This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R2173
Commission Delegated Regulation (EU) 2020/2173 of 16 October 2020 amending Annexes I, II and III to Regulation (EU) 2019/631 of the European Parliament and of the Council to update the monitoring parameters and clarify certain aspects relating to the change in the regulatory test procedure (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2173 tas-16 ta’ Ottubru 2020 li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jaġġorna l-parametri ta’ monitoraġġ u jiċċara ċerti aspetti relatati mal-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2173 tas-16 ta’ Ottubru 2020 li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jaġġorna l-parametri ta’ monitoraġġ u jiċċara ċerti aspetti relatati mal-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/7027
ĠU L 433, 22.12.2020, p. 1–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
22.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 433/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2173
tas-16 ta’ Ottubru 2020
li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jaġġorna l-parametri ta’ monitoraġġ u jiċċara ċerti aspetti relatati mal-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(8) u 15(8) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex jiġu kkalkulati l-miri tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ manifattur għall-perjodu mill-2021 sal-2024 skont l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631, hija meħtieġa data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi rreġistrati fis-sena kalendarja 2020. Għall-manifatturi li jqiegħdu vetturi fis-suq tal-Unjoni għall-ewwel darba fil-perjodu mill-2021 sal-2024, jeħtieġ li jiġi ċċarat kif il-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tagħhom kif ukoll il-miri tad-deroga għal dak il-perjodu jenħtieġ li jiġu ddeterminati, filwaqt li jitqies li d-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 mhux se tkun disponibbli, jew se tkun disponibbli parzjalment biss, għal dawk il-manifatturi fis-sena kalendarja 2020. |
(2) |
Bl-istess mod, hija meħtieġa kjarifika għall-manifatturi li jqiegħdu vetturi b’emissjonijiet żero tas-CO2 biss fis-suq tal-Unjoni fis-sena kalendarja 2020 fir-rigward ta’ kif jenħtieġ li jiġu ddeterminati l-miri speċifiċi tal-emissjonijiet tagħhom fil-perjodu mill-2021 sal-2024. |
(3) |
Mill-1 ta’ Jannar 2021, l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 iridu jkunu bbażati fuq id-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 stabbilita skont il-Proċedura ta’ Ttestjar Armonizzata fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief (WLTP) kif stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (2). Għaldaqstant, jeħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631 jiġi emendat sabiex jiġu aġġustati l-parametri li jridu jiġu mmonitorjati u rrapportati u jitneħħew ir-referenzi għad-data stabbilita abbażi taċ-Ċiklu ta’ Sewqan Ewropew Ġdid (NEDC). Madankollu, għar-rapportar tad-data għas-sena kalendarja 2020, huwa xieraq li d-dispożizzjonijiet il-ġodda u dawk eżistenti jitħallew jikkoinċidu sat-28 ta’ Frar 2021. |
(4) |
Jenħtieġ ukoll li tittieħed l-opportunità li jiġu armonizzati, safejn ikun possibbli, il-parametri ta’ monitoraġġ għall-karozzi tal-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali ħfief u li jiġu allinjati d-dispożizzjonijiet kollha relatati ma’ kif il-parametri ta’ monitoraġġ iridu jiġu rreġistrati u rrapportati mill-Istati Membri kif stabbilit fir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 (3) u (UE) Nru 293/2012 (4) flimkien mal-formati ta’ rapportar stabbiliti fl-Annessi II u III tar-Regolament (UE) 2019/631. |
(5) |
Ċerti parametri ġodda jenħtieġ li jiġu mmonitorjati u rrapportati fid-dawl tat-tħejjija ta’ proċedura għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil u tal-enerġija reali kif previst fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2019/631, u għall-verifika tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vetturi fis-servizz kif previst fl-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament. Dan jinkludi, b’mod partikolari, il-valuri tal-konsum tal-fjuwil u, fuq talba tal-Kummissjoni, il-parametri użati għall-kalkolu tal-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 irreġistrati fiċ-ċertifikati ta’ konformità tal-vetturi, jiġifieri l-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq, l-erja ta’ quddiem u l-klassi tar-reżistenza għad-dawrien tat-tajers. |
(6) |
Jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/631 jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I, II u III tar-Regolament (UE) 2019/631 huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta’ Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ dejta fuq ir-reġistrazzjoni ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 15).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 293/2012 tat-3 ta’ April 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ data fuq ir-reġistrazzjoni ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 98, 4.4.2012, p. 1).
ANNESS
Ir-Regolament (UE) 2019/631 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
(*1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 tal-15 ta’ April 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi (ĠU L 163, 26.5.2020)”