This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R2174
Commission Delegated Regulation (EU) 2020/2174 of 19 October 2020 amending Annexes IC, III, IIIA, IV, V, VII and VIII to Regulation (EC) No 1013/2006 of the European Parliament and of the Council on shipments of waste (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2174 tad-19 ta’ Ottubru 2020 li jemenda l-Annessi IC, III, IIIA, IV, V, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta’ skart (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2174 tad-19 ta’ Ottubru 2020 li jemenda l-Annessi IC, III, IIIA, IV, V, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta’ skart (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/7091
ĠU L 433, 22.12.2020, p. 11–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 19/05/2024; Impliċitament imħassar minn 32024R1157
22.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 433/11 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2174
tad-19 ta’ Ottubru 2020
li jemenda l-Annessi IC, III, IIIA, IV, V, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta’ skart
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjaġġi ta’ skart (1), u b’mod partikolari l-punti (a) u (c) tal-Artikolu 58(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel iddeċidiet fl-erbatax-il laqgħa tagħha li saret f’Mejju 2019, bid-Deċiżjoni BC-14/12, li tinkludi entrata ġdida għall-iskart tal-plastik perikoluż (l-entrata A3210) fl-Anness VIII u żewġ entrati ġodda għall-iskart tal-plastik mhux perikoluż fl-Anness II (l-entrata Y48) u fl-Anness IX (l-entrata B3011) tal-Konvenzjoni ta’ Basel. Dawk il-bidliet se jsiru effettivi fl-1 ta’ Jannar 2021. |
(2) |
Jixraq li l-Unjoni, li hija Parti għall-Konvenzjoni ta’ Basel, timmodifika l-Annessi rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 biex jitqiesu l-bidliet relatati mal-entrati dwar l-iskart tal-plastik fl-Annessi tal-Konvenzjoni ta’ Basel. |
(3) |
Il-Kumitat għall-Politika tal-Ambjent tal-OECD adotta bidliet fl-Appendiċi 4 tad-Deċiżjoni tal-OECD (2) relatata mal-iskart tal-plastik perikoluż u kjarifiki fl-Appendiċijiet 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-OECD fis-7 ta’ Settembru 2020. Dawk il-bidliet se jsiru effettivi fl-1 ta’ Jannar 2021. Jixraq li l-Unjoni timmodifika l-Annessi rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 biex jitqiesu dawn il-bidliet. |
(4) |
Dan ir-Regolament iqis il-fatt li ma ntlaħaq l-ebda ftehim fl-OECD biex jiġu inkorporati l-emendi għall-Annessi tal-Konvenzjoni ta’ Basel dwar l-iskart tal-plastik mhux perikoluż (l-entrati B3011 u Y48) fl-Appendiċijiet tad-Deċiżjoni tal-OECD. |
(5) |
Fir-rigward tal-esportazzjoni tal-iskart tal-plastik mill-Unjoni lejn pajjiżi terzi u l-importazzjoni tal-iskart tal-plastik fl-Unjoni minn pajjiżi terzi, jenħtieġ li l-Annessi III, IV u V tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 jiġu emendati biex jitqiesu l-bidliet fl-Annessi II, VIII u IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel u l-bidliet fl-Appendiċi 4 tad-Deċiżjoni tal-OECD. B’riżultat ta’ dan, mill-1 ta’ Jannar 2021, l-esportazzjoni mill-Unjoni u l-importazzjoni fl-Unjoni tal-iskart tal-plastik fl-entrati AC300 u Y48 lejn pajjiżi terzi u minnhom li għalihom tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD (3) se jkunu soġġetti għall-proċeduri ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel. F’konformità mal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 36(1) u l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, l-esportazzjoni tal-iskart tal-plastik fl-entrati A3210 u Y48 se tkun ipprojbita lejn pajjiżi terzi li għalihom ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD. |
(6) |
Fid-dawl tal-fatt li l-Unjoni ppreżentat notifika li tkopri l-vjeġġi tal-iskart fl-Unjoni, lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni ta’ Basel skont l-Artikolu 11 ta’ dik il-Konvenzjoni, ma hemm l-ebda rekwiżit li jobbliga lill-Unjoni timplimenta l-bidliet fl-Annessi tal-Konvenzjoni ta’ Basel relatati mal-iskart tal-plastik mhux perikoluż (l-entrati B3011 u Y48) fil-liġi tal-Unjoni, għall-vjeġġi bejn l-Istati Membri. Madankollu, biex tiġi żgurata ċ-ċarezza ġuridika, jenħtieġ li jiddaħħlu entrati ġodda għall-vjeġġi tal-iskart tal-plastik mhux perikoluż fl-Unjoni fl-Annessi III, IIIA u IV tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 li jqisu t-terminoloġija li tintuża fl-entrati l-ġodda B3011 u Y48 fil-Konvenzjoni ta’ Basel, u li bihom fil-biċċa l-kbira jinżammu l-kontrolli attwali fuq tali vjeġġi fl-Unjoni. |
(7) |
Għadd ta’ linji gwida tekniċi u dokumenti ta’ gwida dwar l-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ diversi flussi ta’ skart ġew adottati fl-aħħar laqgħat tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel. Dawk il-linji gwida tekniċi u dokumenti ta’ gwida jipprovdu gwida utli u għaldaqstant jenħtieġ li jiżdiedu fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006. |
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 jiġi emendat skont dan. |
(9) |
Peress li l-bidliet fl-Annessi tal-Konvenzjoni ta’ Basel u fl-Appendiċijiet tad-Deċiżjoni tal-OECD se jsiru effettivi fl-1 ta’ Jannar 2021, jenħtieġ li l-emendi għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 relatati ma’ dawk il-bidliet isiru effettivi wkoll fl-1 ta’ Jannar 2021. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-Annessi IC, III, IIIA, IV, V u VII huma emendati f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
(2) |
l-Anness VIII huwa sostitwit bit-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1(1) għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ottubru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni C(2001)107/Finali tal-Kunsill tal-OECD li tikkonċerna r-reviżjoni tad-Deċiżjoni C(92)39/Finali dwar il-kontroll ta’ movimenti transkonfinali ta’ skart destinat għal operazzjonijiet ta’ rkupru.
(3) Id-Deċiżjoni C(2001) 107/Final tal-Kunsill tal-OECD li tikkonċerna r-reviżjoni tad-Deċiżjoni C(92)39/Finali dwar il-kontroll ta’ movimenti transkonfinali ta’ skart destinat għal operazzjonijiet ta’ rkupru.
ANNESS I
L-Annessi IC, III, IIIA, IV, V u VII tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 huma emendati kif ġej:
(1) |
fl-Anness IC, it-tieni paragrafu tal-punt 25(e) huwa sostitwit b’dan li ġej: “Tali kodiċijiet jistgħu jiġu inklużi fl-Annessi IIIA, IIIB, IV (EU48) jew IVA ta’ dan ir-Regolament. F’dak il-każ, jenħtieġ li n-numru tal-Anness jiġi ddikjarat quddiem il-kodiċijiet. Fir-rigward l-Anness IIIA, jenħtieġ li jintużaw il-kodiċi(jiet) rilevanti kif indikat(i) fl-Anness IIIA, f’sekwenza kif ikun xieraq. Ċerti entrati tal-Konvenzjoni ta’ Basel bħal B1100 u B3020 huma ristretti biss għal flussi ta’ skart partikolari, kif indikat fl-Anness IIIA.” |
(2) |
l-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
l-Anness IIIA huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
l-Anness IV huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
l-Anness V huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
l-Anness VII huwa emendat kif ġej: Fil-blokka 10, jiżdied dan li ġej:
|
(*) Fir-rigward ta’ “kważi ħieles minn kontaminazzjoni u tipi oħra ta’ skart”, l-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u nazzjonali jistgħu joffru punt ta’ referenza.
(**) Fir-rigward ta’ “kważi esklużivament”, l-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u nazzjonali jistgħu joffru punt ta’ referenza.
(***) It-tipi ta’ skart prodotti fil-fażi ta’ wara l-konsumatur huma esklużi”;
(*) L-Anness VIII tal-Konvenzjoni ta’ Basel huwa elenkat f’dan ir-Regolament fil-Lista A tal-Parti 1 tal-Anness V. L-Anness II tal-Konvenzjoni ta’ Basel huwa elenkat f’dan ir-Regolament fil-Lista A tal-Parti 3 tal-Anness V.”;
(*) Riċiklaġġ/reklamazzjoni ta’ sustanzi organiċi li ma jintużawx bħala solventi (R3 fl-Anness IV, it-taqsima B) jew, jekk ikun hemm bżonn, ħżin temporanju limitat għal darba waħda, diment li din tkun segwita mill-operazzjoni R3 u tkun evidenzjata minn dokumentazzjoni kuntrattwali jew dokumentazzjoni uffiċjali rilevanti.
(**) Fir-rigward ta’ “kważi ħieles minn kontaminazzjoni u tipi oħra ta’ skart”, l-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u nazzjonali jistgħu joffru punt ta’ referenza.
(***) Fir-rigward ta’ “kważi esklużivament”, l-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u nazzjonali jistgħu joffru punt ta’ referenza.
(****) It-tipi ta’ skart prodotti fil-fażi ta’ wara l-konsumatur huma esklużi.
(*****) Riċiklaġġ/reklamazzjoni ta’ sustanzi organiċi li ma jintużawx bħala solventi (R3 fl-Anness IV, it-taqsima B), b’separazzjoni minn qabel u, jekk ikun hemm bżonn, ħżin temporanju limitat għal istanza waħda, diment li din tkun segwita mill-operazzjoni R3 u tkun evidenzjata minn dokumentazzjoni kuntrattwali jew dokumentazzjoni uffiċjali rilevanti.”;
(*) Sakemm ma jkunx ikklassifikat b’mod xieraq f’entrata unika fl-Anness III.
(**) Riċiklaġġ/reklamazzjoni ta’ sustanzi organiċi li ma jintużawx bħala solventi (R3 fl-Anness IV, it-taqsima B) jew, jekk ikun hemm bżonn, ħżin temporanju limitat għal darba waħda, diment li din tkun segwita mill-operazzjoni R3 u tkun evidenzjata minn dokumentazzjoni kuntrattwali jew dokumentazzjoni uffiċjali rilevanti.
(***) Fir-rigward ta’ “kważi ħieles minn kontaminazzjoni u tipi oħra ta’ skart”, l-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u nazzjonali jistgħu joffru punt ta’ referenza.
(****) Fir-rigward ta’ “kważi esklużivament”, l-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u nazzjonali jistgħu joffru punt ta’ referenza.
(*****) It-tipi ta’ skart prodotti fil-fażi ta’ wara l-konsumatur huma esklużi.”
(******) Riċiklaġġ/reklamazzjoni ta’ sustanzi organiċi li ma jintużawx bħala solventi (R3 fl-Anness IV, it-taqsima B), b’separazzjoni minn qabel u, jekk ikun hemm bżonn, ħżin temporanju limitat għal istanza waħda, diment li din tkun segwita mill-operazzjoni R3 u tkun evidenzjata minn dokumentazzjoni kuntrattwali jew dokumentazzjoni uffiċjali rilevanti.”;
(*) It-tipi ta’ skart bl-entrati AB130, AC250, AC260 u AC270 tħassru peress li dawn ġew ikkunsidrati, f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar l-iskart (ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9, kif imħassra bid-Direttiva 2008/98/KE), li mhumiex perikolużi u għaldaqstant mhux soġġetti għall-projbizzjoni tal-esportazzjoni stabbilita fl-Artikolu 36 ta’ dan ir-Regolament. L-iskart bl-entrata AC300 tħassar peress li l-iskart inkwistjoni huwa kopert bl-entrata A3210 fil-Lista A tal-Parti 1.”.”
ANNESS II
“ANNESS VIII
LINJI GWIDA DWAR L-IMMANIĠĠJAR AMBJENTALMENT KORRETT (L-ARTIKOLU 49)
I. Linji gwida u dokumenti ta’ gwida adottati skont il-Konvenzjoni ta’ Basel:
1. |
Linji gwida tekniċi dwar l-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ skart bijomediku u tal-kura tas-saħħa (Y1; Y3) (1) |
2. |
Linji gwida tekniċi dwar l-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ skart ta’ batteriji tal-aċidu taċ-ċomb1 |
3. |
Linji gwida tekniċi dwar l-immaniġġjar ambjentalment korrett tal-iżmantellar totali jew parzjali ta’ bastimenti1 |
4. |
Linji gwida tekniċi dwar ir-riċiklaġġ/ir-reklamazzjoni ambjentalment korrett(a) ta’ metalli u ta’ komposti tal-metall (R4) (2) |
5. |
Linji gwida tekniċi ġenerali għall-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ tipi ta’ skart li jikkonsistu minn, li fihom jew li huma kkontaminati b’sustanzi niġġiesa organiċi persistenti (3) |
6. |
Linji gwida tekniċi dwar l-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ tipi ta’ skart li jikkonsistu minn, li fihom, jew li huma kkontaminati bil-1,1,1 trikloro 2,2 bis (4 klorofenil) etan (DDT) (4) |
7. |
Linji gwida tekniċi dwar l-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ tipi ta’ skart li jikkonsistu minn, li fihom jew li huma kkontaminati bl-eżabromoċiklododekan (HBCD) (5) |
8. |
Linji gwida tekniċi dwar l-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ tipi ta’ skart li jikkonsistu minn, li fihom jew li huma kkontaminati bl-aċidu perfluworoottansulfoniku (PFOS), bl-imluħa tiegħu u bil-fluworur perfluworoottansulfoniku (PFOSF)5 |
9. |
Linji gwida tekniċi dwar l-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ tipi ta’ skart li jikkonsistu minn, li fihom jew li huma kkontaminati bil-pentaklorofenol (PCP) u bl-imluħa u bl-esteri tiegħu (6) |
10. |
Linji gwida tekniċi dwar l-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ tipi ta’ skart li jikkonsistu minn, li fihom jew li huma kkontaminati bil-pestiċidi aldrin, alfa eżakloroċikloeżan, beta eżakloroċikloeżan, klordan, klordekon, dieldrin, endrin, ettakloru, eżaklorobenżen, eżaklorobutadien, lindan, mireks, pentaklorobenżen, pentaklorofenol u l-imluħa tiegħu, aċidu perfluworoottansulfoniku, endosulfan tekniku u l-isomeri relatati tiegħu jew toksafen jew bl-eżaklorobenżen bħala sustanza kimika industrijali (Pestiċidi POP)6 |
11. |
Linji gwida tekniċi dwar l-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ tipi ta’ skart li jikkonsistu minn, li fihom jew li huma kkontaminati bil-poliklorofenili, bil-polikloroterfenili, bil-polikloronaftaleni jew bil-polibromobifenili inkluż l-eżabromobifenil (PCBs, PCTs, PCNs jew PBBs, inkluż l-HBB)6 |
12. |
Linji gwida tekniċi dwar l-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ tipi ta’ skart li jikkonsistu minn, li fihom jew li huma kkontaminati bl-eżabromodifenil etere u bl-eptabromodifenil etere, jew bit-tetrabromodifenil etere u bil-pentabromodifenil etere jew bid-dekabromodifenil etere (POP-BDEs)3 |
13. |
Linji Gwida Tekniċi għall-Immaniġġjar Ambjentalment Korrett ta’ Tipi ta’ Skart li Fihom jew li Huma Kkontaminati bil-poliklorodibenżofurani, bl-eżaklorobenżen, bil-poliklorobifenili, bil-pentaklorobenżen, bil-polikloronaftaleni, bl-eżaklorobutadien jew bil-poliklorodibenżo-p-diossini mhux prodotti b’mod intenzjonat3 |
14. |
Linji gwida tekniċi dwar l-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ tipi ta’ skart li jikkonsistu minn, li fihom jew li huma kkontaminati bl-eżaklorobutadien3 |
15. |
Linji gwida tekniċi dwar l-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ tipi ta’ skart li jikkonsistu minn, li fihom jew li huma kkontaminati bil-paraffini klorurati b’katina qasira3 |
16. |
Linji gwida tekniċi għall-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ tajers pnewmatiċi użati u ta’ skart (7) |
17. |
Linji gwida tekniċi għall-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ tipi ta’ skart li jikkonsistu minn, li fihom jew li huma kkontaminati bil-merkurju jew bil-komposti tal-merkurju5 |
18. |
Linji gwida tekniċi għall-koproċessar ambjentalment korrett ta’ tipi ta’ skart perikolużi f’kalkari tas-siment7 |
19. |
Dokument ta’ gwida dwar l-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ tagħmir tal-kompjuters użat u li ma għadux jintuża6 |
20. |
Dokument ta’ gwida dwar l-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ mowbajls użati u li ma għadhomx jintużaw7 |
21. |
Qafas għall-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ tipi ta’ skart perikolużi u ta’ tipi ta’ skart oħra (8) |
22. |
Manwali prattiċi għall-promozzjoni tal-immaniġġjar ambjentalment korrett tal-iskart (9) |
II. Linji gwida adottati mill-OECD:
Gwida teknika għall-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ flussi ta’ skart speċifiċi:
Kompjuters personali użati u skartati (10)
III. Linji Gwida adottati mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO):
Linji Gwida dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (11)
IV. Linji Gwida adottati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO):
Is-sikurezza u s-saħħa fid-demolizzjoni tal-bastimenti: Linji Gwida għall-pajjiżi Asjatiċi u għat-Turkija (12)
(1) Adottati mis-sitt laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, f’Diċembru 2002.
(2) Adottati mis-seba’ laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, f’Ottubru 2004.
(3) Adottati mill-erbatax-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, f’Mejju 2019.
(4) Adottati mit-tmien laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, f’Diċembru 2006.
(5) Adottati mit-tnax-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, f’Mejju 2015.
(6) Adottati mit-tlettax-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, f’Mejju 2017.
(7) Adottati mill-għaxar laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, f’Ottubru 2013.
(8) Adottati mill-ħdax-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, f’Ottubru 2013.
(9) Adottati mit-tlettax-il u mill-erbatax-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, f’Mejju 2017 u f’Mejju 2019.
(10) Adottati mill-Kumitat tal-Politika tal-Ambjent tal-OECD fi Frar 2003 (id-dokument ENV/EPOC/WGWPR(2001)3/FINAL).
(11) Ir-Riżoluzzjoni A.962 adottata mill-Assemblea tal-IMO fit-23 Sessjoni regolari tagħha, bejn l-24 ta’ Novembru u l-5 ta’ Diċembru 2003.
(12) Approvati għall-pubblikazzjoni mill-Korp Governattiv tal-ILO fil-289 sessjoni tagħha, bejn il-11 u s-26 ta’ Marzu 2004.