Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R2151

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2151 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli dwar l-ispeċifikazzjonijiet armonizzati ta’ mmarkar għall-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti D tal-Anness tad-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2020/9199

    ĠU L 428, 18.12.2020, p. 57–67 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 18/12/2020

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/2151/oj

    18.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 428/57


    IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2151

    tas-17 ta’ Diċembru 2020

    li jistabbilixxi regoli dwar l-ispeċifikazzjonijiet armonizzati ta’ mmarkar għall-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti D tal-Anness tad-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva (UE) 2019/904 tistabbilixxi rekwiżiti ġenerali dwar l-immarkar ta’ ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li spiss jintremew b’mod inadegwat. L-immarkar għandu jinforma lill-konsumaturi bil-preżenza ta’ plastik fil-prodott; bil-mezzi għar-rimi tal-iskart li għandhom jiġu evitati għal dak il-prodott; u bl-impatt negattiv fuq l-ambjent li jirriżulta mir-rimi bl-addoċċ jew minn mezzi oħra inadegwati għar-rimi tal-iskart tal-prodott.

    (2)

    Id-Direttiva (UE) 2019/904 tirrikjedi li l-Kummissjoni tistabbilixxi speċifikazzjonijiet armonizzati għall-immarkar ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti D tal-Anness tagħha. Jenħtieġ li l-ispeċifikazzjonijiet armonizzati għall-pożizzjoni, id-daqs u d-disinn tal-immarkar iqisu l-gruppi differenti ta’ prodotti koperti. Il-format, il-kuluri, ir-riżoluzzjoni minima u d-daqs tat-tipa li għandhom jintużaw, jenħtieġ li jiġu speċifikati sabiex jiġi żgurat li kull element tal-immarkar ikun viżibbli għalkollox.

    (3)

    Il-Kummissjoni evalwat l-immarkar eżistenti identifikat permezz ta’ stħarriġ online tal-partijiet ikkonċernati u ta’ ħarsa ġenerali tas-suq sabiex tifhem il-mekkaniżmu ta’ valutazzjoni u r-rekwiżiti wara l-immarkar u l-impatt tagħhom.

    (4)

    Il-Kummissjoni ikkonsultat gruppi rappreżentattivi ta’ konsumaturi u wettqet test fuq il-post biex taċċerta li l-immarkar ikun effettiv u jinftiehem malajr u b’hekk tiġi evitata informazzjoni qarrieqa.

    (5)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Imballaġġ

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “imballaġġ” tfisser imballaġġ għall-bejgħ u imballaġġ ta’ prodotti fi gruppi kif iddefinit fil-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

    Artikolu 2

    Speċifikazzjonijiet armonizzati ta’ mmarkar

    1.   L-ispeċifikazzjonijiet armonizzati ta’ mmarkar għall-assorbenti sanitarji (pads) u għat-tampuni u l-applikaturi tat-tampuni huma stabbiliti fl-Anness I.

    2.   L-ispeċifikazzjonijiet armonizzati ta’ mmarkar għall-wet wipes, jiġifieri wipes imxarrbin minn qabel tal-kura personali u għal użu domestiku huma stabbiliti fl-Anness II.

    3.   L-ispeċifikazzjonijiet armonizzati ta’ mmarkar għall-prodotti tat-tabakk bil-filtri u filtri mqiegħda fis-suq għal użu flimkien mal-prodotti tat-tabakk huma stabbiliti fl-Anness III.

    4.   L-ispeċifikazzjonijiet armonizzati ta’ mmarkar għat-tazez għax-xorb huma stabbiliti fl-Anness IV.

    Artikolu 3

    Lingwi

    It-test informattiv tal-immarkar għandu jinkiteb bil-lingwa uffiċjali jew bil-lingwi tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri fejn il-prodott tal-plastik li jintuża darba biss jitqiegħed fis-suq.

    Artikolu 4

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mit-3 ta’ Lulju 2021.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 155, 12.6.2019, p. 1.

    (2)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

    (3)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).


    ANNESS I

    Speċifikazzjonijiet armonizzati ta’ mmarkar għal assorbenti sanitarji (pads), u għal tampuni u applikaturi tat-tampuni

    1.   

    L-imballaġġ tal-assorbenti sanitarji (pads), b’erja tas-superfiċje ta’ 10 cm2 jew aktar, għandu jkollu l-immarkar stampat li ġej:

    Image 1

    Nota

    :

    il-linja s-sewda madwar l-immarkar mhijiex parti minnu. L-uniku għan tagħha huwa li turi l-linja rqiqa bajda madwar l-immarkar b’kuntrast mal-paġna bajda.

    Permezz ta’ deroga mill-ewwel sentenza ta’ dan il-punt, l-immarkar tal-imballaġġ tal-assorbenti sanitarji (pads) li jitqiegħdu fis-suq qabel l-4 ta’ Lulju 2022 jista’ jitwaħħal permezz ta’ stikers.

    2.   

    L-imballaġġ tat-tampuni u tal-applikaturi tat-tampuni, b’erja tas-superfiċje ta’ 10 cm2 jew aktar, għandu jkollu l-immarkar stampat li ġej:

    Image 2

    Nota

    :

    il-linja s-sewda madwar l-immarkar mhijiex parti minnu. L-uniku għan tagħha huwa li turi l-linja rqiqa bajda madwar l-immarkar b’kuntrast mal-paġna bajda.

    Permezz ta’ deroga mill-ewwel sentenza ta’ dan il-punt, l-immarkar tal-imballaġġ tat-tampuni u tal-applikaturi tat-tampuni li jitqiegħdu fis-suq qabel l-4 ta’ Lulju 2022 jista’ jitwaħħal permezz ta’ stikers.

    3.   

    L-immarkar stabbilit fil-punti 1 u 2 għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-punt.

    a.

    Pożizzjoni tal-immarkar

    L-immarkar għandu jitqiegħed orizzontalment fuq in-naħa ta’ quddiem jew fuq il-wiċċ ta’ fuq ta’ barra tal-imballaġġ, skont liema jkun jidher l-aktar ċar.

    Meta l-immarkar tad-daqs minimu ma jkunx jista’ joqgħod fl-intier tiegħu fuq in-naħa ta’ quddiem jew fuq il-wiċċ ta’ fuq ta’ barra tal-imballaġġ, jista’ jitqiegħed parzjalment fuq żewġ naħat tal-imballaġġ, jiġifieri fuq quddiem u fuq in-naħa ta’ fuq, jew fuq quddiem u fil-ġenb, skont liema jkun jidher l-aktar ċar.

    Fejn ma jkunx possibbli li l-immarkar jitqiegħed orizzontalment minħabba l-forma jew id-daqs tal-imballaġġ, jista’ jiddawwar 90° u jitqiegħed vertikalment.

    Il-kaxxi tal-immarkar ma għandhomx ikunu separati.

    Meta jinfetaħ l-imballaġġ skont kwalunkwe istruzzjoni, l-immarkar jenħtieġ li ma jitqattax u li jkun jista’ jibqa’ jinqara.

    b.

    Daqs tal-immarkar

    L-immarkar għandu jkun magħmul minn żewġ kaxxi, waħda ħamra u waħda blu tal-istess daqs, li jitqiegħdu ħdejn xulxin, u kaxxa sewda rettangolari li jkun fiha t-test informattiv “IL-PRODOTT FIH IL-PLASTIK”, imqiegħda taħt iż-żewġ kaxxi tal-istess daqs. Il-proporzjon bejn l-għoli u t-tul tal-immarkar għandu jkun 1:2.

    Meta l-erja tan-naħa ta’ quddiem jew tal-wiċċ ta’ fuq ta’ barra tal-imballaġġ li fuqha jitqiegħed l-immarkar tkun inqas minn 65 cm2, id-daqs minimu tal-immarkar għandu jkun 1,4 cm x 2,8 cm (3,92 cm2). Fil-każijiet l-oħrajn kollha, l-immarkar għandu jkopri mill-inqas 6 % tal-erja tas-superfiċje li jitqiegħed fuqha. Id-daqs massimu meħtieġ tal-immarkar għandu jkun ta’ 3 cm x 6 cm (18-il cm2).

    c.

    Disinn tal-immarkar

    Id-disinn tal-immarkar għandu jiġi riprodott mingħajr ma jiżdied l-ebda effett, u mingħajr ma jiġu aġġustati l-kuluri jew jiġi mmanipulat jew estiż l-isfond. L-immarkar għandu jkun riprodott b’riżoluzzjoni minima ta’ 300 tikka għal kull pulzier meta jiġi stampat fid-daqs proprju. L-immarkar għandu jkun imdawwar b’linja bajda rqiqa.

    It-test informattiv “IL-PRODOTT FIH IL-PLASTIK” għandu jkun b’ittri kapitali u bit-tipa Helvetica Bold. Id-daqs tat-tipa għandu jkun mill-inqas 5 pt u massimu ta’ 14-il pt.

    Meta t-test informattiv jiġi tradott f’lingwa oħra jew f’diversi lingwi uffiċjali tal-Istati Membri, it-test informattiv tradott għandu jitqiegħed jew qrib l-immarkar, jew ġewwa l-kaxxa rettangolari s-sewda, taħt l-ewwel lingwa, u għandu jkun jidher ċar fiż-żewġ każijiet. F’każijiet eċċezzjonali minħabba restrizzjonijiet mil-lat ta’ spazju fuq in-naħa ta’ quddiem jew fuq il-wiċċ ta’ fuq ta’ barra tal-imballaġġ, it-test informattiv tradott f’lingwa oħra jew f’diversi lingwi uffiċjali tal-Istati Membri jista’ jitqiegħed x’imkien ieħor fuq l-imballaġġ, qrib kemm jista’ jkun tal-immarkar u fejn ikun jidher ċar. It-test informattiv tradott għandu jkun b’ittri kapitali u bit-tipa Helvetica Bold. Id-daqs tat-tipa għandu jkun mill-inqas 5 pt u massimu ta’ 14-il pt. Meta t-test informattiv f’lingwi addizzjonali jitqiegħed fil-kaxxa rettangolari s-sewda, jistgħu jsiru derogi mid-daqs massimu meħtieġ tal-immarkar.

    Għandhom jintużaw il-kuluri li għandhom il-kodiċijiet tal-kuluri li ġejjin:

    Abjad: C = 0/M = 0/Y = 0/K = 0

    Iswed: C = 0/M = 0/Y = 0/K = 100

    Aħmar: C = 0/M = 90/Y = 60/K = 0

    Blu: C = 60/M = 0/Y = 0/K = 0


    ANNESS II

    Speċifikazzjonijiet armonizzati ta’ mmarkar għal wet wipes

    1.   

    L-imballaġġ tal-wet wipes (jiġifieri wipes imxarrbin minn qabel tal-kura personali u għal użu domestiku), b’erja tas-superfiċje ta’ 10 cm2 jew aktar, għandu jkollu l-immarkar stampat li ġej:

    Image 3

    Nota

    :

    il-linja s-sewda madwar l-immarkar mhijiex parti minnu. L-uniku għan tagħha huwa li turi l-linja rqiqa bajda madwar l-immarkar b’kuntrast mal-paġna bajda.

    Permezz ta’ deroga mill-ewwel sentenza ta’ dan il-punt, l-immarkar tal-imballaġġ tal-wet wipes li jitqiegħdu fis-suq qabel l-4 ta’ Lulju 2022 jista’ jitwaħħal permezz ta’ stikers.

    2.   

    L-immarkar għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-punt.

    a.

    Pożizzjoni tal-immarkar

    L-immarkar għandu jitqiegħed orizzontalment fuq in-naħa ta’ quddiem jew fuq il-wiċċ ta’ fuq ta’ barra tal-imballaġġ, skont liema jkun jidher l-aktar ċar.

    Meta l-immarkar tad-daqs minimu ma jkunx jista’ joqgħod fl-intier tiegħu fuq in-naħa ta’ quddiem jew fuq il-wiċċ ta’ fuq ta’ barra tal-imballaġġ, jista’ jitqiegħed parzjalment fuq żewġ naħat tal-imballaġġ, jiġifieri fuq quddiem u fuq in-naħa ta’ fuq, jew fuq quddiem u fil-ġenb, skont liema jkun jidher l-aktar ċar.

    Fejn ma jkunx possibbli li l-immarkar jitqiegħed orizzontalment minħabba l-forma jew id-daqs tal-imballaġġ, jista’ jiddawwar 90° u jitqiegħed vertikalment.

    Il-kaxxi tal-immarkar ma għandhomx ikunu separati.

    Meta jinfetaħ l-imballaġġ skont kwalunkwe istruzzjoni, l-immarkar jenħtieġ li ma jitqattax u li jkun jista’ jibqa’ jinqara.

    b.

    Daqs tal-immarkar

    L-immarkar għandu jkun magħmul minn żewġ kaxxi, waħda ħamra u waħda blu tal-istess daqs, li jitqiegħdu ħdejn xulxin, u kaxxa sewda rettangolari li jkun fiha t-test informattiv “IL-PRODOTT FIH IL-PLASTIK” imqiegħda taħt iż-żewġ kaxxi tal-istess daqs. Il-proporzjon bejn l-għoli u t-tul tal-immarkar għandu jkun 1:2.

    Meta l-erja tan-naħa ta’ quddiem jew tal-wiċċ ta’ fuq ta’ barra tal-imballaġġ li fuqha jitqiegħed l-immarkar tkun inqas minn 65 cm2, id-daqs minimu tal-immarkar għandu jkun 1,4 cm x 2,8 cm (3,92 cm2). Fil-każijiet l-oħrajn kollha, l-immarkar għandu jkopri mill-inqas 6 % tal-erja tas-superfiċje li jitqiegħed fuqha. Id-daqs massimu meħtieġ tal-immarkar għandu jkun ta’ 3 cm x 6 cm (18-il cm2).

    c.

    Disinn tal-immarkar

    Id-disinn tal-immarkar għandu jiġi riprodott mingħajr ma jiżdied l-ebda effett, u mingħajr ma jiġu aġġustati l-kuluri jew jiġi mmanipulat jew estiż l-isfond. L-immarkar għandu jkun riprodott b’riżoluzzjoni minima ta’ 300 tikka għal kull pulzier meta jiġi stampat fid-daqs proprju. L-immarkar għandu jkun imdawwar b’linja bajda rqiqa.

    It-test informattiv “IL-PRODOTT FIH IL-PLASTIK” għandu jkun b’ittri kapitali u bit-tipa Helvetica Bold. Id-daqs tat-tipa għandu jkun mill-inqas 5 pt u massimu ta’ 14-il pt.

    Meta t-test informattiv jiġi tradott f’lingwa oħra jew f’diversi lingwi uffiċjali tal-Istati Membri, it-test informattiv tradott għandu jitqiegħed jew qrib l-immarkar, jew ġewwa l-kaxxa rettangolari s-sewda, taħt l-ewwel lingwa, u għandu jkun jidher ċar fiż-żewġ każijiet. F’każijiet eċċezzjonali minħabba restrizzjonijiet mil-lat ta’ spazju fuq in-naħa ta’ quddiem jew fuq il-wiċċ ta’ fuq ta’ barra tal-imballaġġ, it-test informattiv tradott f’lingwa oħra jew f’diversi lingwi uffiċjali tal-Istati Membri jista’ jitqiegħed x’imkien ieħor fuq l-imballaġġ, qrib kemm jista’ jkun tal-immarkar u fejn ikun jidher ċar. It-test informattiv tradott għandu jkun b’ittri kapitali u bit-tipa Helvetica Bold. Id-daqs tat-tipa għandu jkun mill-inqas 5 pt u massimu ta’ 14-il pt. Meta t-test informattiv f’lingwi addizzjonali jitqiegħed fil-kaxxa rettangolari s-sewda, jistgħu jsiru derogi mid-daqs massimu meħtieġ tal-immarkar.

    Għandhom jintużaw il-kuluri li għandhom il-kodiċijiet tal-kuluri li ġejjin:

    Abjad: C = 0/M = 0/Y = 0/K = 0

    Iswed: C = 0/M = 0/Y = 0/K = 100

    Aħmar: C = 0/M = 90/Y = 60/K = 0

    Blu: C = 60/M = 0/Y = 0/K = 0


    ANNESS III

    Speċifikazzjonijiet armonizzati ta’ mmarkar għal prodotti tat-tabakk bil-filtri u filtri mqiegħda fis-suq għal użu flimkien mal-prodotti tat-tabakk

    1.   

    Pakkett individwali kif definit fil-punt 30 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/40/KE (“pakkett individwali”) u ppakkjar estern kif definit fil-punt 29 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/40/KE (“ippakkjar estern”) għall-prodotti tat-tabakk bil-filtri b’erja tas-superfiċje ta’ 10 cm2 jew aktar; u l-imballaġġ għall-filtri mqiegħda fis-suq għal użu flimkien mal-prodotti tat-tabakk b’erja tas-superfiċje ta’ 10 cm2 jew aktar għandu jkollu l-immarkar stampat li ġej:

    Image 4

    Nota

    :

    il-linja s-sewda madwar l-immarkar mhijiex parti minnu. L-uniku għan tagħha huwa li turi l-linja rqiqa bajda madwar l-immarkar b’kuntrast mal-paġna bajda.

    Permezz ta’ deroga mill-ewwel sentenza ta’ dan il-punt, l-immarkar ta’ pakkett individwali u tal-imballaġġ estern għall-prodotti tat-tabakk bil-filtri u l-imballaġġ għall-filtri kummerċjalizzati għal użu flimkien mal-prodotti tat-tabakk li jitqiegħdu fis-suq qabel l-4 ta’ Lulju 2022, jista’ jitwaħħal permezz ta’ stikers.

    2.   

    L-immarkar għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-punt.

    a.

    Pożizzjoni tal-immarkar

    i.

    Prodotti tat-tabakk bil-filtri

    L-immarkar għandu jitqiegħed orizzontalment fuq il-wiċċ estern ta’ wara tal-pakkett individwali u fuq l-imballaġġ ta’ barra.

    Meta l-immarkar tad-daqs minimu ma jkunx jista’ joqgħod orizzontalment fuq il-wiċċ ta’ wara ta’ barra tal-pakkett individwali, jista’ jiddawwar 90° u jitqiegħed vertikalment fuq il-wiċċ ta’ wara jew fuq kwalunkwe wiċċ laterali estern tal-pakkett individwali. Fil-każijiet kollha, għandu jkun viżibbli b’mod ċar.

    Il-kaxxi tal-immarkar ma għandhomx ikunu separati.

    L-immarkar ma għandu jfixkel bl-ebda mod il-viżibbiltà tat-twissijiet tas-saħħa meħtieġa mid-Direttiva 2014/40/UE.

    L-immarkar ma għandux ikun mgħotti totalment jew parzjalment minn tikketti jew timbri oħra.

    Meta jinfetaħ il-pakkett individwali u l-imballaġġ estern skont kwalunkwe struzzjoni, l-immarkar jenħtieġ li ma jitqattax u li jkun jista’ jibqa’ jinqara.

    ii.

    Filtri mqiegħda fis-suq għal użu flimkien mal-prodotti tat-tabakk

    L-immarkar għandu jitqiegħed orizzontalment fuq in-naħa ta’ quddiem jew fuq il-wiċċ ta’ fuq ta’ barra tal-imballaġġ, skont liema jkun jidher l-aktar ċar.

    Meta l-immarkar tad-daqs minimu ma jkunx jista’ joqgħod fl-intier tiegħu fuq in-naħa ta’ quddiem jew fuq il-wiċċ ta’ fuq ta’ barra tal-imballaġġ, jista’ jitqiegħed orizzontalment parzjalment fuq żewġ naħat tal-imballaġġ, jiġifieri fuq quddiem u fuq in-naħa ta’ fuq, jew fuq quddiem u fil-ġenb, skont liema jkun jidher l-aktar ċar.

    Fejn ma jkunx possibbli li l-immarkar jitqiegħed orizzontalment minħabba l-forma jew id-daqs tal-imballaġġ, jista’ jiddawwar 90° u jitqiegħed vertikalment.

    Il-kaxxi tal-immarkar ma għandhomx ikunu separati.

    Meta jinfetaħ l-imballaġġ skont kwalunkwe istruzzjoni, l-immarkar jenħtieġ li ma jitqattax u li jkun jista’ jibqa’ jinqara.

    b.

    Daqs tal-immarkar

    L-immarkar għandu jkun magħmul minn żewġ kaxxi, waħda ħamra u waħda blu tal-istess daqs, li jitqiegħdu ħdejn xulxin, u kaxxa sewda rettangolari li jkun fiha t-test informattiv “IL-FILTRU FIH IL-PLASTIK” imqiegħda taħt iż-żewġ kaxxi tal-istess daqs. Il-proporzjon bejn l-għoli u t-tul tal-immarkar għandu jkun 1:2.

    i.

    Prodotti tat-tabakk bil-filtri

    Meta l-erja tal-wiċċ ta’ wara ta’ barra tal-pakkett individwali tkun inqas minn 65 cm2, id-daqs minimu tal-immarkar għandu jkun 1,4 cm x 2,8 cm (3,92 cm2). Fil-każijiet l-oħrajn kollha, l-immarkar għandu jkopri mill-inqas 6 % tal-erja tas-superfiċje li jitqiegħed fuqha. Id-daqs massimu meħtieġ tal-immarkar għandu jkun ta’ 3 cm x 6 cm (18-il cm2).

    ii.

    Għal filtri mqiegħda fis-suq għal użu flimkien mal-prodotti tat-tabakk

    Meta l-erja tan-naħa ta’ quddiem jew tal-wiċċ ta’ fuq ta’ barra tal-imballaġġ li fuqha jitqiegħed l-immarkar tkun inqas minn 65 cm2, id-daqs minimu tal-immarkar għandu jkun 1,4 cm x 2,8 cm (3,92 cm2). Fil-każijiet l-oħrajn kollha, l-immarkar għandu jkopri mill-inqas 6 % tal-erja tas-superfiċje li jitqiegħed fuqha. Id-daqs massimu meħtieġ tal-immarkar għandu jkun ta’ 3 cm x 6 cm (18-il cm2).

    c.

    Disinn tal-immarkar

    Id-disinn tal-immarkar għandu jiġi riprodott mingħajr ma jiżdied l-ebda effett, u mingħajr ma jiġu aġġustati l-kuluri jew jiġi mmanipulat jew estiż l-isfond. L-immarkar għandu jkun riprodott b’riżoluzzjoni minima ta’ 300 tikka għal kull pulzier meta jiġi stampat fid-daqs proprju. L-immarkar għandu jkun imdawwar b’linja bajda rqiqa.

    It-test informattiv “IL-FILTRU FIH IL-PLASTIK” għandu jkun b’ittri kapitali u bit-tipa Helvetica Bold. Id-daqs tat-tipa għandu jkun mill-inqas 5 pt u massimu ta’ 14-il pt.

    Meta t-test informattiv jiġi tradott f’lingwa oħra jew f’diversi lingwi uffiċjali tal-Istati Membri, it-test informattiv tradott għandu jitqiegħed jew qrib l-immarkar, jew ġewwa l-kaxxa rettangolari s-sewda, taħt l-ewwel lingwa, u għandu jkun jidher ċar fiż-żewġ każijiet. F’każijiet eċċezzjonali minħabba restrizzjonijiet mil-lat ta’ spazju fuq in-naħa ta’ quddiem jew fuq il-wiċċ ta’ fuq ta’ barra tal-imballaġġ, it-test informattiv tradott f’lingwa oħra jew f’diversi lingwi uffiċjali tal-Istati Membri jista’ jitqiegħed x’imkien ieħor fuq l-imballaġġ, qrib kemm jista’ jkun tal-immarkar u fejn ikun jidher ċar. It-test informattiv tradott għandu jkun b’ittri kapitali u bit-tipa Helvetica Bold. Id-daqs tat-tipa għandu jkun mill-inqas 5 pt u massimu ta’ 14-il pt. Meta t-test informattiv f’lingwi addizzjonali jitqiegħed fil-kaxxa rettangolari s-sewda, jistgħu jsiru derogi mid-daqs massimu meħtieġ tal-immarkar.

    Għandhom jintużaw il-kuluri li għandhom il-kodiċijiet tal-kuluri li ġejjin:

    Abjad: C = 0/M = 0/Y = 0/K = 0

    Iswed: C = 0/M = 0/Y = 0/K = 100

    Aħmar: C = 0/M = 90/Y = 60/K = 0

    Blu: C = 60/M = 0/Y = 0/K = 0


    ANNESS IV

    Speċifikazzjonijiet armonizzati ta’ mmarkar għal tazez għax-xorb

    1.   

    It-tazez għax-xorb magħmula parzjalment mill-plastik għandu jkollhom l-immarkar stampat li ġej:

    Image 5

    Nota

    :

    il-linja s-sewda madwar l-immarkar mhijiex parti minnu. L-uniku għan tagħha huwa li turi l-linja rqiqa bajda madwar l-immarkar b’kuntrast mal-paġna bajda.

    Permezz ta’ deroga mill-ewwel sentenza ta’ dan il-punt, l-immarkar tat-tazez għax-xorb magħmula parzjalment mill-plastik u li jitqiegħdu fis-suq qabel l-4 ta’ Lulju 2022, jista’ jitwaħħal permezz ta’ stikers.

    2.   

    It-tazez għax-xorb magħmulin kompletament mill-plastik għandu jkollhom jew l-immarkar stampat li ġej jew l-immarkar imnaqqax/imbuzzat li ġej:

    Image 6

    Nota

    :

    il-linja s-sewda madwar l-immarkar mhijiex parti minnu. L-uniku għan tagħha huwa li tipprovdi kuntrast mal-paġna l-bajda.

    Permezz ta’ deroga mill-ewwel sentenza ta’ dan il-punt, l-immarkar tat-tazez għax-xorb magħmula kompletament mill-plastik u li jitqiegħdu fis-suq qabel l-4 ta’ Lulju 2022, jista’ jitwaħħal permezz ta’ stikers.

    Image 7

    Nota

    :

    il-linja s-sewda madwar l-immarkar u l-isfond il-griż mhumiex parti minnu. L-uniku għan tagħha huwa li tipprovdi kuntrast mal-paġna l-bajda.

    3.   

    L-immarkar għat-tazez għax-xorb magħmulin parzjalment mill-plastik għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-punt.

    a.

    Pożizzjoni tal-immarkar

    i.

    Tazez tradizzjonali:

    L-immarkar għandu jitqiegħed orizzontalment fuq il-wiċċ ta’ barra tat-tazza lil hinn mix-xifer sabiex jiġi evitat il-kuntatt ma’ ħalq il-konsumatur meta jkun qed jixrob. L-immarkar ma għandux jitqiegħed taħt il-bażi tat-tazza.

    ii.

    Tazez tax-xampanja:

    L-immarkar għandu jitqiegħed orizzontalment fuq il-wiċċ ta’ barra tat-tazza, inkluż in-naħa ta’ fuq tal-bażi li żżomm is-sieq. L-immarkar għandu jitqiegħed lil hinn mix-xifer sabiex jiġi evitat il-kuntatt ma’ ħalq il-konsumatur meta jkun qed jixrob. L-immarkar ma għandux jitqiegħed taħt il-bażi tat-tazza.

    Fejn ma jkunx possibbli li l-immarkar jitqiegħed orizzontalment minħabba l-forma jew id-daqs tat-tazza, jista’ jiddawwar 90° u jitqiegħed vertikalment.

    Il-kaxxi tal-immarkar ma għandhomx ikunu separati.

    b.

    Daqs tal-immarkar

    L-immarkar għandu jkun magħmul minn żewġ kaxxi, waħda ħamra u waħda blu tal-istess daqs, li jitqiegħdu ħdejn xulxin, u kaxxa sewda rettangolari li jkun fiha t-test informattiv “IL-PRODOTT FIH IL-PLASTIK” imqiegħda taħt iż-żewġ kaxxi tal-istess daqs. Il-proporzjon bejn l-għoli u t-tul tal-immarkar għandu jkun 1:2.

    Għat-tazez b’volum ta’ inqas minn 500 ml, id-daqs minimu tal-immarkar għandu jkun ta’ 1,4 cm x 2,8 cm (3,92 cm2).

    Għat-tazez b’volum ta’ 500 ml jew aktar, id-daqs minimu tal-immarkar għandu jkun ta’ 1,6 cm x 3,2 cm (5,12 cm2).

    c.

    Disinn tal-immarkar

    Id-disinn tal-immarkar għandu jiġi riprodott mingħajr ma jiżdied l-ebda effett, u mingħajr ma jiġu aġġustati l-kuluri jew jiġi mmanipulat jew estiż l-isfond. L-immarkar għandu jkun riprodott b’riżoluzzjoni minima ta’ 300 tikka għal kull pulzier meta jiġi stampat fid-daqs proprju. L-immarkar għandu jkun imdawwar b’linja bajda rqiqa.

    It-test informattiv “IL-PRODOTT FIH IL-PLASTIK” għandu jkun b’ittri kapitali u bit-tipa Helvetica Bold. Id-daqs tat-tipa għandu jkun mill-inqas ta’ 5 pt għat-tazez ta’ inqas minn 500 ml u ta’ 6 pt għat-tazez ta’ 500 ml jew aktar.

    Meta t-test informattiv jiġi tradott f’lingwa oħra jew f’diversi lingwi uffiċjali tal-Istati Membri, it-test informattiv tradott għandu jitqiegħed jew qrib l-immarkar, jew ġewwa l-kaxxa rettangolari s-sewda, taħt l-ewwel lingwa, u għandu jkun jidher ċar fiż-żewġ każijiet. F’każijiet eċċezzjonali minħabba restrizzjonijiet mil-lat ta’ spazju fuq il-wiċċ ta’ barra tat-tazza, it-test informattiv tradott f’lingwa oħra jew f’diversi lingwi uffiċjali tal-Istati Membri jista’ jitqiegħed x’imkien ieħor fuq it-tazza, qrib kemm jista’ jkun tal-immarkar u fejn ikun jidher ċar. It-test informattiv tradott għandu jkun b’ittri kapitali u bit-tipa Helvetica Bold. Id-daqs tat-tipa għandu jkun mill-inqas ta’ 5 pt għat-tazez ta’ inqas minn 500 ml u ta’ 6 pt għat-tazez ta’ 500 ml jew aktar. Meta t-test informattiv f’lingwi addizzjonali jitqiegħed fil-kaxxa rettangolari sewda, huma possibbli derogi mid-daqs massimu meħtieġ tal-immarkar.

    Għandhom jintużaw il-kuluri li għandhom il-kodiċijiet tal-kuluri li ġejjin:

    Abjad: C = 0/M = 0/Y = 0/K = 0

    Iswed: C = 0/M = 0/Y = 0/K = 100

    Aħmar: C = 0/M = 90/Y = 60/K = 0

    Blu: C = 60/M = 0/Y = 0/K = 0

    4.   

    L-immarkar tat-tazez għax-xorb magħmulin kollha kemm huma mill-plastik għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-punt

    a.

    Pożizzjoni tal-immarkar

    i.

    Tazez tradizzjonali

    L-immarkar għandu jitqiegħed orizzontalment fuq il-wiċċ ta’ barra tat-tazza, fil-post fejn ikun jidher l-aktar ċar. L-immarkar ma għandux jitqiegħed taħt il-bażi tat-tazza. Meta jkun stampat, l-immarkar għandu jitqiegħed lil hinn mix-xifer sabiex jiġi evitat il-kuntatt ma’ ħalq il-konsumatur meta jkun qed jixrob. Fil-każ ta’ tazez li mhumiex lixxi, l-immarkar ma għandux jiġi mnaqqax/imbuzzat fuq il-biċċiet li jidħlu ’l ġewwa.

    ii.

    Tazez tax-xampanja

    L-immarkar għandu jitqiegħed orizzontalment fuq il-wiċċ ta’ barra tat-tazza, inkluż in-naħa ta’ fuq tal-bażi li żżomm is-sieq, fil-post fejn ikun jidher l-aktar ċar. L-immarkar ma għandux jitqiegħed taħt il-bażi tat-tazza. Meta jkun stampat, l-immarkar għandu jitqiegħed lil hinn mix-xifer sabiex jiġi evitat il-kuntatt ma’ ħalq il-konsumatur meta jkun qed jixrob. Fil-każ ta’ tazez li mhumiex lixxi, l-immarkar ma għandux jiġi mnaqqax/imbuzzat fuq il-biċċiet li jidħlu ’l ġewwa.

    Fejn ma jkunx possibbli li l-immarkar jitqiegħed orizzontalment minħabba l-forma jew id-daqs tat-tazza, jista’ jiddawwar 90° u jitqiegħed vertikalment.

    b.

    Daqs tal-immarkar

    L-immarkar għandu jkollu forma rettangolari u l-proporzjon bejn l-għoli u t-tul huwa ta’ 1:2.

    Għat-tazez b’volum ta’ inqas minn 500 ml, id-daqs minimu tal-immarkar għandu jkun ta’ 1,4 cm x 2,8 cm (3,92 cm2).

    Għat-tazez b’volum ta’ 500 ml jew aktar, id-daqs minimu tal-immarkar għandu jkun ta’ 1,6 cm x 3,2 cm (5,12 cm2).

    c.

    Disinn tal-immarkar

    i.

    Stampat:

    Id-disinn tal-immarkar għandu jiġi riprodott b’linka sewda mingħajr ma jiżdied l-ebda effett jew mingħajr ma jiġi mmanipulat jew estiż l-isfond. L-immarkar għandu jkun riprodott b’riżoluzzjoni minima ta’ 300 tikka għal kull pulzier meta jiġi stampat fid-daqs proprju. Jenħtieġ li l-immarkar ikun jikkuntrasta b’mod qawwi biżżejjed mal-isfond biex ikun jista’ jinqara sew. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-kontorn tal-immarkar ikun stampat f’wieħed minn dawn il-kuluri.

    Abjad: C = 0/M = 0/Y = 0/K = 0

    Iswed: C = 0/M = 0/Y = 0/K = 100

    Aħmar: C = 0/M = 90/Y = 60/K = 0

    Blu: C = 60/M = 0/Y = 0/K = 0

    ii.

    Imnaqqax/imbuzzat:

    Id-disinn tal-immarkar għandu jiġi riprodott mingħajr ma jiżdiedu effetti jew mingħajr ma jiġi mmanipulat jew estiż l-isfond. Il-kontorn abjad kif muri fl-immarkar taħt il-punt 1.2 ta’ dan l-Anness jirrappreżenta l-linji li għandhom jiġu mnaqqxa jew imbuzzati fuq it-tazza.

    It-test informattiv “MAGĦMUL MILL-PLASTIK” għandu jkun b’ittri kapitali u bit-tipa Helvetica Bold. Id-daqs tat-tipa għandu jkun mill-inqas ta’ 5 pt għat-tazez ta’ inqas minn 500 ml u ta’ 6 pt għat-tazez ta’ 500 ml jew aktar.

    Meta t-test informattiv jiġi tradott f’lingwa oħra jew f’diversi lingwi uffiċjali tal-Istati Membri, it-test informattiv tradott għandu jitqiegħed jew qrib l-immarkar, jew ġewwa l-kaxxa rettangolari s-sewda, taħt l-ewwel lingwa, u għandu jkun jidher ċar fiż-żewġ każijiet. F’każijiet eċċezzjonali minħabba restrizzjonijiet mil-lat ta’ spazju fuq il-wiċċ ta’ barra tat-tazza, it-test informattiv tradott f’lingwa oħra jew f’diversi lingwi uffiċjali tal-Istati Membri jista’ jitqiegħed x’imkien ieħor fuq it-tazza, qrib kemm jista’ jkun tal-immarkar u fejn ikun jidher ċar. It-test informattiv tradott għandu jkun b’ittri kapitali u bit-tipa Helvetica Bold. Id-daqs tat-tipa għandu jkun mill-inqas ta’ 5 pt għat-tazez ta’ inqas minn 500 ml u ta’ 6 pt għat-tazez ta’ 500 ml jew aktar.

    Meta jkun stampat, għandhom jintużaw il-kuluri li għandhom il-kodiċijiet tal-kuluri li ġejjin:

    Abjad: C = 0/M = 0/Y = 0/K = 0

    Iswed: C = 0/M = 0/Y = 0/K = 100


    Top