EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R2017

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2017 tad-9 ta’ Diċembru 2020 li jemenda l-parti 2 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/878 dwar l-entrata għar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2020/8843

ĠU L 415, 10.12.2020, p. 43–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/2017/oj

10.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 415/43


IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2017

tad-9 ta’ Diċembru 2020

li jemenda l-parti 2 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/878 dwar l-entrata għar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/772 (2) jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tal-miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb, li huma maħsuba għall-movimenti mhux kummerċjali fit-territorju jew f’partijiet tat-territorju ta’ ċerti Stati Membri. B’mod partikolari, l-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament Delegat jistabbilixxi r-regoli għall-kategorizzazzjoni tal-Istati Membri, jew partijiet minnhom, fir-rigward tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis, u jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li Stat Membru jrid jissodisfa sabiex jibqa’ eliġibbli li japplika dawk il-miżuri sanitarji preventivi.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/878 (3) jelenka l-Istati Membri jew parti mit-territorji tal-Istati Membri li jikkonformaw mar-regoli għall-kategorizzazzjoni fir-rigward tal-Echinococcus multilocularis stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2018/772. Il-lista tal-Istati Membri jew ta’ partijiet tat-territorju tal-Istati Membri li jikkonformaw mar-regoli għall-kategorizzazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/772, hija stabbilita fil-Parti 2 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/878.

(3)

F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Ftehim dwar il-Ħruġ), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 kif ukoll l-atti tal-Kummissjoni bbażati fuqu, japplikaw għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq wara l-perjodu ta’ tranżizzjoni.

(4)

It-territorju kollu tar-Renju Unit bħalissa hu elenkat fil-Parti 2 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/878. Jeħtieġ li tiġi emendata l-Parti 2 ta’ dak l-Anness skont dan, billi l-entrata li tirreferi għar-Renju Unit tiġi sostitwita b’entrata li tirreferi għar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

(5)

Peress li l-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti 2 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/878 hija sostitwita bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/772 tal-21 ta’ Novembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb, u li jħassar ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1152/2011. (ĠU L 130, 28.5.2018, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/878 tat-18 ta’ Ġunju 2018 li jadotta l-lista tal-Istati Membri, jew partijiet tat-territorju tal-Istati Membri, li jikkonformaw mar-regoli għall-kategorizzazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 2(2) u (3) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/772 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb (ĠU L 155, 19.6.2018, p. 1).


ANNESS

“PARTI 2

Lista tal-Istati Membri  (*1) jew ta’ partijiet tat-territorju tal-Istati Membri li jikkonformaw mar-regoli għall-kategorizzazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/772

 

Kodiċi

It-territorju kollu/partijiet mit-territorju

Il-Finlandja

FI

It-territorju kollu

L-Irlanda

IE

It-territorju kollu

Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq)

UK(NI)

L-Irlanda ta’ Fuq


(*1)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, dan ir-Regolament japplika għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.””


Top