Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R1713

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1713 tas-16 ta’ Novembru 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1382 li jemenda ċerti Regolamenti li jimponu miżuri anti-dumping jew antisussidji fuq ċerti prodotti tal-azzar soġġetti għal miżuri ta’ salvagwardja

C/2020/7872

ĠU L 384, 17.11.2020, p. 6–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1713/oj

17.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 384/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1713

tas-16 ta’ Novembru 2020

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1382 li jemenda ċerti Regolamenti li jimponu miżuri anti-dumping jew antisussidji fuq ċerti prodotti tal-azzar soġġetti għal miżuri ta’ salvagwardja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/477 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar il-miżuri li l-Unjoni tista’ tieħu relattivament għall-effett ikkombinat ta’ miżuri kontra d-dumping jew kontra s-sussidji ma’ miżuri ta’ salvagwardja (1),

Billi:

(1)

Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 (2), il-Kummissjoni imponiet miżuri ta’ salvagwardja fir-rigward ta’ ċerti prodotti tal-azzar għal perjodu ta’ tliet snin. Dawn il-miżuri jieħdu l-forma ta’ kwoti tariffarji applikabbli għal perjodi speċifiċi, li permezz tagħhom ikun dovut dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota ta’ 25 % meta l-importazzjonijiet jaqbżu livell limitu speċifikat li jkun jikkorrispondi mal-livell medju ta’ importazzjonijiet fis-snin 2015 sa 2017.

(2)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1382 (3), il-Kummissjoni stabbiliet mekkaniżmu li jipprevjeni l-applikazzjoni simultanja ta’ dan id-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota ma’ miżuri anti-dumping u/jew kompensatorji applikabbli wkoll għal xi wħud mill-prodotti tal-azzar.

(3)

Għal dan il-għan, l-anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1382 elenka l-miżuri anti-dumping u antisussidji kollha fuq prodotti li kienu wkoll soġġetti għall-miżuri ta’ salvagwardja f’dak iż-żmien, u speċifika d-dazju antidumping u/jew antisussidji li jenħtieġ li japplika ladarba t-tariffa ’l fuq mill-kwota ssir applikabbli.

(4)

Fis-6 ta’ Ottubru 2020, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1408 (4), il-Kummissjoni imponiet miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mill-Indoneżja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan.

(5)

Kif iddikjarat fil-premessa (310) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1408, il-mekkaniżmu li jipprevjeni l-applikazzjoni simultanja tal-miżuri japplika għal dawn il-prodotti peress li huma wkoll soġġetti għal miżuri ta’ salvagwardja (prodott numru 8). Jenħtieġ għalhekk li l-anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1382 jiġi emendat sabiex jinkludi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1408.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Istrumenti għad-Difiża tal-Kummerċ,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1382 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Anness 1.B “Lista tar-regolamenti li jimponu miżuri anti-dumping u antisussidji fuq il-prodotti soġġetti għall-miżura ta’ salvagwardja”, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“19.   IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1408 tas-6 ta’ Ottubru 2020 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mill-Indoneżja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan, ĠU L 325, 7.10.2020, p. 26.”

(2)

Fl-Anness 2 “Rati ta’ dazji anti-dumping u/jew kompensatorji applikabbli sakemm ikun applikabbli dazju ta’ salvagwardja fuq l-istess prodott”, jiżdied l-ANNESS 2.18 li ġej:

ANNESS 2.18

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1408 tas-6 ta’ Ottubru 2020 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mill-Indoneżja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan, ĠU L 325, 7.10.2020, p. 26.

Pajjiż

Kumpanija

Kodiċi addizzjonali TARIC

Dazju anti-dumping definittiv oriġinali

Id-dazju anti-dumping ladarba ssir applikabbli l-miżura ta’ salvagwardja

L-Indoneżja

PT Indonesia Guang Ching Nickel and Stainless Steel Industry

C541

17,3

0,0 %

L-Indoneżja

PT Indonesia Tsingshan Stainless Steel

C547

17,3

0,0 %

L-Indoneżja

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

C999

17,3

0,0 %

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Shanxi Taigang Stainless Steel Co., Ltd.

C163

19,0

0,0 %

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Taiyuan Taigang Daming Metal Products

C542

19,0

0,0 %

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Tisco Guangdong Stainless Steel Service Center Co., Ltd

C543

19,0

0,0 %

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Tianjin TISCO & TPCO Stainless Steel Co. Ltd.

C025

19,0

0,0 %

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Fujian Fuxin Special Steel Co., Ltd.

C544

14,6

0,0 %

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Zhenshi Group Eastern Special Steel Co., Ltd.

C558

9,2

0,0 %

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Xiangshui Defeng Metals Co., Ltd.

C545

17,5

0,0 %

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Fujian Dingxin Technology Co., Ltd.

C546

17,5

0,0 %

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

C999

19,0

0,0 %

It-Tajwan

Yieh United Steel Co.

C032

4,1

0,0 %

It-Tajwan

Tang Eng Iron Works Co., Ltd.

C031

4,1

0,0 %

It-Tajwan

Wsin Lihwa Co.

C548

7,5

0,0 %

It-Tajwan

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

C999

7,5

0,0 %

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Novembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 83, 27.3.2015, p. 11.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 tal-31 ta' Jannar 2019 li jimponi miżuri definittivi ta' salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 31, 1.2.2019, p. 27).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1382 tat-2 ta’ Settembru 2019 li jemenda ċerti Regolamenti li jimponu miżuri anti-dumping jew antisussidji fuq ċerti prodotti tal-azzar soġġetti għal miżuri ta’ salvagwardja (ĠU L 227, 3.9.2019, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1408 tas-6 ta’ Ottubru 2020 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mill-Indoneżja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan (ĠU L 325, 7.10.2020, p. 26).


Top