This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R1693
Regulation (EU) 2020/1693 of the European Parliament and of the Council of 11 November 2020 amending Regulation (EU) 2018/848 on organic production and labelling of organic products as regards its date of application and certain other dates referred to in that Regulation (Text with EEA relevance)
Regolament (UE) 2020/1693 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Novembru 2020 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/848 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni tiegħu u ta’ ċerti dati oħra msemmija f’dak ir-Regolament (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament (UE) 2020/1693 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Novembru 2020 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/848 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni tiegħu u ta’ ċerti dati oħra msemmija f’dak ir-Regolament (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 381, 13.11.2020, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
13.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 381/1 |
REGOLAMENT (UE) 2020/1693 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Novembru 2020
li jemenda r-Regolament (UE) 2018/848 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni tiegħu u ta’ ċerti dati oħra msemmija f’dak ir-Regolament
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li daħal fis-seħħ fis-17 ta’ Ġunju 2018, jistabbilixxi qafas regolatorju ġdid għall-produzzjoni organika. Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel mill-qafas regolatorju l-qadim għal dak ġdid, dak ir-Regolament jipprevedi data tal-applikazzjoni tal-1 ta’ Jannar 2021. |
(2) |
Fit-30 ta’ Jannar 2020, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ddikjarat it-tifqigħa tal-COVID-19 bħala “emerġenza tas-saħħa pubblika ta’ tħassib internazzjonali” u, fil-11 ta’ Marzu 2020, ikkaratterizzata bħala pandemija. Il-pandemija tal-COVID-19 wasslet għal ċirkostanzi straordinarji li jeħtieġu sforzi sostanzjali mis-settur organiku li ma setgħux jiġu raġonevolment antiċipati fiż-żmien tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848. |
(3) |
Il-pandemija tal-COVID-19 u l-kriżi relatata tas-saħħa pubblika jippreżentaw sfida bla preċedent għall-Istati Membri u jitfgħu piż kbir fuq l-operaturi organiċi (“l-operaturi”). L-operaturi għalhekk jikkonċentraw l-isforzi tagħhom fuq iż-żamma tal-produzzjoni organika u fuq il-flussi kummerċjali, u ma jistgħux fl-istess ħin iħejju ruħhom għad-dħul fis-seħħ ta’ qafas regolatorju ġdid skont ir-Regolament (UE) 2018/848. Għalhekk, huwa ferm probabbli li l-Istati Membri u l-operaturi mhumiex se jkunu f’pożizzjoni li jiżguraw l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni xierqa ta’ dak ir-Regolament mill-1 ta’ Jannar 2021, kif previst oriġinarjament. |
(4) |
Għalhekk, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-settur organiku, biex tiġi pprovduta ċertezza tad-dritt, u biex jiġi evitat tfixkil potenzjali tas-suq, jeħtieġ li d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848 tiġi differita, flimkien ma’ ċerti dati oħra msemmija f’dak ir-Regolament li huma derivati minn dik id-data. |
(5) |
Meta jitqiesu l-iskala tal-pandemija tal-COVID-19 u l-kriżi tas-saħħa pubblika relatata magħha, l-iżvilupp epidemjoloġiku tagħha, kif ukoll ir-riżorsi addizzjonali meħtieġa mill-Istati Membri u mill-operaturi, jixraq li d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848 tiġi differita b’sena. |
(6) |
Diversi dati marbuta ma’ derogi, rapporti jew setgħat mogħtija lill-Kummissjoni għat-terminazzjoni jew l-estensjoni ta’ derogi huma derivati direttament mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848. Għalhekk, huwa xieraq dawk id-dati jiġu differiti ukoll b’sena. Id-dati rispettivi ġew stabbiliti filwaqt li tqies iż-żmien meħtieġ biex l-operaturi jadattaw għat-terminazzjoni tad-derogi, jew biex l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiġbru biżżejjed informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta’ ċerti inputs li għalihom ingħataw derogi, jew biex il-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u biex tħejji proposta leġiżlattiva jew atti delegati. |
(7) |
Il-pandemija tal-COVID-19 u l-kriżi relatata tas-saħħa pubblika jippreżentaw ukoll sfida bla preċedent għall-pajjiżi terzi u għall-operaturi bbażati f’pajjiżi terzi. Konsegwentement, għal pajjiżi terzi li ġew rikonoxxuti bħala ekwivalenti skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (3), huwa xieraq li d-data ta’ skadenza tar-rikonoxximent tagħhom tiġi estiża b’sena, jiġifieri sal-31 ta’ Diċembru 2026, sabiex pajjiżi terzi bħal dawn ikollhom biżżejjed żmien biex jibdlu l-istatus tagħhom, billi jikkonkludu ftehim kummerċjali mal-Unjoni jew permezz ta’ konformità sħiħa mill-operaturi tagħhom mar-Regolament (UE) 2018/848, mingħajr ma jinħoloq xkiel żejjed fil-kummerċ tal-prodotti organiċi. |
(8) |
Bl-istess mod, id-data ta’ skadenza tar-rikonoxximent tal-awtoritajiet ta’ kontroll u tal-korpi ta’ kontroll f’pajjiżi terzi mogħtija skont l-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jenħtieġ li tiġi estiża b’sena, jiġifieri sal-31 ta’ Diċembru 2024, biex dawk l-awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll u l-operaturi ċertifikati tagħhom f’pajjiżi terzi jingħataw żmien suffiċjenti biex jegħlbu l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 u biex iħejju ruħhom għall-qafas regolatorju ġdid stabbilit mir-Regolament (UE) 2018/848. |
(9) |
Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari li jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-settur organiku, li tiġi pprovduta ċertezza tad-dritt u li jiġi evitat tfixkil potenzjali tas-suq minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni proposta, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
(10) |
Minħabba l-pandemija tal-COVID-19 li wasslet għaċ-ċirkostanzi eċċezzjonali fir-rigward tal-produzzjoni organika li jeħtieġu azzjoni immedjata, huwa kkunsidrat xieraq li tiġi prevista eċċezzjoni għall-perijodu ta’ tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, li huwa anness mat-TUE, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. |
(11) |
Minħabba l-ħtieġa prevalenti li tiġi żgurata ċertezza tad-dritt b’effett immedjat għas-settur organiku fiċ-ċirkostanzi attwali, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b’urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2018/848 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 29(4), id-data “31 ta’ Diċembru 2024” hija sostitwita bi “31 ta’ Diċembru 2025”; |
(2) |
fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 48(1), id-data “31 ta’ Diċembru 2025” hija sostitwita bi “31 ta’ Diċembru 2026”; |
(3) |
fl-Artikolu 49, id-data “31 ta’ Diċembru 2021” hija sostitwita bi “31 ta’ Diċembru 2022”; |
(4) |
l-Artikolu 53 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
fl-Artikolu 57(1), id-data “31 ta’ Diċembru 2023” hija sostitwita bi “31 ta’ Diċembru 2024”; |
(6) |
fl-Artikolu 60, id-data “1 ta’ Jannar 2021” hija sostitwita bi “1 ta’ Jannar 2022”; |
(7) |
it-tieni paragrafu tal-Artikolu 61 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022”; |
(8) |
l-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Novembru 2020.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Ottubru 2020 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2020.
(2) Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).