EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R2021

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2021 tal-10 ta’ Diċembru 2020 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo

ĠU L 419, 11.12.2020, p. 5–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/2021/oj

11.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 419/5


IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2021

tal-10 ta’ Diċembru 2020

li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Lulju 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1183/2005.

(2)

Wara reviżjoni tal-miżuri restrittivi awtonomi stipulati fl-Artikolu 2b tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005, id-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet relatati ma’ ċerti persuni elenkati fl-Anness Ia għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jenħtieġ li jiġu emendati u jenħtieġ li persuna waħda titneħħa mil-lista f’dak l-Anness.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li -r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness Ia għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1.


ANNESS

“ANNESS Ia

LISTA TA’ PERSUNI, ENTITAJIET U KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2b

A.   Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta’ Identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

1

Ilunga Kampete

magħruf ukoll bħala Gaston Hughes Ilunga Kampete; Hugues Raston Ilunga Kampete

Data tat-twelid: 24.11.1964

Post tat-twelid: Lubumbashi, RDK

Nazzjonalità: RDK

Numru tal-karta tal-identità militari: 1-64-86-22311-29

Indirizz: 69, avenue Nyangwile, Kinsuka Mimosas, Kinshasa/Ngaliema, RDK

Sess: Raġel

Bħala Kmandant tal-Gwardja Repubblikana (GR) sa April 2020, Ilunga Kampete kien responsabbli għall-unitajiet tal-GR skjerati fuq l-art u involuti fl-użu sproporzjonat ta’ forza u repressjoni vjolenti f’Settembru 2016 f’Kinshasa.

Huwa kien ukoll responsabbli għar-repressjoni u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa minn aġenti tal-GR, bħar-repressjoni vjolenti ta’ manifestazzjoni tal-oppożizzjoni f’Lubumbashi f’Diċembru 2018.

Minn Lulju 2020, huwa jibqa’ suldat ta’ livell għoli, bħala Logutenent Ġenerali fil-Forzi Armati Kongoliżi (FARDC) u Kmandant tal-bażi militari ta’ Kitona fil-provinċja ta’ Kongo Central. Skont il-funzjonijiet tiegħu huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC.

Ilunga Kampete kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

12.12.2016

2

Gabriel AMISI Kumba

magħruf ukoll bħala Gabriel Amisi Nkumba; ‘Tango Fort’; ‘Tango Four’

Data tat-twelid: 28.5.1964

Post tat-twelid: Malela, RDK

Numru tal-karta tal-identità militari:

1-64-87-77512-30

Indirizz: 22, avenue Mbenseke, Ma Campagne, Kinshasa/Ngaliema RDK

Sess: Raġel

Eks Kmandant tal-ewwel żona tad-difiża tal- Forzi Armati Kongoliżi (FARDC) li ħadu sehem fl-użu sproporzjonat ta’ forza u repressjoni vjolenti f’Settembru 2016 f’Kinshasa.

Fil-kapaċità tiegħu bħala Viċi Kap tal-Persunal tal- FARDC inkarigat mill-operazzjonijiet u l-intelligence minn Lulju 2018 sa Lulju 2020, u minħabba d-dmirijiet għolja tiegħu bħala Spettur Ġeneral tal-FARDC minn Lulju 2020, huwa responsabbli għal ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC.

Gabriel Amisi Kumba kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

12.12.2016

3

Ferdinand ILUNGA Luyoyo

Data tat-twelid: 8.3.1973

Post tat-twelid: Lubumbashi, RDK

Nazzjonalità: RDK

Numru tal-passaport tar-RDK: OB0260335 validu mill-15.4.2011 sal-14.4.2016

Indirizz: 2, avenue des Orangers, Kinshasa/Gombe, RDK.

Sess: Raġel

Bħala Kmandant tal-unità kontra l-irvellijiet imsejħa Légion Nationale d’Intervention tal-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNC) sal-2017, u Kmandant tal-unità responsabbli għall-protezzjoni tal-istituzzjonijiet u l-uffiċjali ta’ livell għoli fil-PNC sa Diċembru 2019, Ferdinand Ilunga Luyoyo kien responsabbli għall-użu sproporzjonat tal-forza u r-repressjoni vjolenti f’Settembru 2016 f’Kinshasa, u għandu r-responsabbiltà għall-ksur sussegwenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-PNC.

Ferdinand Ilunga Luyoyo kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

Ferdinand Ilunga Luyoyo żamm il-grad tiegħu ta’ Ġeneral u għadu attiv fix-xena pubblika fir-RDK.

12.12.2016

4

Célestin Kanyama

magħruf ukoll bħala Kanyama Tshisiku Celestin; Kanyama Celestin Cishiku Antoine; Kanyama Cishiku Bilolo Célestin; “Esprit de mort”

Data tat-twelid: 4.10.1960

Post tat-twelid: Kananga, RDK

Nazzjonalità: RDK

Numru tal-passaport tar-RDK: OB0637580 (validu mill-20.5.2014 sad-19.5.2019)

Viża ta’ Schengen bin-numru 011518403, maħruġa fit-2.7.2016

Indirizz: 56, avenue Usika, Kinshasa/Gombe, RDK

Sess: Raġel

Bħala Kummissarju tal-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNC), Célestin Kanyama kien responsabbli għall-użu sproporzjonat ta’ forza u repressjoni vjolenti f’Settembru 2016 f’Kinshasa.

F’Lulju 2017, Célestin Kanyama nħatar Direttur Ġenerali tal-iskejjel ta’ taħriġ tal-PNC. Minħabba r-rwol tiegħu bħala uffiċjal anzjan tal-PNC, huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-PNC. Eżempju wieħed huwa l-intimidazzjoni u l-privazzjoni tal-libertà imposta fuq il-ġurnalisti minn uffiċjali tal-pulizija f’Ottubru 2018, wara l-pubblikazzjoni ta’ sensiela ta’ artikli dwar il-miżapproprjazzjoni tar-razzjonijiet tal-kadetti tal-pulizija, u r-rwol li Célestin Kanyama kellu f’dawn l-avvenimenti.

Célestin Kanyama kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

12.12.2016

5

John Numbi

magħruf ukoll bħala John Numbi Banza Tambo; John Numbi Banza Ntambo; Tambo Numbi

Data tat-twelid: 16.8.1962

Post tat-twelid: Jadotville-Likasi-Kolwezi RDK

Nazzjonalità: RDK

Indirizz: 5, avenue Oranger, Kinshasa/Gombe, RDK

Sess: Raġel

John Numbi kien l-Ispettur Ġenerali tal-Forzi Armati Kongoliżi (FARDC) minn Lulju 2018 sa Lulju 2020. Minħabba r-rwol tiegħu, huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC, bħal vjolenza sproporzjonata kontra minaturi illegali minn Ġunju sa Lulju 2019 minn truppi tal-FARDC taħt l-awtorità diretta tiegħu.

John Numbi kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

John Numbi jżomm pożizzjoni ta’ influwenza fl-FARDC, speċjalment f’Katanga, fejn ġie rrappurtat ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC.

12.12.2016

6

Evariste Boshab

magħruf ukoll bħala Evariste Boshab Mabub Ma Bileng

Data tat-twelid: 12.1.1956

Post tat-twelid: Tete Kalamba RDK

Nazzjonalità: RDK

Numru tal-passaport diplomatiku: DP0000003 (validu minn 21.12.2015 sa 20.12.2020).

Il-viża ta’ Schengen skadiet fil-5.1.2017

Indirizz: 3, avenue du Rail, Kinshasa/Gombe, RDK

Sess: Raġel

Fil-kapaċità tiegħu ta’ Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Intern u s-Sigurtà minn Diċembru 2014 sa Diċembru 2016, Evariste Boshab kien uffiċjalment responsabbli għall-pulizija u s-servizzi ta’ sigurtà u għall-koordinazzjoni tal-ħidma tal-gvernaturi provinċjali. F’din il-kapaċità, huwa kien responsabbli għall-arrest ta’ attivisti u ta’ membri tal-oppożizzjoni, kif ukoll għall-użu sproporzjonat tal-forza, inkluż bejn Settembru 2016 u Diċembru 2016 b’reazzjoni għad-dimostrazzjonijiet f’Kinshasa, li wassal biex għadd kbir ta’ ċivili nqatlu jew indarbu mis-servizzi ta’ sigurtà.

Evariste Boshab kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

Evariste Boshab kellu wkoll rwol fl-isfruttament u fl-aggravament tal-kriżi fir-reġjun ta’ Kasai, fejn huwa għandu pożizzjoni ta’ influwenza, b’mod partikolari minn mindu sar is-Senatur ta’ Kasai f’Marzu 2019.

29.5.2017

7

Alex KANDE Mupompa

magħruf ukoll bħala Alexandre Kande Mupomba; Kande-Mupompa

Data tat-twelid: 23.9.1950

Post tat-twelid: Kananga RDK

Nazzjonalità: Kongoliża u Belġjana

Numru tal-passaport tar-RDK: PO0024910 (validu minn 21.3.2016 sa 20.3.2021)

Indirizzi: Messidorlaan 217/25, 1180 Uccle, Belgium

1, avenue Bumba, Kinshasa/Ngaliema, RDK

Sess: Raġel

Bħala Gvernatur ta’ Kasai Central sa Ottubru 2017, Alex Kande Mupompa kien responsabbli għall-użu sproporzjonat tal-forza, repressjoni vjolenti għal każijiet ta’ qtil extraġudizzjarju mwettqa mill-forzi tas-sigurtà u l-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNC) f’Kasai Central minn Awwissu 2016, inkluż qtil fit-territorju ta’ Dibaya fi Frar 2017.

Alex Kande Mupompa kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

Alex Kande Mupompa kellu wkoll rwol fl-isfruttament u l-aggravament tal-kriżi fir-reġjun ta’ Kasai li kien rappreżentant tiegħu sa Ottubru 2019 u li fih huwa għandu pożizzjoni ta’ influwenza bħala kap tal-Congrès des alliés pour l’action au Congo (CAAC) li huwa parti mill-gvern provinċjali ta’ Kasai.

29.5.2017

8

Jean-Claude KAZEMBE Musonda

Data tat-twelid: 17.5.1963

Post tat-twelid: Kashobwe RDK

Nazzjonalità: RDK

Indirizz: 7891, avenue Lubembe, Quartier Lido, Lubumbashi, Haut-Katanga, RDK

Sess: Raġel

Bħala Gvernatur ta’ Haut-Katanga sa April 2017, Jean-Claude Kazembe Musonda kien responsabbli għall-użu sproporzjonat tal-forza u r-repressjoni vjolenti mwettqa mill-forzi tas-sigurtà u l-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNC) f’Haut-Katanga, inkluż bejn il-15 u l-31 ta’ Diċembru 2016 meta, b’reazzjoni għall-protesti f’Lubumbashi, 12-il persuna ċivili nqatlu u 64 indarbu b’riżultat tal-użu ta’ forza letali mill-forzi tas-sigurtà inkluż aġenti tal-PNC.

Jean-Claude Kazembe Musonda kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

Jean-Claude Kazembe Musonda huwa l-mexxej tal-partit CONAKAT, li baqa’ leali lejn il-Front Commun pour le Congo (FCC).

29.5.2017

9

Éric Ruhorimbere

magħruf ukoll bħala Eric Ruhorimbere Ruhanga; “Tango Two”; “Tango Deux”

Data tat-twelid: 16.7.1969

Post tat-twelid: Minembwe RDK

Nazzjonalità: RDK

Numru tal-karta tal-identità militari: 1-69-09-51400-64.

Numru tal-passaport tar-RDK OB0814241.

Indirizz: Mbujimayi, Provinċja ta’ Kasai, RDK.

Sess: Raġel

Bħala Viċi Kmandant tal-21 reġjun militari minn Settembru 2014 sa Lulju 2018, Éric Ruhorimbere kien responsabbli għall-użu sproporzjonat tal-forza u għal każijiet ta’ qtil extraġudizzjarju mwettqa mill-forzi tal- Forzi Armati Kongoliżi (FARDC), b’mod partikolari kontra l-milizzja Nsapu u kontra nisa u tfal.

Éric Ruhorimbere ilu l-Kmandant tas-settur operattiv ta’ Nord Equateur minn Lulju 2018. Minħabba r-rwol tiegħu, huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC.

Éric Ruhorimbere kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

29.5.2017

10

Emmanuel RAMAZANI Shadari

magħruf ukoll bħala Emmanuel Ramazani Shadari Mulanda; Shadary

Data tat-twelid: 29.11.1960

Post tat-twelid: Kasongo RDK

Nazzjonalità: RDK

Indirizz: 28, avenue Ntela, Mont Ngafula, Kinshasa, RDK

Sess: Raġel

Bħala Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Intern u s-Sigurtà sa Frar 2018, Emmanuel Ramazani Shadari kien uffiċjalment responsabbli għall-pulizija u s-servizzi tas-sigurtà u għall-koordinazzjoni tal-ħidma tal-gvernaturi provinċjali. F’din il-kapaċità, kien responsabbli għall-arresti ta’ attivisti u membri tal-oppożizzjoni, kif ukoll għall-użu sproporzjonat tal-forza, bħall-miżuri ta’ repressjoni vjolenti ta’ membri tal-moviment Bundu Dia Kongo (BDK) fil-Kongo Ċentrali, ir-repressjoni f’Kinshasa minn’ Jannar saFrar 2017 u l-użu sproporzjonat tal-forza u r-repressjoni vjolenti fil-provinċji ta’ Kasai.

F’din il-kapaċità, Emmanuel Ramazani Shadari kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

Minn Frar 2018, Emmanuel Ramazani Shadari ilu segretarju permanenti tal-Parti du peuple pour la reconstruction et le développement (PPRD), il-partit ewlieni fil-koalizzjoni taħt l-eks President Joseph Kabila.

29.5.2017

11

Kalev Mutondo

magħruf ukoll bħala Kalev Katanga Mutondo; Kalev Motono;Kalev Mutundo;Kalev Mutoid; Kalev Mutombo;Kalev Mutond;Kalev Mutondo;Katanga,;Kalev Mutund

Data tat-twelid: 3.3.1957

Nazzjonalità: RDK

Numru tal-passaport tar-RDK: DB0004470 (validu minn 8.6.2012 sa 7.6.2017)

Indirizz: 24, avenue Ma Campagne, Kinshasa, RDK

Sess: Raġel

Bħala l-Kap tas-Servizz tal-Intelligence Nazzjonali (ANR) sa Frar 2019, Kalev Mutondo kien involut fl-arrest arbitrarju, id-detenzjoni u t-trattament ħażin ta’ membri tal-oppożizzjoni, attivisti tas-soċjetà ċivili u oħrajn, u responsabbli għal dawn l-atti.

Kalev Mutondo kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

F’Mejju 2019, huwa ffirma dikjarazzjoni ta’ lealtà passata u futura lejn Joseph Kabila, lejn min jibqa’ assoċjat mill-qrib.

Kalev Mutondo għad għandu livell għoli ta’ influwenza politika, fir-rwol il-ġdid tiegħu bħala “konsulent politiku” lill-Prim Ministru tar-RDK.

29.5.2017

B.   Entitajiet

”.

Top