7), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta’ Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (8), u b’mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/779/UE tas-17 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka u li tħassar id-Deċiżjoni 2008/37/KE (9),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/173 tat-12 ta’ Frar 2021 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, l-Infrastruttura u l-Ambjent, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u d-Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-SMEs, l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u l-Kultura u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2013/801/UE, 2013/771/UE, 2013/778/UE, 2013/779/UE, 2013/776/UE u 2013/770/UE (10),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0117/2021),

1.   

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;

2.   

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-Deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.   

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima III – Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

David Maria SASSOLI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 67, 7.3.2019, p. 1.

(2)  ĠU C 384, 13.11.2020, p. 1.

(3)  ĠU C 370, 3.11.2020, p. 30.

(4)  ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7.

(5)  ĠU C 384, 13.11.2020, p. 180.

(6)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(7)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(8)  ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(9)  ĠU L 346, 20.12.2013, p. 58.

(10)  ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9.


Top