Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R1825

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1825 tat-2 ta’ Diċembru 2020 li jemenda l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 fir-rigward ta’ miżuri temporanji għall-introduzzjoni jew il-moviment fit-territorju tal-Unjoni ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra

    C/2020/8361

    ĠU L 406, 3.12.2020, p. 58–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1825/oj

    3.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 406/58


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1825

    tat-2 ta’ Diċembru 2020

    li jemenda l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 fir-rigward ta’ miżuri temporanji għall-introduzzjoni jew il-moviment fit-territorju tal-Unjoni ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 40(2) u 41(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (2), flimkien mal-Anness VI ta’ dak ir-Regolament, jipprevedi lista ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li l-introduzzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni hi pprojbita, flimkien mal-pajjiżi terzi, gruppi ta’ pajjiżi terzi jew żoni speċifiċi ta’ pajjiżi terzi li għalihom tapplika l-projbizzjoni, kif previst fl-Artikolu 40(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031.

    (2)

    L-Artikolu 8(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, flimkien mal-Anness VII ta’ dak ir-Regolament, jipprevedi lista ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, li joriġinaw minn pajjiżi terzi, u r-rekwiżiti speċjali korrispondenti għall-introduzzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031.

    (3)

    Barra minn hekk, l-Artikolu 8(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072, flimkien mal-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament, jipprevedi lista ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li joriġinaw mit-territorju tal-Unjoni, u r-rekwiżiti speċjali korrispondenti għall-moviment tagħhom fi ħdan it-territorju tal-Unjoni, kif previst fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031.

    (4)

    Minn dakinhar li ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 ħareġ ċar li, f’ċerti każijiet eċċezzjonali, ċerti atti ta’ implimentazzjoni, li jistabbilixxu projbizzjonijiet jew rekwiżiti speċjali temporanji għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni, jew il-moviment fi ħdanu, ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra, jeħtieġ li jiġu adottati skont l-Artikoli 28(1), 30(1), 40(2), (41)2, 42(3), 42(4) jew 49(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 biex jiġu indirizzati riskji fitosanitarji speċifiċi, li ma ġewx ivvalutati biżżejjed. Dan jippermetti li r-riskji fitosanitarji indirizzati permezz ta’ dawk il-projbizzjonijiet jew rekwiżiti speċjali jiġu vvalutati aktar sabiex jiġi ddeterminat l-istatus fitosanitarju tagħhom.

    (5)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 jipprevedu li l-projbizzjonijiet jew ir-rekwiżiti speċjali rispettivi japplikaw mingħajr preġudizzju għal dawk l-atti.

    (6)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 jiġi emendat skont dan.

    (7)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 huwa emendat kif ġej:

    1.

    Fl-Artikolu 7, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “L-ewwel paragrafu għandu japplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe att ieħor li jistabbilixxi projbizzjonijiet, ta’ natura temporanja, adottati skont l-Artikoli 40(2), 42(3) jew 49(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, u dwar l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra biex jiġu indirizzati riskji fitosanitarji partikolari li għadhom mhumiex ivvalutati bis-sħiħ.”;

    2.

    L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “L-ewwel subparagrafu għandu japplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe att ieħor li jistabbilixxi rekwiżiti speċjali, ta’ natura temporanja, adottati skont l-Artikoli 41(2), 42(4) jew 49(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, u dwar l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra biex jiġu indirizzati riskji fitosanitarji partikolari li għadhom mhumiex ivvalutati bis-sħiħ.”;

    (b)

    fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “L-ewwel subparagrafu għandu japplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe att ieħor li jistabbilixxi rekwiżiti speċjali, ta’ natura temporanja, adottati skont l-Artikoli 28(1), 30(1), 41(2), 42(4) jew 49(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, u dwar il-moviment fit-territorju tal-Unjoni ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra biex jiġu indirizzati riskji fitosanitarji partikolari li għadhom mhumiex ivvalutati bis-sħiħ.”.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4).

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).


    Top